Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Abasaglar (Abasria) (insulin glargine) – Fuljett ta’ tagħrif - A10AE04

Updated on site: 11-Jul-2017

Isem tal-MediċinaAbasaglar (Abasria)
Kodiċi ATCA10AE04
Sustanzainsulin glargine
ManifatturEli Lilly Regional Operations GmbH

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

ABASAGLAR 100 unità/mL soluzzjoni għall-injezzjoni fi skartoċċ

Insulin glargine

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik. L-istruzzjonijiet dwar l-użu tal-pinna tal-insulina huma pprovduti mal-pinna tiegħek tal-insulina. Irreferi għalihom qabel ma tuża l-mediċina tiegħek.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu ABASAGLAR u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża ABASAGLAR

3.Kif għandek tuża ABASAGLAR

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen ABASAGLAR

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu ABASAGLAR u gћalxiex jintuża

ABASAGLAR huwa soluzzjoni għall-injezzjoni li fiha insulin glargine. Insulin glargine huwa insulina modifikata, simili ħafna għall-insulina umana.

ABASAGLAR jintuża biex jikkura d-dijabete mellitus fl-adulti, fl-adoloxxenti u fit-tfal minn sentejn ’il fuq.

Id-dijabete mellitus hija marda fejn ġismek ma jipproduċix ammont biżżejjed ta’ insulina biex tikkontrolla l-livell taz-zokkor fid-demm. Insulin glargine għandu effett fit-tul u kostanti li jbaxxi l- livell taz-zokkor fid-demm.

2.X'għandek tkun taf qabel ma tuża ABASAGLAR

Tużax ABASAGLAR

Jekk inti allerġiku għal insulin glargine jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tuża ABASAGLAR.

Segwi sew l-istruzzjonijiet għall-pożoloġija, monitoraġġ (testijiet tad-demm u l-awrina), dieta u attività fiżika (xogħol u eżerċizzju fiżiku) kif diskuss mat-tabib tiegħek.

Jekk iz-zokkor fid-demm tiegħek huwa baxx wisq (ipogliċemija), segwi l-gwida għall-ipogliċemija

(ara l-kaxxa fl-aħħar ta’ dan il-fuljett).

Ivvjaġġar

Qabel tivvjaġġa kellem lit-tabib tiegħek. Għandu mnejn ikollok bżonn tiddiskuti dwar:

-id-disponibbiltà tal-insulina tiegħek fil-pajjiż li qiegħed iżżur,

-il-forniment tal-insulina eċċ.

-il-ħażna korretta tal-insulina tiegħek waqt l-ivvjaġġar,

-il-ħin tal-ikel u t-teħid tal-insulina waqt l-ivvjaġġar

-l-effetti possibbli ta’ tibdil ta’ żoni ta’ ħin differenti,

-il-possibbiltà ta’ riskji ġodda għal saħħtek fil-pajjiż li ser iżżur,

-x’għandek tagħmel f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza meta tħossok ma tiflaħx jew timrad.

Mard u korrimenti

F’dawn is-sitwazzjonijiet li ġejjin, l-immaniġġar tad-dijabete tiegħek, jista’ jkollha bżonn ta’ ħafna attenzjoni (per eżempju aġġustament fid-doża tal-insulina, testijiet tad-demm u tal-awrina):

-Jekk ma tiflaħx jew korrejt serjament f’dan il-każ il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla (ipergliċemija)

-Jekk m’intix qed tiekol biżżejjed il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jinżel iżżejjed

(ipogliċemija).

Fil-parti l-kbira tal-każijiet ikollok bżonn tabib. Kun ċert li tkellem tabib kmieni.

Jekk għandek id-dijabete tat-tip 1 (dijabete mellitus dipendenti fuq l-insulina), twaqqafx l-insulina tiegħek u kompli ħu biżżejjed karboidrati. Dejjem għid lin-nies li qegħdin jieħdu ħsiebek jew li qegħdin jikkurawk li għandek bżonn l-insulina.

Xi pazjenti, li ilhom għal tul ta’ żmien ibatu mid-dijabete mellitus tat-tip 2 u mill-mard tal-qalb jew kellhom xi attakk preċedenti ta’ puplesija u li ġew ikkurati bi pioglitazone u l-insulina, kellhom l- iżvilupp ta’ insuffiċjenza tal-qalb. Għarraf lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli jekk tinduna b’xi sinjali ta’ insuffiċjenza tal-qalb bħal qtugħ ta’ nifs mhux tas-soltu jew żieda malajr fil-piż jew xi nefħa lokalizzata (edima).

Mediċini oħra u ABASAGLAR

Xi mediċini jikkawżaw tibdil fil-livell taz-zokkor fid-demm (tnaqqis, żieda jew it-tnejn li huma, skont iċ-ċirkostanzi). F’kull każ, jista’ jkun meħtieġ li taġġusta d-doża tiegħek tal-insulina biex tevita livelli taz-zokkor fid-demm li jkunu baxxi wisq jew għoljin wisq. Oqgħod attent/a meta tibda jew tieqaf tieħu xi mediċina oħra. Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Qabel tieħu xi mediċina staqsi lit-tabib tiegħek jekk tistax teffettwalek il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek, u x’għandek tagħmel, jekk meħtieġ.

Il-mediċini li jistgħu jbaxxu l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek (ipogliċemija) jinkludu:

-il-mediċini l-oħra kollha għall-kura tad-dijabete,

-l-inibituri tal-enzima li tikkonverti anġjotensin (ACE) (użati għall-kura ta’ ċerti kundizzjonijiet tal-qalb jew ta’ pressjoni għolja fid-demm),

-disopyramide (użat għall-kura ta’ ċerti kundizzjonijiet tal-qalb),

-fluoxetine (użat għall-kura tad-depressjoni),

-fibrates (użati biex ibaxxu l-livelli għoljin tal-lipidi fid-demm)

-l-inibituri ta’ monoamine oxidase (MAO) (użati għall-kura tad-depressjoni),

-pentoxifylline, propoxyphene, salicylates (bħall-aspirina, użati biex ittaffu l-uġigħ u jniżżlu d- deni)

-analogi ta’ somatostatin (bħal octreotide, użat fil-kura ta’ kondizzjoni li mhijiex komuni fejn inti tipproduċi ormon tat-tkabbir żejjed),

-l-antibijotiċi sulphonamide.

Il-mediċini li jistgħu jgħollu l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek (ipergliċemija) jinkludu:

-l-kortikosterojdi (bħal "cortisone", użat għall-kura tal-infjammazzjoni),

-danazol (mediċina li taħdem fuq l-ovulazzjoni),

-diazoxide (użat għall-kura ta’ pressjoni għolja),

-id-dijuretiċi (użati għall-kura ta’ pressjoni għolja jew iż-żamma eċċessiva ta’ fluwidi),

-glukagon (ormon tal-frixa użat għall-kura ta’ ipogliċemija severa),

-isoniazid (użat għall-kura tat-tuberkulożi),

-l-estroġeni u l-proġestoġeni (bħal fil-pillola kontraċettiva, użata għall-kontroll tat-tqala),

-id-derivattivi ta’ phenothiazine (użati għall-kura ta’ disturbi psikjatriċi),

-somatropin (ormon tat-tkabbir),

-il-mediċini simpatomimetiċi (bħal epinephrine [adrenaline] jew salbutamol, terbutaline użat għall-kura tal-ażma),

-ormoni tat-tirojde (użati għall-kura ta’ disturbi fil-glandola tat-tirojde),

-l-mediċini hekk imsejħa atipiċi kontra l-psikożi (bħal olanzapine u clozapine),

-l-inibituri ta’ protease (użati għall-kura tal-HIV).

Il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla jew jinżel jekk tieħu:

-imblokkaturi tar-riċetturi beta (użati għall-kura ta’ pressjoni għolja),

-clonidine (użat għall-kura ta’ pressjoni għolja),

-is-sustanzi tal-lithium (użati għall-kura ta’ disturbi psikjatriċi).

Pentamidine (użat għall-kura ta’ xi infezzjonijiet ikkawżati mill-parassiti) jista’ jikkawża ipogliċemija li kultant tkun segwita minn ipergliċemija.

L-imblokkaturi tar-riċetturi beta bħall-mediċini oħra simpatolitiċi (bħal clonidine, guanethidine, u reserpine) jistgħu jdgħajfu jew jaħbu kompletament l-ewwel sintomi ta’ twissija li jgħinuk tagħraf ipogliċemija.

Jekk m’intix ċert/a jekk intix qed tieħu waħda minn dawn il-mediċini staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

ABASAGLAR ma’ alkoħol

Il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek jistgħu jogħlew jew jitbaxxew jekk tixrob l-alkoħol.

Tqala u treddigħ

Itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.

Għarraf lit-tabib tiegħek jekk inti qed tippjana toħroġ tqila, jew jekk inti diġà tqila. Id-doża tiegħek tal- insulina għandu mnejn jeħtieġ li tinbidel waqt it-tqala u wara li twelled. Il-kontroll għaqli tad-dijabete tiegħek, u l-prevenzjoni tal-ipogliċemija, huma importanti għas-saħħa tat-tarbija tiegħek.

Jekk int qed tredda’, iddiskuti mat-tabib tiegħek għax inti tista’ tkun teħtieġ tibdiliet fid-dożi tiegħek tal-insulina u d-dieta.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

L-abbiltà tiegħek biex tikkonċentra u tirreaġixxi tista’ tonqos jekk:

-inti għandek l-ipogliċemija (livelli baxxi ta’ zokkor fid-demm),

-inti għandek l-ipergliċemija (livelli għoljin ta’ zokkor fid-demm),

-inti għandek problemi bil-vista tiegħek.

Żomm din il-problema f’moħħok f’kull sitwazzjoni fejn tista’ tpoġġi lilek innifsek jew lil ħaddieħor f’riskju (eż. fis-sewqan ta’ karozza jew fit-tħaddim ta’ magni). Għandek tikkuntatja lit-tabib tiegħek għal parir fuq is-sewqan jekk:

-inti għandek episodji spissi ta’ ipogliċemija,

-l-ewwel sintomi ta’ twissija li jgħinuk tagħraf ipogliċemija huma mnaqqsa jew mhumiex preżenti.

Tagħrif importanti dwar xi wħud mis-sustanzi ta’ ABASAGLAR

Għal kull doża din il-mediċina fiha inqas minn 1 mmol (23 mg) ta’ sodium , li jfisser li tista’ tgħid li huwa ‘ħieles mis-sodium’.

3.Kif gћandek tuża ABASAGLAR

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Għalkemm ABASAGLAR fih l-istess sustanza attiva bħal Toujeo (insulina glargine 300 unità/mL), dawn il-mediċini ma jistgħux jinbidlu ma xulxin. Il-bidla minn terapija waħda tal-insulina għal oħra jkollha bżonn ta’ riċetta medika, superviżjoni medika u monitoraġġ taz-zokkor fid-demm.Jekk jogħġbok ikkonsulta mat-tabib tiegħek għal aktar informazzjoni.

Doża

Skont l-istil ta’ ħajtek u r-riżultati tat-testijiet taz-zokkor (glukożju) fid-demm u l-użu preċedenti tiegħek ta’ l-insulina, it-tabib tiegħek sejjer:

-jikkalkula kemm għandek bżonn ABASAGLAR kuljum u f’liema ħin trid tieħdu,

-jgħidlek meta tiċċekkja l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek, u jekk hemmx il-ħtieġa li tagħmel testijiet tal-awrina,

-jgħidlek meta jista’ jkollok bżonn tinjetta doża akbar jew iżgħar ta’ABASAGLAR.

ABASAGLAR huwa tip ta’ insulina li taħdem fit-tul. It-tabib tiegħek għandu mnejn jgħidlek biex tużah flimkien ma’ insulina li taħdem għal żmien qasir jew ma’ pilloli użati għall-kura ta’ livelli għoljin ta’ zokkor fid-demm.

Hemm ħafna fatturi li jistgħu jaffettwaw il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek. Inti għandek tkun taf dawn il-fatturi biex tkun tista’ tirreaġixxi kif suppost meta jkun hemm tibdil fil-livell taz-zokkor fid- demm tiegħek u biex ma tħallihx jogħla jew jitbaxxa wisq. Ara l-kaxxa fl-aħħar ta’ dan il-fuljett għal aktar informazzjoni.

Użu fit-tfal u fl-adolexxenti

ABASAGLAR jista’ jintuża fl-adolexxenti u fit-tfal li għandhom minn sentejn ’il fuq. M’hemm ebda esperjenza bl-użu ta’ ABASAGLAR fit-tfal li għandhom taħt is-sentejn.

Kemm-il darba jingħata

Għandek bżonn ta’ injezzjoni waħda ta’ ABASAGLAR kuljum, fl-istess ħin tal-ġurnata.

Mod ta’ kif jingħata

ABASAGLAR huwa injettat taħt il-ġilda. TINJETTAX ABASAGLAR fil-vina, għax dan jibdillu l- effett tiegħu u jista’ jikkaġuna ipogliċemija.

It-tabib tiegħek sejjer jurik f’liema żoni fil-ġilda għandek tinjetta ABASAGLAR. Ma’ kull injezzjoni, biddel is-sit tat-titqiba, fiż-żona partikolari tal-ġilda li qed tuża.

Kif timmaniġġa l-iskrataċ

L-iskrataċ ta’ ABASAGLAR għandhom jintużaw biss f’pinen tal-insulina Lilly biex tkun żgur li qed tieħu d-doża tajba. Jista’ jkun li dawn il-pinen mhux kollha jkunu fis-suq f’pajjiżek.

Il-pinna għandha tintuża skont kif irrakkomandat fil-fuljett ta’ tagħrif ipprovdut.

L-istruzzjonijiet dwar l-użu tal-pinna ta’ kif iddaħħal l-iskartoċċ, twaħħal il-labra u tagħti l-injezzjoni tal-insulina għandhom ikunu segwiti bir-reqqa.

Sabiex tiġi evitata l-possibbiltà li jiġi trasmess xi mard, kull pinna għandha tintuża minn pazjent wieħed biss.

Eżamina l-iskartoċċ qabel tużah. Użah biss jekk is-soluzzjoni hija ċara, bla kulur u qisha ilma, u m’għandhiex xi frak jidher fiha. Tħawdux jew tħalltu qabel l-użu.

Dejjem uża skartoċċ ġdid jekk tinnota li l-kontroll taz-zokkor fid-demm tiegħek qiegħed, mingħajr mistenni, jmur għall-agħar. Dan jista’ jkun minħabba li l-insulina tkun tilfet parti mill-qawwa tagħha. Jekk taħseb li għandek problema b’ ABASAGLAR, ħudu għand it-tabib jew għand l-ispiżjar tiegħek biex jiċċekkjawh.

Attenzjoni speċjali qabel l-injezzjoni

Qabel tinjetta neħħi kwalunkwe bżieżaq tal-arja (ara l-istruzzjonijiet dwar l-użu tal-pinna).

Kun żgur li la l-alkoħol u lanqas diżinfettanti oħra, jew sustanzi oħra, ma jikkontaminaw l-insulina.

Terġax timla jew tuża l-iskrataċ vojta. Iżżidx xi insulina oħra fl-iskartoċċ. Tħallatx ABASAGLAR ma’ insulini oħra jew ma’ xi mediċini. Tiddilwihx. L-azzjoni ta’ ABASAGLAR tista’ tinbidel jekk tħalltu jew tiddilwih.

Problemi bil-pinna tal-insulina?

Irreferi għall-istruzzjonijiet dwar l-użu tal-pinna.

Jekk il-pinna tal-insulina bil-ħsara jew mhix qed taħdem sew (minħabba difetti mekkaniċi), għandha tintrema u tintuża pinna ġdida tal-insulina minflok.

Jekk tuża ABASAGLAR aktar milli suppost

-Jekk injettajt aktar ABASAGLAR milli meħtieġ, il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jitbaxxa wisq (ipogliċemija). Iċċekkja spiss iz-zokkor fid-demm tiegħek. Ġeneralment, biex tevita l-ipogliċemija għandek tiekol aktar u timmonitorja z-zokkor fid-demm tiegħek. Għal informazzjoni fuq il-kura tal-ipogliċemija, ara l-kaxxa fli tinsab fit-tmiem ta’ dan il-fuljett.

Jekk tinsa tuża ABASAGLAR

-Jekk qbiżt doża ta’ ABASAGLAR jew jekk ma injettajtx biżżejjed insulina, il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla wisq (ipergliċemija). Iċċekkja spiss iz-zokkor fid-demm tiegħek.

Għal informazzjoni fuq il-kura tal-ipergliċemija, ara l-kaxxa li tinsab fit-tmiem ta’ dan il-fuljett.

-M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tuża ABASAGLAR

Dan jista’ jwassal għal ipergliċemija severa (livell għoli ħafna ta’ zokkor fid-demm) u ketoaċidożi (jinġabar aċidu fid-demm minħabba li l-ġisem jimmetabolizza x-xaħam minflok iz-zokkor). Tiqafx tieħu ABASAGLAR mingħajr ma tkun tkellimt ma’ tabib, li se jgħidlek x’hemm bżonn isir.

Użu bi żball ta’ insulina flok oħra

Biex jiġu evitati żbalji fil-medikazzjoni bejn ABASAGLAR u insulini oħra, għandek dejjem tiċċekkja t-tikketta tal-insulina qabel kull injezzjoni.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

L-ipogliċemija (livell baxx ta’ zokkor fid-demm) tista’ tkun serja ħafna. Jekk il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jinżel wisq tista’ tintilef minn sensik. Ipogliċemija serja tista’ tikkawża ħsara fil- moħħ u tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja. Jekk għandek sintomi ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm, ħu l-azzjonijiet meħtieġa biex iżżid il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek b’mod immedjat.

Jekk ikollok dawn is-sintomi li ġejjin, ikkuntattja b’mod immedjat lit-tabib tiegħek:

Reazzjonijiet tal-ġilda fuq skala kbira (raxx u ħakk mal-ġisem kollu), nefħa severa fil-ġilda jew fil- membrani mukużi (anġioedima), qtugħ ta’ nifs, , taqa’ l-pressjoni fid-demm bil-polz mgħaġġel u tkun għarqan. Dawn jistgħu jkunu sintomi ta’ reazzjonijiet allerġiċi qawwija għall-insulini u jistgħu jsiru ta’ periklu għall-ħajja.

Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10)

-Ipogliċemija

Bħal kull terapija oħra bl-insulina, l-ipogliċemija hija l-effett sekondarju l-aktar frekwenti.

Ipogliċemija (livell baxx ta’ zokkor fid-demm) tfisser li m’hemmx biżżejjed zokkor fid-demm.

Ara l-kaxxa fit-tmiem ta’ dan il-fuljett għal aktar informazzjoni dwar l-effetti sekondarji ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm jew ta’ livell għoli ta’ zokkor fid-demm.

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10)

-Tibdiliet fil-ġilda fis-sit tal-injezzjoni

Jekk tinjetta l-insulina tiegħek spiss wisq fl-istess sit tal-ġilda, it-tessut xaħmi taħt il-ġilda f’dan is-sit jista’ jew jinxtorob (lipoatrofija) jew jeħxien (lipoipertrofija). It-tħaxxin tat-tessut xaħmi jista’ jseħħ f’1 sa 2% tal-pazjenti, waqt li t-tnixxif jista’ jseħħ b’mod mhux komuni. L-insulina li tinjetta f’sit bħal dan tista’ ma taħdimx sew. Bidla kull darba fis-sit tal-injezzjoni tista’ tgħin biex dawn it-tibdiliet fil- ġilda ma jiġrux.

-Reazzjonijiet tal-ġilda u dawk allerġiċi

Minn 3 sa 4 % tal-pazjenti jistgħu jkollhom reazzjonijiet fis-sit tal-injezzjoni (bħal ħmura, uġigħ qawwi mhux tas-soltu meta ssir l-injezzjoni, ħakk, ħorriqija, nefħa jew infjammazzjoni). Dawn jistgħu wkoll jinfirxu madwar is-sit tal-injezzjoni. Il-biċċa l-kbira tar-reazzjonijiet żgħar għall-insulini normalment jgħaddu fi żmien ftit jiem sa ftit ġimgħat.

Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000)

Reazzjonijiet allerġiċi severi għall-insulini

Sintomi assoċjati ma’ dan jistgħu jinkludu reazzjonijiet tal-ġilda fuq skala kbira (raxx u ħakk mal- ġisem kollu), nefħa severa fil-ġilda jew fil-membrani mukużi (anġioedima), qtugħ ta’ nifs, taqa’ l- pressjoni bil-qalb tibda tħabbat ħafna u tibda tegħreq. Dawn jistgħu jkunu sintomi ta’ reazzjonijiet allerġiċi severi għall-insulini u jistgħu jsiru ta’ periklu għall-ħajja.

Reazzjonijiet fl-għajnejn

Bidla sostanzjali (titjib jew deterjorament) fil-kontroll taz-zokkor fid-demm tiegħek tista’ tiddisturba l- vista tiegħek b’mod temporanju. Jekk għandek retinopatija proliferattiva (marda tal-għajnejn relatata mad-dijabete) attakki severi tal-ipogliċemija jistgħu jikkawżaw telf temporanju tal-vista.

Disturbi ġenerali

F’każijiet rari, il-kura bl-insulina tista’ wkoll tikkawża akkumulazzjoni temporanja ta’ ilma fil-ġisem, b’nefħa tal-pxiexen u tal-egħkiesi.

Effetti sekondarji rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10,000)

F’każijiet rari ħafna, jista’ jkollok disgewżja (disturbi fit-togħma) u majalġja (uġigħ fil-muskoli).

Effetti sekondarji oħrajn bi frekwenza mhux magħrufa (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid- dejta disponibbli)

Il-kura bl-insulina tista’ ġġiegħel il-ġisem jagħmel antikorpi għall-insulina (sustanzi li jaħdmu kontra l-insulina). B’mod rari, din tista’ teħtieġ bidla fid-doża tiegħek tal-insulina.

Użu fit-tfal u fl-adolexxenti

B’mod ġenerali, l-effetti sekondarji fit-tfal u fl-adolexxenti ta’ 18-il sena jew inqas huma l-istess bħal dawk li jidhru fl-adulti.

Ilmenti ta’ reazzjonijiet fis-sit tal-injezzjoni (uġigħ fis-sit tal-injezzjoni, reazzjoni fis-sit tal-injezzjoni) u reazzjonijiet tal-ġilda (raxx, urtikarja) huma rrapportati relattivament aktar spiss fit-tfal u fl- adolexxenti ta’ 18-il sena jew anqas, milli fl-adulti.

Tagħrif dwar is-sigurtà minn studji kliniċi mhuwiex disponibbli għal tfal taħt is-sentejn.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen ABASAGLAR

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u fuq it-tikketta tal-iskartoċċ wara “JIS”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Skrataċ mhux miftuħa

Aħżen fi friġġ (2°C-8°C). Tagħmilhomx fil-friża.

ABASAGLAR m’għandux jitpoġġa viċin il-kompartiment tal-friża jew viċin xi pakkett tal-friża.

Żomm l-iskartoċċ fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.

Skrataċ li qed jintużaw

Skrataċ li qed jintużaw (ġol-pinna tal-insulina) jew li qegħdin jinġarru żejda, jistgħu jinħażnu għal mhux aktar minn 28 ġurnata f’temperatura sa 30 oC u ’l bogħod mis-sħana diretta jew mid-dawl dirett. L-iskartoċċ li qed jintuża m’għandux jinħażen fi friġġ. Tużahx wara dan il-perjodu ta’ żmien.

Tużax ABASAGLAR jekk tinnota xi frak fih. Uża ABASAGLAR biss jekk is-soluzzjoni hija ċara, bla kulur u qisha ilma.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill- ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall- protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih ABASAGLAR

-Is-sustanza attiva hi insulin glargine. Kull millilitru ta’ soluzzjoni fih 100 unità tas-sustanza attiva insulin glargine (ekwivalenti għal 3.64 mg).

-Is-sustanzi l-oħra huma: zinc oxide, metacresol, glycerol, sodium hydroxide, (ara sezzjoni 2 “Tagħrif importanti dwar xi wħud mis-sustanzi ta’ABASAGLAR” ), hydrochloric acid u ilma għall-injezzjonijiet.

Kif jidher ABASAGLAR u l-kontenut tal-pakkett

ABASAGLAR 100 unità/mL soluzzjoni għall-injezzjoni fi skartoċċ huwa soluzzjoni ċara u mingħajr kulur.

ABASAGLAR huwa fornut fi skartoċċ speċjali li jintuża biss f’pinna tal-insulina Lilly. Kull skartoċċ fih 3 mL ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni (ekwivalenti għal 300 unità) u huma disponibbli f’pakketti ta’ 1, 2, 5, 10 u pakkett multiplu b’2 x 5 skrataċ.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Eli Lilly Regional Operations GmbH., Kölblgasse 8-10, 1030, Vienna, L-Awstrija.

Manifattur

Lilly France S.A.S., rue du Colonel Lilly, F-67640 Fegersheim, Franza.

Eli Lilly Italia S.p.A., Via Gramsci 731-733, 50019 Sesto Fiorentino, (FI) L-Italja.

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

 

 

 

 

 

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

Eli Lilly

Holdings Limited atstovybė

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Tel. +370 (5) 2649600

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

България

Luxembourg/Luxemburg

ТП "Ели

Лили Недерланд" Б.В. - България

 

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

 

 

 

тел. +359 2 491 41 40

 

 

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

 

 

Česká republika

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Magyarország

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ELI LILLY ČR,

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Lilly Hungária

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

s.r.o.

Kft.

 

Tel: + 420 234 664 111

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: + 36 1 328 5100

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Danmark

 

Malta

 

Eli Lilly

Danmark A/S

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Charles

 

 

de Giorgio Ltd.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tlf: +45 45 26 60 00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: + 356 25600 500

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Deutschland

 

Nederland

 

Lilly Deutschland GmbH

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Eli Lilly

Nederland B.V.

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: + 49-(0) 6172 273 2222

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: + 31-(0) 30 60 25 800

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co. KG

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +49 (0) 800 77 90 900

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Eesti

 

Norge

 

Eli Lilly Holdings Limited Eesti filiaal

 

 

 

Eli Lilly Norge A.S.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +372 6 817 280

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tlf: + 47 22 88 18 00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ελλάδα

 

Österreich

 

ΦΑΡΜΑΣΕΡΒ-ΛΙΛΛΥ Α.Ε.Β.Ε.

 

 

 

 

 

 

Eli Lilly

Ges.m.b.H.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Τηλ: +30 210 629 4600

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: + 43-(0) 1 711

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

España

 

Polska

Lilly S.A.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Eli Lilly Polska Sp. z o.o.

 

 

 

 

Tel: + 34-

91 663 50 00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +48 22 440 33 00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Boehringer Ingelheim España S.A.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +34 93 404 51 00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

France

 

Portugal

Lilly France SAS

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Lilly Portugal Produtos Farmacêuticos, Lda

Tél: +33-(0) 1 55

49 34 34

 

 

 

 

 

Tel: + 351-21-4126600

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Boehringer Ingelheim France S.A.S.

 

Boehringer Ingelheim, Lda.

Tél: +33 3 26 50 45 33

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +351 21 313 53 00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Hrvatska

 

România

Eli Lilly

Hrvatska d.o.o.

 

 

 

 

 

Eli Lilly

România S.R.L.

 

 

 

Tel: +385 1 2350 999

 

 

 

 

 

 

Tel: + 40 21 4023000

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ireland

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Eli Lilly

and Company (Ireland) Limited

 

 

Slovenija

 

 

 

 

 

 

 

Tel: + 353-(0) 1 661 4377

 

 

 

 

Eli Lilly

farmacevtska družba, d.o.o.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +386 (0)1 580 00 10

 

 

 

Boehringer Ingelheim Ireland Ltd.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +353 1 295 9620

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ísland

 

Slovenská republika

Icepharma hf.

 

 

 

Eli Lilly Slovakia, s.r.o.

 

 

Sími + 354 540 8000

 

 

Tel: + 421 220 663 111

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Italia

 

Suomi/Finland

Eli Lilly Italia S.p.A.

 

 

Oy Eli Lilly Finland Ab

 

 

Tel: + 39- 055 42571

 

 

Puh/Tel: + 358-(0) 9 85

45 250

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Boehringer Ingelheim Italia S.p.A.

Tel: +39 02 5355 1

Κύπρος

 

 

 

 

 

Sverige

 

 

 

 

 

 

Phadisco

Ltd

 

 

 

 

Eli Lilly

Sweden AB

 

 

 

 

Τηλ: +357 22

 

 

Tel: + 46-(0) 8 7378800

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Latvija

United Kingdom

Eli Lilly

Holdings Limited pārstāvniecība Latvijā

 

Eli Lilly and Company Limited

Tel: +371 67364000

 

 

Tel: + 44-(0) 1256 315000

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Boehringer Ingelheim Ltd.

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +44 1344 424 600

 

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

 

 

 

 

 

 

 

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

IPERGLIĊEMIJA U IPOGLIĊEMIJA

Dejjem ġorr miegħek xi zokkor (għallinqas 20 gramma).

Ġorr fuqek xi informazzjoni biex turi li inti dijabetiku/a.

IPERGLIĊEMIJA (livelli għoljin ta’ zokkor fid-demm)

Jekk iz-zokkor fid-demm tiegħek huwa għoli wisq (ipergliċemija), għandu mnejn ma injettajtx biżżejjed insulina.

Għaliex isseħħ l-ipergliċemija?

Eżempji jinkludu:

-int ma injettajtx l-insulina tiegħek jew ma injettajtx biżżejjed, jew jekk saret anqas effettiva, per eżempju minħabba ħażna ħażina,

-il-pinna tal-insulina tiegħek mhijiex taħdem tajjeb,

-int qiegħed tagħmel anqas eżerċizzju fiżiku mis-soltu, jew int qiegħed taħt stress (inkwiet, eċċitament), jew korrejt, għamilt operazzjoni, għandek xi infezzjoni jew għandek id-deni,

-int qiegħed tieħu jew ħadt ċerti mediċini oħrajn (ara sezzjoni 2, “Mediċini oħra u

ABASAGLAR”).

Sintomi ta’ twissija ta’ ipergliċemija

Għatx, tħoss il-bżonn li tagħmel l-awrina aktar spiss mis-soltu, għeja, ġilda xotta, ħmura fil-wiċċ, telf ta’ aptit, pressjoni baxxa, il-qalb tħabbat tgħaġġel u glukosju u ketoni fl-awrina. Uġigħ fl-istonku, in- nifs mgħaġġel u fil-fond, ngħas u anki telf mis-sensi jistgħu jkunu sinjali ta’ kundizzjoni serja (kitoaċidożi) li tkun ikkaġunata minn nuqqas ta’ insulina.

X’għandek tagħmel jekk inti jkollok ipergliċemija?

Ittestja l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek u l-awrina tiegħek għall-ketoni hekk kif iseħħ xi wieħed mis-sintomi t’hawn fuq. Ipergliċemija severa jew kitoaċidożi għandhom dejjem ikunu kkurati minn tabib, normalment fi sptar.

IPOGLIĊEMIJA (livelli baxxi ta’ zokkor fid-demm)

Jekk il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jinżel wisq tista’ tintilef minn sensik. Ipogliċemija serja tista’ tkun il-kawża ta’ attakk ta’ qalb jew ta’ ħsara fil-moħħ u tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja. Normalment għandek tinduna li l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek huwa baxx wisq sabiex tkun tista’ tieħu l-azzjonijiet it-tajba.

Għaliex isseħħ l-ipogliċemija?

Eżempji jinkludu:

-int tinjetta wisq insulina,

-int taqbeż l-ikliet jew teħodhom aktar tard mis-soltu,

-int ma tikolx biżżejjed jew tiekol ikel li fih anqas karboidrati minn normal (zokkor u sustanzi simili għaz-zokkor li jissejħu karboidrati; madankollu, l-ħlewwiet artifiċjali M’HUMIEX karboidrati),

-int titlef il-karboidrati minħabba rimettar jew dijarea,

-int tixrob l-alkoħol, speċjalment jekk m’intix tiekol wisq,

-int qiegħed tagħmel aktar eżerċizzju fiżiku mis-soltu jew xi eżerċizzju fiżiku differenti,

-int qed tirkupra minn xi korriment jew operazzjoni jew stress ieħor,

-int qed tirkupra minn marda jew mid-deni,

-int qed tieħu jew waqaft tieħu ċerti mediċini oħra (ara sezzjoni 2, “Mediċini oħra u

ABASAGLAR”).

Ipogliċemija hija wkoll aktar probabbli li sseħħ jekk

-int għadek kemm bdejt il-kura bl-insulina jew qlibt għal preparazzjoni oħra ta’ insulina, (meta tbiddel mill-insulina tal-bażi li kellek għal ABASAGLAR, l-ipogliċemija, jekk isseħħ, hija aktar probabbli li isseħħ filgħodu milli billejl),

-int għandhek il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek kważi normali jew mhux stabbli,

-int bdilt iż-żona tal-ġilda fejn tinjetta l-insulina (per eżempju mill-koxxa għall-parti ta’ fuq tad- driegħ),

-int issofri minn mard sever tal-kliewi jew tal-fwied, jew xi marda oħra bħal tnaqqis fil-funzjoni tat-tirojde.

Sintomi ta’ twissija ta’ ipogliċemija

- Fil-ġisem tiegħek

Eżempji ta’ sintomi li juruk li l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek qed jaqa’ wisq jew qiegħed jinżel wisq malajr: għaraq żejjed, ġilda twaħħal, ansjetà, qalb tħabbat tgħaġġel, pressjoni għolja, palpitazzjonijiet u qalb tħabbat b’mod irregolari. Dawn is-sintomi ta’ spiss jiżviluppaw qabel is- sintomi dovuti għal livell baxx ta’ zokkor fil-moħħ.

- F’moħħok

Eżempji ta’ sintomi li jindikaw livell baxx taz-zokkor fil-moħħ: uġigħ ta’ ras, ġuħ kbir, dardir, rimettar, għeja, ngħas, disturbi fl-irqad, nuqqas ta’ kwiet, komportament aggressiv, telf ta’ konċentrazzjoni, reazzjonijiet indeboliti, depressjoni, konfużjoni, disturbi fid-diskors, (xi drabi it-telf komplet tad-diskors), indeboliment tal-vista, rogħda, paralisi, tnemnim (parasteżija), sensazzjoni mtarrxa u tnemnim madwar il-ħalq, sturdament, inabbiltà li trażżan lilek innifsek, inabbiltà li tieħu ħsieb tiegħek innifsek, aċċessjonijiet u t-telf mis-sensi.

L-ewwel sintomi li jagħtuk indikazzjoni li ser tiżviluppa ipogliċemija (“sintomi ta’ twissija”) jistgħu jinbidlu, jiddgħajfu jew ikunu nieqsin għal kollox jekk

-inti anzjan, int kellek id-dijabete għal żmien twil, inti tbati minn ċertu tip ta’ mard tas-sistema nervuża (newropatija awtonomika dijabetika),

-inti dan l-aħħar kellek ipogliċemija (per eżempju il-jum ta’ qabel) jew jekk tiżviluppa bil-mod,

-inti għandek livelli ta’ zokkor fid-demm li huma kważi normali jew, tal-inqas, marru għall-aħjar ħafna,

-dan l-aħħar biddilt minn tip ta’ insulina ġejja mill-annimali għal dik tat-tip umana bħal

ABASAGLAR,

-inti qed tieħu jew ħadt ċerti mediċini oħrajn (ara sezzjoni 2, “Mediċini oħra u ABASAGLAR”). F’dan il-kaz, tista’ tiżviluppa ipogliċemija severa (u anki jħossok ħażin) qabel tintebaħ bil-problema. Kun familjari mas-sintomi ta’ twissija tiegħek. Jekk hemm bżonn, testijiet aktar spissi għaz-zokkor fid-demm jistgħu jgħinuk biex tintebaħ bi ġrajjiet tal-ipogliċemija ħafifa li altrimenti jista’ jkun ma kontx tinduna bihom. Jekk m’intix kunfidenti li tagħraf is-sintomi ta’ twissija tiegħek, evita sitwazzjonijiet (bħal issuq karozza) fejn l-ipogliċemija tpoġġi f’riskju lilek jew lill-oħrajn.

X’għandek tagħmel jekk ikollok ipogliċemija?

1.Tinjettax l-insulina. Immedjatament ħu madwar 10 sa 20 g zokkor, bħal glukosju, dadi taz-zokkor jew xi xarba li jkun fiha ħafna zokkor. Attenzjoni: Ħlewwiet artifiċjali u ikel bi ħlewwiet artifiċjali (bħal xarbiet tad-dieta) m’humiex ta’ għajnuna fil-kura tal-ipogliċemija.

2.Wara kul xi ħaġa li għandha effett li tgħolli z-zokkor fid-demm għal tul ta’ ħin (bħall-ħobż jew l- għaġin). Suppost it-tabib jew l-infermier tiegħek kienu iddiskutew din il-ħaġa miegħek qabel.

L-irkupru mill-ipogliċemija jista’ jkun li jdum minħabba li ABASAGLAR jibqa’ jaħdem fit-tul.

3.Jekk l-ipogliċemija terġa’ tfiġġ erġa’ ħu minn 10 sa 20 g ta’ zokkor.

4.Kellem tabib immedjatament jekk ma tistax tikkontrolla l-ipogliċemija jew din terġa’tiġri. Għid lill- qrabatek, lill-ħbiebek u l-kollegi qrib tiegħek b’dan li ġej:

Jekk int ma tistax tibla’ jew jekk int mitluf minn sensik, int teħtieġ injezzjoni tal-glukosju jew tal- glukagon (mediċina li żżid iz-zokkor fid-demm). Dawn l-injezzjonijiet huma ġustifikati anki jekk mhux żgur li għandek l-ipogliċemija.

Huwa rrakkomandat li tittestja z-zokkor fid-demm tiegħek immedjatament wara li tieħu l-glukosju biex tiċċekkja li tassew għandek ipogliċemija.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

ABASAGLAR 100 unità/mL soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest

Insulin glargine

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu, inkluż l-Istruzzjonijiet dwar l-Użu tal-pinna mimlija għal-lest ABASAGLAR KwikPen, qabel ma tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu ABASAGLAR u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża ABASAGLAR

3.Kif għandek tuża ABASAGLAR

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen ABASAGLAR

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu ABASAGLAR u gћalxiex jintuża

ABASAGLAR huwa soluzzjoni għall-injezzjoni li fiha insulin glargine. Insulin glargine huwa insulina modifikata, simili ħafna għall-insulina umana.

ABASAGLAR jintuża biex jikkura d-dijabete mellitus fl-adulti, fl-adoloxxenti u fit-tfal minn sentejn ’il fuq.

Id-dijabete mellitus hija marda fejn ġismek ma jipproduċix ammont biżżejjed ta’ insulina biex tikkontrolla l-livell taz-zokkor fid-demm. Insulin glargine għandu effett fit-tul u kostanti li jbaxxi l- livell taz-zokkor fid-demm.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tuża ABASAGLAR

Tużax ABASAGLAR

Jekk inti allerġiku għal insulin glargine jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tuża ABASAGLAR.

Segwi sew l-istruzzjonijiet għall-pożoloġija, monitoraġġ (testijiet tad-demm u l-awrina), dieta u attività fiżika (xogħol u eżerċizzju fiżiku) kif diskuss mat-tabib tiegħek.

Jekk iz-zokkor fid-demm tiegħek huwa baxx wisq (ipogliċemija), segwi l-gwida għall-ipogliċemija

(ara l-kaxxa fl-aħħar ta’ dan il-fuljett).

Ivvjaġġar

Qabel tivvjaġġa kellem lit-tabib tiegħek. Għandu mnejn ikollok bżonn tiddiskuti dwar:

-id-disponibbiltà tal-insulina tiegħek fil-pajjiż li qiegħed iżżur,

-il-forniment tal-insulina eċċ.

-il-ħażna korretta tal-insulina tiegħek waqt l-ivvjaġġar,

-il-ħin tal-ikel u t-teħid tal-insulina waqt l-ivvjaġġar,

-l-effetti possibbli ta’ tibdil ta’ żoni ta’ ħin differenti,

-il-possibbiltà ta’ riskji ġodda għal saħħtek fil-pajjiż li ser iżżur,

-x’għandek tagħmel f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza meta tħossok ma tiflaħx jew timrad.

Mard u korrimenti

F’dawn is-sitwazzjonijiet li ġejjin, l-immaniġġar tad-dijabete tiegħek, jista’ jkollha bżonn ta’ ħafna attenzjoni (per eżempju aġġustament fid-doża tal-insulina, testijiet tad-demm u tal-awrina):

-Jekk ma tiflaħx jew korrejt serjament f’dan il-każ il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla (ipergliċemija).

-Jekk m’intix qed tiekol biżżejjed il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jinżel iżżejjed (ipogliċemija).

Fil-parti l-kbira tal-każijiet ikollok bżonn tabib. Kun ċert li tkellem tabib kmieni.

Jekk għandek id-dijabete tat-tip 1 (dijabete mellitus dipendenti fuq l-insulina), twaqqafx l-insulina tiegħek u kompli ħu biżżejjed karboidrati. Dejjem għid lin-nies li qegħdin jieħdu ħsiebek jew li qegħdin jikkurawk li għandek bżonn l-insulina.

Xi pazjenti, li ilhom għal tul ta’ żmien ibatu mid-dijabete mellitus tat-tip 2 u mill-mard tal-qalb jew kellhom xi attakk preċedenti ta’ puplesija u li ġew ikkurati bi pioglitazone u l-insulina, kellhom l- iżvilupp ta’ insuffiċjenza tal-qalb. Għarraf lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli jekk tinduna b’xi sinjali ta’ insuffiċjenza tal-qalb bħal qtugħ ta’ nifs mhux tas-soltu jew żieda malajr fil-piż jew xi nefħa lokalizzata (edima).

Mediċini oħra u ABASAGLAR

Xi mediċini jikkawżaw tibdil fil-livell taz-zokkor fid-demm (tnaqqis, żieda jew it-tnejn li huma, skont iċ-ċirkostanzi). F’kull każ, jista’ jkun meħtieġ li taġġusta d-doża tiegħek tal-insulina biex tevita livelli taz-zokkor fid-demm li jkunu baxxi wisq jew għoljin wisq. Oqgħod attent/a meta tibda jew tieqaf tieħu xi mediċina oħra.

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Qabel tieħu xi mediċina staqsi lit-tabib tiegħek jekk tistax teffettwalek il-livell taz-zokkor fid- demm tiegħek, u x’għandek tagħmel, jekk meħtieġ.

Il-mediċini li jistgħu jbaxxu l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek (ipogliċemija) jinkludu:

-il-mediċini l-oħra kollha għall-kura tad-dijabete,

-l-inibituri tal-enzima li tikkonverti anġjotensin (ACE) (użati għall-kura ta’ ċerti kundizzjonijiet tal-qalb jew ta’ pressjoni għolja fid-demm),

-disopyramide (użat għall-kura ta’ ċerti kundizzjonijiet tal-qalb),

-fluoxetine (użat għall-kura tad-depressjoni),

-fibrates (użati biex ibaxxu l-livelli għoljin tal-lipidi fid-demm),

-l-inibituri ta’ monoamine oxidase (MAO) (użati għall-kura tad-depressjoni),

-pentoxifylline, propoxyphene, salicylates (bħall-aspirina, użati biex ittaffu l-uġigħ u jniżżlu d- deni)

-analogi ta’ somatostatin (bħal octreotide, użat fil-kura ta’ kondizzjoni li mhijiex komuni fejn inti tipproduċi ormon tat-tkabbir żejjed),

-l-antibijotiċi sulphonamide.

Il-mediċini li jistgħu jgħollu l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek (ipergliċemija) jinkludu:

-l-kortikosterojdi (bħal "cortisone", użat għall-kura tal-infjammazzjoni),

-danazol (mediċina li taħdem fuq l-ovulazzjoni),

-diazoxide (użat għall-kura ta’ pressjoni għolja),

-id-dijuretiċi (użati għall-kura ta’ pressjoni għolja jew iż-żamma eċċessiva ta’ fluwidi),

-glukagon (ormon tal-frixa użat għall-kura ta’ ipogliċemija severa),

-isoniazid (użat għall-kura tat-tuberkulożi),

-l-estroġeni u l-proġestoġeni (bħal fil-pillola kontraċettiva, użata għall-kontroll tat-tqala),

-id-derivattivi ta’ phenothiazine (użati għall-kura ta’ disturbi psikjatriċi),

-somatropin (ormon tat-tkabbir),

-il-mediċini simpatomimetiċi (bħal epinephrine [adrenaline] jew salbutamol, terbutaline użat għall-kura tal-ażma),

-ormoni tat-tirojde (użati għall-kura ta’ disturbi fil-glandola tat-tirojde),

-l-mediċini hekk imsejħa atipiċi kontra l-psikożi (bħal olanzapine u clozapine),

-l-inibituri ta’ protease (użati għall-kura tal-HIV).

Il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla jew jinżel jekk tieħu:

-imblokkaturi tar-riċetturi beta (użati għall-kura ta’ pressjoni għolja),

-clonidine (użat għall-kura ta’ pressjoni għolja),

-is-sustanzi tal-lithium (użati għall-kura ta’ disturbi psikjatriċi).

Pentamidine (użat għall-kura ta’ xi infezzjonijiet ikkawżati mill-parassiti) jista’ jikkawża ipogliċemija li kultant tkun segwita minn ipergliċemija.

L-imblokkaturi tar-riċetturi beta bħall-mediċini oħra simpatolitiċi (bħal clonidine, guanethidine, u reserpine) jistgħu jdgħajfu jew jaħbu kompletament l-ewwel sintomi ta’ twissija li jgħinuk tagħraf ipogliċemija.

Jekk m’intix ċert/a jekk intix qed tieħu waħda minn dawn il-mediċini staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

ABASAGLAR ma’ alkoħol

Il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek jistgħu jogħlew jew jitbaxxew jekk tixrob l-alkoħol.

Tqala u treddigħ

Itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.

Għarraf lit-tabib tiegħek jekk inti qed tippjana toħroġ tqila, jew jekk inti diġà tqila. Id-doża tiegħek tal- insulina għandu mnejn jeħtieġ li tinbidel waqt it-tqala u wara li twelled. Il-kontroll għaqli tad-dijabete tiegħek, u l-prevenzjoni tal-ipogliċemija, huma importanti għas-saħħa tat-tarbija tiegħek.

Jekk int qed tredda’, iddiskuti mat-tabib tiegħek għax inti tista’ tkun teħtieġ tibdiliet fid-dożi tiegħek tal-insulina u d-dieta.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

L-abbiltà tiegħek biex tikkonċentra u tirreaġixxi tista’ tonqos jekk:

-inti għandek l-ipogliċemija (livelli baxxi ta’ zokkor fid-demm),

-inti għandek l-ipergliċemija (livelli għoljin ta’ zokkor fid-demm),

-inti għandek problemi bil-vista tiegħek.

Żomm din il-problema f’moħħok f’kull sitwazzjoni fejn tista’ tpoġġi lilek innifsek jew lil ħaddieħor f’riskju (eż. fis-sewqan ta’ karozza jew fit-tħaddim ta’ magni). Għandek tikkuntatja lit-tabib tiegħek għal parir fuq is-sewqan jekk:

-inti għandek episodji spissi ta` ipogliċemija,

-l-ewwel sintomi ta’ twissija li jgħinuk tagħraf ipogliċemija huma mnaqqsa jew mhumiex preżenti.

Tagħrif importanti dwar xi wħud mis-sustanzi ta’ ABASAGLAR

Għal kull doża din il-mediċina fiha inqas minn 1 mmol (23 mg) ta’ sodium ,li jfisser li tista’ tgħid li huwa ‘ħieles mis-sodium’.

3. Kif gћandek tuża ABASAGLAR

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Għalkemm ABASAGLAR fih l-istess sustanza attiva bħal Toujeo (insulina glargine 300 unità/mL), dawn il-mediċini ma jistgħux jinbidlu ma xulxin. Il-bidla minn terapija waħda tal-insulina għal oħra jkollha bżonn ta’ riċetta medika, superviżjoni medika u monitoraġġ taz-zokkor fid-demm.Jekk jogħġbok ikkonsulta mat-tabib tiegħek għal aktar informazzjoni.

Doża

Skont l-istil ta’ ħajtek u r-riżultati tat-testijiet taz-zokkor (glukożju) fid-demm u l-użu preċedenti tiegħek ta’ l-insulina, it-tabib tiegħek sejjer:

-jikkalkula kemm għandek bżonn ABASAGLAR kuljum u f’liema ħin trid tieħdu,

-jgħidlek meta tiċċekkja l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek, u jekk hemmx il-ħtieġa li tagħmel testijiet tal-awrina,

-jgħidlek meta jista’ jkollok bżonn tinjetta doża akbar jew iżgħar ta’ ABASAGLAR.

ABASAGLAR huwa tip ta’ insulina li taħdem fit-tul. It-tabib tiegħek għandu mnejn jgħidlek biex tużah flimkien ma’ insulina li taħdem għal żmien qasir jew ma’ pilloli użati għall-kura ta’ livelli għoljin ta’ zokkor fid-demm.

Hemm ħafna fatturi li jistgħu jaffettwaw il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek. Inti għandek tkun taf dawn il-fatturi biex tkun tista’ tirreaġixxi kif suppost meta jkun hemm tibdil fil-livell taz-zokkor fid- demm tiegħek u biex ma tħallihx jogħla jew jitbaxxa wisq. Ara l-kaxxa fl-aħħar ta’ dan il-fuljett għal aktar informazzjoni.

Użu fit-tfal u fl-adolexxenti

ABASAGLAR jista’ jintuża fl-adolexxenti u fit-tfal li għandhom minn sentejn ’il fuq. M’hemm ebda esperjenza bl-użu ta’ ABASAGLAR fit-tfal li għandhom taħt is-sentejn.

Kemm-il darba jingħata

Għandek bżonn ta’ injezzjoni waħda ta’ ABASAGLAR kuljum, fl-istess ħin tal-ġurnata.

Mod ta’ kif jingħata

ABASAGLAR huwa injettat taħt il-ġilda. TINJETTAX ABASAGLAR fil-vina, għax dan jibdillu l- effett tiegħu u jista’ jikkaġuna ipogliċemija.

It-tabib tiegħek sejjer jurik f’liema żoni fil-ġilda għandek tinjettaABASAGLAR. Ma’ kull injezzjoni, biddel is-sit tat-titqiba, fiż-żona partikolari tal-ġilda li qed tuża.

Kif timmaniġġa ABASAGLAR KwikPen

ABASAGLAR KwikPen hija pinna mimlija għal-lest li tintrema wara l-użu u li fiha insulin glargine.

Aqra bir-reqqa “L-Istruzzjonijiet dwar l-Użu ta’ ABASAGLAR KwikPen”, li jinsabu ma’ dan il-fuljett ta’ tagħrif. Inti għandek tuża l-pinna kif deskritt f’dawn L-Istruzzjonijiet dwar l-Użu.

Labra ġdida għandha titwaħħal qabel kull darba li tużaha. Uża biss labar li huma kompatibbli għall- użu ma’ ABASAGLAR KwikPen (ara “L-Istruzzjonijiet dwar l-Użu ta’ ABASAGLAR KwikPen”).

Test ta’ sigurtà għandu jsir qabel kull injezzjoni.

Eżamina l-iskartoċċ qabel tuża l-pinna. Tużax ABASAGLAR KwikPen jekk tinnota li fih xi frak. Uża biss ABASAGLAR KwikPen jekk is-soluzzjoni hija ċara, bla kulur u qisha ilma. Tħawdux u tħalltux qabel l-użu.

Biex tilqa’ kontra l-possibbiltà tat-tixrid tal-mard, kull pinna għandha tintuża minn pazjent wieħed biss.

Kun żgur li la l-alkoħol u lanqas diżinfettanti oħra jew xi sustanzi oħra ma jikkontaminaw l-insulina.

Dejjem uża pinna ġdida jekk, bla mistenni, tinnota li l-kontroll taz-zokkor fid-demm tiegħek qiegħed imur għall-agħar. Jekk taħseb li għandek xi problema b’ABASAGLAR KwikPen, tkellem mat-tabib, mal-ispiżjar jew mal-infermier tiegħek.

Il-pinen vojta m’għandhomx jerġgħu jimtlew u għandhom jintremew kif jixraq.

Tużax ABASAGLAR KwikPen jekk fiha l-ħsara jew mhix qed taħdem sew, din għandha tintrema u minflok tintuża KwikPen ġdida.

Jekk tuża ABASAGLAR aktar milli suppost

-Jekk injettajt aktar ABASAGLAR milli meħtieġ, il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jitbaxxa wisq (ipogliċemija). Iċċekkja spiss iz-zokkor fid-demm tiegħek. Ġeneralment, biex tevita l-ipogliċemija għandek tiekol aktar u timmonitorja z-zokkor fid-demm tiegħek. Għal informazzjoni fuq il-kura tal-ipogliċemija, ara l-kaxxa fli tinsab fit-tmiem ta’ dan il-fuljett.

Jekk tinsa tuża ABASAGLAR

-Jekk qbiżt doża ta’ ABASAGLAR jew jekk ma injettajtx biżżejjed insulina, il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla wisq (ipergliċemija). Iċċekkja spiss iz-zokkor fid-demm tiegħek.

Għal informazzjoni fuq il-kura tal-ipergliċemija, ara l-kaxxa li tinsab fit-tmiem ta’ dan il-fuljett.

-M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tuża ABASAGLAR

Dan jista’ jwassal għal ipergliċemija severa (livell għoli ħafna ta’ zokkor fid-demm) u ketoaċidożi (jinġabar aċidu fid-demm minħabba li l-ġisem jimmetabolizza x-xaħam minflok iz-zokkor). Tiqafx tieħu ABASAGLAR mingħajr ma tkun tkellimt ma’ tabib, li se jgħidlek x’hemm bżonn isir.

Użu bi żball ta’ insulina flok oħra

Biex jiġu evitati żbalji fil-medikazzjoni bejn ABASAGLAR u insulini oħra, għandek dejjem tiċċekkja t-tikketta tal-insulina qabel kull injezzjoni.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

L-ipogliċemija (livell baxx ta’ zokkor fid-demm) tista’ tkun serja ħafna. Jekk il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jinżel wisq tista’ tintilef minn sensik. Ipogliċemija serja tista’ tikkawża ħsara fil- moħħ u tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja. Jekk għandek sintomi ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm,

ħu l-azzjonijiet meħtieġa biex iżżid il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek b’mod immedjat.

Jekk ikollok dawn is-sintomi li ġejjin, ikkuntattja b’mod immedjat lit-tabib tiegħek:

Reazzjonijiet tal-ġilda fuq skala kbira (raxx u ħakk mal-ġisem kollu), nefħa severa fil-ġilda jew fil- membrani mukużi (anġioedima), qtugħ ta’ nifs, , taqa’ l-pressjoni fid-demm bil-polz mgħaġġel u tkun għarqan. Dawn jistgħu jkunu sintomi ta’ reazzjonijiet allerġiċi qawwija għall-insulini u jistgħu jsiru ta’ periklu għall-ħajja.

Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10)

-Ipogliċemija

Bħal kull terapija oħra bl-insulina, l-ipogliċemija hija l-effett sekondarju l-aktar frekwenti.

Ipogliċemija (livell baxx ta’ zokkor fid-demm) tfisser li m’hemmx biżżejjed zokkor fid-demm.

Ara l-kaxxa fit-tmiem ta’ dan il-fuljett għal aktar informazzjoni dwar l-effetti sekondarji ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm jew ta’ livell għoli ta’ zokkor fid-demm.

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10)

-Tibdiliet fil-ġilda fis-sit tal-injezzjoni

Jekk tinjetta l-insulina tiegħek spiss wisq fl-istess sit tal-ġilda, it-tessut xaħmi taħt il-ġilda f’dan is-sit jista’ jew jinxtorob (lipoatrofija) jew jeħxien (lipoipertrofija). It-tħaxxin tat-tessut xaħmi jista’ jseħħ f’1 sa 2% tal-pazjenti, waqt li t-tnixxif jista’ jseħħ b’mod mhux komuni. L-insulina li tinjetta f’sit bħal dan tista’ ma taħdimx sew. Bidla kull darba fis-sit tal-injezzjoni tista’ tgħin biex dawn it-tibdiliet fil- ġilda ma jiġrux.

-Reazzjonijiet tal-ġilda u dawk allerġiċi

Minn 3 sa 4 % tal-pazjenti jistgħu jkollhom reazzjonijiet fis-sit tal-injezzjoni (bħal ħmura, uġigħ qawwi mhux tas-soltu meta ssir l-injezzjoni, ħakk, ħorriqija, nefħa jew infjammazzjoni). Dawn jistgħu wkoll jinfirxu madwar is-sit tal-injezzjoni. Il-biċċa l-kbira tar-reazzjonijiet żgħar għall-insulini normalment jgħaddu fi żmien ftit jiem sa ftit ġimgħat.

Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000)

-Reazzjonijiet allerġiċi severi għall-insulini

Sintomi assoċjati ma’ dan jistgħu jinkludu reazzjonijiet tal-ġilda fuq skala kbira (raxx u ħakk mal- ġisem kollu), nefħa severa fil-ġilda jew fil-membrani mukużi (anġioedima), qtugħ ta’ nifs, taqa’ l- pressjoni bil-qalb tibda tħabbat ħafna u tibda tegħreq. Dawn jistgħu jkunu sintomi ta’ reazzjonijiet allerġiċi severi għall-insulini u jistgħu jsiru ta’ periklu għall-ħajja.

-Reazzjonijiet fl-għajnejn

Bidla sostanzjali (titjib jew deterjorament) fil-kontroll taz-zokkor fid-demm tiegħek tista’ tiddisturba l- vista tiegħek b’mod temporanju. Jekk għandek retinopatija proliferattiva (marda tal-għajnejn relatata mad-dijabete) attakki severi tal-ipogliċemija jistgħu jikkawżaw telf temporanju tal-vista.

-Disturbi ġenerali

F’każijiet rari, il-kura bl-insulina tista’ wkoll tikkawża akkumulazzjoni temporanja ta’ ilma fil-ġisem, b’nefħa tal-pxiexen u tal-egħkiesi.

Effetti sekondarji rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10,000)

F’każijiet rari ħafna, jista’ jkollok disgewżja (disturbi fit-togħma) u majalġja (uġigħ fil-muskoli).

Effetti sekondarji oħrajn bi frekwenza mhux magħrufa (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid- dejta disponibbli)

Il-kura bl-insulina tista’ ġġiegħel il-ġisem jagħmel antikorpi għall-insulina (sustanzi li jaħdmu kontra l-insulina). B’mod rari, din tista’ teħtieġ bidla fid-doża tiegħek tal-insulina.

Użu fit-tfal u fl-adolexxenti

B’mod ġenerali, l-effetti sekondarji fit-tfal u fl-adolexxenti ta’ 18-il sena jew inqas huma l-istess bħal dawk li jidhru fl-adulti.

Ilmenti ta’ reazzjonijiet fis-sit tal-injezzjoni (uġigħ fis-sit tal-injezzjoni, reazzjoni fis-sit tal-injezzjoni) u reazzjonijiet tal-ġilda (raxx, urtikarja) huma rrapportati relattivament aktar spiss fit-tfal u fl- adolexxenti ta’ 18-il sena jew anqas, milli fl-adulti.

Tagħrif dwar is-sigurtà minn studji kliniċi mhuwiex disponibbli għal tfal taħt is-sentejn.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen ABASAGLAR

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u fuq it-tikketta tal-iskartoċċ wara “JIS”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Pinen li mhumiex jintużaw

Aħżen fi friġġ (2°C-8°C). Tagħmilhomx fil-friża.

ABASAGLAR m’għandux jitpoġġa viċin il-kompartiment tal-friża jew viċin xi pakkett tal-friża. Żomm il-pinna mimlija għal-lest fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.

Pinen li qed jintużaw

Pinen mimlijin għal-lest li qed jintużaw jew li qegħdin jinġarru żejda, jistgħu jinħażnu għal mhux aktar minn 28 ġurnata f’temperatura sa 30 oC u ’l bogħod mis-sħana diretta jew mid-dawl dirett. Il- pinna li qed tintuża m’għandhiex tinħażen fi friġġ. Tużahiex wara dan il-perjodu ta’ żmien. Wara kull injezzjoni, il-kappa tal-pinna għandha terġa’ titqiegħed fuq il-pinna sabiex tilqa’ mid-dawl.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill- ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall- protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih ABASAGLAR

-Is-sustanza attiva hi insulin glargine. Kull millilitru ta’ soluzzjoni fih 100 unità tas-sustanza attiva insulin glargine (ekwivalenti għal 3.64 mg).

-Is-sustanzi l-oħra huma: zinc oxide, metacresol, glycerol, sodium hydroxide, (ara sezzjoni 2 “Tagħrif importanti dwar xi wħud mis-sustanzi ta’ABASAGLAR” ), hydrochloric acid u ilma għall-injezzjonijiet.

Kif jidher ABASAGLAR u l-kontenut tal-pakkett

ABASAGLAR 100 unità/mL soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest, KwikPen, huwa soluzzjoni ċara u mingħajr kulur.

Kull pinna fiha 3 mL ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni (ekwivalenti għal 300 unità). Huma disponibbli f’pakketti ta’ 1, 2, 5 u pakkett multiplu b’2 x 5 pinen mimlijin għal-lest ta’ 3 mL.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Eli Lilly Regional Operations GmbH., Kölblgasse 8-10, 1030, Vienna, L-Awstrija.

Manifattur

Lilly France S.A.S., rue du Colonel Lilly, F-67640 Fegersheim, Franza.

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

Eli Lilly

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Holdings Limited atstovybė

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Tel. +370 (5) 2649600

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

България

Luxembourg/Luxemburg

ТП "Ели

Лили Недерланд" Б.В. - България

 

 

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

 

 

 

тел. +359 2 491 41 40

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Česká republika

Magyarország

ELI LILLY ČR,

s.r.o.

 

 

 

 

 

 

 

 

Lilly Hungária

Kft.

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: + 420 234 664 111

 

 

 

 

 

 

Tel: + 36 1 328 5100

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Danmark

Malta

Eli Lilly

Danmark A/S

 

 

 

 

 

 

Charles

 

de Giorgio Ltd.

 

 

 

Tlf: +45 45 26 60 00

 

 

 

 

 

 

 

Tel: + 356 25600 500

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Deutschland

Nederland

Lilly Deutschland GmbH

 

 

 

 

 

Eli Lilly

Nederland B.V.

 

 

Tel: + 49-(0) 6172 273 2222

 

 

 

Tel: + 31-(0) 30 60 25 800

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co. KG

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +49 (0) 800 77 90 900

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Eesti

Norge

Eli Lilly Holdings Limited Eesti filiaal

 

Eli Lilly Norge A.S.

 

 

Tel: +372 6 817 280

 

 

Tlf: + 47 22 88 18 00

 

 

Ελλάδα

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Österreich

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Eli Lilly

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ΦΑΡΜΑΣΕΡΒ-ΛΙΛΛΥ Α.Ε.Β.Ε.

 

 

 

 

 

 

Ges.m.b.H.

 

Τηλ: +30 210 629 4600

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: + 43-(0) 1 711

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

España

 

Polska

Lilly S.A.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Eli Lilly Polska Sp. z o.o.

 

 

 

 

 

Tel: + 34-

91 663 50 00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +48 22 440 33 00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Boehringer Ingelheim España S.A.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +34 93 404 51 00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

France

 

Portugal

Lilly France SAS

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Lilly Portugal Produtos Farmacêuticos, Lda

Tél: +33-(0) 1 55

49 34 34

 

 

 

 

 

 

Tel: + 351-21-4126600

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Boehringer Ingelheim France S.A.S.

 

Boehringer Ingelheim, Lda.

Tél: +33 3 26 50 45 33

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +351 21 313 53 00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Hrvatska

 

România

Eli Lilly

Hrvatska d.o.o.

 

 

 

 

 

 

Eli Lilly

România S.R.L.

 

 

 

 

Tel: +385 1 2350 999

 

 

 

 

 

 

 

Tel: + 40 21 4023000

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ireland

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Eli Lilly

 

and Company (Ireland) Limited

 

 

Slovenija

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: + 353-(0) 1 661 4377

 

 

 

 

 

Eli Lilly

farmacevtska družba, d.o.o.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +386 (0)1 580 00 10

 

 

 

 

Boehringer Ingelheim Ireland Ltd.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +353 1 295 9620

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ísland

 

Slovenská republika

Icepharma hf.

 

 

 

 

 

 

 

Eli Lilly Slovakia, s.r.o.

 

 

 

Sími + 354 540 8000

 

 

 

 

Tel: + 421 220 663 111

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Italia

 

Suomi/Finland

Eli Lilly Italia S.p.A.

 

 

 

 

Oy Eli Lilly Finland Ab

 

 

 

Tel: + 39- 055 42571

 

 

 

 

Puh/Tel: + 358-(0) 9 85

45 250

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Boehringer Ingelheim Italia S.p.A.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +39 02 5355 1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Κύπρος

 

Sverige

Phadisco

Ltd

 

 

 

 

Eli Lilly

Sweden AB

 

 

 

 

 

Τηλ: +357 22

 

 

Tel: + 46-(0) 8 7378800

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Latvija

 

United Kingdom

Eli Lilly

Holdings Limited pārstāvniecība Latvijā

 

Eli Lilly and Company Limited

 

Tel: +371 67364000

 

 

Tel: + 44-(0) 1256 315000

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Boehringer Ingelheim Ltd.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +44 1344 424 600

 

 

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

IPERGLIĊEMIJA U IPOGLIĊEMIJA

Dejjem ġorr miegħek xi zokkor (għallinqas 20 gramma). Ġorr fuqek xi informazzjoni biex turi li inti dijabetiku/a. IPERGLIĊEMIJA (livelli għoljin ta’ zokkor fid-demm)

Jekk iz-zokkor fid-demm tiegħek huwa għoli wisq (ipergliċemija), għandu mnejn ma injettajtx biżżejjed insulina.

Għaliex isseħħ l-ipergliċemija?

Eżempji jinkludu:

-int ma injettajtx l-insulina tiegħek jew ma injettajtx biżżejjed, jew jekk saret anqas effettiva, per eżempju minħabba ħażna ħażina,

-il-pinna tal-insulina tiegħek mhijiex taħdem tajjeb,

-int qiegħed tagħmel anqas eżerċizzju fiżiku mis-soltu, jew int qiegħed taħt stress (inkwiet, eċċitament), jew korrejt, għamilt operazzjoni, għandek xi infezzjoni jew għandek id-deni,

-int qiegħed tieħu jew ħadt ċerti mediċini oħrajn (ara sezzjoni 2, “Mediċini oħra u

ABASAGLAR”).

Sintomi ta’ twissija ta’ ipergliċemija

Għatx, tħoss il-bżonn li tagħmel l-awrina aktar spiss mis-soltu, għeja, ġilda xotta, ħmura fil-wiċċ, telf ta’ aptit, pressjoni baxxa, il-qalb tħabbat tgħaġġel u glukosju u ketoni fl-awrina. Uġigħ fl-istonku, in- nifs mgħaġġel u fil-fond, ngħas u anki telf mis-sensi jistgħu jkunu sinjali ta’ kundizzjoni serja (kitoaċidożi) li tkun ikkaġunata minn nuqqas ta’ insulina.

X’għandek tagħmel jekk inti jkollok ipergliċemija?

Ittestja l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek u l-awrina tiegħek għall-ketoni hekk kif iseħħ xi wieħed mis-sintomi t’hawn fuq. Ipergliċemija severa jew kitoaċidożi għandhom dejjem ikunu kkurati minn tabib, normalment fi sptar.

IPOGLIĊEMIJA (livelli baxxi ta’ zokkor fid-demm)

Jekk il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jinżel wisq tista’ tintilef minn sensik. Ipogliċemija serja tista’ tkun il-kawża ta’ attakk ta’ qalb jew ta’ ħsara fil-moħħ u tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja. Normalment għandek tinduna li l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek huwa baxx wisq sabiex tkun tista’ tieħu l-azzjonijiet it-tajba.

Għaliex isseħħ l-ipogliċemija?

Eżempji jinkludu:

-int tinjetta wisq insulina,

-int taqbeż l-ikliet jew teħodhom aktar tard mis-soltu,

-int ma tikolx biżżejjed jew tiekol ikel li fih anqas karboidrati minn normal (zokkor u sustanzi simili għaz-zokkor li jissejħu karboidrati; madankollu, l-ħlewwiet artifiċjali M’HUMIEX karboidrati),

-int titlef il-karboidrati minħabba rimettar jew dijarea,

-int tixrob l-alkoħol, speċjalment jekk m’intix tiekol wisq,

-int qiegħed tagħmel aktar eżerċizzju fiżiku mis-soltu jew xi eżerċizzju fiżiku differenti,

-int qed tirkupra minn xi korriment jew operazzjoni jew stress ieħor,

-int qed tirkupra minn marda jew mid-deni,

-int qed tieħu jew waqaft tieħu ċerti mediċini oħra (ara sezzjoni 2, “Mediċini oħra u

ABASAGLAR”).

Ipogliċemija hija wkoll aktar probabbli li sseħħ jekk

-int għadek kemm bdejt il-kura bl-insulina jew qlibt għal preparazzjoni oħra ta’ insulina, (meta tbiddel mill-insulina tal-bażi li kellek għal ABASAGLAR, l-ipogliċemija, jekk isseħħ, hija aktar probabbli li isseħħ filgħodu milli billejl),

-int għandhek il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek kważi normali jew mhux stabbli,

-int bdilt iż-żona tal-ġilda fejn tinjetta l-insulina (per eżempju mill-koxxa għall-parti ta’ fuq tad- driegħ),

-int issofri minn mard sever tal-kliewi jew tal-fwied, jew xi marda oħra bħal tnaqqis fil-funzjoni tat-tirojde.

Sintomi ta’ twissija ta’ ipogliċemija

- Fil-ġisem tiegħek

Eżempji ta’ sintomi li juruk li l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek qed jaqa’ wisq jew qiegħed jinżel wisq malajr: għaraq żejjed, ġilda twaħħal, ansjetà, qalb tħabbat tgħaġġel, pressjoni għolja, palpitazzjonijiet u qalb tħabbat b’mod irregolari. Dawn is-sintomi ta’ spiss jiżviluppaw qabel is- sintomi dovuti għal livell baxx ta’ zokkor fil-moħħ.

- F’moħħok

Eżempji ta’ sintomi li jindikaw livell baxx taz-zokkor fil-moħħ: uġigħ ta’ ras, ġuħ kbir, dardir, rimettar, għeja, ngħas, disturbi fl-irqad, nuqqas ta’ kwiet, komportament aggressiv, telf ta’ konċentrazzjoni, reazzjonijietindeboliti, depressjoni, konfużjoni, disturbi fid-diskors, (xi drabi it-telf komplet tad-diskors), indeboliment tal-vista, rogħda, paralisi, tnemnim (parasteżija), sensazzjoni mtarrxa u tnemnim madwar il-ħalq, sturdament, inabbiltà li trażżan lilek innifsek, inabbiltà li tieħu ħsieb tiegħek innifsek, aċċessjonijiet u t-telf mis-sensi.

L-ewwel sintomi li jagħtuk indikazzjoni li ser tiżviluppa ipogliċemija (“sintomi ta’ twissija”) jistgħu jinbidlu, jiddgħajfu jew ikunu nieqsin għal kollox jekk:

-inti anzjan, int kellek id-dijabete għal żmien twil, inti tbati minn ċertu tip ta’ mard tas-sistema nervuża (newropatija awtonomika dijabetika),

-inti dan l-aħħar kellek ipogliċemija (per eżempju il-jum ta’ qabel) jew jekk tiżviluppa bil-mod,

-inti għandek livelli ta’ zokkor fid-demm li huma kważi normali jew, tal-inqas, marru għall-aħjar ħafna,

-dan l-aħħar biddilt minn tip ta’ insulina ġejja mill-annimali għal dik tat-tip umana bħal

ABASAGLAR,

-inti qed tieħu jew ħadt ċerti mediċini oħrajn (ara sezzjoni 2, “Mediċini oħra u ABASAGLAR”). F’dan il-kaz, tista’ tiżviluppa ipogliċemija severa (u anki jħossok ħażin) qabel tintebaħ bil-problema. Kun familjari mas-sintomi ta’ twissija tiegħek. Jekk hemm bżonn, testijiet aktar spissi għaz-zokkor fid-demm jistgħu jgħinuk biex tintebaħ bi ġrajjiet tal-ipogliċemija ħafifa li altrimenti jista’ jkun ma kontx tinduna bihom. Jekk m’intix kunfidenti li tagħraf is-sintomi ta’ twissija tiegħek, evita sitwazzjonijiet (bħal issuq karozza) fejn l-ipogliċemija tpoġġi f’riskju lilek jew lill-oħrajn.

X’għandek tagħmel jekk ikollok ipogliċemija?

1.Tinjettax l-insulina. Immedjatament ħu madwar 10 sa 20 g zokkor, bħal glukosju, dadi taz-zokkor jew xi xarba li jkun fiha ħafna zokkor. Attenzjoni: Ħlewwiet artifiċjali u ikel bi ħlewwiet artifiċjali (bħal xarbiet tad-dieta) m’humiex ta’ għajnuna fil-kura tal-ipogliċemija.

2.Wara kul xi ħaġa li għandha effett li tgħolli z-zokkor fid-demm għal tul ta’ ħin (bħall-ħobż jew l- għaġin). Suppost it-tabib jew l-infermier tiegħek kienu iddiskutew din il-ħaġa miegħek qabel.

L-irkupru mill-ipogliċemija jista’ jkun li jdum minħabba li ABASAGLAR jibqa’ jaħdem fit-tul.

3.Jekk l-ipogliċemija terġa’ tfiġġ erġa’ ħu minn 10 sa 20 g ta’ zokkor.

4.Kellem tabib immedjatament jekk ma tistax tikkontrolla l-ipogliċemija jew din terġa’tiġri.Għid lill- qrabatek, lill-ħbiebek u l-kollegi qrib tiegħek b’dan li ġej:

Jekk int ma tistax tibla’ jew jekk int mitluf minn sensik, int teħtieġ injezzjoni tal-glukosju jew tal- glukagon (mediċina li żżid iz-zokkor fid-demm). Dawn l-injezzjonijiet huma ġustifikati anki jekk mhux żgur li għandek l-ipogliċemija.

Huwa rrakkomandat li tittestja z-zokkor fid-demm tiegħek immedjatament wara li tieħu l-glukosju biex tiċċekkja li tassew għandek ipogliċemija.

Istruzzjonijiet dwar l-użu

KwikPen

ABASAGLAR 100 unità/mL soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest Insulin glargine

JEKK JOGĦĠBOK AQRA DAWN L-ISTRUZZJONIJIET QABEL L-UŻU

Aqra l-istruzzjonijiet dwar l-użu qabel tibda tieħu ABASAGLAR u kull darba li ġġib ABASAGLAR

KwikPen oħra. Jista’ jkun hemm informazzjoni ġdida. Din l-informazzjoni ma tiħux post li inti titkellem mal-professjonist tiegħek fil-qasam tal-kura tas-saħħa dwar il-kundizzjoni medika tiegħek jew il-kura tiegħek.

ABASAGLAR KwikPen (“Pinna”) hija pinna li tintrema wara li tintuża u li fiha 300 unità (3 mL) ta’ insulina glargine. Inti tista’ tagħti lilek innifsek ħafna dożi bl-użu ta’ pinna waħda. Il-pinna tisselezzjona unità waħda kull darba. Inti tista’ tagħti minn unità waħda sa 60 80 unità f’injezzjoni waħda. Jekk id-doża tiegħek hija iżjed minn 60 80 unità, inti jkollok bżonn tagħti lilek innifsek iżjed minn injezzjoni waħda. Il-planġer jiċċaqlaq ftit biss ma’ kull injezzjoni u jista’ jkun li inti ma tinnutax li jiċċaqlaq. Il-planġer jilħaq it-tarf tal-iskartoċċ biss meta inti tkun użajt it-300 unita’ kollha fil-pinna.

Issellifx il-pinna lill-persuni oħra, anke jekk inbidlet il-labra. Terġax tuża jew issellef il-labar tiegħek lill-persuni oħra. Inti tista’ tagħtihom infezzjoni jew inti tista’ tieħu infezzjoni mingħandhom.

Din il-pinna mhijiex irrakkomandata biex tintuża minn persuni li tilfu d-dawl jew li għandhom xi indeboliment fil-vista mingħajr l-għajnuna ta’ xi ħadd imħarreġ fl-użu tal-pinna.

Partijiet tal-KwikPen

 

 

 

Indikatur tad-

Għatu tal-Pinna

Kontenitur tal-iSkartoċċ

Tikketta

doża

Klipp tal-

Siġill tal-Lastku

Planġer

Korp tal-

Tieqa tad-

Buttuna

Għatu

 

 

Pinna

Doża

tad-

 

 

 

 

 

Doża

Partijiet tal-Labra tal-Pinna

Buttuna tad-doża

(Labar Mhux Inklużi)

b’ċirku

Labra

aħdar

 

Protezzjoni ta’

Protezzjoni ta’

Siġill tal-Karti

Barra tal-Labra

Ġewwa tal-Labra

 

Kif tagħraf l-ABASAGLAR KwikPen tiegħek:

Kulur tal-pinna: Griż ċar

Buttuna tad-Doża: Griż ċar b’ċirku aħdar mat-tarf

Tikketti: Griżi ċari b’linji ta’ lewn aħdar

Affarijiet meħtieġa biex tagħti l-injezzjoni tiegħek:

ABASAGLAR KwikPen

Labra li taqbel mal-KwikPen (huma rrakkomandati l-labar għall-pinen BD [Becton, Dickinson and Company]).

Imselħa

Kif tipprepara l-Pinna tiegħek

Aħsel idejk bis-sapun u l-ilma.

Iċċekkja l-pinna biex taċċerta ruħek li qed tieħu t-tip ta’ insulin t-tajba. Dan huwa importanti b’mod speċjali jekk inti tuża aktar minn insulina waħda.

Tużax il-pinna tiegħek wara d-data ta’ meta tiskadi li hemm stampata fuq it-tikketta jew għal aktar minn 28 jum minn meta tkun bdejt tuża l-pinna.

Dejjem uża labra ġdida għal kull injezzjoni biex tilqa’ kontra infezzjonijiet u labar misdudin.

Pass 1:

Iġbed l-għatu tal-pinna dritt ’il barra. - Taqlax it-tikketta tal-pinna.

Imsaħ is-siġill tal-lastku b’imselħa.

ABASAGLAR għandu jidher ċar u bla kulur. Tużahx jekk ikun imdardar, ikkulurit jew għandu fih xi frak jew ċapep.

Pass 2:

Agħżel labra ġdida.

Aqla’ s-siġill tal-karti minn mal-protezzjoni ta’ barra tal-labra.

Pass 3:

 

 

Imbotta l-labra li għadha bl-għatu dirett ġol-

 

 

 

pinna u dawwar il-labra sakemm tissikka.

 

 

 

 

 

Pass 4:

 

 

Aqla’ l-protezzjoni ta’ barra tal-labra.

 

 

 

Tarmihiex.

 

 

Aqla’ l-protezzjoni ta’ ġewwa tal-labra u

 

 

 

armiha.

Żommha

Armiha

 

 

 

 

Kif tikkarga l-pinna tiegħek

Trid tikkarga qabel kull injezzjoni.

L-ikkargar tal-pinna tiegħek ifisser li tneħħi l-arja li tista’ tinġabar fil-labra u fl-iskartoċċ waqt l- użu normali u tiżgura li l-pinna qiegħda taħdem sew.

Jekk ma tikkargax qabel kull injezzjoni tista’ tirċievi żżejjed jew ftit wisq ta’ insulina.

Pass 5:

Biex tikkarga l-pinna tiegħek, dawwar il- buttuna tad-doża biex tagħżel 2 unitajiet.

Pass 6:

Żomm il-pinna tiegħek bil-labra tħares ’il fuq. Tektek bil-mod il-kontenitur tal- iskartoċċ biex tiġbor il-bżieżaq tal-arja n- naħa ta’ fuq.

Pass 7:

Kompli żomm il-pinna bil-labra tħares ’il fuq. Agħfas il-buttuna tad-doża sakemm teħel, u jidher “0” fit-tieqa tad-doża. Żomm il-buttuna tad-doża ’l ġewwa u għodd bil- mod sal-5.

Inti għandek tara l-insulina fit-tarf tal-labra.

-Jekk inti ma tarax insulina, irrepeti l- passi tal-ikkargar, iżda għal mhux aktar minn 4 darbiet.

-Jekk tibqa’ ma tarax insulina, biddel il- labra u rrepeti l-passi tal-ikkargar.

Bżieżaq żgħar tal-arja huma normali u ma jaffettwawlekx id-doża.

Kif tagħżel id-doża tiegħek

Tista’ tagħti minn unità waħda sa 60 80 unità f’injezzjoni waħda.

Jekk id-doża tiegħek hija iżjed minn 60 80 unità, inti jkollok bżonn tieħu iżjed minn injezzjoni waħda.

Jekk għandek bżonn l-għajnuna sabiex tiddeċiedi kif għandek taqsam id-doża tiegħek, staqsi lill-professjonist tiegħek fil-kura tas-saħħa.

Għandek tuża labra ġdida għal kull injezzjoni u tirrepeti l-pass tal-ikkargar.

Pass 8:

Dawwar il-buttuna tad-doża biex tagħżel in- numru ta’ unitajiet li inti teħtieġ tinjetta. L- indikatur tad-doża għandu jiġi bi dritt id- doża tiegħek.

-Il-pinna tisselezzjona unità waħda kull darba.

-Il-buttuna tad-doża tfaqqa’ kull darba li ddawarha.

-Tisselezzjonax id-doża tiegħek billi

tgħodd in-numru ta’ tifqigħat minħabba li tista’ tisselezzjona d-doża l-ħażina.

-Id-doża tista’ tiġi kkoreġuta billi l- buttuna tad-doża ddawarha fi kwalunkwe

direzzjoni sakemm id-doża korretta tiġi

(Eżempju: qed jintwerew 12-il unità fit-tieqa tad-

bi dritt l-indikatur tad-doża.

doża)

- In-numri biż-żewġ huma stampati fuq il-

 

 

wiċċ li jdur tal-pinna.

 

 

- In-numri bil-fart, wara n-numru 1,

 

 

 

 

(Eżempju: qed jintwerew 25 unità fit-tieqa tad-

jintwerew bħala linji sħaħ.

 

doża)

Dejjem iċċekkja n-numru fit-Tieqa tad- Doża sabiex taċċerta ruħek li sselezzjonajt id-doża korretta.

Il-pinna ma tħallikx tagħżel aktar min-numru ta’ unitajiet li jkun għad fadal fil-pinna.

Jekk ikollok bżonn tinjetta aktar min-numru ta’ unitajiet li għad fadal fil-pinna, inti tista’ jew:

-tinjetta l-ammont li jkun għad fadal fil-pinna imbagħad tuża pinna ġdida biex tagħti l- bqija tad-doża tiegħek, jew

-iġġib pinna ġdida u tinjetta d-doża kollha.

Huwa normali li tara ammont żgħir ta’ insulina li baqgħet fil-pinna li ma tistax tiġi injettata.

Kif tagħti l-injezzjoni tiegħek

Injetta l-insulina tiegħek kif uriek il-professjonist tiegħek fil-qasam tal-kura tas-saħħa.

Ibdel il-post tal-injezzjoni għal kull injezzjoni.

Tippruvax tibdel id-doża tiegħek waqt li tkun qed tinjetta.

Pass 9:

Agħżel is-sit tal-injezzjoni tiegħek.

ABASAGLAR jiġi injettat taħt il-ġilda fiż-

żona tal-istonku, fil-warrani, fin-naħa ta’ fuq tar-riġlejn jew fin-naħa ta’ fuq tad- dirgħajn tiegħek.

Ipprepara l-ġilda tiegħek kif rrakkomandalek il-professjonist tiegħek fil- qasam tal-kura tas-saħħa.

Pass 10:

Daħħal il-labra fil-ġilda tiegħek.

Agħfas il-buttuna tad-doża kollha kemm hi

’l ġewwa.

Kompli żomm il-buttuna tad- doża magħfusa ’l ġewwa u

bil-mod għodd sa 5 qabel ma

5sek

toħroġ il-labra.

 

Tippruvax tinjetta l-insulina tiegħek billi ddawwar il-buttuna tad-doża. MINTIX se tirċievi l-insulina billi ddawwar il-buttuna tad-doża.

Pass 11:

Iġbed il-labra ’l barra minn ġol-ġilda tiegħek.

-Qatra insulina fit-tarf tal-labra hija normali. Hija mhijiex se taffettwalek id- doża.

Iċċekkja n-numru fit-tieqa tad-doża

-Jekk tara “0” fit-tieqa tad-doża, inti tkun irċivejt l-ammont kollu li tkun isselezzjonajt.

-Jekk ma tarax “0” fit-tieqa tad-doża, terġax tisselezzjona mill-ġdid. Daħħal il-

labra fil-ġilda u spiċċa l-injezzjoni.

- Jekk xorta taħseb li inti ma rċivejtx l- ammont kollu li inti sselezzjonajt għall- injezzjoni tiegħek, terġax tibda mill-bidu u tirrepetix dik l-inezzjoni. Iċċekkja z- zokkor fid-demm tiegħek kif spjegat mill- professjonist tiegħek fil-kura tas-saħħa.

- Jekk is-soltu jkollok bżonn tagħti

2 injezzjonijiet għad-doża sħiħa tiegħek, aċċerta ruħek li tagħti t-tieni injezzjoni tiegħek.

Il-planġer jiċċċaqlaq ftit biss ma’ kull injezzjoni u

jista’ jkun li inti ma tinnutax li jiċċaqlaq.

Jekk tara d-demm wara li inti tkun ġbidt il-labra ’l barra mill-ġilda, agħfas is-sit tal-injezzjoni b’mod

ħafif b’biċċa garża jew imselħa. Togħrokx iż- żona.

Wara l-injezzjoni tiegħek

Pass 12:

B’attenzjoni poġġi lura l-protezzjoni ta’ barra tal-labra.

Pass 13:

Ħoll il-labra mgħottija u armiha kif qallek il-professjonijiet tiegħek fil-kura tas-saħħa.

Taħżinx il-pinna bil-labra mwaħħla magħha biex tevita li l-pinna tqattar, li l-labra tistadd u li l-arja tidħol lura fil-pinna.

Pass 14:

Poġġi lura l-għatu tal-pinna billi ġġib il- klipp tal-għatu bi dritt l-indikatur tad-doża u timbotta dritt.

Kif tarmi l-pinen u l-labar

Poġġi l-labar użati f’kontenitur għal oġġetti li jaqtgħu jew bil-ponta li jingħalaq u li ma jistax jittaqqab.

Tirriċiklax il-kontenitur għal oġġetti li jaqtgħu jew bil-ponta meta jimtela.

Staqsi lill-professjonist tiegħek fil-kura tas-saħħa dwar l-għażliet biex tarmi kif suppost il-pinen u l-kontenitur għal oġġetti li jaqtgħu jew bil-ponta.

L-istruzzjonijiet dwar l-immaniġġjar tal-labra mhumiex maħsuba li jieħdu post ir-regoli lokali, tal-professjonist fil-kura tas-saħħa jew dawk istituzzjonali.

Kif taħżen il-pinna tiegħek

Pinen mhux użati

Aħżen pinen mhux użati fil-friġġ f’temperatura bejn 2 ° C sa 8 ° C.

Tpoġġix ABASAGLAR fil-friża. Tużahx jekk tkun tpoġġa fil-friża.

Pinen mhux użati jistgħu jintużaw sad-data ta’ meta jiskadu stampata fuq it-tikketta, jekk il- pinna tkun inżammet fil-friġġ.

Il-pinna waqt l-użu

Aħżen il-pinna li qed tuża bħalissa f’temperatura ambjentali [taħt 30 ° C] u ’l bogħod mis-sħana u mid-dawl.

Armi l-pinna li inti qed tuża wara 28 jum, anke jekk ikun għad fadal fiha l-insulina.

Tagħrif ġenerali dwar l-użu effettiv u sikur tal-pinna tiegħek.

Żomm il-pinna u l-labar fejn ma jidhrux u ma jintlaħqux mit-tfal.

Tużax il-pinna tiegħek jekk xi parti tidher imkissra jew ikollha xi ħsara.

Dejjem ġorr pinna żejda f’każ li tiegħek tintilef jew jiġrilha xi ħsara.

Kif tagħraf u ssolvi xi problemi fil-pinna

Jekk ma tkunx tista tneħħi l-għatu tal-pinna, dawwar l-għatu ’l quddiem u lura, imbagħad iġbdu dritt ’il barra.

Jekk il-buttuna tad-doża hija iebsa biex tagħfasha:

-Li tagħfas il-buttuna tad-doża aktar bil-mod se jagħmilha aktar faċli biex tieħu l-injezzjoni.

-Il-labra tiegħek tista’ tkun imblukkata. Poġġi labra ġdida u kkarga l-pinna.

-Inti jista’ jkollok trab, ikel jew likwidu ġol-pinna. Armi l-pinna u ġib pinna ġdida.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet jew problemi b’ABASAGLAR KwikPen tiegħek, ikkuntattja l- professjonist tiegħek fil-kura tas-saħħa għall-għajnuna.

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ <{XX/SSSS}> <{xahar SSSS}>.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 26581

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati