Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Abilify Maintena (aripiprazole) - N05AX12

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaAbilify Maintena
Kodiċi ATCN05AX12
Sustanzaaripiprazole
ManifatturOtsuka Pharmaceutical Europe Ltd

Abilify Maintena

aripiprażol

Dan huwa sommarju tar-rapport pubbliku Ewropew ta’ valutazzjoni (EPAR) għal Abilify Maintena. Dan jispjega kif l-Aġenzija vvalutat il-mediċina biex tirrakkomanda l-awtorizzazzjoni tagħha fl-UE u l- kondizzjonijiet ta’ użu tagħha. Dan mhux intiż biex jipprovdi konsultazzjoni prattika dwar l-użu ta’

Abilify Maintena.

Għal informazzjoni prattika dwar l-użu ta’ Abilify Maintena, il-pazjenti għandhom jaqraw il-fuljett ta’ tagħrif jew jikkuntattjaw lit-tabib jew spiżjar tagħhom.

X’inhu Abilify Maintena u għal xiex jintuża?

Abilify Maintena huwa mediċina li fiha s-sustanza attiva aripiprażol. Jintuża għall-kura ta’ manteniment tal-iskiżofrenija fl-adulti li l-marda tagħhom tkun diġà ġiet stabbilizzata fuq kura b’aripiprażol li jittieħed mill-ħalq.

L-iskiżofrenija hija marda tal-moħħ b’għadd ta’ sintomi, inklużi ħsibijiet u diskors diżorganizzati, alluċinazzjonijiet (tisma’ jew tara affarijiet li mhumiex hemm), suspetti u delużjonijiet (twemmin falz).

Kif jintuża Abilify Maintena?

Abilify Maintena jiġi bħala trab (300 mg u 400 mg) u solvent li għandu jsir f’sospensjoni li tintreħa bil- mod għal injezzjoni. "Li tintreħa bil-mod" tfisser li s-sustanza attiva tintreħa bil-mod matul ftit ġimgħat wara li tiġi injettata. Din il-mediċina tingħata darba f’xahar b’injezzjoni bil-mod fil-muskolu tal-warrani jew tad-deltojde (l-ispalla) minn tabib jew infermier. Ma għandhiex tiġi injettata ġol-vina jew taħt il-

ġilda.

Id-doża rakkomandata hija ta’ 400 mg darba fix-xahar. F’każ ta’ effetti sekondarji, id-doża tista’ titnaqqas għal 300 mg. Jista’ jkun li d-doża tkun teħtieġ titnaqqas f’pazjenti li jkunu qed jieħdu ċerti mediċini oħra li jnaqqsu t-tkissir tal-aripiprażol fil-ġisem. Il-kura għal aktar minn ġimagħtejn b’mediċini li jħaffu t-tkissir tal-aripiprażol għandha tiġi evitata. Wara l-ewwel injezzjoni, il-kura ta’ kuljum b’10 sa 20 mg ta’ aripiprażol mill-ħalq għandha titkompla għal ġimagħtejn.

Il-mediċina tista’ tinkiseb biss b’riċetta ta' tabib.

Kif jaħdem Abilify Maintena?

Is-sustanza attiva f’Abilify Maintena, l-aripiprażol, hija mediċina antipsikotika. Mhux magħruf il- mekkaniżmu tal-azzjoni eżatt tagħha, iżda teħel ma’ diversi riċetturi differenti fuq is-superfiċje taċ- ċelloli tan-nervituri tal-moħħ. Dan ifixkel is-sinjali trażmessi bejn iċ-ċelloli tal-moħħ permezz ta’ ‘newrotrażmettituri’, sustanzi kimiċi li jħallu liċ-ċelloli tan-nervituri tal-moħħ jikkomunikaw ma’ xulxin. L-aripiprażol hija maħsuba li taġixxi prinċipalment billi tkun ‘agonista parzjali’ għar-riċetturi għan- newrotrażmettituri dopamina u 5-idrossitriptamina (imsejħa wkoll serotonin). Dan ifisser li l-aripiprażol taġixxi bħad-dopamina u 5-idrossitriptamina billi tattiva lil dawn ir-riċetturi, iżda hija anqas b’saħħitha min-newtrotrażmettituri. Peress li d-dopamina u 5-idrossitriptamina huma involuti fl-iskiżofrenija, l- aripiprażol tgħin fin-normalizzazzjoni tal-attività tal-moħħ, billi tnaqqas is-sintomi psikotiċi u timpedixxi milli dawn jerġgħu jirritornaw.

X’benefiċċji wera Abilify Maintena matul l-istudji?

Abilify Maintena ntwera li huwa effikaċi daqs l-aripiprażol meta jittieħed mill-ħalq fil-prevenzjoni ta’ seħħ mill-ġdid ta’ sintomi ta’ skiżofrenija. Fi studju ewlieni li involva adulti li l-marda tagħhom kienet diġà ġiet stabbilizzata fuq kura b’aripiprażol li jittieħed mill-ħalq, 22 minn 265 pazjent (8.3 %) ikkurati b’Abilify Maintena kellhom sintomi li reġgħu tfaċċaw fi żmien 26 ġimgħa, meta mqabbla ma’ 21 minn 266 (7.9 %) pazjent ikkurati b’aripiprażol li jittieħed mill-ħalq.

X’inhuma r-riskji assoċjati ma’ Abilify Maintena?

L-effetti sekondarji l-aktar komuni b’Abilify Maintena (li jistgħu jaffettwaw 5 jew aktar minn kull

100 persuna) huma żieda fil-piż, akatiżja (bżonn kostanti li tiċċaqlaq), insomnja (diffikultà biex torqod) u wġigħ fis-sit tal-injezzjoni. Għal-lista sħiħa tal-effetti sekondarji kollha rrapportati b’Abilify Maintena, ara l-fuljett ta’ tagħrif.

Għaliex ġie approvat Abilify Maintena?

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem (CHMP) tal-Aġenzija iddeċieda li l-benefiċċji ta’ Abilify Maintena huma akbar mir-riskji tiegħu u rrakkomanda li jkun approvat għall-użu fl-UE. Is-

CHMP innota li Abilify Maintena huwa effettiv bħal aripiprażol li jittieħed mill-ħalq, u għandu profil tas- sigurtà simili bl-eċċezzjoni ta’ uġigħ relatat mal-injezzjoni, li kien ikkunsidrat maniġġabbli. Il-Kumitat ikkunsidra li l-għoti ta’ kull xahar jista’ jgħin lill-pazjenti biex jaderixxu mal-kura tagħhom.

X’miżuri qegħdin jittieħdu biex jiġi żgurat l-użu sigur u effettiv ta’ Abilify

Maintena?

Ġie żviluppat pjan ta’ ġestjoni tar-riskju biex jiġi żgurat li Abilify Maintena jintuża bl-aktar mod sigur possibbli. Abbażi ta’ dan il-pjan, fis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott u l-fuljett ta’ tagħrif ġiet inkluża informazzjoni rigward is-sigurtà ta’ Abilify Maintena, inklużi l-prekawzjonijiet xierqa li għandhom jiġu segwiti mill-professjonisti tal-kura tas-saħħa u l-pazjenti.

Informazzjoni oħra dwar Abilify Maintena

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq valida fl-Unjoni Ewropea kollha għal

Abilify Maintena fil-15 ta’ Novembru 2013.

L-EPAR sħiħ għal Abilify Maintena jinstab fis-sit elettroniku tal-Aġenzija: ema.europa.eu/Find medicine/Human medicines/European public assessment reports. Għal aktar informazzjoni rigward il- kura b’Abilify Maintena, aqra l-fuljett ta’ tagħrif (parti wkoll mill-EPAR) jew ikkuntattja lit-tabib jew lill- ispiżjar tiegħek.

Dan is-sommarju ġie aġġornat l-aħħar fi 02-2015.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati