Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Abilify (aripiprazole) - N05AX12

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaAbilify
Kodiċi ATCN05AX12
Sustanzaaripiprazole
ManifatturOtsuka Pharmaceutical Europe Ltd

Abilify

aripiprażolu

Dan id-dokument huwa sommarju tar-rapport pubbliku Ewropew ta’ valutazzjoni (EPAR) għal Abilify. Dan jispjega kif l-Aġenzija vvalutat il-mediċina biex tirrakkomanda l-awtorizzazzjoni tagħha fl-UE u l- kondizzjonijiet ta’ użu tagħha. Dan mhux maħsub biex jipprovdi konsultazzjoni prattika dwar l-użu ta’

Abilify.

Għal informazzjoni prattika dwar l-użu ta’ Abilify, il-pazjenti għandhom jaqraw il-fuljett ta’ tagħrif jew jikkuntattjaw lit-tabib jew lill-ispiżjar tagħhom.

X’inhu Abilify u għal xiex jintuża?

Abilify huwa mediċina antipsikotika għall-pazjenti li jbatu bl-iskiżofrenja u bid-disturb bipolari I.

Fl-iskiżofrenja, marda mentali bis-sintomi bħal delużjonijiet, diskors disorganizzat, u alluċinazzjonijiet (is-smigħ u d-dehra ta' affarijiet li mhumiex hemm), Abilify jintuża għall-kura ta' pazjenti mill-età ta' 15-il sena.

Fid-disturb bipolari I, Abilify jintuża f’adulti għall-kura ta' episodji ta' manija (perjodi ta' burdata għolja anormali) u għall-prevenzjoni ta' oħrajn ġodda f’dawk li rrispondew għall-mediċina fl-imgħoddi. Jista' jintuża wkoll sa 12-il ġimgħa għall-kura ta' episodji ta' manija f'adoloxxenti mill-età ta' 13-il sena.

Abilify fih is-sustanza attiva aripiprażolu.

Kif jintuża Abilify?

Abilify jiġi bħala pilloli u bħala likwidu li għandhom jittieħdu mill-ħalq. Jiġi wkoll bħala soluzzjoni għall- injezzjoni fil-muskolu tal-ispalla jew f'tal-warrani. L-injezzjoni tintuża biss biex tiġi kkontrollata minnufih aġitazzjoni jew mġiba b'disturbi f'pazjenti bi skiżofrenja jew b'disturb bipolari I. Għal informazzjoni dwar id-doża jew l-aġġustamenti tad-doża, ara l-fuljett ta' tagħrif.

Abilify jista’ jinkiseb biss b’riċetta ta’ tabib.

Kif jaħdem Abilify?

Is-sustanza attiva f'Abilify hija l-aripiprażolu. Il-mod eżatt kif din taħdem mhux magħruf iżda teħel fil- moħħ ma' riċetturi għal żewġ sustanzi (newrotrażmettituri) imsejħin dopamina u serotonin (5HT), li huwa maħsub li għandhom rwol fi skiżofrenja u f'disturb bipolari. Billi teħel ma' dawn ir-riċetturi, huwa maħsub li l-aripiprażolu tgħin biex l-attività tal-moħħ tiġi għan-normal, b'hekk jitnaqqsu s-sintomi psikotiċi jew ta' manija u tipprevenihom milli jirritornaw.

X’inhuma l-benefiċċji ta’ Abilify li ħarġu mill-istudji?

Skiżofrenja

Studji wrew li Abilify huwa effettiv fil-kura ta' sintomi ta' skiżofrenja bl-użu ta' skali ta' klassifikazzjoni standard (bħall-Iskala tas-Sindromu Pożittiv u Negattiv (the Positive and Negative Syndrome Scale), PANSS).

Fi studji fuq 1,203 adulti, Abilify kien iktar effettiv minn plaċebo (kura finta) fit-tnaqqis tas-sintomi. Fi studju ieħor fuq adulti, Abilify kien effettiv daqs haloperidol, mediċina antipsikotika oħra, fil- prevenzjoni ta' sintomi milli jirritornaw tul sena.

Abilify kien studjat ukoll fi 302 adoloxxenti ta' bejn it-13 u s-17-il sena, fejn ir-riżultati wrew li Abilify kien iktar effettiv minn plaċebo.

Studju fuq 544 pazjent ikkurati b'injezzjoni għal aġitazzjoni u mġiba b'disturbi wera li t-titjib b'Abilify tul 24 siegħa kien ikbar minn dak bil-plaċebo u simili għal dak b'haloperidol.

Disturb bipolari I

Studji b'disturb bipolari I wrew li Abilify kien effettiv fil-kura ta' episodji ta' manija bl-użu ta' kejl standard bħall-iskala Young-Mania Rating Scale (YMRS).

F'4 minn 5 studji fuq 1,900 adult, Abilify kien iktar effettiv minn plaċebo fit-tnaqqis ta' sintomi ta' manija, bi tnejn minn dawn l-istudji juru li Abilify għandu effett simili għal haloperidol u għal litju. Studji oħrajn urew li Abilify kien iktar effettiv minn plaċebo biex jipprevjeni episodji ta' manija f'adulti li kienu preċedentement ikkurati sa 74 ġimgħa, u meta ntuża bħala terapija addizzjonali mal-kura eżistenti.

Studju fuq 296 tifel u tifla u adoloxxenti wera li Abilify kien iktar effettiv minn plaċebo fit-tnaqqis tas- sintomi ta' manija f'pazjenti ta' 13-il sena u ikbar.

Fl-aħħar nett, studju fuq 291 pazjent ikkurati b'injezzjoni għal aġitazzjoni u mġiba b'disturbi wera li t- titjib b'Abilify, wara sagħtejn, kien ikbar minn dak bil-plaċebo u simili għal dak b'lorazepam (mediċina oħra għall-kura ta' aġitazzjoni).

X’inhu r-riskju assoċjat ma’ Abilify?

F'adulti, l-effetti sekondarji l-aktar komuni meta Abilify jittieħed mill-ħalq (li dehru f’bejn 1 u 10 pazjenti minn kull 100) huma nuqqas ta’ serħan, diffikultà fl-irqad, ansjetà, disturbi ekstrapiramidali

(ċaqliq spasmodiku bla kontroll), akatisja (urġenza kostanti biex persuna tiċċaqlaq), rogħda, sturdament, ħedla tan-ngħas, uġigħ ta’ ras, viżta mċajpra, dispepsja (ħruq ta’ stonku), remettar, nawżja (tħossok ma tiflaħx), kostipazzjoni, produzzjoni eċċessiva ta' bżieq, telqa u dijabete. L-effetti sekondarji huma simili f’adoloxxenti, iżda ħedla tan-ngħas, disturbi ekstrapiramidali, akatisja u għeja huma komuni ħafna f'dan il-grupp (f’aktar minn adoloxxent wieħed minn kull 10).

L-effetti sekondarji l-aktar komuni bl-injezzjoni (li dehru f'mhux aktar minn 10 pazjenti f’100) huma

ħedla tan-ngħas, sturdament, u nawżja. Għal-lista sħiħa tal-effetti sekondarji u restrizzjonijiet kollha, ara l-fuljett ta’ tagħrif.

Għaliex ġie approvat Abilify?

Studji li qabblu Abilify ma' plaċebo jew mediċini oħrajn (bħal haloperidol u litju) urew li Abilify kien effettiv fit-tnaqqis ta' sintomi ta' skiżofrenja u fil-kura u fil-prevenzjoni ta' burdati għolja f'pazjenti b'disturb bipolari I.

Barra minn hekk, l-injezzjoni wriet li kienet effettiva fil-kontroll ta' malajr ta' aġitazzjoni jew mġiba b'disturbi f'pazjenti bi skiżofrenja jew b'disturb bipolari I.

Fir-rigward tas-sigurtà, il-mediċina għandha effetti sekondarji komparabbli ma' dawk ta' antipsikotiċi oħrajn. Għaldaqstant il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem (CHMP) tal-Aġenzija ddeċieda li l-benefiċċji ta’ Abilify huma akbar mir-riskji tiegħu u rrakkomanda li jkun approvat għall- użu fl-UE.

X’miżuri qegħdin jittieħdu biex jiġi żgurat l-użu sigur u effettiv ta’ Abilify ?

Ir-rakkomandazzjonijiet u l-prekawzjonijiet li għandhom jiġu segwiti mill-professjonisti fil-qasam tal- kura tas-saħħa u mill-pazjenti għall-użu sigur u effettiv ta' Abilify ġew inklużi fis-sommarju tal- karatteristiċi tal-prodott u fil-fuljett ta' tagħrif.

Informazzjoni oħra dwar Abilify

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal Abilify valida fl-Unjoni Ewropea kollha fl-4 ta’ Ġunju 2004.

L-EPAR sħiħ għal Abilify jinstab fis-sit elettroniku tal-Aġenzija: ema.europa.eu/Find medicine/Human medicines/European public assessment reports. Għal aktar informazzjoni rigward il-kura b’Abilify, aqra l-fuljett ta' tagħrif (parti wkoll mill-EPAR) jew ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Dan is-sommarju ġie aġġornat l-aħħar f’11-2016.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati