Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Abraxane (paclitaxel) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - L01CD01

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaAbraxane
Kodiċi ATCL01CD01
Sustanzapaclitaxel
ManifatturCelgene Europe Ltd  

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Abraxane 5 mg/ml trab għal suspensjoni għall-infużjoni.

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull kunjett fih 100 mg ta’ paclitaxel ifformulat bħala nanopartikuli mwaħħla mal-albumina. Kull kunjett fih 250 mg ta’ paclitaxel ifformulat bħala nanopartikuli mwaħħla mal-albumina.

Wara r-rikostituzzjoni, kull ml ta’ suspensjoni jkun fih 5 mg ta’ paclitaxel ifformulat bħala nanopartikuli mwaħħla mal-albumina.

Eċċipjenti b’effett magħruf:

Kull ml ta’ konċentrat fih 0.183 mmol ta’ sodium, li hu 4.2 mg ta’ sodium.

Għal-lista sħiħa ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Trab għal suspensjoni għall-infużjoni.

Is-suspensjoni rrikostitwita għandha pH ta’ 6-7.5 u osmolalità ta’ 300-360 mOsm/kg. It-trab huwa abjad jagħti fl-isfar

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Bħala mediċina waħidha, Abraxane hu indikat għall-kura ta’ kanċer metastatiku tas-sider f’pazjenti adulti fejn il-kura inizjali tkun falliet u li għalihom it-terapija standard li jkun fiha anthracycline ma tkunx indikata (ara sezzjoni 4.4).

Abraxane flimkien ma’ gemcitabine huwa indikat għall-kura primarja f’pazjenti adulti b’adenokarċinoma metastatika tal-frixa.

Abraxane flimkien ma’ carboplatin hu indikat għall-kura primarja ta’ kanċer tal-pulmun ta’ ċelluli mhux żgħar f’pazjenti adulti li mhumiex kandidati għal operazzjoni potenzjalment kurattiva u/jew terapija ta’ radjazzjoni.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Abraxane għandu jingħata biss taħt is-superviżjoni ta’ onkoloġista kkwalifikat f’ċentri speċjalizzati fil-għoti ta’ sustanzi ċitotossiċi. M’għandux jintuża minflok jew ma’ formulazzjonijiet oħrajn ta’ paclitaxel.

Pożoloġija

Kanċer tas-sider

Id-doża rrakkomandata ta’ Abraxane hi ta’ 260 mg/m2 li tingħata fil-vina fuq perijodu ta’ 30 minuta kull 3 ġimgħat.

Aġġustamenti fid-doża matul il-kura tal-kanċer tas-sider

Pazjenti li jkollhom newtropenija severa (għadd tan-newtrofili ta’ <500 ċelluli/mm3 għal ġimgħa jew aktar) jew newropatija sensorja severa waqt it-terapija b’Abraxane, għandu jkollhom id-doża mnaqqsa għal 220 mg/m2 għall-bqija tal-korsijiet. Wara r-rikorrenza ta’ newtropenija severa jew newropatija sensorja severa, għandu jsir aktar tnaqqis fid-doża għal 180 mg/m2. Abraxane m’għandux jingħata

sakemm l-għadd tan-newtrofili jirkupra għal >1500 ċelluli/mm3. Għal newropatija sensorja ta’ Grad 3, waqqaf il-kura sakemm il-marda ssir ta’ Grad 1 jew 2, imbagħad naqqas id-doża għall-bqija tal- korsijiet kollha tal-kura.

Adenokarċinoma tal-frixa

Id-doża rrakkomandata ta’ Abraxane flimkien ma’ gemcitabine hi ta’ 125 mg/m2 li tingħata ġol-vina fuq 30 minuta fi Ġranet 1, 8 u 15 ta’ kull ċiklu ta’ 28-ġurnata. Id-doża rrakkomandata fl-istess ħin ta’ gemcitabine hi ta’ 1000 mg/m2 li tingħata ġol-vina fuq 30 minuta eżatt wara li jingħata Abraxane fi Ġranet 1, 8 u 15 ta’ kull ċiklu ta’ 28-ġurnata.

Aġġustamenti fid-doża matul il-kura ta’ adenokarċinoma tal-frixa

Tabella 1: Tnaqqis fil-livell tad-doża għal pazjenti b’adenokarċinoma tal-frixa

Livell tad-doża

Doża ta’ Abraxane (mg/m2)

Doża ta’ gemcitabine

(mg/m2)

 

 

Doża sħiħa

 

 

 

L-1el tnaqqis fil-livell tad-doża

It-2ni tnaqqis fil-livell tad-doża

Jekk ikun hemm bżonn tnaqqis

Waqqaf il-kura

Waqqaf il-kura

addizzjonali fid-doża

 

 

Tabella 2: Modifikazzjonijiet tad-doża għal newtropenija u/jew tromboċitopenija fil-bidu ta’ ċiklu jew matul ċiklu għal pazjenti b’adenokarċinoma tal-frixa

Ġurnata

Għadd ta’ ANC

 

Għadd ta’ Plejtilts

Doża ta’

 

Doża ta’

taċ-

 

 

(ċelluli/mm3)

 

(ċelluli/mm3)

Abraxane

 

gemcitabine

Ċiklu

 

 

 

 

 

 

 

 

Ġurnata

< 1500

JEW

< 100,000

Ittardja d-dożi sal-irkupru

 

 

 

 

 

 

Ġurnata

≥ 500 iżda < 1000

JEW

≥ 50,000 iżda

Naqqas id-dożi, livell 1 ta’ doża

< 75,000

 

 

 

 

 

 

< 500

JEW

< 50,000

Waqqaf id-dożi

Ġurnata 15: Jekk id-dożi ta’ Ġurnata 8 kienu ngħataw mingħajr tibdil:

 

 

 

 

 

 

Ikkura bil-livell tad-doża ta’

 

 

 

 

Ġurnata 8 u kompli bil-Fatturi tat-

Ġurnata

≥ 500 iżda < 1000

JEW

≥ 50,000 iżda

Tkabbir WBC

< 75,000

 

JEW

 

 

 

 

 

 

 

Naqqas id-dożi b’livell 1 ta’ doża

 

 

 

 

mid-dożi ta’ Ġurnata 8

 

< 500

JEW

< 50,000

Waqqaf id-dożi

Ġurnata 15: Jekk id-dożi ta’ Ġurnata 8 kienu ġew imnaqqsa:

 

 

 

 

 

 

 

Erġa’ mur fil-livelli tad-doża ta’

 

 

 

 

Ġurnata 1 u kompli bil-Fatturi tat-

Ġurnata

≥ 1000

U

≥ 75,000

Tkabbir WBC

 

JEW

 

 

 

 

 

 

 

 

Ikkura bl-istess dożi bħal ta’

 

 

 

 

Ġurnata 8

 

 

 

 

Ikkura bil-livelli tad-doża ta’

 

 

 

 

Ġurnata 8 u kompli bil-Fatturi tat-

 

≥ 500 iżda < 1000

JEW

≥ 50,000 iżda <

Tkabbir WBC

 

75,000

 

JEW

 

 

 

 

 

 

 

 

Naqqas livell 1 ta’ doża mid-dożi

 

 

 

 

ta’ Ġurnata 8

 

< 500

JEW

< 50,000

Waqqaf id-dożi

Ġurnata 15: Jekk id-dożi ta’ Ġurnata 8 kienu twaqqfu:

 

 

 

 

 

 

 

Erġa’ mur fil-livelli tad-doża ta’

 

 

 

 

Ġurnata 1 u kompli bil-Fatturi ta’

Ġurnata

≥ 1000

U

≥ 75,000

Tkabbir WBC

JEW

 

 

 

 

 

 

 

Naqqas id-dożi b’livell 1 ta’ doża

 

 

 

 

mid-dożi ta’ Ġurnata 1

 

 

 

 

Naqqas livell 1 ta’ doża u kompli

 

 

 

≥ 50,000 iżda

bil-Fatturi tat-Tkabbir WBC

 

≥ 500 iżda < 1000

JEW

JEW

 

< 75,000

 

 

 

Naqqas id-dożi b’2 livelli ta’ dożi

 

 

 

 

 

 

 

 

mid-dożi ta’ Ġurnata 1

 

< 500

JEW

< 50,000

Waqqaf id-dożi

Abbrevjazzjonijiet: ANC = Għadd Assolut tan-Newtrofili (ANC=Absolute Neutrophil Count); WBC=għadd ta’ ċelluli bojod (WBC=white blood cell)

Tabella 3: Modifikazzjonijiet fid-doża għal reazzjonijiet avversi oħrajn għall-mediċini f’pazjenti b’adenokarċinoma tal-frixa

 

Reazzjoni Avversa għall-

 

Doża ta’ Abraxane

Doża ta’ gemcitabine

 

Mediċina (ADR)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Newtropenija bid-deni:

 

Waqqaf id-dożi sakemm id-deni jinżel u ANC ≥ 1500; erġa’ ibda fil-

 

Grad 3 jew 4

 

livell ta’ doża iktar baxx li jkun imissa

 

 

 

Waqqaf id-doża sakemm titjieb

 

 

Newropatija Periferali:

 

għal ≤ Grad 1;

Ikkura bl-istess doża

 

Grad 3 jew 4

 

erġa’ ibda fil-livell ta’ doża iktar

 

 

 

 

 

 

baxx li jkun imissa

 

 

Tossiċità tal-Ġilda:

 

Naqqas għal-livell ta’ doża iktar baxx li jkun imissa;

 

Grad 2 jew 3

 

waqqaf il-kura jekk l-ADR tippersisti

 

 

 

 

 

 

Tossiċità

 

 

 

 

Gastrointestinali:

 

Waqqaf id-dożi sakemm titjieb għal ≤ Grad 1;

 

Mukożite ta’ Grad 3

 

erġa’ ibda fil-livell ta’ doża iktar baxx li jkun imissa

 

jew dijarea

 

 

 

aAra Tabella 1 għat-tnaqqis fil-livelli ta’ doża

 

 

Kanċer tal-pulmun ta’ ċelluli mhux żgħar:

Id-doża rakkomandata ta’ Abraxane hi ta’ 100 mg/m2 li tingħata bħala infużjoni ġol-vini fuq perjodu ta’ 30 minuta f’Jiem 1, 8 u 15 ta’ kull ċiklu ta’ 21 jum. Id-doża rakkomandata ta’ carboplatin hi AUC = 6 mg•min/mL f’Jum 1 biss ta’ kull ċiklu ta’ 21 jum, li jibda immedjatament wara t-tmiem tal- għoti ta’ Abraxane.

Aġġustamenti fid-doża matul il-kura ta’ kanċer tal-pulmun ta’ ċelluli mhux żgħar:

Abraxane m’għandux jingħata f’Jum 1 ta’ ċiklu sakemm l-għadd assolut tan-newtrofili

(ANC - absolute neutrophil count) ikun ta’ ≥1500 ċellula/mm3 u l-għadd tal-plejtlits ikun ta’ ≥100,000 ċellula/mm3. Għal kull doża sussegwenti ta’ Abraxane ta’ kull ġimgħa, il-pazjenti jrid ikollhom ANC ta’ ≥500 ċellula/mm3 u plejtlits ta’ >50,000 ċellula/mm3 jew id-doża trid titwaqqaf sakemm l-għadd jirkupra. Meta l-għadd jirkupra, kompli d-dożaġġ il-ġimgħa ta’ wara skont il-kriterji f’Tabella 4. Naqqas id-doża sussegwenti biss jekk il-kriterji f’Tabella 4 jiġu ssodisfati.

Tabella 4: Tnaqqis fid-doża għal tossiċitajiet ematoloġiċi f’pazjenti b’kanċer tal-pulmun ta’ ċelluli mhux żgħar

Tossiċità Ematoloġika

Okkorrenz

Doża ta’

Doża ta’ carboplatin

 

a

Abraxane

(AUC mg•min/mL)1

 

 

(mg/m2)1

 

Livell minimu ta’ ANC ta’ <500/mm3

L-ewwel

4.5

b’deni newtropeniku ta’ > 38°C

 

 

 

 

 

 

 

JEW

It-tieni

 

3.0

Dewmien taċ-ċiklu li jkun imiss

 

 

 

 

minħabba newtropenija persistenti2

 

 

 

 

It-tielet

 

Waqqaf il-Kura

(livell minimu ta’ ANC ta’ <1500/mm3)

 

 

 

 

 

JEW

 

 

 

 

Livell minimu ta’ ANC ta’ <500/mm3

 

 

 

 

għal > 1 ġimgħa

 

 

 

 

Livell minimu ta’ plejtlits ta’

L-ewwel

 

4.5

<50,000/mm3

It-tieni

 

Waqqaf il-Kura

1F’Jum 1 taċ-ċiklu ta’ 21 jum, naqqas id-doża ta’ Abraxane u carboplatin fl-istess ħin. F’Jiem 8 jew 15 taċ-ċiklu ta’ 21 jum, naqqas id-doża ta’ Abraxane; naqqas id-doża ta’ carboplatin fiċ-ċiklu sussegwenti.

2Massimu ta’ 7 ijiem wara d-doża skedata ta’ Jum 1 taċ-ċiklu li jkun imiss.

Għal tossiċità tal-ġilda ta’ Grad 2 jew 3, dijarea ta’ Grad 3, jew mukożite ta’ Grad 3, waqqaf il-kura sakemm it-tossiċità titjieb għal ≤ Grad 1, imbagħad ibda l-kura mill-ġdid skont il-linji gwida f’Tabella 5. Għal newropatija periferali ta’ ≥ Grad 3, waqqaf il-kura sakemm ikun hemm titjib għal ≤ Grad 1. Il-kura tista’ titkompla fil-livell iktar baxx li jkun imiss f’ċikli sussegwenti skont il-linji

gwida f’Tabella 5. Għal kwalunkwe tossiċità mhux ematoloġika oħra ta’ Grad 3 jew 4, waqqaf il-kura sakemm it-tossiċità titjieb għal ≤ Grad 2, imbagħad ibda l-kura mill-ġdid skont il-linji gwida f’Tabella

5.

Tabella 5: Tnaqqis fid-doża għal tossiċitajiet mhux ematoloġiċi f’pazjenti b’kanċer tal-pulmun ta’ ċelluli mhux żgħar

Tossiċità mhux Ematoloġika

Okkorrenz

Doża ta’

Doża ta’ carboplatin

 

a

Abraxane

(AUC mg•min/mL)1

 

 

(mg/m2)1

 

Tossiċità tal-ġilda ta’ Grad 2 jew 3

L-ewwel

4.5

Dijarea ta’ Grad 3

 

 

 

It-tieni

3.0

Mukożite ta’ Grad 3

 

 

 

Newropatija periferali ta’ ≥ Grad 3

 

 

 

It-tielet

Waqqaf il-Kura

Kwalunkwe tossiċità mhux ematoloġika

 

 

 

oħra ta’ Grad 3 jew 4

 

 

 

Tossiċità tal-ġilda, dijarea, jew mukożite

L-ewwel

Waqqaf il-Kura

ta’ Grad 4

 

 

 

1F’Jum 1 taċ-ċiklu ta’ 21 jum, naqqas id-doża ta’ Abraxane u carboplatin fl-istess ħin. F’Jiem 8 jew 15 taċ-ċiklu ta’ 21 jum, naqqas id-doża ta’ Abraxane; naqqas id-doża ta’ carboplatin fiċ-ċiklu sussegwenti.

Popolazzjonijiet speċjali

Pazjenti b’indeboliment tal-fwied

Għal pazjenti b’indeboliment ħafif tal-fwied (bilirubina totali ta’ > 1 sa ≤ 1.5 x ULN u aspartate aminotransferase [AST] ta’ ≤ 10 x ULN), l-ebda aġġustamenti fid-doża mhuma meħtieġa, irrispettivament mill-indikazzjoni. Ikkura bl-istess dożi bħal pazjenti b’funzjoni normali tal-fwied.

Għal pazjenti b’kanċer metastatiku tas-sider b’kanċer tal-pulmun ta’ ċelluli mhux żgħar b’indeboliment moderat sa sever tal-fwied (bilirubina totali ta’ > 1.5 sa ≤ 5 x ULN u AST ta’ ≤ 10 x ULN), tnaqqis ta’ 20% fid-doża hu rakkomandat. Id-doża mnaqqsa tista’ tiżdied għad-doża għal pazjenti b’funzjoni normali tal-fwied jekk il-pazjent ikun qed jittolera l-kura għal mill-inqas żewġ ċikli

(ara sezzjonijiet 4.4 u 5.2).

Għal pazjenti b’adenokarċinoma metastatika tal-frixa u pazjenti li jkollhom indeboliment moderat sa sever tal-fwied, m’hemmx biżżejjed dejta biex tippermetti rakkomandazzjonijiet dwar id-dożaġġ (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.2).

Għal pazjenti b’bilirubina totali ta’ > 5 x ULN jew AST ta’ > 10 x ULN, m’hemmx biżżejjed dejta biex tippermetti rakkomandazzjonijiet dwar id-dożaġġ irrispettivament mill-indikazzjoni (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.2).

Pazjenti b’indeboliment tal-kliewi

Aġġustament tad-doża tal-bidu ta’ Abraxane mhuwiex meħtieġ għal pazjenti b’indeboliment minn ħafif sa moderat tal-kliewi (tneħħija stmata tal-krejatinina minn ≥30 sa <90 ml/min). M’hemmx dejta biżżejjed disponibbli biex isiru rakkomandazzjonijiet dwar modifikazzjonijiet fid-doża ta’ Abraxane f’pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi jew mard tal-kliewi fl-aħħar stadju (tneħħija stmata tal- krejatinina ta’ <30 ml/min) (ara sezzjoni 5.2).

Persuni aktar anzjani

L-ebda tnaqqis addizzjonali fid-doża, ħlief dawk għall-pazjenti kollha, m’hu rrakkomandat f’pazjenti ta’ 65 sena u iktar.

Mill-229 pazjent fl-istudju li fih il-parteċipanti ntagħżlu b’mod każwali li rċivew monoterapija ta’ Abraxane għall-kanċer tas-sider, 13% kellhom mill-inqas 65 sena u < 2% kellhom 75 sena u aktar. Ma seħħew l-ebda tossiċitajiet b’mod notevoli iktar frekwentement fost pazjenti li kellhom mill-inqas 65 sena li rċivew Abraxane. Madankollu, analiżi sussegwenti fost 981 pazjent li rċivew monoterapija ta’ Abraxane għal kanċer tas-sider metastatiku, u li minnhom 15% kellhom ≥ 65 sena u 2% kellhom

75 sena, uriet inċidenza ogħla li tinfaraġ dijarea, deidrazzjoni, għajja u edema periferali f’pazjeni

65 sena.

Mill-421 pazjent b’adenokarċinoma tal-frixa fl-istudju li fih il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, li rċivew Abraxane flimkien ma’ gemcitabine, 41% kellhom 65 sena u iktar u 10% kellhom 75 sena u iktar. F’pazjenti li kellhom 75 sena u iktar li rċivew Abraxane u gemcitabine, kien hemm inċidenza ogħla ta’ reazzjonijiet avversi serji u ta’ reazzjonijiet avversi li wasslu għal waqfien tal-kura (ara sezzjoni 4.4). Pazjenti b’adenokarċinoma tal-frixa li jkollhom 75 sena u iktar għandhom jiġu evalwati bir-reqqa qabel il-kura tiġi kkunsidrata (ara sezzjoni 4.4).

Mill-514-il pazjent b’kanċer tal-pulmun ta’ ċelluli mhux żgħar fi studju li fih il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali li rċivew Abraxane flimkien ma’ carboplatin, 31% kellhom 65 sena jew aktar u 3.5% kellhom 75 sena jew aktar. Avvenimenti ta’ majelosoppressjoni, avvenimenti ta’ newropatija periferali, u artralġja kienu iktar frekwenti f’pazjenti li kellhom 65 sena jew aktar meta mqabbla ma’ pazjenti iżgħar minn 65 sena. Hemm esperjenza limitata dwar l-użu ta’ Abraxane/carboplatin f’pazjenti li għandhom 75 sena jew aktar.

Mudell ta’ farmakokinetika/farmakodinamika bl-użu ta’ dejta minn 125 pazjent b’tumuri solidi avvanzati jindika li pazjenti ≥ 65 sena jafu jkunu iktar suxxettibbli għall-iżvilupp ta’ newtropenija matul l-ewwel ċiklu ta’ kura.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Abraxane fit-tfal u adolexxenti minn età 0-17-il sena ma ġewx determinati s’issa. M’hemm l-ebda użu rilevanti ta’ Abraxane fit-tfal għal indikazzjoni ta’ kanċer metastatiku tas- sider jew adenokarċinoma tal-frixa jew kanċer tal-pulmun ta’ ċelluli mhux żgħar.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Agħti s-suspensjoni rrikostitwita ta’ Abraxane ġol-vina billi tuża sett tal-infużjoni li jinkorpora filtru ta’ 15 µm. Wara l-għoti, hu rakkomandat li l-linja ġol-vina tiġi fflaxxjata b’sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) soluzzjoni għall-injezzjoni biex tiżgura l-għoti tad-doża kompleta.

Għal istruzzjonijiet fuq ir-rikostituzzjoni tal-prodott mediċinali qabel jingħata, ara sezzjoni 6.6.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe sustanza mhux attiva elenkata fis- sezzjoni 6.1.

Treddigħ (ara sezzjoni 4.6).

Pazjenti li jkollhom għadd tan-newtrofili fil-linja bażi ta’ <1500 ċelluli/mm3.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Abraxane hu formulazzjoni ta’ nanopartiċelli ta’ paclitaxel marbut mal-albumina li jista’ jkollu kwalitajiet farmakoloġiċi li huma differenti b’mod sostanzjali meta mqabbla ma’ formulazzjonijiet oħrajn ta’ paclitaxel (ara sezzjonijiet 5.1 u 5.2). M’għandux jintuża minflok jew ma’ formulazzjonijiet oħrajn ta’ paclitaxel.

Sensittività eċċessiva

Każijiet rari ta’ reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva severa, li jinkludu każijiet rari ħafna ta’ reazzjonijiet anafilattiċi b’riżultat fatali, ġew irrapportati. Jekk ikun hemm reazzjoni ta’ sensittività eċċessiva, il-prodott mediċinali għandu jitwaqqaf immedjatament, kura sintomatika għandha tinbeda, u l-pazjent m’għandux jerġa’ jingħata paclitaxel.

Ematoloġija

Abraxane spiss irażżan il-mudullun (speċjalment newtropenija). In-newtropenija tiddependi mid-doża u t-tossiċità tillimita d-doża. Monitoraġġ frekwenti tal-għadd taċ-ċelluli tad-demm għandu jitwettaq matul it-terapija b’Abraxane. Il-pazjenti m’għandhomx ikunu kkurati mill-ġdid b’ċikli oħra ta’ Abraxane sakemm in-newtrofili jirkupraw għal >1500 ċellula/mm3 u l-plejtlits jirkupraw għal >100,000 ċellula/mm3 (ara sezzjoni 4.2).

Newropatija

Newropatija sensorja sseħħ b’mod frekwenti b’Abraxane, għalkemm l-iżvilupp ta’ sintomi severi hu inqas komuni. L-okkorrenza ta’ newropatija sensorja ta’ Grad 1 jew 2, ġeneralment ma tkunx teħtieġ tnaqqis fid-doża. Meta Abraxane jintuża bħala monoterapija, jekk tiżviluppa newropatija sensorja ta’

Grad 3, hu rrakkomandat li l-kura għandha titwaqqaf sakemm il-marda ssir ta’ Grad 1 jew 2 segwita minn tnaqqis fid-doża għall-korsijiet l-oħra kollha ta’ Abraxane (ara sezzjoni 4.2). Għall-użu flimkien ta’ Abraxane ma’ gemcitabine, jekk tiżviluppa newropatija periferali ta’ Grad 3 jew ogħla, waqqaf Abraxane; kompli l-kura b’gemcitabine bl-istess doża. Erġa’ kompli b’Abraxane b’doża mnaqqsa meta n-newropatija periferali titjieb għal Grad 0 jew 1 (ara sezzjoni 4.2). Għal użu kombinat ta’ Abraxane u carboplatin, jekk tiżviluppa newropatija periferali ta’ Grad 3 jew ogħla, il-kura għandha titwaqqaf sakemm ikun hemm titjib għal Grad 0 jew 1, segwit minn tnaqqis fid-doża għall-korsijiet sussegwenti kollha ta’ Abraxane u carboplatin (ara sezzjoni 4.2).

Sepsis

Sepsis ġiet irrappurtata f’rata ta’ 5% f’pazjenti bi jew mingħajr newtropenija li rċivew Abraxane flimkien ma’ gemcitabine. Kumplikazzjonijiet minħabba l-kanċer sottostanti tal-frixa, b’mod speċjali l-ostruzzjoni tal-marrara jew il-preżenza ta’ stent tal-marrara, ġew identifikati bħala fatturi sinifikanti li jikkontribwixxu. Jekk il-pazjent jitlagħlu d-deni (irrispettivament mill-għadd tan-newtrofili), ibda l- kura b’antibijotiċi broad spectrum. Għal newtropenija bid-deni, waqqaf Abraxane u gemcitabine sakemm jgħaddi d-deni u ANC ≥ 1500 ċellula/mm3, imbagħad erġa’ ibda l-kura b’livelli ta’ doża mnaqqsa (ara sezzjoni 4.2).

Pulmonite

Kien hemm pulmonite f’1% tal-pazjenti meta Abraxane intuża bħala monoterapija u f’4% meta Abraxane intuża flimkien ma’ gemcitabine. Immonitorja mill-qrib il-pazjenti kollha għal sinjali u sintomi ta’ pulmonite. Wara li teskludi etjoloġija infettiva u wara li tagħmel dijanjosi ta’ pulmonite, waqqaf il-kura b’Abraxane u gemcitabine b’mod permanenti u ibda mill-ewwel il-kura u l-miżuri xierqa ta’ appoġġ (ara sezzjoni 4.2).

Indeboliment tal-fwied

Minħabba li t-tossiċità ta’ paclitaxel tista’ tiżdied b’indeboliment tal-fwied, l-għoti ta’ Abraxane f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied għandu jsir b’attenzjoni. Pazjenti b’indeboliment tal-fwied jistgħu jkunu f’riskju akbar ta’ tossiċità, partikularment minħabba majelosoppressjoni; dawn il-pazjenti għandhom ikunu mmonitorjati għall-iżvilupp ta’ majelosoppressjoni profonda.

Abraxane mhuwiex rakkomandat f’pazjenti li jkollhom bilirubina totali ta’ >5 x ULN jew AST >10 x ULN. Flimkien ma’ dan, Abraxane mhuwiex rakkomandat f’pazjenti b’adenokarċinoma

metastatika tal-frixa li jkollhom indeboliment moderat sa sever tal-fwied (bilirubina totali ta’ > 1.5 x

ULN u AST ta’ ≤ 10 x ULN) (ara sezzjoni 5.2).

Kardjotossiċità

Rapporti rari ta’ insuffiċjenza konġestiva tal-qalb u disfunzjoni tal-ventrikulu tax-xellug kienu osservati fost individwi li kienu qed jingħataw Abraxane. Il-biċċa l-kbira tal-individwi kienu esposti għal prodotti mediċinali kardjotossiċi fil-passat. bħal anthracyclines, jew kellhom storja medika kardijaka diġà eżistenti. Għaldaqstant, il-pazjenti li jkunu qed jingħataw Abraxane, għandhom ikunu mmonitorjati bl-attenzjoni għal xi avvenimenti kardijaċi.

Metastasi fis-Sistema Nervuża Ċentrali (CNS)

L-effettività u s-sigurtà ta’ Abraxane f’pazjenti b’metastasi fis-sistema nervuża ċentrali (CNS) ma kinux stabbiliti. Il-metastasijiet tas-CNS mhumiex ġeneralment ikkontrollati tajjeb bil-kimoterapija sistemika.

Sintomi gastrointestinali

Jekk il-pazjenti jkollhom dardir, rimettar u dijarea wara l-għoti ta’ Abraxane, jistgħu jkunu kkurati b’anti-emetiċi jew sustanzi konstipanti li s-soltu wieħed juża.

Pazjenti ta’ 75 sena jew iktar

Għal pazjenti ta’ 75 sena jew iktar, ma ntwera l-ebda benefiċċju għal kura kombinata b’Abraxane u gemcitabine meta mqabbla ma’ gemcitabine mogħti waħdu. F’pazjenti anzjani ħafna (≥75 sena) li rċivew Abraxane u gemcitabine, kien hemm inċidenza ogħla ta’ reazzjonijiet avversi serji u reazzjonijiet avversi li wasslu għall-waqfien tal-kura, inklużi tossiċitajiet ematoloġiċi, newropatija periferali, nuqqas ta’ aptit u deidrazzjoni. Pazjenti b’adenokarċinoma tal-frixa li għandhom 75 u iktar għandhom jiġu evalwati bir-reqqa għall-abbiltà tagħhom li jittolleraw Abraxane flimkien ma’ gemcitabine b’konsiderazzjoni speċjali għall-istat ta’ prestazzjoni, komorbożitajiet u riskju ogħla ta’ infezzjonijiet (ara sezzjoni 4.2 u 4.8)

Oħrajn

Għalkemm dejta limitata hi disponibbli, ma ntwera l-ebda benefiċċju ċar f’termini ta’ sopravivenza globali fit-tul f’pazjenti b’adenokarċinoma pankreatika b’livelli normali ta’ CA 19-9 qabel il-bidu tal- kura b’Abraxane u gemcitabine (ara sezzjoni 5.1).

Erlotinib m’għandux jingħata flimkien ma’ Abraxane u gemcitabine (ara sezzjoni 4.5).

Eċċipjenti

Meta rrikostitwit, kull ml ta’ konċentrat ta’ Abraxane ikun fih 0.183 mmol ta’ sodium, li hu 4.2 mg ta’ sodium. Dan għandu jitqies f’pazjenti li jikkontrollaw l-ammont ta’ sodium li jieħdu fid-dieta.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Il-metaboliżmu ta’ paclitaxel hu kkatalizzat, parzjalment, mill-isoenzimi CYP2C8 u CYP3A4 ta’ ċitokrom P450 (ara sezzjoni 5.2). Għalhekk, fl-assenza ta’ studju PK dwar interazzjoni bejn mediċina u oħra, wieħed għandu joqgħod attent meta jagħti paclitaxel fl-istess ħin ma’ mediċini li huma magħrufa li jinibixxu jew CYP2C8 jew CYP3A4 (eż. ketoconazole u antifungali oħrajn ta’ imidazole, erythromycin, fluoxetine, gemfibrozil, clopidogrel, cimetidine, ritonavir, saquinavir, indinavir, u nelfinavir) minħabba li t-tossiċità tapaclitaxel tistatiżdied minħabba esponiment ta’ paclitaxel ikbar. Meta paclitaxel jingħata fl-istess ħin ma’ mediċini li huma magħrufa li jinduċu jew CYP2C8 jew CYP3A4 (eż. rifampicin, carbamazepine, phenytoin, efavirenz, nevirapine) mhuwiex rakkomandat minħabba li l-effikaċja tista’ tiġi kompromessa minħabba esponimenti ta’ paclitaxel iktar baxxi.

Paclitaxel u gemcitabine ma jużawx l-istess passaġġ metaboliku. It-tneħħija ta’ Paclitaxel tiġi stabbilita primarjament mill-metaboliżmu medjat minn CYP2C8 u CYP3A4 segwita mit-tneħħija mill- marrara, filwaqt li gemcitabine jiġi ddiżattivat minn cytidine deaminase segwit mit-tneħħija mill- awrina. Interazzjonijiet farmakokinetiċi bejn Abraxane u gemcitabine ma ġewx evalwati fil-bnedmin.

Twettaq studju farmakokinetiku b’Abraxane u carboplatin f’pazjenti b’kanċer tal-pulmun ta’ ċelluli mhux żgħar. Ma kien hemm l-ebda interazzjonijiet klinikament rilevanti bejn Abraxane u carboplatin.

Abraxane hu indikat bħala monoterapija għal kanċer tas-sider, flimkien ma’ gemcitabine għal adenokarċinoma tal-frixa, jew flimkien ma’ carboplatin għal kanċer tal-pulmun ta’ ċelluli mhux żgħar (ara sezzjoni 4.1). Abraxane m’għandux jintuża flimkien ma’ sustanzi oħra ta’ kontra l-kanċer.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Kontraċezzjoni fl-irgiel u n-nisa

Nisa li jista’ jkollhom it-tfal għandhom jużaw kontraċezzjoni effettiva matul il-kura u sa xahar wara li jingħataw kura b’Abraxane. Pazjenti rġiel kkurati b’Abraxane huma mwissija biex ma jnisslux tfal waqt u sa sitt xhur wara li tispiċċa l-kura.

Tqala

Hemm informazzjoni limitata ħafna dwar l-użu ta’ paclitaxel waqt it-tqala fil-bniedem. Paclitaxel hu ssuspettat li jista’ jikkawża difetti serji tat-twelid meta jingħata waqt it-tqala. Studji f’annimali wrew effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva (ara 5.3). Abraxane m’għandux jintuża waqt it-tqala u f’nisa li jista’ jkollhom it-tfal u li ma jkunux qed jużaw kontraċettiv effettiv, ħlief meta jkun hemm bżonn speċifiku tat-trattament b’paclitaxel minħabba l-kundizzjoni klinika tal-mara.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk paclitaxel jiġix eliminat mill-ħalib tas-sider fil-bniedem. Minħabba li jista’ jkun hemm reazzjonijiet avversi serji fit-trabi li jkunu qed jerdgħu, Abraxane hu kontra-indikat waqt it-treddigħ. It-treddigħ għandu jieqaf waqt it-trattament.

Fertilità

Abraxane jikkaġuna infertilità fil-firien maskili (ara sezzjoni 5.3). Il-pazjenti rġiel għandhom jieħdu parir dwar il-ħażna tal-isperma qabel il-kura minħabba l-possibbiltà ta’ infertilità irriversibbli minħabba t-terapija b’Abraxane.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Abraxane ftit li xejn għandu effett jew għandu effett moderat fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Abraxane jista’ jikkawża reazzjonijiet avversi bħal għeja (komuni ħafna) u sturdament (komuni) li jistgħu jkollhom effett ħażin fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. ll-pazjenti għandhom ikunu mwissija biex la jsuqu u l-anqas iħaddmu magni jekk iħossuhom għajjenin jew storduti.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

L-iktar reazzjonijiet avversi komuni assoċjati mal-użu ta’ Abraxane kienu newtropenija, newropatija periferali, artralġja/mijalġja u disturbi gastrointestinali.

Il-frekwenzi ta’ reazzjonijiet avversi assoċjati mal-għoti ta’ Abraxane huma elenkati f’Tabella 6 (Abraxane bħala monoterapija) u f’Tabella 7 (Abraxane flimkien ma’ gemcitabine), u Tabella 9 (Abraxane flimkien ma’ carboplatin.

Il-frekwenzi huma definiti bħala: komuni ħafna (≥1/10), komuni (≥1/100 sa <1/10), mhux komuni (≥1/1000 sa <1/100), rari (≥1/10,000 sa <1/1000), rari ħafna (<1/10,000). F’kull grupp ta’ frekwenza, rezzjonijet avversi huma ppreżentati bi gravità dejjem tonqos.

Kanċer tas-sider (Abraxane mogħti bħala monoterapija)

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi

Tabella 6 telenka reazzjonijiet avversi wara l-għoti ta’ Abraxane lil pazjenti, fi studji li fihom ingħata biss Abraxane bħala monoterapija fi kwalunkwe doża fi kwalunkwe indikazzjoni (N = 789).

Tabella 6: Reazzjonijiet avversi rrappurtati b’monoterapija ta’ Abraxane fi kwalunkwe doża fi studji kliniċi

 

Komuni: Infezzjoni, infezzjoni fl-apparat urinarju, follikulite, infezzjoni

 

fl-apparat respiratorju ta’ fuq, kandidijasi, sinusite

Infezzjonijiet u

Mhux komuni: Kandidijasi tal-ħalq, nażofarinġite, ċellulite, herpes simplex,

infestazzjonijiet

infezzjoni virali, pnewmonja, infezzjoni marbuta mal-kateter, infezzjoni

 

 

fungali, herpes zoster, infezzjoni fis-sit tal-injezzjoni, sepsis2, sepsis

 

newtropenika2

Neoplażmi beninni,

 

malinni u dawk mhux

Mhux komuni: Uġigħ metastatiku, nekrosi tat-tumur

speċifikati (inklużi ċesti

 

u polipi)

 

 

Komuni ħafna: Newtropenija, anemija, lewkopenja, tromboċitopenja,

 

limfopenja, soppressjoni tal-mudullun

Disturbi tad-demm u tas-

 

sistema limfatika

Komuni: Newtropenija bid-deni

 

Rari: Panċitopenija

Disturbi fis-sistema

Mhux komuni1: Sensittività eċċessiva

 

immuni

Rari: Sensittività eċċessiva severa

 

 

Komuni ħafna: Anoressija

Disturbi fil-metaboliżmu

Komuni: Deidrazzjoni, nuqqas t’aptit, ipokalemja

 

u n-nutrizzjoni

Mhux komuni: Ipofosfatemija, akkumulazzjoni tal-fluwidu,

 

 

ipoalbuminemja, polidipsja, ipergliċemja, ipokalċimja, ipogliċemja,

 

iponatremja

 

Komuni: Insomnja, dipressjoni, ansjetà

Disturbi psikjatriċi

 

 

Mhux komuni: Irrikwjetezza

 

Komuni ħafna: Newropatija periferali, newropatija, ipoestesija, parestesija

 

Komuni: Newropatija sensorja periferali, uġigħ ta’ ras, disturb fis-sens tat-

Disturbi fis-sistema

togħma, sturdament, newropatija tal-moviment tad-dirgħajn u s-saqajn,

atassja, disturb tas-sensi, ngħas tqil

nervuża

 

 

Mhux komuni: Polinewropatija, assenza ta’ riflessi, diskinesja,

 

hyporeflexia, nevralġija, ma tibqax tħoss normali, sinkope, sturdament li

 

jiddependi mill-pożizzjoni, uġigħ newropatiku, rogħda

 

Komuni: Żieda fl-ammont ta’ dmugħ, vista mċajpra, għajnejn xotti,

 

keratoconjunctivitis sicca, madarosis

Disturbi fl-għajnejn

Mhux komuni: Irritazzjoni fl-għajnejn, uġigħ fl-għajnejn, vista mhix

normali, tara inqas ċar, konġuntivite, disturb tal-vista, ħakk fl-għajnejn,

 

 

ketatite

 

Rari: Edema makulari ċistojde2

Disturbi fil-widnejn u

Komuni: Sturdament

 

fis-sistema labirintika

Mhux komuni: Uġigħ fil-widnejn, żanżin fil-widnejn

 

 

Komuni: Takikardija, arritmija, takikardija supraventrikulari

Disturbi fil-qalb

Rari: bradikardija, waqfien kardijaku, disfunzjoni ventrikulari fuq ix-

 

 

xellug, insuffiċjenza konġestiva tal-qalb, imblokk atrijoventrikulari2

 

 

Komuni: Fwawar, fwawar bis-sħana, pressjoni għolja, limfoedema

Disturbi vaskulari

Mhux komuni: Pressjoni baxxa, kesħa periferali, pressjoni tad-demm taqa’

meta wieħed iqum bilwieqfa

 

 

Rari: Trombożi

 

Komuni: Pulmonite interstizjali3, qtugħ ta’ nifs, tinfaraġ, uġigħ

 

faringolarinġejali, sogħla, rinite, tnixxija żejda mill-imnieħer

Disturbi respiratorji,

Mhux komuni: Sogħla bil-katarru, qtugħ ta’ nifs bl-istrapazz, konġestjoni

toraċiċi u medjastinali

tas-sinus, tnaqqis fil-ħsejjes tan-nifs, ħruġ ta’ likwidu mill-plewra, rinite

 

 

allerġika, tinħanaq, konġestjoni nażali, nixfa nażali, tħarħir, emboli

 

pulmonari, tromboemboliżmu pulmonari

 

Komuni ħafna: Dardir, dijarea, rimettar, stitikezza, stomatite

 

Komuni: Uġigħ ta’ żaqq, nefħa taż-żaqq, uġigħ fin-naħa ta’ fuq taż-żaqq,

Disturbi gastro-

dispepsja, mard tar-rifluss gastroesofagali, ipoestesija orali

intestinali

 

 

Mhux komuni: Problemi biex tibla’, gass, glossodinja (uġigħ fl-ilsien), ħalq

 

xott, uġigħ tal-ħanek, purgar maħlul, esofaġite, uġigħ fin-naħa t’isfel taż-

 

żaqq, ulċeri fil-ħalq, uġigħ fil-ħalq, emorraġija tar-rektum

Disturbi fil-fwied u fil-

Mhux komuni: Epatomegalija

marrara

 

 

Komuni ħafna: Alopeċja, raxx

 

Komuni: Disturbi fid-dwiefer, ħakk, ġilda xotta, ġilda ħamra, tibdil fil-

 

kulur/pigmentazzjoni tad-dwiefer, il-ġilda toskura, onikolisi, tibdil fid-

 

dwiefer

Disturbi fil-ġilda u fit-

Mhux komuni: Sensittività fil-bażi tad-dwiefer, urtikarja, uġigħ fil-ġilda,

tessuti ta’ taħt il-ġilda

reazzjoni tas-sensittività għad-dawl, disturbi tal-pigmentazzjoni, raxx

 

pruritiku, disturbi fil-ġilda, iperidrosi, onikomadesi, raxx bil-ħmura, raxx

 

ġeneralizzat, dermatite, għaraq matul il-lejl, raxx makulopapulari, vitiligo,

 

ipotrikosi, skonfort fid-dwiefer, ħakk ġeneralizzat, raxx makulari, raxx

 

papulari, leżjonijiet fil-ġilda, wiċċ minfuħ

 

Rari ħafna: Sindrome ta’ Stevens-Johnson2, nekrolisi epidermali tossika2

 

Komuni ħafna: Artralġja, mijalġja

 

Komuni: Uġigħ fl-estremitajiet, uġigħ fl-għadam, uġigħ fid-dahar,

Disturbi muskolu-

bugħawwieġ fil-muskoli, uġigħ fir-riġlejn jew fid-dirgħajn

skeletriċi u tat-tessuti

 

konnettivi

Mhux komuni: Uġigħ fil-qafas tas-sider, dgħjufija fil-muskoli, uġigħ

 

fl-għonq, uġigħ bejn il-koxxa u ż-żaqq, spażmi tal-muskoli, uġigħ

 

muskoloskeletriku, uġigħ fil-ġenb tal-ġisem, diqa fir-riġlejn jew

 

fid-dirgħajn, dgħjufija fil-muskoli

Disturbi fil-kliewi u fis-

Mhux komuni: Uġigħ u diffikultà biex tagħmel l-awrina, pollakijurja,

demm fl-awrina, tgħaddi awrina bil-lejl, tagħmel ammont eċċessiv ta’

sistema urinarja

awrina, inkontinenza tal-awrina

 

Disturbi fis-sistema

Mhux komuni: Uġigħ fis-sider

riproduttiva u fis-sider

 

 

Komuni ħafna: Għeja kbira, telqa, deni

Disturbi ġenerali u

Komuni: Edema periferali, infjammazzjoni tal-mukoża, uġigħ, tkexkix ta’

kondizzjonijiet ta’ mnejn

bard, edema, dgħjufija, nuqqas ta’ effiċjenza fix-xogħol, uġigħ fil-qafas

jingħata

tas-sider, mard jixbah l-influwenza, tħossok ma tiflaħx, letarġija, deni

 

 

qawwi

 

Mhux komuni: Skonfort fil-qafas tas-sider, timxi b’mod anormali, nefħa,

 

reazzjoni fis-sit tal-injezzjoni

 

Rari: Ħruġ tal-mediċina tal-infużjoni mill-vina

 

Komuni: Tnaqqis fil-piż, żieda fl-alanine aminotransferase, żieda

 

fl-aspartate aminotransferase, tnaqqis fl-ematokrit, tnaqqis fl-għadd

 

taċ-ċelluli ħomor tad-demm, żieda fit-temperatura tal-ġisem, żieda

 

fil-gamma-glutamyltransferase, żieda fl-alkaline phosphatase fid-demm

Investigazzjonijiet

 

 

Mhux komuni: Żieda fil-pressjoni tad-demm, żieda fil-piż, żieda fil-lactate

 

dehydrogenase fid-demm, żieda tal-krejatinina fid-demm, żieda tal-glucose

 

fid-demm, żieda tal-phosphorus fid-demm, tnaqqis ta’ potassium

 

fid-demm, żieda fil-bilirubina

Korriment,

Mhux komuni: Kontużjoni

avvelenament u

 

komplikazzjonijiet ta’ xi

Rari: Fenomenu tar-recall tar-radjazzjoni; pnewmonite tar-radjazzjoni

proċedura

 

MedDRA = Medical Dictionary for Regulatory Activities (Dizzjunarju Mediku għal Attivitajiet Regolatorji).

SMQ = Standardized MedDRA Query (Stħarriġ standardizzat tal-MedDRA); SMQ hu ġabra ta’ diversi termini ppreferuti tal-MedDRA biex jinkiseb kunċett mediku.

1Il-frekwenza ta’ reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva hi kkalkulata fuq il-bażi ta’ każ wieħed definittivament relatat f’popolazzjoni ta’

789pazjent.

2Kif irrappurtat fis-sorveljanza tawara t-tqegħid fis-suq taAbraxane.

3Il-frekwenza ta’ pulmonite hija kkalkulata fuq bażi ta’ dejta f’1310 pazjent fi provi kliniċi li rċivew monoterapija b’Abraxane għall-kanċer fis-sider u għal indikazzjonijiet oħra bl-użu tal-mard interstizjali tal-pulmun MedDRA SMQ. Ara sezzjoni 4.4.

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Dawn li ġejjin huma l-iktar reazzjonijet avversi komuni u klinikament rilevanti li huma marbuta ma’ 229 pazjent b’kanċer metastatiku tas-sider li ġew ikkurati b’260 mg/m2 ta’ Abraxane darba kull tliet ġimgħat fl-istudju kliniku importanti ħafna ta’ fażi III.

Disturbi tad-demm u tas-sistema limfatika

In-newtropenija kienet l-iktar tossiċità ematoloġika notevoli (irrappurtata f’79% tal-pazjenti), u kienet riversibbli fi żmien qasir u skont id-doża; il-lewkopenija kienet irrappurtata f’71% tal-pazjenti. Kien hemm newtropenija ta’ Grad 4 (<500 ċellula/mm3) f’9% tal-pazjenti kkurati b’Abraxane.

Newtropenija bid-deni seħħet f’erba’ pazjenti fuq Abraxane. L-anemija (Hb <10 g/dl) kienet osservata f’46% tal-pazjenti li kienu fuq Abraxane, u kienet severa (Hb <8 g/dl) fi tliet każijiet. Il-limfopenija kienet osservata f’45% tal-pazjenti.

Disturbi fis-sistema nervuża

B’mod ġenerali, il-frekwenza u s-severità tan-newrotossiċità kienet tiddependi mid-doża f’pazjenti li kienu qed jingħataw Abraxane. Newropatija periferali (ġeneralment newropatija sensorja ta’ Grad 1 jew 2) kienet osservata fi 68% tal-pazjenti li kienu fuq Abraxane, b’10% li kienu ta’ Grad 3, u l-ebda każ ta’ Grad 4.

Disturbi gastrointestinali

Kien hemm dardir f’29% tal-pazjenti u dijarea f’25% tal-pazjenti.

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda

Alopeċja kienet osservata f’> 80% ta` pazjenti kkurati b’Abraxane. Il-maġġoranza tal-avvenimenti ta’ każi ta’ alopeċja seħħew f’inqas minn xahar wara li bdew Abraxane. Telf notevoli ta’ xagħar ≥ 50% hu mistenni għall-maġġoranza ta’ pazjenti li jkollhom alopeċja.

Disturbi muskolu-skeletriċi u tat-tessuti konnettivi

Kien hemm artralġja fi 32% tal-pazjenti li kienu fuq Abraxane, u kienet severa f’6% tal-każijiet. Il- majalġja seħħet f’24% tal-pazjenti li kienu fuq Abraxane, u kienet severa f’7% tal-każijiet.

Normalment is-sintomi ma damux, tipikament bdew tlett ijiem wara l-għoti ta’ Abraxane u fiequ fi żmien ġimgħa.

Disturbi ġenerali u kundizzjonijiet ta’ mnejn jingħata

Astenja/għeja kbira kienu rrappurtati f’40% tal-pazjenti.

Adenokarċinoma tal-frixa (Abraxane mogħti flimkien ma’ gemcitabine)

Lista tabulata ta’ reazzjonijet avversi

Reazzjonijiet avversi ġew evalwati f’421 pazjent ikkurati b’Abraxane flimkien ma’ gemcitabine u f’402 pazjenti kkurati b’monoterapija ta’ gemcitabine li kienu qed jirċievu kura sistemika inizjali għal adenokarċinoma metastatika tal-frixa fil-prova ta’ fażi III li fiha l-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, ikkontrollata u open-label. Tabella 7 telenka r-reazzjonijiet avversi f’pazjenti b’adenokarċinoma tal-frixa kkurati b’Abraxane flimkien ma’ gemcitabine.

Tabella 7: Reazzjonijet avversi rrappurtati b’Abraxane flimkien ma’ gemcitabine (N = 421)

Infezzjonijiet u

Komuni: Sepsis, pnewmonja, kandidijasi tal-ħalq

infestazzjonijiet

 

 

Komuni ħafna: Newtropenija, anemija, tromboċitopenija

Disturbi tad-demm u tas-

Komuni: Panċitopenija

sistema limfatika

Mhux komuni: Purpura trombotika tromboċitopenika

 

 

Disturbi fil-metaboliżmu

Komuni ħafna: Deidrazzjoni, tnaqqis fl-aptit, ipokalemija

u n-nutrizzjoni

 

Disturbi psikjatriċi

Komuni ħafna: Nuqqas ta’ rqad, dipressjoni

Komuni: Ansjetà

 

 

Komuni ħafna: Newropatija periferali1, tibdil fis-sens tat-togħma, uġigħ ta’

Disturbi fis-sistema

ras, sturdament

nervuża

Mhux komuni: Paralisi tas-VII nerv

 

 

 

Komuni: Żieda fid-dmugħ

Disturbi fl-għajnejn

Mhux komuni: Edema makulari ċistojde

 

 

Disturbi fil-qalb

Komuni: Insuffiċjenza konġestiva tal-qalb, takikardija

 

 

 

Disturbi vaskulari

Komuni: Pressjoni baxxa, pressjoni għolja

 

 

 

 

Komuni ħafna: Qtugħ ta’ nifs, epistassi, sogħla

Disturbi respiratorji,

Komuni: Pulmonite, konġestjoni fl-imnieħer

toraċiċi u medjastinali

Mhux komuni: Gerżuma xotta, nixfa fl-imnieħer

 

 

 

Komuni ħafna: Dardir, dijarea, rimettar, stitikezza, uġigħ addominali,

Disturbi gastro-

uġigħ addominali fin-naħa ta’ fuq

intestinali

Komuni: Stomatite, ostruzzjoni intestinali, kolite, ħalq xott

 

 

Disturbi fil-fwied u fil-

Komuni: Kolanġite

marrara

 

Disturbi fil-ġilda u fit-

Komuni ħafna: Alopeċja, raxx

Komuni: Ħakk, ġilda xotta, disturbi fid-dwiefer, fwawar

tessuti ta’ taħt il-ġilda

 

 

 

Disturbi muskolu-

Komuni ħafna: Uġigħ fl-estremitajiet, artralġja, mijalġja

skeletriċi u tat-tessuti

Komuni: Dgħjufija fil-muskoli, uġigħ fl-għadam

konnettivi

 

Disturbi fil-kliewi u fis-

Komuni: Insuffiċjenza akuta fil-kliewi

Mhux komuni: Sindrome emolitiku uremiku

sistema urinarja

 

 

 

 

Tabella 7: Reazzjonijet avversi rrappurtati b’Abraxane flimkien ma’ gemcitabine (N = 421)

Disturbi ġenerali u

Komuni ħafna: Għeja, edema periferali, deni, astenja, tertir ta’ bard

kondizzjonijiet ta’ mnejn

Komuni: Reazzjoni fis-sit tal-infużjoni

jingħata

 

 

 

 

Komuni ħafna: Tnaqqis fil-piż, żieda f’alanine aminotransferase

Investigazzjonijiet

Komuni: Żieda f’aspartate aminotransferase, żieda fil-bilirubina fid-demm,

 

żieda fil-krejatinina fid-demm

 

 

MedDRA = Medical Dictionary for Regulatory Activities (Dizzjunarju Mediku għal Attivitajiet Regolatorji).

SMQ = Standardized MedDRA Query (Stħarriġ standardizzat tal-MedDRA - ġabra ta’ diversi termini ppreferuti tal-MedDRA biex jinkiseb kunċett mediku).

1Newropatija periferali evalwata bl-użu tal-SMQ (ambitu wiesgħa).

2Il-pnewmonite tiġi evalwata bl-użu ta’ SMQ mard interstizjali tal-pulmuni (skop wiesgħa)

F’din il-prova ta’ fażi III li fiha l-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, ikkontrollata, open-label, reazzjonijiet avversi li rriżultaw f’mewt fi żmien 30 ġurnata mill-aħħar doża tal-mediċina tal-istudju ġew irrappurtati għal 4% tal-pazjenti li kienu qed jirċievu Abraxane flimkien ma’ gemcitabine u għal 4% tal-pazjenti li kienu qed jirċievu monoterapija b’gemcitabine.

Deskrizzjoni tareazzjonijiet avversi magħżula

Dawn li ġejjin huma l-inċidenzi l-aktar komuni u importanti tar-reazzjonijiet avversi marbuta ma’ 421 pazjent b’adenokarċinoma metastatika tal-frixa li ġew ikkurati b’125 mg/m2 ta’ Abraxane flimkien ma’ gemcitabine b’doża ta’ 1000 mg/m2 li ngħatat fi Ġranet 1, 8 u 15 ta’ kull ċiklu ta’ 28-ġurnata fil- fażi III tal-istudju kliniku.

Disturbi tad-demm u tas-sistema limfatika

Tabella 8 tipprovdi l-frekwenza u s-severità tal-anormalitajiet ematoloġiċi osservati fil-laboratorju għal pazjenti kkurati b’Abraxane flimkien ma’ gemcitabine jew b’gemcitabine waħdu.

Tabella 8: Anormalitajiet ematoloġiċi osservati fil-laboratorju fil-prova dwar adenokarċinoma tal-frixa

 

Abraxane(125 mg/m2)/

Gemcitabine

 

gemcitabine

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(%)

(%)

(%)

(%)

Anemijaa,b

Newtropenija a,b

Tromboċitopenijab,ċ

a405 pazjenti evalwati fil-grupp ikkurat b’Abraxane/gemcitabine

b388 pazjenti evalwati fil-grupp ikkurat b’gemcitabine

ċ 404 pazjenti evalwati fil-grupp ikkurat b’Abraxane/gemcitabine

Newropatija periferali

Għal pazjenti kkurati bAbraxane flimkien magemcitabine, il-ħin medjan għall-ewwel okkorrenza tanewropatija periferali taGrad 3 kienet ta’ 140 ġurnata. Il-ħin medjan għat-titjib b’mill-inqas grad 1 kien ta’ 21 ġurnata, u l-ħin medjan biex titjieb minn newropatija ta’ Grad 3 għal Grad 0 jew 1 kien ta’ 29 ġurnata. Mill-pazjenti li kellhom il-kura interrotta minħabba newropatija periferali, 44% (31/70 pazjent) kienu kapaċi jkomplu b’Abraxane b’doża mnaqqsa. L-ebda pazjent ikkurat b’Abraxane flimkien ma’ gemcitabine ma kellu newropatija periferali ta’ Grad 4.

Sepsis

Sepsis kienet irrappurtata b’rata ta’ 5% f’pazjenti, bi jew mingħajr newtropenija, li rċivew Abraxane flimkien ma’ gemcitabine waqt it-twettieq ta’ prova dwar adenokarċinoma tal-frixa. Kumplikazzjonijiet minħabba kanċer sottostanti tal-frixa, b’mod speċjali ostruzzjoni fil-marrara jew il- preżenza ta’ stent fil-marrara, ġew identifikati bħala fatturi sinifikanti li jikkontribwixxu. Jekk il- pazjent jaqbdu d-deni (irrispettivament mill-għadd tan-newtrofili), ibda l-kura b’antibijotiċi tat-tip broad spectrum. Għal newtropenija bid-deni, waqqaf Abraxane u gemcitabine sakemm jgħaddi d-deni u ANC 1500 ċellula/mm3, imbagħad erġa’ ibda l-kura b’livelli ta’ doża mnaqqsa (ara sezzjoni 4.2).

Pulmonite

Pulmonite ġiet irrappurtata f’rata ta’ 4% bl-użu ta’ Abraxane flimkien ma’ gemcitabine. Mis-17-il każ ta’ pulmonite rrappurtati f’pazjenti kkurati b’Abraxane flimkien ma’ gemcitabine, 2 kellhom riżultat fatali. Immonitorja l-pazjenti mill-qrib għal sinjali u sintomi ta’ pulmonite. Wara li teskludi etjoloġija infettiva u wara li tagħmel dijanjosi tapulmonite, waqqaf il-kura bAbraxane b’mod permanenti u gemcitabine u ibda mill-ewwel il-kura u l-miżuri xierqa ta’ appoġġ (ara sezzjoni 4.2).

Kanċer tal-pulmun ta’ ċelluli mhux żgħar (Abraxane mogħti flimkien ma’ carboplatin)

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi

Tabella 9 telenka r-reazzjonijiet avversi assoċjati mal-għoti ta’ Abraxane flimkien ma’ carboplatin.

Tabella 9: Reazzjonijiet avversi rrappurtati b’Abraxane flimkien ma’ carboplatin (N = 514)

Infezzjonijiet u

Komuni: Pnewmonja, bronkite, infezzjonifil-parti ta’ fuq tal-passaġġ

infestazzjonijiet

respiratorju, infezzjoni tal-passaġġ urinarju

 

Mhux komuni: Sepsis, kandidjasite tal-ħalq

 

 

Disturbi tad-demm u

Komuni ħafna: Newtropenija1, tromboċitopenija1, anemija1, lewkopenija1

tas-sistema limfatika1

 

 

Komuni: Newtropenja bid-deni, limfopenija

 

Mhux komuni: Panċitopenija

Disturbi fis-sistema

Mhux komuni: Sensittività eċċessiva għall-mediċina, sensittività eċċessiva

immuni

 

Disturbi fil-metaboliżmu

Komuni ħafna: Nuqqas ta’ aptit

u n-nutrizzjoni

 

 

Komuni: Deidratazzjoni

Disturbi psikjatriċi

Komuni: Nuqqas ta’ rqad

Disturbi fis-sistema

Komuni ħafna: Newropatija periferali2

nervuża

 

 

Komuni: Indeboliment fis-sens tat-togħma, uġigħ ta’ ras, sturdament

 

 

Disturbi fl-għajnejn

Komuni: Vista mċajpra

Disturbi vaskulari

Komuni: Pressjoni baxxa, pressjoni għolja

 

Mhux komuni: Fwawar

 

 

Disturbi respiratorji,

Komuni ħafna: Qtugħ ta’ nifs

toraċiċi u medjastinali

 

 

Komuni: Emoptisi, tinfaraġ, sogħla

 

Mhux komuni: Pnewmonite3

Disturbi gastro-

Komuni ħafna: Dijarea, rimettar, dardir, stitikezza

intestinali

 

 

Komuni: Stomatite, dispepsija, uġigħ ta’ żaqq, problemi biex tibla’

 

 

Disturbi fil-fwied u fil-

Komuni: Iperbilirubinemija

marrara

 

Disturbi fil-ġilda u fit-

Komuni ħafna: Raxx, alopeċja

tessuti ta’ taħt il-ġilda

 

 

Komuni: Ħakk, disturb fid-dwiefer

 

Mhux komuni: Il-ġilda titqaxxar, dermatite allerġika, urtikarja

 

 

Disturbi muskolu-

Komuni ħafna: Artralġja, majalġja

skeletriċi u tat-tessuti

 

konnettivi

Komuni: Uġigħ fid-dahar, uġigħ fl-estremitajiet, uġigħ muskoloskeletriku

Disturbi ġenerali u

Komuni ħafna: Għeja kbira, astenja, edema periferali

kondizzjonijiet ta’

 

mnejn jingħata

Komuni: Deni, uġigħ fis-sider

 

Mhux komuni: Infjammazzjoni fil-mukuża, ħruġ ta’ fluwidu fis-sit tal-

 

infużjoni, infjammazzjoni fis-sit tal-infużjoni, raxx fis-sit tal-infużjoni

Investigazzjonijiet

Komuni: Żieda f’alanine aminotransferase, żieda f’aspartate

 

aminotransferase, żieda ta’ alkaline phosphatase fid-demm, tnaqqis fil-piż

 

 

MedDRA = Medical Dictionary for Regulatory Activities: SMQ = Standardized MedDRA Query

1Ibbażat fuq evalwazzjonijiet fil-laboratorju: grad massimu ta’ majelosoppressjoni (popolazzjoni kkurata)

2Newropatija periferali tiġi evalwata bl-użu ta’ SMQ newropatija (skop wiesgħa)

3Il-pnewmonite tiġi evalwata bl-użu ta’ SMQ mard interstizjali tal-pulmuni (skop wiesgħa)

Għal pazjenti b’kanċer tal-pulmun ta’ ċelluli mhux żgħar ikkurati b’Abraxane u carboplatin, il-medjan taż-żmien għall-ewwel okkorrenza ta’ newropatija periferali ta’ Grad 3 assoċjata mal-kura kien ta’ 121 jum, u l-medjan taż-żmien għal titjib minn newropatija periferali ta’ Grad 1 assoċjata mal-kura kien ta’ 38 jum. L-ebda pazjenti kkurati b’Abraxane u carboplatin ma kellhom newropatija periferali ta’ Grad 4.

Anemija u tromboċitopenija kienu rrappurtati b’mod aktar komuni fil-parti tal-istudju dwar Abraxane milli fil-parti tal-istudju dwar Taxol (54% kontra 28% u 45% kontra 27% rispettivament).

Tossiċità għal taxane irrappurtata mill-pazjenti ġiet evalwata bl-użu tal-4 sottoskali tal-kwestjonarju dwar l-Evalwazzjoni Funzjonali tat-Terapija Kontra l-Kanċer (Functional Assessment of Cancer Therapy (FACT)) għal Taxane. Bl-użu ta’ analiżi ta’ kejl ripetut, 3 mill-4 sottoskali (newropatija periferali, uġigħ tal-idejn/saqajn, u smigħ) kienu favur Abraxane u carboplatin (p 0.002). Għas- sottoskala l-oħra (edema), ma kien hemm l-ebda differenza fil-partijiet tal-istudju dwar il-kura.

Esperjenza miġbura wara t-tqegħid fis-suq

Palsi tan-nervituri tal-kranju, paresi tal-kordi vokali, u rapporti rari ta’ reazzjonijiet severi ta’ sensittività eċċessiva waqt is-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq ta’ Abraxane.

Kien hemm rapporti rari ta’ tnaqqis fiċ-ċarezza tal-vista minħabba edema makulari ċistojde matul il- kura b’Abraxane. Meta ssir dijanjosi ta’ edema makulari ċistojde, il-kura b’Abraxane għandha titwaqqaf.

F’xi pazjenti li fil-passat kienu esposti għal capecitabine, każi ta’ palmar-plantar erythrodysaesthesiae kienu rrappurtati bħala parti mis-sorveljanza li qed tkompli ta’ Abraxane. Minħabba li dawn il-każijiet kienu rrappurtati b’mod volontarju matul il-prattika klinika, l-istimi reali tal-frekwenza ma jistgħux isiru, u r-relazzjoni kawżali mal-avvenimenti ma kinitx stabbilita.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni

avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

M’hemm l-ebda antidotu magħruf għal doża eċċessiva ta’ paclitaxel. Fil-każ ta’ suspett ta’doża eċċessiva, il-pazjent għandu jkun immonitorjat mill-qrib. Il-kura għandha tkun immirata lejn it-tossiċitajiet antiċipati maġġuri, li huma t-trażżin tal-mudullun, l-mukożite u n-newropatija periferali.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Aġenti antineoplastiċi, alkalojdi tal-pjanti u prodotti naturali oħrajn, taxanes, Kodiċi ATC: L01CD01

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Paclitaxel hu sustanza kontra l-mikrotubuli li tgħin fil-bini ta’ mikrotubuli minn dimers tat-tubulin u tistabbilizza l-mikrotubuli billi tfixkel id-dipolimerizzazzjoni. Din l-istabbiltà tirriżulta fl-inibizzjoni tar-riorganizzazzjoni dinamika normali tax-xibka tal-mikrotubuli li hi essenzjali għal interphase vitali u l-funzjonijiet ċellulari mitotiċi. Flimkien ma’ dan, paclitaxel jikkawża sfilati jew “qatet” anormali ta’ mikrotubuli tul iċ-ċiklu kollu taċ-ċellula, kif ukoll asters multipli ta’ mikrotubuli waqt il-mitosi.

Abraxane fih nanopartiċelli b’daqs ta’ madwar 130 nm, magħmula minn albumina tas-serum tal- bniedem u paclitaxel, fejn paclitaxel ikun preżenti fi stat mhux ikkristallizzat, amorfu. Meta jingħata ġol-vina, in-nanopartiċelli jinfirdu malajr f’kumplessi ta’ paclitaxel li jistgħu jinħallu, li jeħlu mal- albumina, b’daqs ta’ madwar 10 nm. Hu magħruf li l-albumina hija involuta fit-transċitosi kaveolari endoteljali tal-komponenti tal-plażma, u studji in vitro wrew li l-preżenza tal-albumina f’Abraxane tiffaċilita t-trasport ta’ paclitaxel minn naħa għall-oħra taċ-ċelluli endoteljali. Hu maħsub li dan it-trasport kaveolari mtejjeb transendoteljali hu mmedjat mir-riċettur tal-albumina gp-60, u li hemm akkumulazzjoni mtejba ta’ paclitaxel fiż-żona tat-tumur minħabba l-proteina li teħel mal-albumina Secreted Protein Acidic Rich in Cysteine (SPARC).

Effikaċja klinika u sigurtà

Kanċer tas-sider

Informazzjoni fuq 106 pazjent li nġabret minn żewġ studji ta’ fergħa waħda open-label u minn 454 pazjent mhux magħżula li kienu kkurati fi studju komparattiv ta’ Fażi III, hija disponibbli biex issostni l-użu ta’ Abraxane f’kanċer metastatiku tas-sider. Din l-informazzjoni hi ppreżentata hawn taħt.

Studji ta’ fergħa waħda open-label

Fi studju wieħed, Abraxane ngħata bħala infużjoni fuq perijodu ta’ 30 minuta f’doża ta’ 175 mg/m2 lil 43 pazjent b’kanċer metastatiku tas-sider. Fit-tieni prova, intużat doża ta’ 300 mg/m2 bħala infużjoni fuq perijodu ta’ 30 minuta fi 63 pazjent b’kanċer metastatiku tas-sider. Il-pazjenti li kienu kkurati ma ħadux minn qabel sterojdi jew appoġġ ippjanat ta’ G-CSF. Iċ-ċikli ngħataw f’intervalli ta’ 3 ġimgħat. Ir-rati ta’ rispons fil-pazjenti kollha kienu ta’ 39.5% (95% CI: 24.9% - 54.2%) u 47.6%

(95% CI: 35.3% - 60.0%), rispettivament. Iż-żmien medjan tar-rispons għall-kura tal-marda kien ta’

5.3 xhur (175 mg/m2; 95% CI: 4.6 – 6.2 xhur) u 6.1 xhur (300 mg/m2; 95% CI: 4.2 – 9.8 xhur).

Studju każwali komparattiv

Din il-prova klinika f’ħafna ċentri saret f’pazjenti b’kanċer metastatiku tas-sider, li kienu kkurati kull 3 ġimgħat b’paclitaxel waħdu, jew bħala paclitaxel ibbażat fuq is-solvent 175 mg/m2 mogħti bħala infużjoni ta’ 3 sigħat bi premedikazzjoni biex tiġi evitata s-sensittività eċċessiva (N = 225), jew bħala Abraxane 260 mg/m2 mogħti bħala infużjoni ta’ 30 minuta mingħajr premedikazzjoni (N = 229).

Erbgħa u sittin fil-mija tal-pazjenti kellhom indeboliment fl-istat tal-prestazzjoni (ECOG 1 jew 2) fil- bidu tal-istudju; 79% kellhom metastasi vixxerali; u 76% kellhom >3 siti ta’ metastasi. Erbatax fil- mija tal-pazjenti ma kinux ħadu kimoterapija fil-passat; 27% kienu ħadu l-kimoterapija biss bħala kura

addizzjonali, 40% kellhom metastasi biss, u 19% kellhom kemm metastasi kif ukoll kura addizzjonali.

Disgħa u ħamsin fil-mija rċivew il-prodott mediċinali li kien qed ikun studjat bħala t-tieni terapija jew iktar mit-tieni terapija. Sebgħa u sebgħin fil-mija tal-pazjenti kienu esposti fil-passat għal anthracyclines.

Riżultati għar-rata tar-rispons totali u ż-żmien għall-progressjoni tal-marda, u s-sopravivenza mingħajr progressjoni u s-sopravivenza għall-pazjenti li kienu qed jirċievu > terapija tal-ewwel għażla, huma mniżżla hawn taħt.

Tabella 10: Riżultati għar-rata tar-rispons totali, iż-żmien medjan għall-progressjoni tal-marda u s-sopravivenza mingħajr progressjoni, hekk kif evalwata mill-investigatur

Effikaċja varjabbli

Abraxane

Paclitaxel ibbażat fuq is-

Valur-p

 

(260 mg/m2)

solvent

 

 

 

(175 mg/m2)

 

Rata ta’ rispons [95% CI] (%)

 

 

 

> Terapija tal-ewwel

26.5 [18.98, 34.05] (n = 132)

13.2

[7.54, 18.93] (n = 136)

0.006a

għażla

 

 

 

 

 

 

 

 

*Żmien medjan għall-progressjoni tal-marda [95% CI](ġimgħat)

 

> Terapija tal-ewwel

20.9 [15.7, 25.9] (n = 131)

16.1

[15.0, 19.3] (n = 135)

0.011b

għażla

 

 

 

 

 

 

 

 

*Medjan tal-progressjoni tas-sopravivenza ħielsa [95% CI] (ġimgħat)

 

> Terapija tal-ewwel

20.6 [15.6, 25.9] (n = 131)

16.1

[15.0, 18.3] (n = 135)

0.010b

għażla

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*Sopravivenza [95% CI] (ġimgħat)

 

 

 

> Terapija tal-ewwel

56.4 [45.1, 76.9] (n = 131)

46.7

[39.0, 55.3] (n = 136)

0.020b

għażla

 

 

 

 

*Din l-informazzjoni hi bbażata fuq ir-Rapport dwar Studju Kliniku: CA012-0 Addendum bid-data finali (23 ta’ Marzu, 2005)

aChi-squared test

bLog-rank test

Mitejn u disgħa u għoxrin pazjent ikkurati b’Abraxane fil-prova klinika każwali u kkontrollata li kienu evalwati għas-sigurtà. In-newtrossiċità għal paclitaxel kienet evalwata permezz ta’ titjib bi grad wieħed għall-pazjenti li kellhom newropatija periferali ta’ Grad 3 fi kwalunkwe ħin matul it-terapija. Il-kors naturali tan-newropatija periferali għar-riżoluzzjoni għal-linja bażi minħabba tossiċità kumulattiva ta’ Abraxane wara >6 korsijiet ta’ kura ma kienx evalwat u għadu mhux magħruf.

Adenokarċinoma tal-frixa

Studju multiċentriku, multinazzjonali, u open-label, li fih il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, twettaq fi 861 pazjent biex jiġi pparagunat Abraxane/gemcitabine ma’ monoterapija b’gemcitabine bħala l-kura primarja f’pazjenti b’adenokarċinoma metastatika tal-frixa. Abraxane ingħata lill-pazjenti (N = 431) bħala infużjoni ġol-vina fuq perijodu ta’ 30-40 minuta b’doża ta’ 125 mg/m2 segwit minn gemcitabine bħala infużjoni ġol-vina fuq perijodu ta’ 30-40 minuta b’doża ta’ 1000 mg/m2 mogħtija f’Jiem 1, 8 u 15 ta’ kull ċiklu ta’ 28-ġurnata. Fil-parti tal-istudju dwar kura comparator, monoterapija

b’gemcitabine ingħatat lill-pazjenti (N = 430) skont id-doża u l-kors irrakkomandati. Il-kura ngħatat sakemm seħħet il-progressjoni tal-marda jew tfaċċat tossiċità inaċċettabbli. Mill-431 pazjent b’adenokarċinoma tal-frixa li ntgħażlu b’mod każwali biex jirċievu Abraxane flimkien ma’ gemcitabine, il-parti l-kbira tagħhom (93%) kienu bojod, 4% kienu suwed u 2% kienu Asjatiċi. 16% kellhom Stat tal-Prestazzjoni ta’ Karnofsky (KPS) ta’ 100; 42% kellhom KPS ta’ 90; 35% kellhom KPS ta’ 80; 7% kellhom KPS ta’ 70; u <1% tal-pazjenti kellhom KPS ta’ inqas minn 70. Pazjenti b’riskju kardjovaksulari għoli, li kellhom fil-passat mard tal-arterji periferali u/jew ta’ disturbi fit- tessut konnettiv u/jew mard interstizjali tal-pulmun, ġew esklużi mill-istudju.

Il-pazjenti rċivew kura ta’ tul medjan ta’ 3.9 xhur fil-parti tal-istudju b’Abraxane/gemcitabine u 2.8 xhur fil-parti tal-istudju b’gemcitabine. 32% tal-pazjenti fil-parti tal-istudju b’ Abraxane/gemcitabine meta mqabbla ma’ 15% tal-pazjenti fil-parti tal-istudju b’gemcitabine irċivew kura ta’ 6 xhur jew aktar. Għall-popolazzjoni kkurata, il-medjan tal-intensità tad-doża relattiva kienet ta’ 75% fil-parti tal- istudju b’Abraxane/gemcitabine u 85% fil-parti tal-istudju b’gemcitabine. Il-medjan tal-intensità tad- doża relattiva ta’ Abraxane kienet ta’ 81%. Irriżulta medjan ogħla tad-doża kumulattiva ta’ gemcitabine fil-parti tal-istudju b’Abraxane/gemcitabine (11,400 mg/m2) meta mqabbel mal-parti tal- istudju b’gemcitabine (9000 mg/m2).

Il-punt aħħari tal-effikaċja primarja kienet is-sopravivenza globali (OS). Il-punti aħħarin sekondarji ewlenin kienu sopravivenza mingħajr progressjoni (PFS) u r-rata ta’ rispons globali (ORR), it-tnejn evalwati minn evalwazzjoni radjoloġika indipendenti, ċentralizzata, u blinded bl-użu ta’ linji gwida ta’ RECIST (Verżjoni 1.0).

Tabella 11: Riżultati tal-effikaċja minn studju li fih il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali f’pazjenti b’adenokarċinoma tal-frixa (Popolazzjoni b’intenzjoni li tiġi kkurata)

 

Abraxane(125 mg/m2)/gemcitabine

 

Gemcitabine

 

(N=431)

 

 

(N=430)

 

 

 

 

 

Sopravivenza Globali

 

 

 

 

Numru ta’ mwiet (%)

333 (77)

 

 

359 (83)

Medjan ta’ Sopravivenza

8.5

(7.89, 9.53)

 

 

6.7

(6.01, 7.23)

Globali, xhur (95% CI)

 

 

 

 

 

 

HRA+G/G (95% CI)a

 

0.72 (0.617, 0.835)

 

valur-Pb

 

<0.0001

 

Rata ta’ Sopravivenza % (95%

 

 

 

 

CI) wara

 

 

 

 

Sena

35% (29.7, 39.5)

 

22% (18.1, 26.7)

Sentejn

9% (6.2, 13.1)

 

 

4% (2.3, 7.2)

Il-75 Percentile ta’

14.8

 

 

11.4

Sopravivenza Globali (xhur)

 

 

 

 

 

 

Sopravivenza mingħajr Progressjoni

 

 

 

Mewt jew progressjoni, n (%)

277 (64)

 

 

265 (62)

Medjan ta’ Sopravivenza

 

 

 

 

mingħajr Progressjoni, xhur

5.5

(4.47, 5.95)

 

 

3.7

(3.61, 4.04)

(95% CI)

 

 

 

 

HRA+G/G (95% CI)a

 

0.69 (0.581, 0.821)

 

valur-Pb

 

<0.0001

 

Rata ta’ Rispons Globali

 

 

 

 

Rispons globali kkonfermat

99 (23)

 

 

31 (7)

sħiħ jew parzjali, n (%)

 

 

 

 

 

 

95% CI

19.1, 27.2

 

 

5.0, 10.1

pA+G/pG (95% CI)

 

3.19 (2.178, 4.662)

 

valur-P (chi-square test)

 

<0.0001

 

CI = Intervall ta’ kunfidenza, HRA+G/G = proporzjon ta’ periklu ta’ Abraxane+gemcitabine/gemcitabine, pA+G/pG=proporzjon tar-rata ta’ rispons ta’

Abraxane+gemcitabine/gemcitabine,

amudell stratifikat ta’ Cox tal-proporzjon ta’ periklu

btest log-rank stratifikat, stratifikat skont ir-reġjun ġeografiku (Amerika ta’ Fuq kontra l-oħrajn), KPS (70 sa 80 kontra 90 sa 100), u l- preżenza ta’ metastasi tal-fwied (iva kontra le).

Kien hemm titjib statistikament sinifikanti fl-OS għal pazjenti kkurati b’Abraxane/gemcitabine meta mqabbla ma’ gemcitabine waħdu, b’żieda ta’ 1.8 xhur fil-medjan tal-OS, tnaqqis globali ta’ 28% fir- riskju ta’ mewt, 59% ta’ titjib fis-sopravivenza wara sena, u titjib ta’ 125% fir-rati ta’ sopravivenza wara sentejn.

Stampa 1: Kurva ta’ Kaplan-Meier ta’ sopravivenza globali (popolazzjoni b’intenzjoni li tiġi kkurata)

Proporzjon ta’ Sopravivenza

1.0

ABRAXANE+gemcitabine

0.9

Gemcitabine

 

0.8

0.7

0.6

0.5

0.4

0.3

0.2

0.1

0.0

(PT f’Riskju)

ABX/GEM:

GEM:

Żmien (xhur)

L-effetti tal-kura fuq l-OS iffavoriet il-parti tal-istudju dwar Abraxane/gemcitabine fil-maġġoranza tas-sottogruppi speċifikati minn qabel (li jinkludu s-sess tal-persuna, KPS, ir-reġjun ġeografiku, il-post primarju tal-kanċer tal-frixa, l-istadju meta tkun saret id-dijanjosi, il-preżenza ta’ metastasi fil-fwied, il-preżenza ta’ karċinomatożi peritoneali, proċedura Whipple fil-passat, il-preżenza ta’ stent fil- marrara fil-linja bażi, il-preżenza ta’ metastasi fil-pulmun, u numru ta’ postijiet metastatiċi). F’pazjenti ta’ ≥ 75 sena fil-partijiet tal-istudju dwar Abraxane/gemcitabine u gemcitabine, il-Proporzjon ta’

Periklu tas-sopravivenza (HR) kien ta’ 1.08 (95% CI 0.653, 1.797). Għal pazjenti b’linja bażi normali tal-livelli ta’ CA 19-9, is-sopravivenza HR kienet ta’ 1.07 (95% CI 0.692, 1.661).

Kien hemm titjib statistikament sinifikanti fil-PFS għal pazjenti kkurati b’Abraxane/gemcitabine kontra gemcitabine waħdu, b’żieda ta’ 1.8 xhur fil-medjan tal-PFS.

Kanċer tal-pulmun ta’ ċelluli mhux żgħar

Twettaq studju multiċentriku, li fih il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, open-label, fuq 1052 pazjent li qatt ma rċivew kimoterapija fil-passat, b’kanċer tal-pulmun ta’ ċelluli mhux żgħar fi Stadju IIIb/IV. L-istudju qabbel Abraxane flimkien ma’ carboplatin kontra paclitaxel ibbażat fuq is-solvent flimkien ma’ carboplatin bħala kura primarja f’pazjenti b’kanċer avvanzat tal-pulmun ta’ ċelluli mhux żgħar. Iktar minn 99% tal-pazjenti kellhom stat ta’ prestazzjoni ECOG (Eastern Cooperative Oncology Group) ta’ 0 jew 1. Pazjenti b’newropatija ta’ Grad 2 li kienet teżisti minn qabel jew b’fatturi ta’ riskju mediku serji li kienu jinvolvu kwalunkwe mis-sistemi tal-organi maġġuri ġew esklużi. Abraxane ingħata lill-pazjenti (N=521) bħala infużjoni ġol-vini fuq perjodu ta’ 30 minuta f’doża ta’ 100 mg/m2 f’Jiem 1, 8 u 15 ta’ kull ċiklu ta’ 21 jum mingħajr l-ebda premedikazzjoni ta’ sterojdi u mingħajr profilassi tal-fattur li jistimula l-kolonji tal-granuloċiti. B’bidu immedjatament wara t-tmiem tal-għoti

ta’ Abraxane, carboplatin f’doża ta’ AUC = 6 mg•min/mL ingħata ġol-vini f’Jum 1 biss ta’ kull ċiklu ta’ 21 jum. Paclitaxel ibbażat fuq is-solvent ingħata lill-pazjenti (N=531) f’doża ta’ 200 mg/m2 bħala infużjoni ġol-vini fuq perjodu ta’ 3 sigħat bi premedikazzjoni standard, immedjatament segwit minn carboplatin mogħti ġol-vina f’AUC = 6 mg•min/mL. Kull mediċina ngħatat f’Jum 1 ta’ kull ċiklu ta’ 21 jum. Fiż-żewġ partijiet tal-istudju, il-kura ngħatat sal-progressjoni tal-marda jew l-iżvilupp ta’ tossiċità inaċċettabbli. Il-pazjenti rċivew medjan ta’ 6 ċikli ta’ kura fiż-żewġ partijiet tal-istudju.

II-punt aħħari tal-effikaċja primarja kienet ir-rata tar-rispons globali, definit bħala l-perċentwali ta’ pazjenti li kisbu rispons sħiħ oġġettiv ikkonfermat jew rispons parzjali bbażat fuq evalwazzjoni indipendenti, ċentrali, blinded, bl-użu ta’ RECIST (verżjoni 1.0). Il-pazjenti fil-parti tal-istudju dwar Abraxane/carboplatin kellhom rata ogħla ta’ rispons globali b’mod sinifikanti meta mqabbel ma’ pazjenti fil-parti tal-istudju dwar il-kontroll: 33% kontra 25%, p = 0.005 (Tabella 12). Kien hemm differenza sinifikanti fir-rata ta’ rispons globali fil-parti tal-istudju ta’ pazjenti kkurati b’Abraxane/carboplatin meta mqabbla mal-parti tal-istudju dwar il-kontroll f’pazjenti li kellhom kanċer tal-pulmun ta’ ċelluli mhux żgħar ta’ istoloġija skwamuża (N=450, 41% kontra 24%, p<0.001), madankollu din id-differenza ma’ rriżultatx f’differenza fil-PFS jew OS. Ma kien hemm l-ebda differenza fl-ORR bejn il-partijiet tal-istudju dwar il-kura f’pazjenti b’istoloġija mhux skwamuża (N=602, 26% vs 25%, p=0.808).

Tabella 12: Rata ta’ rispons globali fil-prova dwar kanċer tal-pulmun ta’ ċelluli mhux żgħar li fiha l-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali (popolazzjoni b’intenzjoni li tiġi kkurata)

 

Abraxane

 

Paclitaxel ibbażat fuq

 

(100 mg/m2/ġimgħa)

is-solvent

 

+ carboplatin

 

(200 mg/m2 kull

 

(N=521)

 

3 ġimgħat)

 

 

 

+ carboplatin

Parametru ta’ Effikaċja

 

 

(N=531)

Rata ta’ Rispons Globali (Evalwazzjoni Indipendenti)

 

 

Rispons sħiħ jew rispons parzjali globali

 

 

 

kkonfermat, n (%)

170 (33%)

 

132 (25%)

95% CI (%)

28.6, 36.7

 

21.2, 28.5

pA/pT (95.1% CI)

1.313 (1.082, 1.593)

Valur pa

 

0.005

CI = intervall ta’ kunfidenza; HRA/T = proporzjon ta’ periklu ta’ Abraxane/carboplatin meta mqabbel ma’ paclitaxel/carboplatin ibbażat fuq is-solvent; pA/pT = proporzjon ta’ rata ta’ rispons ta’ Abraxane/carboplatin għal paclitaxel/carboplatin ibbażat fuq is-solvent.

a Il-valur p hu bbażat fuq chi-square test.

Ma kien hemm ebda differenza statistikament sinifikanti fis-sopravivenza ħielsa mill-progressjoni

(permezz ta’ evalwazzjoni blinded minn radjologu) u s-sopravivenza globali bejn iż-żewġ partijiet tal- istudju dwar il-kura. Analiżi sussegwenti tan-noninferjorità twettqet għal PFS u OS, b’marġni ta’ noninferjorità speċifikata minn qabel ta’ 15%. Il-kriterju ta’ noninferjorità ġie ssodisfat kemm għal PFS kif ukoll għal OS bl-upper bound tal-intervall ta’ kunfidenza ta’ 95% għal proporzjonijiet ta’ periklu assoċjati li kien inqas minn 1.176 (Tabella 13).

Tabella 13: Analiżijiet ta’ noninferjorità f’sopravivenza ħielsa mill-progressjoni u sopravivenza globali fi prova dwar kanċer tal-pulmun ta’ ċelluli mhux żgħar li fiha l-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali (popolazzjoni b’intenzjoni li tiġi kkurata)

 

Abraxane

Paclitaxel ibbażat fuq

 

(100 mg/m2/ġimgħa)

is-solvent

 

+ carboplatin

(200 mg/m2 kull

 

(N=521)

3 ġimgħat)

 

 

+ carboplatin

Parametru ta’ Effikaċja

 

(N=531)

Sopravivenza ħielsa mill-Progressjoni (evalwazzjoni indipendenti)

 

Mewt jew progressjoni, n (%)

429 (82%)

442 (83%)

PFS medjan (95% CI) (xhur)

6.8 (5.7, 7.7)

6.5 (5.7, 6.9)

HRA/T (95% CI)

0.949 (0.830, 1.086)

Sopravivenza Totali

 

 

Numru ta’ mwiet, n (%)

360 (69%)

384 (72%)

OS medjan (95% CI) (xhur)

12.1 (10.8, 12.9)

11.2 (10.3, 12.6)

HRA/T (95.1% CI)

0.922 (0.797, 1.066)

CI = intervall ta’ kunfidenza; HRA/T = proporzjon ta’ periklu ta’ Abraxane/carboplatin meta mqabbel ma’ paclitaxel/carboplatin ibbażat fuq is-solvent; pA/pT = proporzjon ta’ rata ta’ rispons ta’ Abraxane/carboplatin għal paclitaxel/carboplatin ibbażat fuq is-solvent.

a Skont il-konsiderazzjonijiet metodoloġiċi tal-EMA għall-punt aħħari PFS, osservazzjonijiet neqsin jew il-bidu ta’ terapija ġdida sussegwenti ma ntużawx għall-iċċensurar.

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini rrinunzjat għall-obbligu li jiġu ppreżentati r-riżultati tal-istudji b’Abraxane f’kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika fil-kura ta’ kanċer metastatiku tas-sider, adenokarċinoma tal-firxa u kanċer tal-pulmun ta’ ċelluli mhux żgħar (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Il-farmakokinetika tat-total ta’ paclitaxel wara infużjonijiet ta’ 30 u 180 minuta ta’ Abraxane f’dożi ta’ minn 80 sa 375 mg/m2 kienu stabbiliti fl-istudji kliniċi. L-espożizzjoni ta’ paclitaxel (AUC) żdiedet b’mod lineari minn 2653 sa 16,736 ng.siegħa/ml wara dożaġġ minn 80 sa 300 mg/m2.

Fi studju f’pazjenti b’tumuri solidi avvanzati, il-karatteristiċi farmakokinetiċi ta’ paclitaxel wara li Abraxane ngħata fil-vina b’rata ta’ 260 mg/m2 fuq perijodu ta’ 30 minuta, tqabblu ma dawk wara l-għoti ta’ 175 mg/m2 ta’ injezzjoni ta’ paclitaxel ibbażata fuq is-solvent, mogħtija fuq perijodu ta’ 3 sigħat. Ibbażat fuq analiżi PK mhux kompartimentali, it-tneħħija ta’ paclitaxel mill-plażma b’Abraxane kienet ikbar (43%) minn dik b’injezzjoni ta’ paclitaxel ibbażata fuq is-solvent, u l-volum tad-distribuzzjoni tiegħu kien ukoll ogħla (53%). Ma kien hemm l-ebda differenzi fil-half-lives terminali.

Fi studju b’dożi ripetuti fuq 12-il pazjent li ngħataw Abraxane minn ġol-vina f’doża ta’ 260 mg/m2, il-varjabilità bejn il-pazjenti fl-AUC kienet ta’ 19% (medda = 3.21%-37.70%). Ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ akkumulazzjoni ta’ paclitaxel b’korsijiet multipli ta’ kura.

Distribuzzjoni

Wara l-għoti ta’ Abraxane lil pazjenti b’tumuri solidi, paclitaxel jiġi ddistribwit b’mod konsistenti ġoċ-ċelluli tad-demm u l-plażma u jeħel ħafna mal-proteini tal-plażma (94%).

L-irbit mal-proteina ta’ paclitaxel wara l-għoti ta’ Abraxane kien evalwat permezz ta’ ultrafiltrazzjoni fi studju ta’ paragun fil-pazjent. Il-porzjon ta’ paclitaxel ħieles kien ogħla b’mod sinifikanti b’Abraxane (6.2%) milli bi paclitaxel ibbażat fuq is-solvent (2.3%). Dan irriżulta f’espożizzjoni li kienet ogħla b’mod sinifikanti għal paclitaxel mhux imwaħħal ma’ Abraxane meta mqabbel ma’ paclitaxel ibbażat fuq is-solvent, minkejja li l-espożizzjoni totali hi komparabbli. Dan jista’ jkun minħabba li paclitaxel ma jinqabadx fi Cremophor EL micelles bħal paclitaxel ibbażat fuq is-solvent.

Ibbażat fuq il-letteratura ppubblikata, studji in vitro tal-għaqda ma’ proteini fis-serum uman, (bl-użu ta’ paclitaxel f’konċentrazzjonijiet li jvarjaw minn 0.1 sa 50 µg/ml), jindikaw li l-preżenza ta’

cimetidine, ranitidine, id-dexamethasone, jew diphenhydramine ma affettwatx l-għaqda ta’ paclitaxel mal-proteina.

Ibbażat fuq analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni, il-volum totali tad-distribuzzjoni hu ta’ madwar 1741 L; il-volum il-kbir tad-distribuzzjoni jindika distribuzzjoni extravaskulari estensiva u/jew twaħħil ta’ paclitaxel mat-tessut.

Bijotrasformazzjoni u tneħħija

Ibbażat fuq il-letteratura ppubblikata, studji in vitro b’mikrosomi tal-fwied tal-bniedem u biċċiet ta’ tessut juru li paclitaxel hu mmetabolizzat primarjament għal 6 -hydroxypaclitaxel; u għal żewġ metaboliti żgħar, 3’-p-hydroxypaclitaxel u 6 -3’-p-dihydroxypaclitaxel. Il-formazzjoni ta’ dawn il-metaboliti hydroxylated hi katalizzata minn CYP2C8, CYP3A4, u kemm isoenzimi CYP2C8 u CYP3A4, rispettivament.

F’pazjenti b’kanċer metastatiku tas-sider, wara 30 minuta ta’ infużjoni ta’ Abraxane b’doża ta’

260 mg/m2, il-medja tal-ammont kumulattiv tas-sustanza attiva mhux mibdula li tneħħa fl-awrina kienet ta’ 4% tad-doża totali mogħtija, b’inqas minn 1% bħala l-metaboliti 6 -hydroxypaclitaxel u 3’-p-hydroxypaclitaxel, li jindika tneħħija estensiva mhux mill-kliewi. Paclitaxel hu eliminat primarjament permezz tal-metaboliżmu tal-fwied u tneħħija mill-marrara.

Fil-medda klinika tad-doża ta’ 80 sa 300 mg/m2, it-tneħħija medja ta’ paclitaxel mill-plażma tvarja minn 13 sa 30 L/h/m2, u l-medja tal-half-life terminali tvarja minn 13 sa 27 siegħa.

Indeboliment tal-fwied

L-effett tal-indeboliment tal-fwied fuq il-farmakokinetika tal-popolazzjoni ta’ Abraxane ġie studjat f’pazjenti b’tumuri solidi avvanzati. Din l-analiżi kienet tinkludi pazjenti b’funzjoni normali tal-fwied (n=130), u b’indeboliment tal-fwied li kien jeżisti minn qabel, ħafif (n=8), moderat (n=7), jew sever (n=5) (skont il-kriterja tal-NCI Organ Dysfunction Working Group). Ir-riżultati juru li indeboliment ħafif tal-fwied (bilirubina totali ta’ >1 sa ≤1.5 x ULN) m’għandu l-ebda effett klinikament importanti fuq il-farmakokinetika ta’ paclitaxel. Pazjenti b’indeboliment moderat tal-fwied (bilirubina totali ta’ >1.5 sa ≤3 x ULN) jew sever (bilirubina totali ta’ >3 sa ≤5 x ULN) ikollhom tnaqqis ta’ 22% sa 26% fir-rata massima ta’ eliminazzjoni ta’ paclitaxel u żieda ta’ madwar 20% fil-medja tal-AUC ta’ paclitaxel meta mqabbla ma’ pazjenti b’funzjoni normali tal-fwied. L-indeboliment tal-fwied mgħandu l-ebda effett fuq il-medja tas-Cmax. Flimkien ma’ dan, l-eliminazzjoni ta’ paclitaxel turi korrelazzjoni inversa b’bilirubina totali u korrelazzjoni pożittiva mal-albumina tas-serum.

Immudellar farmakokinetiku/farmakodinamiku jindika li m’hemm l-ebda korrelazzjoni bejn il- funzjoni tal-fwied (kif indikat mill-albumina fil-linja bażi jew il-livell ta’ bilirubina) u newtropenija wara li tiġi aġġustata għall-esponiment ta’ Abraxane.

Dejta farmakokinetika mhijiex disponibbli għal pazjenti b’bilirubina totali ta’ >5 x ULN jew għal pazjenti b’adenokarċinoma metastatika tal-frixa (ara sezzjoni 4.2).

Indeboliment tal-kliewi

Analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni kienet tinkludi pazjenti b’funzjoni normali tal-kliewi (n=65), u indeboliment tal-kliewi li kienu jeżisti minn qabel, ħafif (n=61), moderat (n=23), jew sever (n=1) (skont l-abbozz tal-kriterji gwida tal-FDA 2010). Indeboliment minn ħafif sa moderat tal-kliewi (tneħħija tal-krejatinina ta’ 30 sa <90 ml/min) mgħandu l-ebda effett klinikament importanti fuq ir- rata massima ta’ eliminazzjoni u l-esponiment sistemiku (AUC u Cmax) ta’ paclitaxel. Dejta farmakokinetika mhijiex biżżejjed għal pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi, u mhijiex disponibbli għal pazjenti b’mard tal-kliewi fl-istadju tal-aħħar.

Persuni aktar anzjani

Analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni għal Abraxane kienet tinkludi pazjenti b’etajiet li kienu jvarjaw minn 24 sa 85 sena u turi li l-età ma tinfluwenzax b’mod sinifikanti r-rata massima ta’ eliminazzjoni l-esponiment sistemiku (AUC u Cmax) ta’ paclitaxel.

Mudell ta’ farmakokinetika/farmakodinamika bl-użu ta’ dejta minn 125 pazjent b’tumuri solidi avvanzati jindika li pazjenti ≥ 65 sena jafu jkunu iktar suxxettibbli għall-iżvilupp ta’ newtropenija matul l-ewwel ċiklu ta’ kura, għalkemm l-esponiment ta’ paclitaxel fil-plażma mhuwiex affettwat mill-età.

Fatturi intrinsiċi oħrajn

Analiżijiet farmakokinetiċi tal-popolazzjoni għal Abraxane jindikaw li s-sess tal-persuna, ir-razza (Asjatika vs. Bajda), u t-tip ta’ tumuri solidi m’għandhomx effett klinikament importanti fuq l- esponiment sistemiku (AUC u Cmax) ta’ paclitaxel. Persuni li jiżnu 50 kg kellhom l-AUC ta’ paclitaxel li kienet madwar 25% iktar baxxa minn dawk li jiżnu 75 kg. Ir-rilevanza klinika ta’ din is-sejba hi inċerta.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Il-potenzjal karċinoġeniku ta’ paclitaxel ma kienx studjat. Madankollu, ibbażat fuq il-letteratura ppubblikata, paclitaxel hu sustanza potenzjalment karċinoġenika u ġenotossika f’dożi kliniċi, ibbażat fuq il-mekkaniżmu farmakodinamiku tal-azzjoni tiegħu. Intwera li paclitaxel kien klastoġeniku in vitro

(aberrazzjonijiet tal-kromosomi f’limfoċiti umani) u in vivo (test tal-mikronukleu fil-ġrieden). Intwera li paclitaxel kien ġenotossiku in vivo (test tal-mikronukleu fil-ġrieden), iżda ma kkawżax mutaġeniċità fit-test ta’ Ames jew fl-assaġġ tal-mutazzjoni tal-ġeni tal-ovarju tal-ħamster Ċiniż/hypoxanthine-guanine phosphoribosyl transferase (CHO/HGPRT).

F’dożi li kienu inqas mid-doża terapewtika fil-bniedem, paclitaxel kien assoċjat ma’ fertilità baxxa u tossiċità tal-fetu fil-firien. Studji fuq l-annimali b’Abraxane wrew effetti tossiċi mhux riversibbli fuq l-organi riproduttivi tal-irġiel f’livelli ta’ espożizzjoni klinikament rilevanti.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Soluzzjoni tal-albumina umana (li fiha sodium, sodium caprylate u N-acetyl DL tryptophanate).

6.2Inkompatibbiltajiet

Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn ħlief dawk imsemmija f’sezzjoni 6.6.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Kunjetti mhux miftuħa

3 snin

L-istabbiltà tas-suspensjoni rrikostitwita fil-kunjett

Wara l-ewwel rikostituzzjoni, is-suspensjoni għandha timtela f’borża tal-infużjoni immedjatament. Madankollu, l-istabbiltà kimika u fiżika waqt l-użu ntweriet għal 8 sigħat f’temperatura ta’ 2°C - 8°C fil-kaxxa tal-kartun oriġinali li kienet protetta minn dawl qawwi. Mezzi oħra ta’ protezzjoni mid-dawl jistgħu jintużaw fil-clean room.

L-istabbiltà tas-suspensjoni rrikostitwita fil-borża tal-infużjoni:

Wara r-rikostituzzjoni, is-suspensjoni rrikostitwita fil-borża tal-infużjoni għandha tintuża immedjatament. Madankollu, l-istabbiltà kimika u fiżika waqt l-użu ntweriet għal 8 sigħat f’temperatura ta’ mhux iktar minn 25°C.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Kunjetti mhux miftuħa

Żomm il-kunjett fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl. La l-iffriżar u lanqas ir-refriġerazzjoni ma għandhom effett ħażin fuq l-istabbiltà tal-prodott. Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn l-ebda kundizzjoni ta’ temperatura speċjali għall-ħażna.

Suspensjoni rrikostitwita:

Għall-kondizzjonijiet ta’ ħażna wara r-rikostituzzjoni tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Kunjett ta’ 50 ml (ħġieġ ta’ tip 1) b’tapp (lastku tal-butyl), b’siġill fuqu (aluminju), li fih 100 mg ta’ paclitaxel ifformulat bħala nanopartikuli mwaħħla mal-albumina.

Kunjett ta’ 100 ml (ħġieġ ta’ tip 1) b’tapp (lastku tal-butyl), b’siġill fuqu (aluminju), li fih 250 mg ta’ paclitaxel ifformulat bħala nanopartikuli mwaħħla mal-albumina.

Daqs tal-pakkett ta’ kunjett wieħed.

6.6Prekawzjonijiet speċjali għar-rimi u għal immaniġġar ieħor

Prekawzjonijiet dwar il-preparazzjoni u l-għoti

Paclitaxel hu prodott mediċinali ċitotossiku kontra l-kanċer u, bħalma jiġri b’sustanzi mediċinali oħrajn li huma potenzjalment tossiċi, għandha tingħata attenzjoni fl-immaniġġjar ta’ Abraxane. L-użu ta’ ingwanti, nuċċali ta’ sigurtà u lbies protettiv hu rrakkomandat. Jekk is-suspensjoni tmiss mal-ġilda, il-ġilda għandha tinħasel immedjatament u bir-reqqa bis-sapun u bl-ilma. Jekk il-mediċina tmiss mar- riti mukużi, ir-riti għandhom jitlaħalħu tajjeb bl-ilma. Abraxane għandu jkun ippreparat u mogħti biss minn staff li jkun imħarreġ kif suppost fl-immaniġġjar ta’ sustanzi ċitotossiċi. Membri tal-istaff li jkunu ħarġu tqal m’għandhomx jippreparaw/jagħtu Abraxane.

Minħabba l-possibbiltà ta’ ħruġ tal-mediċina tal-infużjoni mill-vina, hu rrakkomandat li jsir monitoraġġ mill-qrib tas-sit tal-infużjoni għal xi infiltrazzjoni li jista’ jkun hemm waqt l-għoti tal-prodott mediċinali. Jekk tillimita l-infużjoni ta’ Abraxane għal 30 minuta, skont l-istruzzjonijiet, tnaqqas il-possibbilità ta’ reazzjonijiet assoċjati mal-infużjoni.

Ir-rikostituzzjoni u l-għoti tal-prodott

Abraxane jiġi fis-suq bħala trab lajofilizzat li għandu jkun ippreparat qabel l-użu. Wara r-rikostituzzjoni, kull ml ta’ suspensjoni jkun fih 5 mg ta’ paclitaxel ifformulat bħala nanopartikuli mwaħħla mal-albumina.

Kunjett ta’ 100 mg: Bl-użu ta’ siringa sterili, 20 ml ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) soluzzjoni għall-infużjoni għandhom ikunu injettati bil-mod fil-kunjett ta’ Abraxane fuq perijodu minimu ta’ minuta.

Kunjett ta’ 250 mg: Bl-użu ta’ siringa sterili, 50 ml ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) soluzzjoni għall-infużjoni għandhom ikunu injettati bil-mod fil-kunjett ta’ Abraxane fuq perijodu minimu ta’ minuta.

Is-soluzzjoni għandha tkun immirita fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-ġenb tal-kunjett. Is-soluzzjoni m’għandhiex tkun injettata dritt fuq it-trab biex ma jagħmilx ir-ragħwa.

Ġaladarba dan isir, il-kunjett għandu jitħalla joqgħod għal mill-inqas 5 minuti biex jiġi żgurat li l-materjal solidu jixxarrab kif suppost. Imbagħad, il-kunjett għandu jiddawwar bil-mod u/jew jinqaleb bil-mod għal mill-inqas 2 minuti biex it-trab isir kollu suspensjoni. Il-formazzjoni tar-ragħwa għandha tkun evitata. Jekk tifforma r-ragħwa jew jiffurmaw ċapep, is-soluzzjoni trid toqgħod għal mill-inqas 15-il minuta sakemm ma jkunx hemm aktar ragħwa.

Is-suspensjoni rrikostitwita għandha tkun qisha ħalib u omoġenja, mingħajr ma jkun hemm materjal solidu viżibbli. Jista’ jkun hemm xi materjal li jkun niżel fil-qiegħ tas-suspensjoni rrikostitwita. Jekk materjal solidu jew materjal li jkun qagħad fil-qiegħ ikun viżibbli, il-kunjett għandu jinqaleb bil-mod mill-ġdid ta’ taħt fuq, sabiex tiġi żgurata s-suspensjoni kompleta mill-ġdid qabel l-użu.

Eżamina s-suspensjoni fil-kunjett għal xi materjal solidu. Tagħtix is-suspensjoni rrikostitwita jekk tara materjal solidu fil-kunjett.

Il-volum totali eżatt tad-dożaġġ ta’ suspensjoni ta’ 5 mg/ml meħtieġ għall-pazjent għandu jkun ikkalkulat u l-ammont li suppost ta’ Abraxane irrikostitwit għandu jkun injettat ġo borża għall- infużjoni vojta, sterili, tal-PVC jew mhux tal-PVC.

L-użu ta’ tagħmir mediku li jkun fih żejt tas-silicone bħala lubrikant (i.e. siringi u boroż tal-IV) biex tirrikostitwixxi u tagħti Abraxane, jista’ jirriżulta li jkun hemm ħjut ta’ proteini. Agħti Abraxane billi tuża sett tal-infużjoni li jkun fih filtru ta’ 15 µm biex tevita li tagħti dawn il-ħjut. L-użu ta’ filtru ta’ 15 µm ineħħi l-ħjut u ma jibdilx il-propjetajiet fiżiċi jew kimiċi tal-prodott irrikostitwit.

L-użu ta’ filtri b’daqs ta’ pori ta’ inqas minn 15 µm jista’ jirriżulta fl-imblukkar tal-filtru.

L-użu ta’ kontenituri speċjalizzati għas-soluzzjoni, ħielsa minn di(2-ethylhexyl)phthalate (DEHP), jew settijiet tal-għoti, mhumiex meħtieġa biex tipprepara jew tagħti infużjonijiet ta’ Abraxane.

Wara l-għoti, hu rakkomandat li l-linja ġol-vina tiġi fflaxxjata b’sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) soluzzjoni għall-injezzjoni biex tiżgura l-għoti tad-doża kompleta.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Celgene Europe Limited

1 Longwalk Road

Stockley Park

Uxbridge

UB11 1DB

Ir-Renju Unit

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/07/428/001

EU/1/07/428/002

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 11 ta’ Jannar 2008

Data tal-aħħar tiġdid: 14 ta’ Jannar 2013

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati