Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Accofil (filgrastim) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - L03AA02

Updated on site: 11-Jul-2017

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Il-professjonisti dwar il-kura tas- saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata. Ara sezzjoni 4.8 dwar kif għandhom jiġu rappurtati reazzjonijiet avversi.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Accofil 30 MU/0.5 ml soluzzjoni għall-injezzjoni jew għall-infużjoni f’siringa mimlija għal-lest

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull ml ta’ soluzzjoni fih 60 miljun unità (MU) (ekwivalenti għal 600 mikrogramma [μg]) ta’ filgrastim.

Kull siringa mimlija għal-lest fiha 30 MU (ekwivalenti għal 300 mikrogramma ta’ filgrastim f’0.5 ml ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni jew għall-infużjoni.

Filgrastim (fattur li jistimula kolonji ta’ granuloċiti umani methionyl rikombinanti) hu magħmul f’ Esherichia coli (BL21) minn teknoloġija DNA rikombinanti.

Eċċipjent b’effett magħruf:

Kull ml ta’ soluzzjoni fih 50 mg ta’ sorbitol (E420)

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Soluzzjoni għall-injezzjoni jew għall-infużjoni

Soluzzjoni ċara u mingħajr kulur.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1 Indikazzjonijiet terapewtiċi

Accofil hu indikat għat-tnaqqis fit-tul ta’ żmien ta’ newtropenija u l-inċidenza ta’ newtropenija bid- deni f’pazjenti kkurati b’kimoterapija ċitotossika stabbilita għal tumur malinn (bl-eċċezzjoni ta’ lewkimja majelodje kronika u sindromi majelodisplastiċi) u għat-tnaqqis fit-tul ta’ żmien ta’ newtropenija f’pazjenti li tkun qed issirilhom terapija majeloablattiva segwita minn trapjant tal- mudullun li jkunu kkunsidrati li huma f’riskju miżjud ta’ newtropenija severa għal żmien twil. Is- sigurtà u l-effikaċja ta’ Accofil huma simili fl-adulti u t-tfal li jkunu qed jirċievu kimoterapija ċitotossika.

Accofil hu indikat għall-mobilizzazzjoni ta’ ċelluli proġenituri tad-demm periferali (PBPCs).

Fi tfal u adulti b’newtropenija severa konġenitali, ċiklika, jew idjopatika, b’għadd assolut tan- newtrofili (ANC) ta’ ≤ 0.5 x 109/L, u storja medika ta’ infezzjonijiet severi jew rikorrenti, l-għoti fit- tul ta’ Accofil hu indikat biex iżid l-għadd tan-newtrofili u biex inaqqas l-inċidenza u t-tul ta’ żmien ta’ avvenimenti assoċjati mal-infezzjoni.

Accofil hu indikat għall-kura ta’ newtropenija persistenti (ANC inqas minn jew daqs 1.0 x 109/L) f’adulti b’infezzjoni avvanzata tal-HIV, sabiex inaqqas ir-riskju ta’ infezzjonijiet batterjali meta

għażliet oħrajn għall-immaniġġjar tan-newtropenija ma jkunux adattati.

4.2 Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

It-terapija b’filgrastim għandha tingħata biss b’kollaborazzjoni ma’ ċentru ta’ onkoloġija li jkollu l- esperjenza fil-kura u l-ematoloġija tal-fattur tal-istimulazzjoni tal-kolonji tal-granuloċiti (G-CSF) u li jkollu l-faċilitajiet dijanjostiċi meħtieġa. Il-proċeduri tal-mobilizzazzjoni u l-aferesi għandhom jitwettqu b’kollaborazzjoni ma’ ċentru tal-onkoloġija-ematolġija b’esperjenza aċċettabbli f’dan il- qasam u fejn il-monitoraġġ taċ-ċelluli ematopojetiċi proġenituri jkun jista’ jitwettaq b’mod korrett.Fi provi kliniċi randomizzati, intużat doża taħt il-ġilda ta’ 230 mikrogramma/m2/kuljum (bejn 4.0 u 8.4 mikrogramma/kg/kuljum).

Pożoloġija

Kimoterapija ċitotossika stabbilita

Id-doża rakkomandata ta’ filgrastim hija ta’ 0.5 MU/kg/jum (5 mikrogrammi/kg/jum). L-ewwel doża ta’ Accofil m’għandhiex tingħata inqas minn 24 siegħa wara l-kimoterapija ċitotossika. Fi provi kliniċi randomizzati, intużat doża ta’ 230 mikrogramma/m2/kuljum

(4.0 sa 8.4 mikrogramma/kg/kuljum) taħt il-ġilda.

Id-dożaġġ ta’ kuljum b’filgrastim għandu jitkompla sakemm l-għadd minimu mistenni tan-newtrofili jkun għadda u l-għadd tan-newtrofili jkun irkupra għall-medda normali. Wara kimoterapija stabbilita għal tumuri solidi, limfomi, u lewkimji limfojde, hu mistenni li t-tul ta’ żmien tal-kura meħtieġa biex dawn il-kriterji jintlaħqu se jkun sa 14-il jum. Wara l-induzzjoni u l-kura ta’ konsolidazzjoni għal lewkimja majelodje akuta, it-tul ta’ żmien tal-kura jista’ jkun itwal b’mod sostanzjali (sa 38 jum) skont it-tip, id-doża u l-iskeda tal-kimoterapija ċitotossika użati.

F’pazjenti li jkunu qed jirċievu l-kimoterapija ċitotossika, żieda temporanja fl-għadd tan-newtrofili tipikament tiġi osservata minn jum sa jumejn wara l-bidu tat-terapija b’filgrastim. Madankollu, għal rispons terapewtiku sostnut, it-terapija b’filgrastim m’għandhiex titwaqqaf qabel il-punt minimu mistenni jkun għadda u l-għadd tan-newtrofili jkun irkupra għall-medda normali. It-twaqqif prematur tat-terapija b’filgrastim, qabel iż-żmien tal-għadd minimu mistenni tan-newtrofili, mhuwiex rakkomandat.

F’pazjenti kkurati b’terapija majeloablattiva segwita minn trapjant tal-mudullun

Id-doża tal-bidu rakkomandata ta’ filgrastim hi ta’ 1.0 MU/kg/jum (10 mikrogrammi/kg/jum). L- ewweldoża ta 'filgrastim għandu tingħata mill-inqas24 siegħawara l-kimoterapijaċitotossikau mill- inqas24 siegħa warainfużjoni fil-mudullun.

Ġaladarba l-għadd minimu tan-newtrofili jkun għadda, id-doża ta’ kuljum ta’ filgrastim għandha tkun ittritata kontra r-rispons tan-newtrofili kif ġej:

Għadd Assolut tan-Newtrofili (ANC)

Aġġustament fid-doża ta’ filgrastim

ANC >1.0x109/L għal 3jiem konsekuttivi

Naqqas għal

0.5MU/kg/jum(5mikrogrammi/kg/jum)

Imbagħad, jekk l-ANC jibqa’ > 1.0 x 109/L

Waqqaf filgrastim

għal 3 ijiem konsekuttivi oħra

Jekk l-ANC jonqos għal <1.0x109/L matul il-perjodu tal-kura, id-doża ta’ filgrastim għandha tiżdied mill-ġdid skont il-passi t’hawn fuq

Mobilizzazzjoni ta’ ċelluli proġenituri tad-demm periferali (PBPC)

F’pazjenti li jkunu qed jirċievu terapija majelosoppressiva jew majeloablattiva segwita minn trapjant PBPC awtologu

Id-doża rakkomandata ta’ filgrastim għal mobilizzazzjoni tal-PBPC meta jintuża waħdu hi ta’ 1.0 MU/kg/jum (10 mikrogrammi/kg/jum) għal 5-7 ijiem konsekuttivi. Iż-żmien ta’ lewkaferesi: 1 jew 2 lewkaferesi f’jiem 5 u 6, li ta’ spiss ikun suffiċjenti. F’ċirkustanzi oħra, jista’ jkun hemm bżonn ta’ lewkaferesi addizzjonali. Id-dożaġġ ta’ filgrastim għandu jinżamm sal-aħħar lewkaferesi.

Id-doża rakkomandata ta’ filgrastim għal mobilizzazzjoni tal-PBPC wara kimoterapija majelsoppressiva hi ta’ 0.5 MU/kg/jum (5 mikrogrammi/kg/jum) mogħtija kuljum mill-ewwel jum wara t-tlestija tal-kimoterapija sakemm l-għadd minimu mistenni tan-newtrofili jkun għadda u l- għadd tan-newtrofili jkun irkupra għal medda normali. Il-lewkaferesi għandha titwettaq matul il- perjodu meta l-ANC jitla’ minn < 0.5 x 109/L għal > 5.0 x 109/L. Għal pazjenti li ma kellhomx kimoterapija estensiva, lewkaferesi waħda ta’ spiss tkun suffiċjenti. F’ċirkustanzi oħrajn, lewkaferesi addizzjonali huma rakkomandati.

Għall-mobilizzazzjoni ta’ PBPCs f’donaturi normali qabel trapjant alloġeneiku tal-PBPC

Għal mobilizzazzjoni tal-PBPC f’donaturi normali, filgrastim għandu jingħata f’doża ta’ 1.0 MU (10 mikrogrammi/kg/jum) għal 4-5 ijiem konsekuttivi. Il-lewkaferesi għandha tinbeda f’jum 5 u titkompla sa jum 6 jekk meħtieġ sabiex tiġbor 4x106 CD34+ ċellula/kg tal-piż tal-ġisem tar-reċipjent.

F’pazjenti b’newtropenija kronika severa (SCN)

Newtropenija konġenitali

Id-doża tal-bidu rakkomandata hi ta’ 1.2 MU/kg/jum (12-il mikrogrammi/kg/jum) bħala doża waħda jew f’dożi maqsumin.

Newtropenija idjopatika jew ċiklika

Id-doża tal-bidu rakkomandata hi ta’ 0.5 MU/kg/jum (5 mikrogrammi/kg/jum) bħala doża waħda jew f’dożi maqsumin.

Aġġustamenti fid-doża: Filgrastim għandu jingħata kuljum permezz ta’ injezzjoni taħt il-ġilda sakemm l-għadd tan-newtrofili jilħaq u jkun jista’ jinżamm f’iktar minn 1.5 x 109/L. Meta r-rispons ikun inkiseb, id-doża minima effettiva biex jinżamm dan il-livell għandha tiġi stabbilita. L-għoti ta’ kuljum għal tul ta’ żmien hu meħtieġ biex iżomm għadd adegwat ta’ newtrofili. Wara minn ġimgħa sa ġimagħtejn ta’ terapija, id-doża tal-bidu tista’ tiġi rduppjata jew titnaqqas bin-nofs, skont ir- rispons tal-pazjent. Sussegwentement, id-doża tista’ tiġi aġġustata individwalment kull ġimgħa- ġimagħtejn biex iżżomm il-medja tal-għadd tan-newtrofili bejn 1.5 x 109/L u 10 x 109/L. Skeda iktar mgħaġġla ta’ żieda fid-doża tista’ tiġi kkunsidrata f’pazjenti li jkollhom infezzjonijiet severi. Fi studji kliniċi, 97% tal-pazjenti li rrispondew kellhom rispons sħiħ f’dożi ta’ ≤ 2.4 MU/kg/jum (24 mikrogramma/kg/jum). Is-sigurtà fit-tul tal-għoti ta’ filgrastim f’dożi ta’ iktar minn 2.4 MU/kg/jum (24 mikrogramma/kg/jum) f’pazjenti b’SCN ma ġietx stabbilita.

F’pazjenti b’infezzjoni tal-HIV

Għat-treġġigħ lura ta’ newtropenija

Id-doża tal-bidu rakkomandata ta’ filgrastim hi ta’ 0.1 MU/kg/jum (1 mikrogramma/kg/jum) mogħtija kuljum b’titrazzjoni sa massimu ta’ 0.4 MU/kg/jum (4 mikrogrammi/kg/jum)sakemm jintlaħaq għaddnormalita 'newtrofili jintlħaqujista' jinżamm (ANC >2.0x109/L). Fi studjikliniċi, aktar minn 90% tal-pazjenti rrispondub'dawn id-dożi, kisba ta 'taqlib ta' newtropenja f'medjan ta '2 ijiem.

F'numrużgħir ta 'pazjenti(<10%), dożi sa1.0MU/kg/kuljum(10 mikrogrammi/kg/kuljum) kienu meħtieġabiexikollhom taqlibta' newtropenja.

Għall-manteniment ta’ għadd normali ta’ newtrofili

Meta jkun inkiseb it-treġġigħ lura tan-newtropenija, id-doża effettiva minima biex iżżomm għadd normali ta’ newtrofili għandha tiġi stabbilita. L-aġġustament fid-doża tal-bidu għal dożaġġ kull jumejn bi 30 MU/jum (300 mikrogramma/jum) hu rakkomandat. Aġġustament addizzjonali fid-doża jista’ jkun meħtieġ, kif stabbilit mill-ANC tal-pazjent, biex l-għadd tan-newtrofili jinżamm f’ > 2.0 x 109/L. Fi studji kliniċi, dożaġġ bi 30 MU/jum (300 mikrogramma/jum) fuq perjodu ta’ 1-7 ijiem kull ġimgħa kien meħtieġ biex iżomm l-ANC f’ > 2.0 x 109/L, bil-medjan tal-frekwenza tad-doża li jkun ta’ 3 ijiem kull ġimgħa. L-għoti fit-tul jista’ jkun meħtieġ biex iżomm l-ANC f’ > 2.0 x 109/L.

Popolazzjonijiet speċjali

Pazjenti anzjani

Il-provi kliniċi b’filgrastim kienu jinkludu numru żgħir ta’ pazjenti anzjani, iżda ma sarux studji speċjali f’dan il-grupp u għalhekk, ma jistgħux isiru rakkomandazzjonijiet speċifiċi dwar pożoloġija.

Pazjenti b’indeboliment tal-kliewi/tal-fwied

Studji dwar filgrastim f’pazjenti b’indeboliment sever tal-funzjoni tal-kliewi jew tal-fwied juru li filgrastim juri profil farmakokinetiku u farmakodinamiku li hu simili għal dak li jiġi osservat f’individwi normali. L-ebda aġġustament fid-doża mhu meħtieġ f’dawn iċ-ċirkustanzi.

Pazjenti pedjatriċi li għandhom SCN u kanċer

Ħamsa u sittin fil-mija tal-pazjenti studjati fil-programm ta’ provi dwar SCN bl-għoti ta’ filgrastim, kienu taħt it-18-il sena. L-effikaċja tal-kura kienet ċara għal dan il-grupp ta’ etajiet, li kien jinkludi ħafnamill-pazjenti b’newtropenja konġenitali. Ma kien hemm ebda differenza fil-profili ta’ sigurtà għal pazjenti pedjatriċi kkurati għal SCN.

Dejta minn studji kliniċi f’pazjenti pedjatriċi tindika li s-sigurtà u l-effikaċja ta’ filgrastim huma simili kemm fl-adulti kif ukoll fit-tfal li jkunu qed jirċievu kimoterapija ċitotossika.

Ir-rakkomandazzjonijiet tad-dożaġġ f’pazjenti pedjatriċi huma l-istess bħal dawk fl-adulti li jkunu qed jirċievu kimoterapija ċitotossika majelosoppressiva.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Kimoterapija ċitotossika stabbilita

Filgrastim jista’ jingħata bħala injezzjoni ta’ kuljum taħt il-ġilda jew alternattivament bħala infużjoni ta’ kuljum ġol-vini dilwit soluzzjoni ta’ 50 mg/ml (5%) ta’ glucose fuq 30 minuta.Għalaktar struzzjonijietdwar id-dilwizzjoniqabel l-infużjoni, ara sezzjoni 6.6. Ir-rotta taħt il-ġilda hi dik ippreferuta fil-biċċa l-kbira tal-każijiet. Hemm xi evidenza minn studju dwar l-għoti ta’ doża waħda li d-dożaġġ ġol-vini jista’ jqassar it-tul tal-effett. Ir-rilevanza klinika ta’ din is-sejba fir-rigward tal- għoti ta’ dożi multipli mhijiex ċara. L-għażla tal-mod tal-għoti għandha tiddependi fuq iċ-ċirkustanzi kliniċi individwali. Fi studji kliniċi li fihom il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, intużat doża taħt il-ġilda ta’ 23 MU/m2/jum (230 mikrogramma/m2/jum) jew aħjar 4-8.4 mikrogramma/kg/jum intuża.

Pazjenti kkurati b’terapija majeloablattiva segwita minn trapjant tal-mudullun

Filgrastim jingħata bħala infużjoni qasira ġol-vini fuq perjodu ta’ 30 minuta jew bħala infużjoni kontinwa taħt il-ġilda jew ġol-vini fuq perjodu ta’ 24 siegħa, f’kull każ wara d-dilwizzjoni f’20 mL

ta’ soluzzjoni ta’ 50 mg/ml (5%) ta’ glucose. Għal istruzzjonijiet addizzjonali dwar id-dilwizzjoni b’soluzzjoni ta’ 50 mg/ml (5%) ta’ glucose qabel l-infużjoni, ara sezzjoni 6.6.

F’pazjenti b’Mobilizzazzjoni tal-PBPC

Filgrastim għall-mobilizzazzjoni tal-PBPC meta jintuża waħdu:

Filgrastim jista’ jingħata bħala infużjoni kontinwa taħt il-ġilda fuq perjodu ta’ 24 siegħa jew bħala injezzjoni taħt il-ġilda. Għall-infużjonijiet, filgrastim għandu jiġi dilwit f’soluzzjoni ta’ 20ml ta’ 5% ta’ glucose (ara sezzjoni 6.6).

Filgrastim għall-mobilizzazzjoni tal-PBPC wara kimoterapija majelsoppressiva: Filgrastim għandu jingħata permezz ta’ injezzjoni taħt il-ġilda.

Għall-mobilizzazzjoni tal-PBPC f’donaturi normali qabel trapjant alloġeneiku tal-PBPC

Filgrastim għandu jingħata permezz ta’ injezzjoni taħt il-ġilda.

F’pazjenti b’SCN

Newtropenija konġenitali, idjopatikajewċiklika;filgrastim għandu jingħata permezz ta’ injezzjoni taħt il-ġilda.

F’pazjenti b’infezzjoni tal-HIV

Għat-treġġigħ lura ta’ newtropenija u manutenzjoni ta’ għadd ta 'newtrofili normali f’pazjenti b’infezzjoni tal-HIV, filgrastim jingħata taħt il-ġilda.

4.3 Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1.

4.4 Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Twissijiet speċjali

Accofil m’għandux jintuża biex iżid id-doża tal-kimoterapija ċitotossika lil hemm minn korsijiet ta’ dożaġġ stabbiliti.

Filgrastim m’għandux jingħata lil pazjenti b’newtropenija severa konġenitali li jiżviluppaw lewkimja jew ikollhom evidenza ta’ evoluzzjoni lewkemika.

Sensittività eċċessiva, inkluż reazzjonijiet anafilattiċi, li seħħew mal-bidu jew wara l-kura ġew irrapportati f’pazjenti kkurati b’filgrastim. Waqqaf għal kollox filgrastim f’pazjenti b’sensittività eċċessiva klinikament sinifikanti. Tagħtix filgrastim lil pazjenti b’passat ta’ sensittività eċċessiva għal filgrastim jew pegfilgrastim.

Bħall-proteini terapewtiċikollha, hemm potenzjal għal immunoġeniċità. Ir-rata ta’ ġenerazzjoni ta’ antikorpi meta mqabbla ma’ filgrastim hija ġeneralment baxxa. Antikorpi li jeħlu huma preżenti fil- bioloġiji kollha; madankollu, fil-preżent, dawn ma kinux assoċjati ma’ attività newtralizzanti.

Prekawzjonijiet speċjali f’pazjenti b’lewkimja majelojde akuta (AML)

Tkabbir ta’ ċelluli malinni

G-CSF jista’ jippromwovi t-tkabbir ta’ ċelluli majelodje in vitro u effetti simili jistgħu jiġu osservati wkoll fuq xi ċelluli mhux majelodje in vitro.

Is-sigurtà u l-effikaċja tal-għoti ta’ filgrastim f’pazjenti bis-sindrome majelodisplastiku, jew b’lewkemija majeloġena kronika, ma ġewx determinati s’issa. Għalhekk, filgrastim mhuwiex indikat għall-użu f’dawn il-kundizzjonijiet. Għandha tingħata attenzjoni partikulari biex wieħed jiddistingwi d-dijanjosi tat-trasformazzjoni tal-blasts ta’ lewkimja majelodje kronika minn lewkimja majelodje akuta.

Minħabba d-dejta limitata dwar is-sigurtà u l-effikaċja f’pazjenti b’AML sekondarja, filgrastim għandu jingħata b’attenzjoni. Is-sigurtà u l-effikaċja tal-għoti ta’ filgrastim f’pazjenti b’AML de novo li kellhom < 55 sena b’ċitoġenika tajba [t(8;21), t(15;17), u inv(16)] ma ġewx determinati s’issa.

Prekawzjonijiet speċjali oħrajn

Il-monitoraġġ tad-densità tal-għadam jista’ jkun indikat f’pazjenti li jkollhom mard eżistenti osteoporotiku tal-għadam li jirċievu terapija kontinwa b’filgrastim għal iktar minn 6 xhur.

Reazzjonijiet avversi pulmonari, b’mod partikulari pnewmonja interstizjali, ġew irrappurtati wara l- għoti ta’ G-CSF. Pazjenti bi storja medika riċenti ta’ infiltrati pulmonari jew pnewmonja jistgħu jkunu f’riskju ogħla. Il-bidu ta’ sinjali pulmonari, bħal sogħla, deni u qtugħ ta’ nifs b’rabta ma’ sinjali radjoloġiċi ta’ infiltrati pulmonari u deterjorament fil-funzjoni pulmonari, jistgħu jkunu sinjali preliminari tas-Sindrome ta’ Problemi Respiratorji fl-Adulti (ARDS). Filgrastim għandu jitwaqqaf u tingħata kura adattata f’dawn il-każijiet.

Is-sindrome ta’ tnixxija kapillari ġie rrapportat wara għoti ta’ fattur li jistimulta l-kolonja granuloċita, u huwa kkaratterizzat minn pressjoni baxxa, ipoalbuminemija, edema u emokonċentrazzjoni. Il- pazjenti li jiżviluppaw sintomi tas-sindrome ta’ tnixxija kapillari għandhom jiġu mmonitorjati mill- qrib u għandhom jirċievu kura standard għas-sintomi, li tista’ tkun tinkludi l-ħtieġa ta’ kura intensiva (ara sezzjoni 4.8).

Prekawzjonijiet speċjali f’pazjenti bil-kanċer

Każijiet ta’ splenomegalija u milsa mifqugħha ġew irrapportati b’mod mhux komuni wara l-għoti ta’ filgrastim. Xi każijiet ta’ milsa mifqugħha kienu fatali. L-individwi li jirċievu filgrastim li jirrapportaw uġigħ fin-naħa tax-xellug ta’ fuq tal-addome u/ jew it-tarf tal-ispalla għandhom jiġu vvalutati għal milsa mkabbra jew milsa mifqugħha.

Lewkoċitożi

Għadd taċ-ċelluli tad-demm bojod ta’ 100 x 109/L jew iżjed ġie osservat f’inqas minn 5% tal-pazjenti li kienu qed jirċievu filgrastim f’dożi ta’ iktar minn 0.3 MIU/kg/jum (3 mikrogrammi/kg/jum). L- ebda l-effetti mhux mixtieqa attribwibbli direttament għal dan il-grad ta’ lewkoċitożi ma ġew irrappurtati. Madankollu, minħabba r-riskji potenzjali assoċjati ma’ lewkoċitożi severa, għadd taċ- ċelluli tad-demm bojod għandu jitwettaq f’intervalli regolari matul it-terapija b’filgrastim. Jekk l- għadd tal-lewkoċiti jaqbeż 50 x 109/L wara l-għadd minimu mistenni, filgrastim għandu jitwaqqaf immedjatament. Madankollu, matul il-perjodu tal-għoti ta’ filgrastim għal mobilizzazzjoni tal-PBPC, filgrastim għandu jitwaqqaf jew id-dożaġġ tiegħu għandu jitnaqqas jekk l-għadd tal-lewkoċiti jitla’ għal > 70 x 109/L.

Riskji assoċjati ma’ żieda fid-dożi tal-kimoterapija

Għandha tintuża attenzjoni speċjali meta wieħed jikkura pazjenti b’doża għolja ta’ kimoterapija minħabba ma ntweriex riżultat imtejjeb tat-tumur, u dożi intensifikati ta’ mediċini kimoterapewtiċi jistgħu jwasslu għal żieda fit-tossiċitajiet li jinkludu effetti kardijaċi, pulmonari, newroloġiċi, u dermatoloġiċi (jekk jogħġbok irreferi għall-informazzjoni dwar il-preskrizzjoni tal-mediċini tal- kimoterapija speċifika li jintużaw).

Il-kura b’filgrastim waħdu ma tipprekludix it-tromboċitopenija u l-anemija minħabba kimoterapija

majelsoppressiva. Minħabba l-potenzjal li jirċievi dożi ogħla ta’ kimoterapija (eż. dożi sħaħ fl-iskeda preskritta), il-pazjent jista’ jkun f’riskju ikbar ta’ tromboċitopenija u anemija. Monitoraġġ regolari tal-għadd tal-plejtlits u tal-ematokrit hu rakkomandat. Għandha tingħata attenzjoni speċjali meta tagħti mediċini kimoterapewtiċi waħidhom jew flimkien, li hu magħruf li jikkawżaw tromboċitopenija severa.

Intwera li l-użu tal-PBPCs immobilizzati b’filgrastim inaqqas il-profondità u t-tul ta’ tromboċitopenija wara kimoterapija majelsoppressiva jew majeloablattiva.

Prekawzjonijiet speċjali oħrajn

L-effetti ta’ filgrastim f’pazjenti bi proġenituri majelojdi mnaqqsa b’mod sostanzjali ma kinux studjati. Filgrastim jaġixxi primarjament fuq prekursuri tan-newtrofili biex jeżerċita l-effett tiegħu biex iżid l-għadd tan-newtrofili. Għalhekk, f’pazjenti bi prekursuri mnaqqsa, ir-rispons tan-newtrofili jista’ jitnaqqas (bħal f’dawk ikkurati b’radjuterapija jew kimoterapija estensivi, jew dawk b’infiltrazzjoni tal-mudullun mit-tumur).

Disturbi vaskulari, li jinkludu mard venookklużiv u disturbi fil-volum tal-fluwidi, ġew irrappurtati xi kultant f’pazjenti li kienet qed issirilhom kimoterapija b’doża għolja segwita minn trapjant.

Kien hemm rapporti tal-marda trapjant kontra l-ospitu (graft versus host disease (GvHD)) u fatalitajiet f’pazjenti li kienu qed jirċievu G-CSF wara trapjant alloġeneiku tal-mudullun (ara sezzjoni 4.8 u 5.1).

Żieda fl-attività ematopoietika tal-mudullun b’rispons għat-terapija tal-fattur tat-tkabbir ġiet assoċjata ma’ scans anormali temporanji tal-għadam. Dan għandu jiġi kkunsidrat meta wieħed jinterpreta r-riżultati tal-immaġni tal-għadam.

Prekawzjonijiet speċjali f’pazjenti li jkunu qed jirċievu mobilizzazzjoni tal-PBPC

Mobilizzazzjoni tal-PBPC

M’hemm l-ebda paraguni prospettivi magħżula b’mod każwali taż-żewġ metodi tal-mobilizzazzjoni rakkomandati (filgrastim waħdu jew flimkien ma’ kimoterapija majelsoppressiva) fl-istess popolazzjoni ta’ pazjenti. Il-grad ta’ varjazzjoni bejn pazjenti individwali u bejn l-assaġġi tal- laboratorju ta’ ċelluli CD34+ ifisser li paragun dirett bejn studji differenti hu diffiċli. Għalhekk hu diffiċli li tirrakkomanda l-aħjar metodu. L-għażla tal-metodu ta’ mobilizzazzjoni għandha tiġi kkunsidrata fir-rigward tal-objettivi totali tal-kura għal pazjent individwali.

Esponiment fil-passat għal mediċini ċitotossiċi

Pazjenti li kellhom terapija majelsoppressiva estensiva ħafna fil-passat, jistgħu ma jurux mobilizzazzjoni suffiċjenti PBPC biex jiksbu l-ammont minimu rakkomandat (2.0 x 106 CD34+ ċellula/kg) jew l-aċċelerazzjoni tal-irkuprar tal-plejtlits għall-istess grad.

Xi mediċini ċitotossiċi juru tossiċitajiet partikulari għal pool ta’ proġenituri ematopojetiċi u jistgħu jaffettwaw b’mod avvers il-mobilizzazzjoni tal-proġenituri. Mediċini bħal melphalan, carmustine (BCNU) u carboplatin, meta jingħataw fuq perjodi twal ta’ żmien qabel ma wieħed jipprova l- mobilizzazzjoni tal-proġenituri, jistgħu jnaqqsu l-ammont tal-proġenituri. Madankollu, intwera li l- għoti ta’ melphalan, carboplatin jew carmustine (BCNU) flimkien ma’ filgrastim, kien effettiv għall- mobilizzazzjoni tal-proġenituri. Meta trapjant taċ-ċelluli proġenituri tad-demm periferali jkun ippjanat, hu rakkomandat li tippjana l-proċedura tal-mobilizzazzjoni taċ-ċelluli staminali kmieni fil- kors tal-kura tal-pazjent. Attenzjoni partikulari għandha tingħata lin-numru ta’ proġenituri immobilizzati f’dawn il-pazjenti qabel l-għoti ta’ doża għolja ta’ kimoterapija. Jekk l-ammonti prodotti jkunu inadegwati, kif imkejla mill-kriterji t’hawn fuq, forom alternattivi ta’ kura li ma jeħtiġux appoġġ tal-proġenituri, għandhom jiġu kkunsidrati.

Evalwazzjoni tal-ammonti prodotti ta’ ċelluli proġenituri

Fl-evalwazzjoni tan-numru ta’ ċelluli proġenituri miġbura f’pazjenti kkurati b’filgrastim, għandha tingħata attenzjoni partikulari għall-metodu ta’ kwantifikazzjoni. Ir-riżultati tal-analiżi tal-fluss ċitometriku tan-numri taċ-ċelluli CD34+ ivarjaw skont il-metodoloġija preċiża li tintuża u għalhekk, rakkomandazzjonijiet dwar numri bbażati fuq studji f’laboratorji oħrajn jeħtieġ li jkunu interpretati b’attenzjoni.

Analiżi statistika tar-relazzjoni bejn in-numru ta’ ċelluli CD34+ li jkunu infużi mill-ġdid u r-rata ta’ rkuprar tal-plejtlits wara kimoterapija b’doża għolja tindika relazzjoni kumplessa iżda kontinwa.

Ir-rakkomandazzjoni ta’ ammont prodott minimu ta’ ≥ 2.0 x 106 CD34+ ċelluli/kg hu bbażat fuq esperjenza ppubblikata li tirriżulta f’rikostituzzjoni ematoloġika adegwata. L-ammonti prodotti iżjed minn dan l-ammont minimu jidhru li jikkorrelaw ma’ rkuprar iktar mgħaġġel; dawk inqas, jikkorrelaw ma’ irkuprar iktar bil-mod.

Prekawzjonijiet speċjali f’donaturi normali li tkun qed issirilhom mobilizzazzjoni ta’ ċelluli proġenituri tad-demm periferali

Il-mobilizzazzjoni tal-PBPC ma tipprovdix benefiċċju kliniku dirett lil donaturi normali u għandha tiġi kkunsidrata biss għal skopijiet ta’ trapjant ta’ ċelluli staminali alloġeneiċi.

Il-mobilizzazzjoni tal-PBPC għandha tiġi kkunsidrata biss f’donaturi li jissodisfaw il-kriterji tal- eliġibilità normali kliniċi u tal-laboratorju għal donazzjoni ta’ ċelluli staminali. Attenzjoni partikulari għandha tingħata lill-valuri ematoloġiċi u mard infettiv. Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ filgrastim ma ġewx evalwati f’donaturi normali li kellhom inqas minn 16-il sena jew iktar minn 60 sena.

Tromboċitopenja ġiet irrapportata b’mod komuni ħafna f’pazjenti li jirċievu filgrastim. Għalhekk, l- għadd tal-plejtlits għandu jiġi ssorveljat mill-qrib.

Tromboċitopenija temporanja (plejtlits < 100 x 109/L) wara l-għoti ta’ filgrastim u lewkaferesi, ġiet osservata f’35% tal-pazjenti studjati. Fost dawn, żewġ każijiet b’għadd tal-plejtlits ta’ < 50 x 109/L ġew irrappurtati u attribwiti għall-proċedura tal-lewkaferesi. Jekk iktar minn lewkaferesi waħda tkun meħtieġa, għandha tingħata attenzjoni partikulari għal donaturi b’għadd tal-plejtlits ta’ < 100 x 109/L b’mod ġenerali l-aferesi m’għandhiex titwettaq jekk l-għadd tal-plejtlits ikun ta’ < 75 x 109/L.

Il-lewkaferesi m’għandhiex titwettaq f’donaturi li jkunu antikoagulati jew li jkollhom difetti magħrufa fl-emostasi. L-għoti ta’ filgrastim għandu jitwaqqaf jew id-dożaġġ tiegħu għandu jitnaqqas jekk l-għadd tal-lewkoċiti jiżdied għal > 70 x 109/L. Donaturi li jirċievu G-CSFs għal mobilizzazzjoni tal-PBPC għandhom jiġu mmonitorjati sakemm l-indiċi ematoloġiċi jerġgħu lura għan-normal.

Anormalitajiet ċitoġeniċi temporanji ġew osservati f’donaturi normali wara l-użu ta’ G-CSF. Is- sinifikat ta’ dan it-tibdil mhuwiex magħruf. Madankollu, ma jistax jiġi eskluż riskju ta’ promozzjoni ta’ klonu majelodje malinn. Hu rakkomandat li ċentru tal-aferesi jwettaq rekord sistematiku u intraċċar tad-donaturi ta’ ċelluli staminali għal mill-inqas 10 snin biex jiżgura l-monitoraġġ tas- sigurtà fuq tul ta’ żmien.

Każijiet komuni iżda ġeneralment asintomatiċi ta’ splenomegalija u mhux komuni ta’ ftuq tal-milsa ġew irrappurtati f’donaturi b’saħħithom u fil-pazjenti wara l-għoti ta’ G-CSFs. Xi każijiet ta’ ftuq tal-milsa kienu fatali. Għalhekk, id-daqs tal-milsa għandu jiġi mmonitorjat b’attenzjoni (eż. eżami kliniku, ultrasound). Għandha tiġi kkunsidrata dijanjosi ta’ ftuq tal-milsa f’donaturi u/jew pazjenti li jirrappurtaw uġigħ addominali fin-naħa tax-xellug ta’ fuq jew uġigħ fit-tarf tal-ispallejn.

F’donaturi normali, qtugħ ta ‘nifs kient rappurtata spiss u avvenimenti avversi pulmonari (emoptisi, emorraġija pulmonari, infiltrazzjoni fil-pulmun, nuqqas ta’ ossiġnu) ġew irrappurtati b’modmhux komuni. F’każ ta’ avvenimenti avversi pulmonari ssuspettati jew ikkonfermati, it-twaqqif tal-kura

b’filgrastim għandu jiġi kkunsidrat u għandha tingħata kura medika adattata.

Prekawzjonijiet speċjali f’reċipjenti ta’ PBPC alloġeneiċi mobilizzati b’filgrastim

Id-dejta kurrenti tindika li interazzjonijiet immunoloġiċi bejn trapjant alloġeneiku tal-PBPC u r- reċipjent jistgħu jiġu assoċjati ma’ riskju miżjud ta’ GvHD akut u kroniku meta mqabbel ma’ trapjant tal-mudullun.

Prekawzjonijiet speċjali f’pazjenti b’SCN

Għadd taċ-ċelluli tad-demm

Tromboċitopenja ġiet irrapportata b’mod komuni f’pazjenti li jirċievu filgrastim. L-għadd tal-plejtlits għandu jiġi mmonitorjat mill-qrib, speċjalment matul l-ewwel ftit ġimgħat tat-terapija b’filgrastim. Għandha tingħata konsiderazzjoni għal waqfien intermittenti jew it-tnaqqis tad-doża ta’ filgrastim f’pazjenti li jiżviluppaw tromboċitopenija, i.e. għadd tal-plejtlits li jkun b’mod konsistenti ta’ < 100,000/mm3.

Iseħħ tibdil ieħor fiċ-ċelluli tad-demm, li jinkludi anemija u żidiet temporanji fil-proġenituri majelodje, li jeħtieġu monitoraġġ mill-qrib tal-għadd taċ-ċelluli.

Trasformazzjoni għal lewkimja jew sindrome majelodisplastiku

Attenzjoni specjali trid tingħata fid-dijanjosi ta’ SCNs biex tiddistingwihom minn disturbi ematopojetiċi oħrajn bħal anemija aplastika, majelodisplasija, u lewkimja majelodje. L-għadd sħiħ taċ-ċelluli tad-demm bl-għadd differenzjali u tal-plejtlits, u evalwazzjoni tal-morfoloġija tal- mudullun u l-karjotip, għandhom jitwettqu qabel il-kura.

Kien hemm frekwenza baxxa (ta’ madwar 3%) ta’ sindromi majelodisplastiċi (MDS) jew lewkimja f’pazjenti b’SCN li fuqhom saru l-istudji kliniċi, ikkurati b’filgrastim. Din l-osservazzjoni saret biss f’pazjenti b’newtropenija konġenitali. MDS u lewkimji huma kumplikazzjonijiet naturali tal-marda u għandhom relazzjoni inċerta mat-terapija b’filgrastim. Sottosett ta’ madwar 12% tal-pazjenti li kellhom evalwazzjonijiet ċitoġeniċi normali fil-linja bażi, sussegwentement instab li kellhom anormalitajiet, li kienu jinkludu monosomija 7, meta saret ir-ripetizzjoni tal-evalwazzjoni ta’ rutina. Jekk pazjenti b’SCN jiżviluppaw ċitoġenika anormali, ir-riskji u l-benefiċċji li tkompli bit-terapija ta’ filgrastim għandhom jintiżnu b’attenzjoni; filgrastim għandu jitwaqqaf jekk l-MDS jew il- lewkimja jseħħu. Bħalissa mhuwiex ċar jekk il-kura fit-tul ta’ pazjenti b’SCN se tippredisponi l- pazjenti għal anormalitajiet ċitoġeniċi, MDS jew trasformazzjoni lewkemika. Hu rakkomandat li jsiru eżamijiet morfoloġiċi u ċitoġeniċi tal-mudullun fil-pazjenti f’intervalli regolari (madwar kull 12-il xahar).

Prekawzjonijiet speċjali oħrajn

Il-kawżi ta’ newtropenija temporanja, bħal infezzjonijiet virali, għandhom jiġu esklużi.

Każijiet ta’ splenomegalija ġew irrapportati b’mod komuni ħafna u każijiet ta’ milsa mifqugħha ġew irrapportati b’mod komuni wara l-għoti ta’ filgrastim. L-individwi li jirċievu filgrastim li jirrapportaw uġigħ fin-naħa tax-xellug ta’ fuq tal-addome u/ jew it-tarf tal-ispalla għandhom jiġu vvalutati għal milsa mkabbra jew milsa mifqugħha.

Splenomegalija hija effett dirett tal-kura b’filgrastim. Wieħed u tletin fil-mija (31%) tal-pazjenti fl- istudji ġew iddokumentati bħala li kellhom splenomegalija li tista’ tinħass b’eżami bl-idejn. Żidiet fil-volum, imkejla b’mod radjografiku, seħħew kmieni matul it-terapija b’filgrastim u kellhom tendenza li jilħqu l-massimu aktar tard matul il-kura. Ġie osservat tnaqqis fid-doża biex inaqqas jew iwaqqaf il-progressjoni ta’ tkabbir tal-milsa, u fi 3% tal-pazjenti, splenektomija kienet meħtieġa. Id- daqs tal-milsa għandu jiġi evalwat regolarment. Eżami taż-żaqq bl-idejn (palpation) għandu jkun suffiċjenti biex jiġu osservati żidiet anormali fil-volum tal-milsa.

Ematurija kienet komuni u proteinurija seħħew f’numru żgħir ta’ pazjenti. Analiżi regolari tal-awrina għandha titwettaq biex isir monitoraġġ ta’ dan l-avveniment.

Is-sigurtà u l-effikaċja fit-trabi tat-twelid u f’pazjenti b’newtropenija awtoimmuni ma ġewx determinati s’issa.

Prekawzjonijiet speċjali f’pazjenti b’infezzjoni tal-HIV

Każijiet ta’ splenomegalija ġew irrapportati b’mod komuni wara l-għoti ta’ filgrastim. L-individwi li jirċievu filgrastim li jirrapportaw uġigħ fin-naħa tax-xellug ta’ fuq tal-addome u/ jew it-tarf tal- ispalla għandhom jiġu vvalutati għal milsa mkabbra jew milsa mifqugħha.

Għadd taċ-ċelluli tad-demm

L-ANC għandu jiġi mmonitorjat mill-qrib, speċjalment matul l-ewwel ftit ġimgħat tat-terapija b’filgrastim. Xi pazjenti jistgħu jirrispondu malajr ħafna u b’żieda konsiderevoli fl-għadd tan- newtrofili, għad-doża tal-bidu ta’ filgrastim. Hu rakkomandat li l-ANC jitkejjel kuljum għall-ewwel 2-3 ijiem tal-għoti ta’ filgrastim. Wara dak il-perjodu, hu rakkomandat li l-ANC jitkejjel mill-inqas darbtejn kull ġimgħa għall-ewwel ġimagħejn u sussegwentement darba f’ġimgħa jew darba kull ħmistax matul it-terapija ta’ manteniment. Matul id-dożaġġ intermittenti bi 30 MU (300 mikrogramma)/jum ta’ filgrastim, jista’ jkun hemm fluttwazzjonijiet kbar fl-ANC tal-pazjent mal- medda taż-żmien. Sabiex tiddetermina l-iktar punt baxx tal-ANC ta’ pazjent, hu rakkomandat li jittieħdu kampjuni tad-demm biex jitkejjel l-ANC immedjatament qabel kwalunkwe dożaġġ skedat b’filgrastim.

Riskju assoċjat ma’ żieda fid-dożi ta’ prodotti mediċinali majelsoppressivi

Il-kura b’filgrastim waħdu ma tipprekludix tromboċitopenija u anemija minħabba kimoterapija majelsoppressiva. Bħala riżultat tal-potenzjal li jirċievi dożi ogħla jew numru ikbar ta’ dawn il- prodotti mediċinali bit-terapija b’filgrastim, il-pazjent jista’ jkun f’riskju ogħla li jiżviluppa tromboċitopenija u anemija. Monitoraġġ regolari tal-għadd tad-demm hu rakkomandat (ara hawn fuq).

Infezzjonijiet u tumuri malinni li jikkawżaw majelosoppressjoni

In-newtropenija tista’ tiġi minħabba infezzjonijiet opportunistiċi li jinfiltraw il-mudullun bħall- kumpless Mycobacteriumavium jew malinni bħal limfoma. F’pazjenti b’infezzjonijiet magħrufa jew tumur malinn li jinfiltraw il-mudullun, ikkunsidra terapija adattata għall-kura tal-kundizzjoni diġà eżistenti flimkien mal-għoti ta’ filgrastim għal kura ta’ newtropenija. L-effetti ta’ filgrastim fuq in- newtropenija minħabba infezzjoni li tinfiltra l-mudullun jew tumur malinn, ma ġewx stabbiliti tajjeb.

Prekawzjonijiet speċjali fil-marda tas-sickle cells

Kriżijiet tas-sickle cells, f’xi każijiet fatali, ġew irrappurtati bl-użu ta’ filgrastim f’persuni li kellhom il-marda tas-sickle cells. It-tobba għandhom joqogħdu attenti meta jikkunsidraw l-użu ta’ filgrastim f’pazjenti bil-marda tas-sickle cells, u għandhom jagħmlu dan biss wara evalwazzjoni bir-reqqa tar- riskji u l-benefiċċji potenzjali.

Il-pazjenti kollha

Accofil fih sorbitol (E420) bħala eċċipjent f’konċentrazzjoni ta’ 50 mg/ml. Pazjenti li għandhom problemi ereditarji rari ta’ intolleranza għall-fructose m’għandhomx jieħdu din il-mediċina.

L-għatu tal-labra tas-siringa mimlija għal-lest fih lastku naturali xott (derivattiv tal-latex) li jista’ jikkawża reazzjonijiet allerġiċi.

Sabiex tittejjeb it-traċċabilità ta’ fatturi li jistimulaw kolonji ta’ granuloċiti (G-CSFs), l-isem

kummerċjali tal-prodott mogħti għandu jinkiteb b’mod ċar fil-fajl tal-pazjent.

4.5 Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ filgrastim mogħti fl-istess jum li fih tingħata l-kimoterapija ċitotossika majelsoppressiva ma ġewx determinati s’issa b’mod definittiv. Minħabba s-sensittività għal kimoterapija ċitotossika majelsoppressiva taċ-ċelluli majelodje li jkunu qed jimmultiplikaw malajr, l- użu ta’ filgrastim mhuwiex rakkomandat fil-perjodu minn 24 siegħa qabel sa 24 siegħa wara l- kimoterapija. Evidenza preliminari minn numru żgħir ta’ pazjenti li ġew ikkurati fl-istess ħin b’filgrastim u b’5-Fluorouracil tindika li s-severità tan-newtropenija tista’ tiħrax.

Interazzjonijiet possibbli ma’ fatturi tat-tkabbir ematopoietiċi oħrajn u cytokines, s’issa ma ġewx investigati fl-istudji kliniċi.

Billi l-lithium jippromwovi l-ħruġ tan-newtrofili, il-lithium x’aktarx li se iżid l-effett ta’ filgrastim. Għalkemm din l-interazzjoni ma ġietx investigata formalment, m’hemm l-ebda evidenza li interazzjoni bħal din hi ta’ ħsara.

4.6 Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx dejta jew hemm dejta limitata dwar l-użu ta’ filgrastim f’nisa tqal.

Studji f’annimali urew effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva. Inċidenza akbar ta’ telf tal-embriju ġiet osservata fil-fniek f’multipli għoljin tal-espożizzjoni klinika u fil-preżenza ta’ tossiċità fl-omm (ara sezzjoni 5.3). Kien hemm rapporti fid-dokumentazzjoni fejn intwera l-passaġġ mill-plaċenta ta’ filgrastim f’nisa tqal.

Filgrastim mhux rakkomandat waqt it-tqala.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk filgrastim / metaboliti jiġux eliminati mill-ħalib tas-sider tal-bniedem. Ir-riskju gћat-trabi tat-twelid mhux eskluż. Gћandha tittieћed deċiżjoni jekk il-mara twaqqafx it-treddigћ jew twaqqafx it-trattament b’filgrastim, wara li jigi kkunsidrat il-benefiċċju ta’ treddigћ gћat-tarbija u l- benefiċċju tat-trattament gћall-mara.

Fertilità

Filgrastim ma affettwax l-attività riproduttiva jew il-fertilità fil-firien irġiel jew nisa (ara sezzjoni 5.3).

4.7 Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sar l-ebda studju fuq l-effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

4.8 Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Fi provi kliniċi fuq pazjenti bil-kanċer ikkurati b’filgrastim, l-effett mhux mixtieq l-iktar frekwenti kien uġigħ muskoluskeletriku li kienet ħafif jew moderat f’10% u fi 3% tal-pazjenti rispettivament.

Marda tat-Trapjant kontra l-Ospitu (GvHD - Graft versus Host Disease) ġiet irrappurtata wkoll.

Fil-mobilizzazzjoni tal-PBPC f’donaturi normali, l-iktar effett mhux mixtieq li ġie rrappurtat kien uġigħ muskoluskeletriku. Lewkoċitożi ġiet osservata f’donaturi, u tromboċitopenija wara filgrastim u lewkafereżi ġiet osservata ukoll fid-donaturi. Splenomegalija u ftuq tal-milsa ġew irrappurtati wkoll.

Xi każijiet ta’ ftuq tal-milsa kienu fatali.

F’pazjenti b’SCN, l-iktar effetti mhux mixtieqa frekwenti attribwibbli għal filgrastim kienu wġigħ fl- għadam, u wġigħ muskoloskeletriku ġenerali. Sindromi majelodisplastiċi (MDS) jew lewkimja żviluppaw f’pazjenti b’newtropenija konġenitali kkurati b’filgrastim (ara sezzjoni 4.4).

Is-Sindrome ta’ Tnixxija Kapillari, li jista’ jkun ta’ theddida għall-ħajja jekk il-kura tiddewwem, ġie rrapportat b’mod mhux komuni (≥1/1000 sa <1/100) f’pazjenti b’kanċer li kienu qegħdin jirċievu kemoterapija u donaturi b’saħħithom li kien qed ikollhom mobilizzazzjoni taċ-ċellula proġenitur tad- demm periferali wara għoti ta’ fatturi li jistimulaw il-kolonja granuloċita (ara sezzjoni 4.4 u subsezzjoni C tas-sezzjoni 4.8).

Fl-istudji kliniċi bl-għoti ta’ filgrastim lil pazjenti bl-HIV, l-uniċi effetti avversi li ġew ikkunsidrati b’mod konsistenti li kienu marbuta bl-għoti b’filgrastim kienu wġigħ muskoloskeletriku, fl-għadam minn ħafif sa moderat u majalġja.

Sommarju tabulat ta’ reazzjonijiet avversi

Id-dejta fit-tabelli t’hawn taħt tiddeskrivi reazzjonijiet avversi rrappurtati minn provi kliniċi u rappurtaġġ spontanju. F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa huma mniżżla skont is- serjetà tagħhom, bl-aktar serji jitniżżlu l-ewwel. Id-dejta hi ppreżentata separatament għal pazjenti bil-kanċer, mobilizzazzjoni tal-PBPC f’donaturi normali, pazjenti b’SCN u pazjenti bl-HIV, li tirrifletti l-profili differenti ta’ reazzjoni avversi f’dawn il-popolazzjonijiet.

Il-valutazzjonita 'effettimhux mixtieqahija bbażatafuq id-datata' frekwenzasegwenti:

Komuni ħafna: ≥ 1/10

Komuni: ≥ 1/100 to < 1/10

Mhux komuni: ≥ 1/1,000 to < 1/100

Rari: ≥ 1/10,000 to < 1/1,000

Rari ħafna: < 1/10,000

Mhuxmagħruf: ma tistax tittieħed stimamid-data disponibbli.

Pazjenti bil-kanċer

Sistema tal-

Reazzjonijiet avversi

klassifika tal-

Komuni ħafna

Komuni

Mhux komuni

Rari

Rari

organi

ħafna

MedDRA

Disturbi tad-

Kriżi tas-sickle

demm u tas-

cellsa

sistema

Splenomegalijaa

limfatika

Milsa mifqugħha

Disturbi fis-

Sensittività

Mard tat-

sistema immuni

eċċessiva

Trapjant kontra

għal

l-Ospitub

mediċina a

Disturbi fil-

Żieda tal-uric acid

Psewdogottab

metaboliżmu u

fid-demm

n-nutrizzjoni

Żieda ta’ lactate

dehydrogenase

fid-demm

Tnaqqis fl-aptita

Disturbi fis-

Uġigħ ta’ rasa

sistema

Sistema tal-

Reazzjonijiet avversi

klassifika tal-

Komuni ħafna

Komuni

Mhux komuni

Rari

Rari

organi

ħafna

MedDRA

nervuża

Disturbi

Pressjoni

Mard okklużiv

vaskulari

baxxa

tal-vinid

Disturbi fil-

volum tal-

fluwidu

Sindrome ta’

tnixxija kapillaria

Disturbi

Uġigħ

Emoptisie

Sindrome ta’

respiratorji,

orofarinġealia

problema

toraċiċi u

respiratorja

medjastinali

Sogħlaa

akutaa

Dispneja

Insuffiċjenza

respiratorjaa

Edema

pulmonaria

Mard interstizjali

tal-pulmuna

Infiltrazzjoni fil-

pulmuna

Emorraġija

pulmonari

Disturbi

Dijareaa

gastro-

Rimettara

intestinali

Stitikezzaa

Dardira

Disturbi fil-

Żieda f’gamma-

fwied u fil-

glutamyl

marrara

transferase

Żieda f’alkaline

phosphatase

Disturbi fil-

Raxxa

Sindrome ta’

ġilda u fit-

Alopeċjaa

Sweets

tessuti ta’ taħt

Vaskulite tal-

il-ġilda

ġildaa

Disturbi

Uġigħ

Aggravament ta’

muskolu-

muskoloskeletrikuċ

artrite

skeletriċi u tat-

rewmatojde

tessuti

konnettivi

Disturbi fil-

Disurija

Anormalità fl-

Sistema tal-

Reazzjonijiet avversi

klassifika tal-

Komuni ħafna

Komuni

Mhux komuni

Rari

Rari

organi

ħafna

MedDRA

kliewi u fis-

awrina

sistema

urinarja

Disturbi

Astenjaa

Uġigħ fis-

Uġigħa

ġenerali u

Għeja kbiraa

sidera

kondizzjonijiet

ta’ mnejn

Infjammazzjoni

jingħata

tal-mukużaa

aara sezzjoni 4.8, Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

bKien hemm rapporti ta’ GvHD u fatalitajiet f’pazjenti wara trapjant alloġeneiku tal-mudullun (ara sezzjoni 4.8, Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula).

ċJinkludi wġigħ fl-għadam, uġigħ fid-dahar, artralġja, mijalġja, uġigħ fl-estremitajiet, uġigħ muskoloskeletriku, uġigħ muskoloskeletriku fis-sider, uġigħ fl-għonq

dIl-każijiet ġew osservati fl-isfond ta’ wara t-tqegħid fis-suq b’filgrastim f’pazjenti waqt trapjant tal- mudullun jew mobilizzazzjoni tal-PBPC

eIl-każijiet ġew osservati fl-isfond tal-provi kliniċi b’filgrastim

Mobilizzazzjoni tal-PBPC f’donaturi normali

Sistema tal-

Reazzjonijiet avversi

klassifika tal-

Komuni ħafna

Komuni

Mhux komuni

Rari

Rari

organi

ħafna

MedDRA

Disturbi tad-

Tromboċitopenij

Splenomegalija

Ftuq fil-milsa

demm u tas-

a

Kriżi taċ-ċelloli

sistema

Sicklea

limfatika

Lewkoċitożi

Splenomegalijaa

Disturbi fis-

Reazzjoni

sistema immuni

anafilattika

Disturbi fil-

Żieda ta’

Iperurikemija

metaboliżmu u

lactate

n-nutrizzjoni

dehydrogenase

(żieda tal-uric

fid-demm

acid fid-demm)

Disturbi fis-

Uġigħ ta’ ras

sistema

nervuża

Disturbi

Sindrome ta’

vaskulari

tnixxija

kapillaria

Disturbi

Dispneja

Emorraġija

respiratorji,

pulmonari

toraċiċi u

Emoptisi

medjastinali

Infiltrazzjoni fil-

pulmun

Nuqqas ta’

ossiġnu

Disturbi fil-

Żieda

Żieda f’aspartate

Sistema tal-

Reazzjonijiet avversi

klassifika tal-

Komuni ħafna

Komuni

Mhux komuni

Rari

Rari

organi

ħafna

MedDRA

fwied u fil-

f’alkaline

aminotransferase

marrara

phosphatase

Disturbi

Uġigħ

Aggravament ta’

muskolu-

muskoloskeletrik

artrite

skeletriċi u tat-

u*

rewmatojde

tessuti

konnettivi

aara sezzjoni 4.8, Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

*jinkludi wġigħ fl-għadam, uġigħ fid-dahar, artralġja, mijalġja, uġigħ fl-estremitajiet, uġigħ muskoloskeletriku, uġigħ muskoloskeletriku fis-sider, uġigħ fl-għonq

F’pazjenti b’SCN

Sistema tal-

Reazzjonijiet avversi

klassifika tal-

Komuni ħafna

Komuni

Mhux

Rari

Rari

organi

komuni

ħafna

MedDRA

Disturbi tad-

Splenomegalija

Tromboċitopenija

Kriżi taċ-

demm u tas-

Milsa mifqugħha

ċelloli

sistema

Anemija

Sicklea

limfatika

Disturbi fil-

Iperurikemija

metaboliżmu u

Tnaqqis tal-glucose

n-nutrizzjoni

fid-demm

Żieda ta’ lactate

dehydrogenase fid-

demm

Disturbi fis-

Uġigħ ta’ ras

sistema

nervuża

Disturbi

Epistassi

respiratorji,

toraċiċi u

medjastinali

Disturbi gastro-

Dijarea

intestinali

Disturbi fil-

Epatomegalija

fwied u fil-

Żieda f’alkaline

marrara

phosphatase

Disturbi fil-

Raxx

Vaskulite tal-ġilda

ġilda u fit-

Alopeċja

tessuti ta’ taħt

il-ġilda

Disturbi

Uġigħ

Osteoporożi

muskolu-

muskoloskeletriku*

skeletriċi u tat-

Artralġja

tessuti

konnettivi

Disturbi fil-

Ematurija

Proteinurija

kliewi u fis-

Sistema tal-

Reazzjonijiet avversi

klassifika tal-

Komuni ħafna

Komuni

Mhux

Rari

Rari

organi

komuni

ħafna

MedDRA

sistema

urinarja

Disturbi

Reazzjoni fis-sit tal-

ġenerali u

injezzjoni

F’pazjenti bl-HIV

Sistema tal-

Reazzjonijiet avversi

klassifika tal-

Komuni ħafna

Komuni

Mhux komuni Rari

Rari ħafna

organi

MedDRA

Disturbi tad-

Splenomegalija

Kriżi taċ-

demm u tas-

ċelloli Sicklea

sistema

limfatika

Disturbi

Uġigħ

muskolu-

muskoloskeletriku

skeletriċi u tat-

*

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Kien hemm rapporti ta’ GvHD u fatalitajiet f’pazjenti li kienu qed jirċievu G-CSF wara trapjant alloġeneiku tal-mudullun (ara sezzjoni 4.4 u 5.1).

Każijiet tas-sindrome ta’ tnixxija kapillari ġew irrapportati fl-ambjent ta’ wara t-tqegħid fis-suq bl- użu ta’ fattur li jistimula l-kolonja granuloċita. Ġeneralment, dawn seħħew f’pazjenti b’mard malinn avvanzat, sepsis, li kienu qegħdin jieħdu aktar minn medikazzjoni ta’ kemoterapija waħda jew li kienu qegħdin jagħmlu aferesi (ara sezzjoni 4.4).

Pazjenti bil-kanċer

Fi studji kliniċi, li fihom il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, ikkonrollati bi plaċebo, filgrastim ma żiedx l-inċidenza tal-effetti mhux mixtieqa assoċjati ma’ kimoterapija ċitotossika. F’dawk l- istudji kliniċi, l-effetti mhux mixtieqa rrappurtati bi frekwenza ugwali f’pazjenti bil-kanċer ikkurati b’filgrastim/kimoterapija u bil-plaċebo/kimoterapija kienu jinkludu dardir u rimettar, alopeċja, dijarea, għeja kbira, anoreksja, mukożite, uġigħ ta’ ras, sogħla, raxx tal-ġilda, uġigħ fis-sider, dgħufija ġeneralizzata, uġigħ fil-griżmejn, stitikezza u wġigħ.

Fl-isfond ta’ wara t-tqegħid fis-suq vaskulite tal-ġilda ġiet irrappurtata f’pazjenti kkurati b’filgrastim. Il-mekkaniżmu tal-vaskulite f’pazjenti li kienu qed jirċievu filgrastim mhuwiex magħruf. Il- frekwenza hi stmata bħala li mhijiex komuni mid-dejta klinika tal-provi.

Każijiet tas-sindrome ta’ Sweets (dermatożi febbrili akuta) ġew irrappurtati fl-isfond ta’ wara t- tqegħid fis-suq. Il-frekwenza hija stmata bħala li mhijiex komuni mid-dejta tal-provi kliniċi.

Fl-istudji kliniċi u fl-isfond ta’ wara t-tqegħid fis-suq, reazzjonijiet avversi pulmonari li kienu jinkludu mard interstizjali tal-pulmun, edema pulmonari, u infiltrazzjoni tal-pulmun ġew irrappurtati f’xi każijiet b’riżultat ta’ waqfien tan-nifs jew sindrome ta’ problemi respiratorji akuti (ARDS), li jistgħu jkunu fatali (ara sezzjoni 4.4).

Każijiet ta’ splenomegalija u milsa mifqugħha ġew irrapportati b’mod mhux komuni wara l-għoti ta’ filgrastim. Xi każijiet ta’ milsa mifqugħha kienu fatali (ara sezzjoni 4.4).

Reazzjonijiet ta’ senisttività eċċessiva li jinkludu anafilassi, raxx, urtikarja, anġjoedema, dispneja u pressjoni baxxa, seħħew mal-kura inizjali jew matul kura sussegwenti fi studhi kliniċi u fl-esperjenza wara t-tqegħid. Globalment, ir-rapporti kienu iktar komuni wara l-għoti ġol-vini. F’xi każijiet, is- sintomi reġgħu seħħew b’rechallenge, u dan jissuġġerixxi relazzjoni kawżali. Filgrastim għandu jitwaqqaf b’mod permanenti f’pazjenti li jkollhom reazzjoni allerġika serja.

Fl-isfond ta’ wara t-tqegħid fis-suq, każijiet iżolati ta’ kriżijiet tas-sickle cells ġew irrappurtati f’pazjenti bil-marda tas-sickle cells (ara sezzjoni 4.4). Il-frekwenza hi stmata bħala li mhijiex komuni mid-dejta tal-provi kliniċi.

Psewdogotta ġiet irrappurtata f’pazjenti bil-kanċer ikkurati b’filgrastim, u l-frekwenza hi stmata bħala li mhijiex komuni mid-dejta tal-provi kliniċi.

Mobilizzazzjoni tal-PBPC f’donaturi normali

Każijiet komuni iżda ġeneralment asintomatiċi ta’ splenomegalija u każijiet mhux komuni ta’ ftuq tal-milsa ġew irrappurtati f’pazjenti u f’donaturi b’saħħithom wara l-għoti ta’ filgrastim (ara sezzjoni 4.4).

Avvenimenti avversi pulmonari bħal emoptisi, emorraġija pulmonari, infiltrazzjoni fil-pulmun, dispneja u nuqqas ta’ ossiġnu, ġew irrappurtati (ara sezzjoni 4.4).

Aggravament ta’ sintomi ta’ artrite ġew irrappurtati b’mod mhux komuni.

Lewkoċitożi (WBC > 50 x 109/L) ġiet osservata f’41% tad-donaturi u tromboċitopenija temporanja (plejtlits < 100 x 109/L) wara l-kura b’filgrastim uil-lewkafereżi ġiet osservata f’35% tad-donaturi.

F’pazjenti b’SCN

Effetti mhux mixtieqa jinkludu splenomegalija, li tista’ tkun progressiva f’minorità ta’ każijiet, u tromboċitopenija (ara sezzjoni 4.4).

Effetti mhux mixtieqa possibbilment marbuta mat-terapija b’filgrastim u tipikament li jseħħu fi < 2% ta’ pazjenti b’SCN, kienu reazzjoni fis-sit tal-injezzjoni, uġigħ ta’ ras, epatomegalija, artralġja, alopeċja, osteoporożi, u raxx.

Matul l-użu fit-tul, vaskulite tal-ġilda ġiet irrappurtata fi 2% ta’ pazjenti b’SCN.

F’pazjenti bl-HIV

Splenomegalija ġiet irrappurtata li kienet marbuta mat-terapija b’filgrastim fi < 3% tal-pazjenti. Fil- każijiet kollha ta’ tkabbir fil-milsa f’pazjenti bl-HIV, dan kien ħafif jew moderat meta sar eżami fiżiku, u l-kors kliniku kien beninn; l-ebda pazjent ma kellu dijanjosi ta’ iperspleniżmu u l-ebda pazjent ma kellu splenektomija. Billi t-tkabbir tal-milsa jinsab b’mod komuni f’pazjenti b’infezzjoni bl-HIV u jinsab fi gradi differenti fil-biċċa l-kbira pazjenti bl-AIDS, ir-relazzjoni mal-kura b’filgrastim mhijiex ċara (ara sezzjoni 4.4).

Popolazzjoni pedjatrika

Dejta minn studji kliniċi b’filgrastim f’pazjenti pedjatriċi, tindika li s-sigurtà u l-effikaċja ta’ filgrastim huma simili kemm fl-adulti kif ukoll fit-tfal li jkunu qed jirċievu kimoterapija ċitotossika, li tissuġġerixxi li m’hemm l-ebda differenzi relatati mal-età fil-farmakokinetika ta’ filgrastim. L- uniku avveniment avvers irrappurtat b’mod konsistenti kien uġigħ muskoloskeletriku, li mhuwiex differenti mill-esperjenza fil-popolazzjoni adulta.

M’hemmx biżżejjed dejta biex jiġi vvalutat ulterjorment l-użu ta’ filgrastim f’individwi pedjatriċi.

Popolazzjonijiet speċjali oħra

Pazjenti anzjani

L-ebda differenziglobali fis-sigurtàjewl-effikaċjama kienu osservatibejnl-fuq minn65 senameta mqabbla ma 'adulti iżgħar(>18-il sena) suġġettiqed jirċievu kimoterapija ċitotossikau l- esperjenzaklinikama identifikatxdifferenzi fir-risponsi bejn il-pazjentiadultianzjaniu dawk iżgħar. M'hemmx tagħrif biżżejjedbiex jevalwawużuAccofil f'individwi anzjanigħal indikazzjonijiet oħraAccofil approvati.

Pazjenti pedjatriċi ta’ SCN

Każijiet ta’ densità tal-għadam u osteoporożimnaqqsaġew irrapportatif’pazjenti pedjatriċib’newtropenja kronika u qawwijali kienu qegħdin jirċievukura kronika b’filgrastim.Il- frekwenzahija stmatabħala‘komuni’minn dejtata’ provi kliniċi.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9 Doża eċċessiva

L-effetti ta’ doża eċċessiva ta’ Accofil ma ġewx stabbiliti. It-twaqqif tat-terapija b’filgrastim normalment jirriżulta fi tnaqqis ta’ 50% fin-newtrofili li jkunu jiċċirkolaw fi żmien minn jum sa jumejn, b’ritorn għal-livelli normali fi żmien minn jum sa 7 ijiem.

5. PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1 Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: ċitokini, Kodiċi ATC: L03AA02

Accofil hu prodott mediċinali bijoloġiku simili. Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Effetti farmakodinamiċi

G-CSF umana hi glikoproteina li tirregola l-produzzjoni u l-ħruġ ta’ newtrofili funzjonali mill- mudullun. Accofil li fih r-metHuG-CSF (filgrastim) jikkawża żidiet notevoli fl-għadd tan-newtrofili tad-demm periferali fi żmien 24 siegħa, b’żidiet żgħar fil-monoċiti. F’xi pazjenti b’SCN, filgrastim jista’ jikkaġuna wkoll żieda żgħira fin-numru ta’ eosinofili u basofili li jkunu jiċċirkolaw meta mqabbel mal-linja bażi; xi wħud minn dawn il-pazjenti jista’ jkollhom diġà eosinofilja jew basofilija qabel il-kura. Iż-żidiet fl-għadd tan-newtrofili jiddependu fuq id-doża fid-dożi rakkomandati. In- newtrofili prodotti b’rispons għal filgrastim juru funzjoni normali jew imtejba kif muri minn testijiet tal-funzjoni kemotattika u fagoċitika. Wara t-tmiem tat-terapija b’filgrastim, l-għadd tan-newtrofili li

jkunu jiċċirkolaw jonqos b’50% fi żmien minn jum sa jumejn, u jiġi lura għal-livelli normali żmien 1 sa 7 ijiem.

L-użu ta’ filgrastim f’pazjenti li jkunu qed jirċievu kimoterapija ċitotossika jwassal għal tnaqqis sinifikanti fl-inċidenza, is-severità u t-tul ta’ żmien ta’ newtropenija u newtropenija bid-deni. Il-kura b’filgrastim tnaqqas b’mod sinifikanti it-tul ta’ żmien kemm iddum in-newtropenija bid-deni, l-użu tal-antibijotiċi u ż-żmien li wieħed idum l-isptar wara l-kimoterapija tal-induzzjoni għal lewkimja majeloġena akuta jew terapija majeloablattiva segwita minn trapjant tal-mudullun. L-inċidenza ta’ deni u infezzjonijiet dokumentati ma tnaqqsux fl-ebda waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet. It-tul ta’ żmien tad-deni ma tnaqqasx f’pazjenti li kien qed ikollhom terapija majeloablattiva segwita minn trapjant tal-mudullun.

L-użu ta’ filgrastim, jew waħdu, jew wara l-kimoterapija, jimmobilizza ċ-ċelluli ematopojetiċi proġenituri fid-demm periferali. Dawn il-PBPCs awtologi jistgħu jinġabru u jingħataw bħala infużjoni wara terapija ċitotossika b’doża għolja, jew minflok, jew flimkien mat-trapjant tal- mudullun. L-infużjoni tal-PBPCs taċċelera l-irkuprar ematopojetiku u tnaqqas it-tul ta’ żmien ta’ riskju għal kumplikazzjonijiet emorraġiċi u l-ħtieġa għal trasfużjonijiet tal-plejtlits. Ir-reċipjenti ta’ PBPCs alloġeneiċi immobilizzati b’filgrastim, kellhom irkuprar ematoloġiku li kien iktar mgħaġġel b’mod sinifikanti, li wassal għal tnaqqis sinifikanti fiż-żmien għal irkuprar mhux appoġġjat tal- plejtlits meta mqabbel ma’ trapjant alloġeneiku tal-mudullun.

Studju retrospettiv Ewropew li evalwa l-użu ta’ G-CSF wara trapjant alloġeneiku tal-mudullun f’pazjenti b’lewkimji akuti, issuġġerixxa żieda fir-riskju ta’ GvHD, mortalità marbuta mal-kura (TRM) u mortalità meta ngħata G-CSF. Fi studju internazzjonali retrospettiv separat f’pazjenti b’lewkimji majeloġeni akuti u kroniċi, ma ġie osservat l-ebda effett fuq ir-riskju ta’ GvHD, TRM u l- mortalità. Metaanaliżi ta’ studji fuq trapjanti alloġeneiċi, li tinkludi r-riżultati ta’ disa’ provi prospettivi li fihom il-pazjenti ntgħażlu b’mod każwali, 8 studji retrospettivi u studju 1 ikkontrollat mill-każ, ma sabet l-ebda effett fuq ir-riskji ta’ GvHD akuta, GvHD kronika jew mortalità relatata mal-kura bikrija.

Riskju relattiv (95% CI) ta’ GvHD u TRM

wara l-kura b’G-CSF wara trapjant tal-mudullun (BM)

Pubblikazzjoni

Perjodu tal-

N

GvHD Akuta

GvHD

TRM

Istudju

ta’ Grad II-IV

kronika

MetaAnaliżi

1986-2001

a

1.08

1.02

0.70

(2003)

(0.87, 1.33)

(0.82, 1.26)

(0.38, 1.31)

Studju

1992-2002

b

1.33

1.29

1.73

Retrospettiv

(1.08, 1.64)

(1.02, 1.61)

(1.30, 2.32)

Ewropew

(2004)

Studju

1995-2000

b

1.11

1.10

1.26

Retrospettiv

(0.86, 1.42)

(0.86, 1.39)

(0.95, 1.67)

Internazzjonali

(2006)

aL-analiżi tinkludi studji li jinvolvu trapjant BM matul dan il-perjodu; xi studji użaw GM-CSF bL-analiżi tinkludi pazjenti li kienu qed jirċievu trapjant BM matul dan il-perjodu

L-użu ta’ filgrastim għall-mobilizzazzjoni tal-PBPCs f’donaturi normali qabel it-trapjant alloġeneiku tal-PBPC

F’donaturi normali, doża ta’ 1 MU/kg/jum (10 mikrogrammi/kg/jum) mogħtija taħt il-ġilda għal 4-5 ijiem konsekuttivi, tippermetti l-ġbir ta’ ≥ 4 x 106 CD34+ ċelluli/kg reċipjent BW fil-maġġoranza tad- donaturi wara żewġ lewkaferesi.

L-użu ta’ filgrastim fit-tfal jew adulti b’SCN(newtropenija konġenitali severa, ċiklika, u idjopatika) jikkaġuna żieda sostnuta fl-ANCs fid-demm periferali u tnaqqis fl-infezzjoni u avvenimenti relatati.

L-użu ta’ filgrastim f’pazjenti b’infezzjoni tal-HIV iżomm l-għadd ta’ newtrofili f’livell normali biex jippermetti d-dożaġġ skedat ta’ kuri antivirali u/jew ta’ kuri majelsoppressivi oħrajn. M’hemm l-ebda evidenza li pazjenti b’infezzjoni bl-HIV kkurati b’filgrastim juru żieda fir-replikazzjoni tal-HIV.

Bħal b’fatturi ta’ tkabbir ematopoetiċi oħrajn, G-CSF wera karatteristiċi stimulanti in vitro fuq ċelluli endoteljali umani.

5.2 Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Wara l-għoti taħt il-ġilda tad-dożi rakkomandati, il-konċentrazzjonijiet fis-serum inżammu fuq 10 ng/mL għal 8-16-il siegħa.

Distribuzzjoni

Il-volum apparenti tad-distribuzzjoni fid-demm hu ta’ madwar 150ml/kg.

Eliminazzjoni

Intwera li t-tneħħija ta’ filgrastim ssegwi proċess farmakokinetiku tal-ewwel ordni kemm wara l- għoti taħt il-ġilda jew ġol-vini. Il-half-life tal-eliminazzjoni fis-serum ta’ filgrastim hi ta’ madwar 3.5 sigħat, b’rata ta’ tneħħija ta’ madwar 0.6 ml/min/kg. Infużjoni kontinwa bi Accofil fuq perjodu sa 28 jum, f’pazjenti li jkunu qed jirkupraw minn trapjant awtologu tal-mudullun, ma rriżultat fl-ebda evidenza ta’ akkumulazzjoni tal-mediċina u tal-half-lives tal-eliminazzjoni komparabbli.

Linearità

Hemm korrelazzjoni lineari pożittiva bejn id-doża u l-konċentrazzjoni fis-serum ta’ filgrastim, kemm jekk jingħata ġol-vina jew taħt il-ġilda. Wara l-għoti taħt il-ġilda tad-dożi rakkomandati, il- konċentrazzjonijiet fis-serum inżammu ogħla minn 10 ng/ml għal 8 sa 16-il siegħa. Il-volum ta’ distribuzzjoni fid-demm huwa madwar 150 ml/kg.

5.3 Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Filgrastim ġie studjat fi studji tat-tossiċità minn dożi ripetuti li ħadu sa sena li indikaw tibdil attribwibbli għall-azzjonijiet farmakoloġiċi mistennija, fosthom żidiet fil-lewkoċiti, iperplasija majelojde fil-mudullun, granulopoiesis ekstramedullari u tkabbir tal-milsa. Dawn il-bidliet reġgħu għan-normal wara t-twaqqif tal-kura.

L-effetti ta’ filgrastim fuq l-iżvilupp ta’ qabel it-twelid ġew studjati fil-firien u l-fniek. L-għoti ġol- vina (80 µg/kg/kuljum) ta’ filgrastim lill-fniek waqt il-perjodu ta’ organoġenesi kien tossiku fl-omm u żied l-abort spontanju, it-telf wara l-impjantazzjoni, u naqas il-kwantita ta’ frieħ ħajjin u l-piż tal- fetu.

Abbażi tad-dejta rrapportata għal prodott ieħor li fih filgrastim simili għal Accofil, kienu osservati sejbiet simili flimkien ma’ żieda fil-malformazzjonijiet fetali b’100 µg/kg/kuljum, doża tossika għall-omm li kienet tikkorrispondi għal espożizzjoni sistemika ta’ madwar 50-90 darba l- espożizzjonijiet osservati f’pazjenti kkurati bid-doża klinika ta’ 5 µg/kg/kuljum. Il-livell ta’ ebda effett avvers osservat għal tossiċità embrijo-fetali f’dan l-istudju kien ta’10 µg/kg/kuljum, li kienet tikkorrispondi għal espożizzjoni sistemika ta’ madwar 3-5 darbiet l-espożizzjonijiet osservati f’pazjenti kkurati bid-doża klinika.

Fil-firien tqal, ma ġiet osservata ebda tossiċità fl-omm jew fil-fetu f’dożi sa 575 µg/kg/kuljum. Il- frieħ tal-firien li ngħataw filgrastim waqt il-perjodi qabel it-twelid u t-treddigħ, urew dewmien fid- differenzazzjoni esterna u dewmien fit-tkabbir (≥20 µg/kg/kuljum) u rata ta’ sopravivenza kemxejn imnaqqsa (100 µg/kg/kuljum).

6. TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1 Lista ta’ eċċipjenti

Acetic acid glacial

Sodium hydroxide

Sorbitol (E420)

Polysorbate 80

Ilma għall-injezzjonijiet.

6.2 Inkompatibbiltajiet

Accofil m’għandux jiġi dilwit b’soluzzjonijiet ta’ ilma mielaħ.

Filgrastim dilwit jista’ jiġi adsorbit mal-ħġieġ u materjali tal-plastik.

Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn ħlief dawk imsemmija f’sezzjoni 6.6.

6.3 Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

36 xahar

L-istabbiltà kimika u fiżika waqt l-użu tas-soluzzjoni dilwita għall-infużjoni ntweriet għal 24 siegħa f’temperatura ta’ bejn 2 °C sa 8 °C. Mill-aspett mikrobijoloġiku, il-prodott għandu jintuża immedjatament Jekk ma jintużax immedjatament, iż-żmien tal-ħażna waqt l-użu u l-kundizzjonijiet ta’ qabel l-użu huma r-responsabbiltà tal-utent, u normalment ma jkunux itwal minn 24 siegħa f’temperatura ta’ 2 C sa8 °C, ħlief jekk id-dilwizzjoni ma tkunx saret f’kundizzjonijiet asettiċi kkontrollati u vverifikati.

6.4 Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fi friġġ (2 °C - 8 °C). Tagħmlux fil-friża

L-esponiment aċċidentali ta’ darba għal temperaturi taħt iż-żero mhux se jaffettwa b’mod avvers l- istabbiltà ta’ Accofil . Jekk l-esponiment kien ta’ aktar minn 24 siegħa jew jekk ikun ġie ffriżat iktar minn darba, allura Accofil M’GĦANDUX jintuża.

Fi żmien il-perijodu ta’ fuq l-ixkaffa għal skopijiet ambulatorji, il-pazjent għandu jneħħi l-prodott minn ġol-friġġ u jaħżnu f’temperatura ambjentali tal-kamra (mhux aktar minn 25°C) għal perijodu wieħed sa 15-il ġurnata. Fi tmiem dan il-perijodu, il-prodott m’għandux jitqiegħed fil-friġġ, u għandu jintrema.

Żomm is-siringa fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.

Għall-kundizzjonijiet ta’ ħażna tal-prodott mediċinali dilwit, ara sezzjoni 6.3.

6.5 In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Siringa mimlija għal-lest b’labra tal-injezzjoni bi jew mingħajr ilqugħ tas-sigurtà tal-labra.Pakkett li fih siringa waħda, tliet siringi, ħames siringi, Seba' siringi jew għaxar siringimimlijin għal-lest, bi jew mingħajr folja u msielaħtal-alkoħol. Il-pakketti mingħajr folja huma mingħajr ilqugħ tas-sigurtà tal-labra. Il-pakketti tal-folji huma għal siringi individwali b’ilqugħ tas-sigurtà tal-labra mwaħħal minn qabel. Is-siringi mimlija għal-lest huma magħmula minn ħġieġ ta’ Tip I b’labra ta’ azzar li ma jsaddadx li hi mwaħħla b’mod permanenti fit-tarf u għandhom marki stampati ta’ 1/40 għal gradazzjonijiet minn 0.1 ml sa 1 ml fuq il-bettija. L-għatu tal-labra tas-siringa mimlija għal-lest fih lastku naturali xott (ara sezzjoni 4.4). Kull siringa mimlija għal-lest fiha 0.5 ml ta’ soluzzjoni.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6 Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Jekk ikun meħtieġ, Accofil jista’ jiġi dilwit f’5% ta’ glucose. Id-dilwizzjoni għal konċentrazzjoni finali ta’ inqas minn 0.2 MU (2 µg) f’kull mL mhijiex rakkomandata fi kwalunkwe ħin.

Is-soluzzjoni għandha tiġi eżaminata viżwalment qabel l-użu. Għandhom jintużaw biss soluzzjonijiet li jkunu ċari u mingħajr frak.Iċċaqlaqx bis-saħħa.

Għal pazjenti kkurati b’filgrastim dilwit għal konċentrazzjonijiet taħt 1.5 MU (15 µg) kull ml, l- albumina fis-serum uman (HSA) għandha tiġi miżjuda għal konċentrazzjoni finali ta’ 2 mg/ml. Eżempju: F’volum finali tal-injezzjoni ta’ 20 ml, dożi totali ta’ filgrastim ta’ inqas minn 30 MU (300 µg) għandhom jingħataw ma’ soluzzjoni ta’ 0.2 ml ta’ 200 mg/ml (20%) albumina fis-serum uman miżjuda.

Accofil ma fih ebda preservattiv. Minħabba r-riskju possibbli ta’ kontaminazzjoni mikrobijali, is- siringi mimlijin għal-lest ta’ Accofil huma mfasslin sabiex jintużaw darba biss.

Meta jiġi dilwit f’5% ta’ glucose, Accofil hu kompatibbli mal-ħġieġ u ma’ varjetà ta’ plastiks li jinkludu PVC, polyolefin (co-polymer ta’ polypropylene u polyethylene) u polypropylene.

Kif tuża s-siringa mimlija għal-lest bi protezzjoni tas-sigurtà tal-labra

Il-protezzjoni tas-sigurtà tal-labra tgħatti l-labra biex jiġi evitat korriment ikkawżat mit-tingiż tal- labra. Dan ma jaffettwax l-operat normali tas-siringa. Agħfas il-planġer bil-mod u b’mod konsistenti sakemm id-doża kollha tkun ingħatat u l-planġer ma jkunx jista’ jingħafas iktar. Filwaqt li tkompli tagħfas il-planġer, neħħi s-siringa mill-pazjent. Il-protezzjoni tas-sigurtà tal-labra ser tgħatti l-labra meta terħi l-planġer.

Kif tuża s-siringa mimlija għal-lest mingħajr protezzjoni tas-sigurtà tal-labra

Agħti d-doża skont il-protokoll standard.

Rimi

Kull fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Accord Healthcare Limited

Sage House

319, Pinner Road

North Harrow, Middlesex HA1 4HF

Ir-Renju Unit

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/14/946/001

EU/1/14/946/002

EU/1/14/946/005

EU/1/14/946/006

EU/1/14/946/007

EU/1/14/946/008

EU/1/14/946/009

EU/1/14/946/010

EU/1/14/946/017

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 18.09.2014

10. DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Il-professjonisti dwar il-kura tas- saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata. Ara sezzjoni 4.8 dwar kif għandhom jiġu rappurtati reazzjonijiet avversi.

1. ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Accofil 48 MU/0.5 ml soluzzjoni għall-injezzjoni jew għall-infużjoni f’siringa mimlija għal-lest

2. GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull ml ta’ soluzzjoni fih 96 miljun unità (MU) (ekwivalenti għal 960 mikrogramma [μg]) ta’ filgrastim.

Kull siringa mimlija għal-lest fiha 48 MU (ekwivalenti għal 480 mikrogramma ta’ filgrastim f’0.5 ml ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni jew għall-infużjoni.

Filgrastim (fattur li jistimula kolonji ta’ granuloċiti umani methionyl rikombinanti) hu magħmul f’ Esherichia coli (BL21) minn teknoloġija DNA rikombinanti.

Eċċipjent b’effett magħruf:

Kull ml ta’ soluzzjoni fih 50 mg ta’ sorbitol (E420)

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Soluzzjoni għall-injezzjoni jew għall-infużjoni

Soluzzjoni ċara u mingħajr kulur.

4. TAGĦRIF KLINIKU

4.1 Indikazzjonijiet terapewtiċi

Accofil hu indikat għat-tnaqqis fit-tul ta’ żmien ta’ newtropenija u l-inċidenza ta’ newtropenija bid- deni f’pazjenti kkurati b’kimoterapija ċitotossika stabbilita għal tumur malinn (bl-eċċezzjoni ta’ lewkimja majelodje kronika u sindromi majelodisplastiċi) u għat-tnaqqis fit-tul ta’ żmien ta’ newtropenija f’pazjenti li tkun qed issirilhom terapija majeloablattiva segwita minn trapjant tal- mudullun li jkunu kkunsidrati li huma f’riskju miżjud ta’ newtropenija severa għal żmien twil. Is- sigurtà u l-effikaċja ta’ Accofil huma simili fl-adulti u t-tfal li jkunu qed jirċievu kimoterapija ċitotossika.

Accofil hu indikat għall-mobilizzazzjoni ta’ ċelluli proġenituri tad-demm periferali (PBPCs).

Fi tfal u adulti b’newtropenija severa konġenitali, ċiklika, jew idjopatika, b’għadd assolut tan- newtrofili (ANC) ta’ ≤ 0.5 x 109/L, u storja medika ta’ infezzjonijiet severi jew rikorrenti, l-għoti fit- tul ta’ Accofil hu indikat biex iżid l-għadd tan-newtrofili u biex inaqqas l-inċidenza u t-tul ta’ żmien ta’ avvenimenti assoċjati mal-infezzjoni.

Accofil hu indikat għall-kura ta’ newtropenija persistenti (ANC inqas minn jew daqs 1.0 x 109/L) f’adulti b’infezzjoni avvanzata tal-HIV, sabiex inaqqas ir-riskju ta’ infezzjonijiet batterjali meta

għażliet oħrajn għall-immaniġġjar tan-newtropenija ma jkunux adattati.

4.2 Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

It-terapija b’filgrastim għandha tingħata biss b’kollaborazzjoni ma’ ċentru ta’ onkoloġija li jkollu l- esperjenza fil-kura u l-ematoloġija tal-fattur tal-istimulazzjoni tal-kolonji tal-granuloċiti (G-CSF) u li jkollu l-faċilitajiet dijanjostiċi meħtieġa. Il-proċeduri tal-mobilizzazzjoni u l-aferesi għandhom jitwettqu b’kollaborazzjoni ma’ ċentru tal-onkoloġija-ematolġija b’esperjenza aċċettabbli f’dan il- qasam u fejn il-monitoraġġ taċ-ċelluli ematopojetiċi proġenituri jkun jista’ jitwettaq b’mod korrett.

Pożoloġija

Kimoterapija ċitotossika stabbilita

Id-doża rakkomandata ta’ filgrastim hija ta’ 0.5 MU/kg/jum (5 mikrogrammi/kg/jum). L-ewwel doża ta’ Accofil m’għandhiex tingħata inqas minn 24 siegħa wara l-kimoterapija ċitotossika. Fi provi kliniċi randomizzati, intużat doża taħt il-ġilda ta’ 230 mikrogramma/m2/kuljum (bejn 4.0 u 8.4 mikrogramma/kg/kuljum).

Id-dożaġġ ta’ kuljum b’filgrastim għandu jitkompla sakemm l-għadd minimu mistenni tan-newtrofili jkun għadda u l-għadd tan-newtrofili jkun irkupra għall-medda normali. Wara kimoterapija stabbilita għal tumuri solidi, limfomi, u lewkimji limfojde, hu mistenni li t-tul ta’ żmien tal-kura meħtieġa biex dawn il-kriterji jintlaħqu se jkun sa 14-il jum. Wara l-induzzjoni u l-kura ta’ konsolidazzjoni għal lewkimja majelodje akuta, it-tul ta’ żmien tal-kura jista’ jkun itwal b’mod sostanzjali (sa 38 jum) skont it-tip, id-doża u l-iskeda tal-kimoterapija ċitotossika użati.

F’pazjenti li jkunu qed jirċievu l-kimoterapija ċitotossika, żieda temporanja fl-għadd tan-newtrofili tipikament tiġi osservata minn jum sa jumejn wara l-bidu tat-terapija b’filgrastim. Madankollu, għal rispons terapewtiku sostnut, it-terapija b’filgrastim m’għandhiex titwaqqaf qabel il-punt minimu mistenni jkun għadda u l-għadd tan-newtrofili jkun irkupra għall-medda normali. It-twaqqif prematur tat-terapija b’filgrastim, qabel iż-żmien tal-għadd minimu mistenni tan-newtrofili, mhuwiex rakkomandat.

F’pazjenti kkurati b’terapija majeloablattiva segwita minn trapjant tal-mudullun

Id-doża tal-bidu rakkomandata ta’ filgrastim hi ta’ 1.0 MU/kg/jum (10 mikrogrammi/kg/jum). L- ewweldoża ta 'filgrastim għandu tingħata mill-inqas24 siegħawara l-kimoterapijaċitotossikau mill- inqas24 siegħa warainfużjoni fil-mudullun.

Ġaladarba l-għadd minimu tan-newtrofili jkun għadda, id-doża ta’ kuljum ta’ filgrastim għandha tkun ittritata kontra r-rispons tan-newtrofili kif ġej:

Għadd Assolut tan-Newtrofili (ANC)

Aġġustament fid-doża ta’ filgrastim

ANC >1.0x109/L għal 3jiem konsekuttivi

Naqqas għal

0.5MU/kg/jum(5mikrogrammi/kg/jum)

Imbagħad, jekk l-ANC jibqa’ > 1.0 x 109/L

Waqqaf filgrastim

għal 3 ijiem konsekuttivi oħra

Jekk l-ANC jonqos għal <1.0x109/L matul il-perjodu tal-kura, id-doża ta’ filgrastim għandha tiżdied mill-ġdid skont il-passi t’hawn fuq

Mobilizzazzjoni ta’ ċelluli proġenituri tad-demm periferali (PBPC)

F’pazjenti li jkunu qed jirċievu terapija majelosoppressiva jew majeloablattiva segwita minn trapjant PBPC awtologu

Id-doża rakkomandata ta’ filgrastim għal mobilizzazzjoni tal-PBPC meta jintuża waħdu hi ta’ 1.0 MU/kg/jum (10 mikrogrammi/kg/jum) għal 5-7 ijiem konsekuttivi. Iż-żmien ta’ lewkaferesi: 1 jew 2

lewkaferesi f’jiem 5 u 6, li ta’ spiss ikun suffiċjenti. F’ċirkustanzi oħra, jista’ jkun hemm bżonn ta’ lewkaferesi addizzjonali. Id-dożaġġ ta’ filgrastim għandu jinżamm sal-aħħar lewkaferesi.

Id-doża rakkomandata ta’ filgrastim għal mobilizzazzjoni tal-PBPC wara kimoterapija majelsoppressiva hi ta’ 0.5 MU/kg/jum (5 mikrogrammi/kg/jum) mogħtija kuljum mill-ewwel jum wara t-tlestija tal-kimoterapija sakemm l-għadd minimu mistenni tan-newtrofili jkun għadda u l- għadd tan-newtrofili jkun irkupra għal medda normali. Il-lewkaferesi għandha titwettaq matul il- perjodu meta l-ANC jitla’ minn < 0.5 x 109/L għal > 5.0 x 109/L. Għal pazjenti li ma kellhomx kimoterapija estensiva, lewkaferesi waħda ta’ spiss tkun suffiċjenti. F’ċirkustanzi oħrajn, lewkaferesi addizzjonali huma rakkomandati.

Għall-mobilizzazzjoni ta’ PBPCs f’donaturi normali qabel trapjant alloġeneiku tal-PBPC

Għal mobilizzazzjoni tal-PBPC f’donaturi normali, filgrastim għandu jingħata f’doża ta’ 10 mikrogrammi/kg/jum għal 4-5 ijiem konsekuttivi. Il-lewkaferesi għandha tinbeda f’jum 5 u titkompla sa jum 6 jekk meħtieġ sabiex tiġbor 4x106 CD34+ ċellula/kg tal-piż tal-ġisem tar-reċipjent.

F’pazjenti b’newtropenija kronika severa (SCN)

Newtropenija konġenitali

Id-doża tal-bidu rakkomandata hi ta’ 1.2 MU/kg/jum (12-il mikrogrammi/kg/jum) bħala doża waħda jew f’dożi maqsumin.

Newtropenija idjopatika jew ċiklika

Id-doża tal-bidu rakkomandata hi ta’ 0.5 MU/kg/jum (5 mikrogrammi/kg/jum) bħala doża waħda jew f’dożi maqsumin.

Aġġustamenti fid-doża: Filgrastim għandu jingħata kuljum permezz ta’ injezzjoni taħt il-ġilda sakemm l-għadd tan-newtrofili jilħaq u jkun jista’ jinżamm f’iktar minn 1.5 x 109/L. Meta r-rispons ikun inkiseb, id-doża minima effettiva biex jinżamm dan il-livell għandha tiġi stabbilita. L-għoti ta’ kuljum għal tul ta’ żmien hu meħtieġ biex iżomm għadd adegwat ta’ newtrofili. Wara minn ġimgħa sa ġimagħtejn ta’ terapija, id-doża tal-bidu tista’ tiġi rduppjata jew titnaqqas bin-nofs, skont ir- rispons tal-pazjent. Sussegwentement, id-doża tista’ tiġi aġġustata individwalment kull ġimgħa- ġimagħtejn biex iżżomm il-medja tal-għadd tan-newtrofili bejn 1.5 x 109/L u 10 x 109/L. Skeda iktar mgħaġġla ta’ żieda fid-doża tista’ tiġi kkunsidrata f’pazjenti li jkollhom infezzjonijiet severi. Fi studji kliniċi, 97% tal-pazjenti li rrispondew kellhom rispons sħiħ f’dożi ta’ ≤ 2.4 MU/kg/jum (24 mikrogramma/kg/jum). Is-sigurtà fit-tul tal-għoti ta’ filgrastim f’dożi ta’ iktar minn 2.4 MU/kg/jum (24 mikrogramma/kg/jum) f’pazjenti b’SCN ma ġietx stabbilita.

F’pazjenti b’infezzjoni tal-HIV

Għat-treġġigħ lura ta’ newtropenija

Id-doża tal-bidu rakkomandata ta’ filgrastim hi ta’ 0.1 MU/kg/jum (1 mikrogramma/kg/jum) mogħtija kuljum b’titrazzjoni sa massimu ta’ 0.4 MU/kg/jum (4 mikrogrammi/kg/jum)sakemm jintlaħaq għaddnormalita 'newtrofili jintlħaqujista' jinżamm (ANC >2.0x109/L). Fi studjikliniċi, aktar minn 90% tal-pazjenti rrispondub'dawn id-dożi, kisba ta 'taqlib ta' newtropenja f'medjan ta '2 ijiem. F'numrużgħir ta 'pazjenti(<10%), dożi sa1.0MU/kg/kuljum(10 mikrogrammi/kg/kuljum) kienu meħtieġabiexikollhom taqlibta' newtropenja.

Għall-manteniment ta’ għadd normali ta’ newtrofili

Meta jkun inkiseb it-treġġigħ lura tan-newtropenija, id-doża effettiva minima biex iżżomm għadd normali ta’ newtrofili għandha tiġi stabbilita. L-aġġustament fid-doża tal-bidu għal dożaġġ kull jumejn bi 30 MU/jum (300 mikrogramma/jum) hu rakkomandat. Aġġustament addizzjonali fid-doża

jista’ jkun meħtieġ, kif stabbilit mill-ANC tal-pazjent, biex l-għadd tan-newtrofili jinżamm f’ > 2.0 x 109/L. Fi studji kliniċi, dożaġġ bi 30 MU/jum (300 mikrogramma/jum) fuq perjodu ta’ 1-7 ijiem kull ġimgħa kien meħtieġ biex iżomm l-ANC f’ > 2.0 x 109/L, bil-medjan tal-frekwenza tad-doża li jkun ta’ 3 ijiem kull ġimgħa. L-għoti fit-tul jista’ jkun meħtieġ biex iżomm l-ANC f’ > 2.0 x 109/L.

Popolazzjonijiet speċjali

Pazjenti anzjani

Il-provi kliniċi b’filgrastim kienu jinkludu numru żgħir ta’ pazjenti anzjani, iżda ma sarux studji speċjali f’dan il-grupp u għalhekk, ma jistgħux isiru rakkomandazzjonijiet speċifiċi dwar pożoloġija.

Pazjenti b’indeboliment tal-kliewi/tal-fwied

Studji dwar filgrastim f’pazjenti b’indeboliment sever tal-funzjoni tal-kliewi jew tal-fwied juru li filgrastim juri profil farmakokinetiku u farmakodinamiku li hu simili għal dak li jiġi osservat f’individwi normali. L-ebda aġġustament fid-doża mhu meħtieġ f’dawn iċ-ċirkustanzi.

Pazjenti pedjatriċi li għandhom SCN u kanċer

Ħamsa u sittin fil-mija tal-pazjenti studjati fil-programm ta’ provi dwar SCN bl-għoti ta’ filgrastim, kienu taħt it-18-il sena. L-effikaċja tal-kura kienet ċara għal dan il-grupp ta’ etajiet, li kien jinkludi ħafna mill-pazjenti b’newtropenja konġenitali. Ma kien hemm ebda differenza fil-profili ta’ sigurtà għal pazjenti pedjatriċi kkurati għal SCN.

Dejta minn studji kliniċi f’pazjenti pedjatriċi tindika li s-sigurtà u l-effikaċja ta’ filgrastim huma simili kemm fl-adulti kif ukoll fit-tfal li jkunu qed jirċievu kimoterapija ċitotossika.

Ir-rakkomandazzjonijiet tad-dożaġġ f’pazjenti pedjatriċi huma l-istess bħal dawk fl-adulti li jkunu qed jirċievu kimoterapija ċitotossika majelosoppressiva.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Kimoterapija ċitotossika stabbilita

Filgrastim jista’ jingħata bħala injezzjoni ta’ kuljum taħt il-ġilda jew alternattivament bħala infużjoni ta’ kuljum ġol-vini dilwit soluzzjoni ta’ 50 mg/ml (5%) ta’ glucose fuq 30 minuta.Għalaktar struzzjonijietdwar id-dilwizzjoniqabel l-infużjoni, ara sezzjoni 6.6. Ir-rotta taħt il-ġilda hi dik ippreferuta fil-biċċa l-kbira tal-każijiet. Hemm xi evidenza minn studju dwar l-għoti ta’ doża waħda li d-dożaġġ ġol-vini jista’ jqassar it-tul tal-effett. Ir-rilevanza klinika ta’ din is-sejba fir-rigward tal- għoti ta’ dożi multipli mhijiex ċara. L-għażla tal-mod tal-għoti għandha tiddependi fuq iċ-ċirkustanzi kliniċi individwali. Fi studji kliniċi li fihom il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, intużat doża taħt il-ġilda ta’ 23 MU/m2/jum (230 mikrogramma/m2/jum) jew aħjar 4-8.4 mikrogramma/kg/jum intuża.

Pazjenti kkurati b’terapija majeloablattiva segwita minn trapjant tal-mudullun

Filgrastim jingħata bħala infużjoni qasira ġol-vini fuq perjodu ta’ 30 minuta jew bħala infużjoni kontinwa taħt il-ġilda jew ġol-vini fuq perjodu ta’ 24 siegħa, f’kull każ wara d-dilwizzjoni f’20 mL ta’ soluzzjoni ta’ 50 mg/ml (5%) ta’ glucose. Għal istruzzjonijiet addizzjonali dwar id-dilwizzjoni b’soluzzjoni ta’ 50 mg/ml (5%) ta’ glucose qabel l-infużjoni, ara sezzjoni 6.6.

F’pazjenti b’Mobilizzazzjoni tal-PBPC

Filgrastim għall-mobilizzazzjoni tal-PBPC meta jintuża waħdu:

Filgrastim jista’ jingħata bħala infużjoni kontinwa taħt il-ġilda fuq perjodu ta’ 24 siegħa jew bħala injezzjoni taħt il-ġilda. Għall-infużjonijiet, filgrastim għandu jiġi dilwit f’soluzzjoni ta’ 20ml ta’ 5% ta’ glucose (ara sezzjoni 6.6).

Filgrastim għall-mobilizzazzjoni tal-PBPC wara kimoterapija majelsoppressiva: Filgrastim għandu jingħata permezz ta’ injezzjoni taħt il-ġilda.

Għall-mobilizzazzjoni tal-PBPC f’donaturi normali qabel trapjant alloġeneiku tal-PBPC

Filgrastim għandu jingħata permezz ta’ injezzjoni taħt il-ġilda.

F’pazjenti b’SCN

Newtropenija konġenitali, idjopatika jew ċiklika: filgrastim għandu jingħata permezz ta’ injezzjoni taħt il-ġilda.

F’pazjenti b’infezzjoni tal-HIV

Għat-treġġigħ lura ta’ newtropenija u manutenzjoni ta’ għadd ta 'newtrofili normali f’pazjenti b’infezzjoni tal-HIV, filgrastim jingħata taħt il-ġilda.

4.3 Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1.

4.4 Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Twissijiet speċjali

Accofil m’għandux jintuża biex iżid id-doża tal-kimoterapija ċitotossika lil hemm minn korsijiet ta’ dożaġġ stabbiliti.

Filgrastim m’għandux jingħata lil pazjenti b’newtropenija severa konġenitali li jiżviluppaw lewkimja jew ikollhom evidenza ta’ evoluzzjoni lewkemika.

Sensittività eċċessiva, inkluż reazzjonijiet anafilattiċi, li seħħew mal-bidu jew wara l-kura ġew irrapportati f’pazjenti kkurati b’filgrastim. Waqqaf għal kollox filgrastim f’pazjenti b’sensittività eċċessiva klinikament sinifikanti. Tagħtix filgrastim lil pazjenti b’passat ta’ sensittività eċċessiva għal filgrastim jew pegfilgrastim.

Bħall-proteini terapewtiċi kollha, hemm potenzjal għal immunoġeniċità. Ir-rata ta’ ġenerazzjoni ta’ antikorpi meta mqabbla ma’ filgrastim hija ġeneralment baxxa. Antikorpi li jeħlu huma preżenti fil- bioloġiji kollha; madankollu, dawn ma kia kinux assoċjati ma’ attivitànewtralizzanti fil-preżent.

Prekawzjonijiet speċjali f’pazjenti b’lewkimja majelojde akuta (AML)

Tkabbir ta’ ċelluli malinni

G-CSF jista’ jippromwovi t-tkabbir ta’ ċelluli majelodje in vitro u effetti simili jistgħu jiġu osservati wkoll fuq xi ċelluli mhux majelodje in vitro.

Is-sigurtà u l-effikaċja tal-għoti ta’ filgrastim f’pazjenti bis-sindrome majelodisplastiku, jew b’lewkemija majeloġena kronika, ma ġewx determinati s’issa. Għalhekk, filgrastim mhuwiex indikat għall-użu f’dawn il-kundizzjonijiet. Għandha tingħata attenzjoni partikulari biex wieħed jiddistingwi d-dijanjosi tat-trasformazzjoni tal-blasts ta’ lewkimja majelodje kronika minn lewkimja majelodje akuta.

Minħabba d-dejta limitata dwar is-sigurtà u l-effikaċja f’pazjenti b’AML sekondarja, filgrastim

għandu jingħata b’attenzjoni. Is-sigurtà u l-effikaċja tal-għoti ta’ filgrastim f’pazjenti b’AML de novo li kellhom < 55 sena b’ċitoġenika tajba [t(8;21), t(15;17), u inv(16)] ma ġewx determinati s’issa.

Prekawzjonijiet speċjali oħrajn

Il-monitoraġġ tad-densità tal-għadam jista’ jkun indikat f’pazjenti li jkollhom mard eżistenti osteoporotiku tal-għadam li jirċievu terapija kontinwa b’filgrastim għal iktar minn 6 xhur.

Reazzjonijiet avversi pulmonari, b’mod partikulari pnewmonja interstizjali, ġew irrappurtati wara l- għoti ta’ G-CSF. Pazjenti bi storja medika riċenti ta’ infiltrati pulmonari jew pnewmonja jistgħu jkunu f’riskju ogħla. Il-bidu ta’ sinjali pulmonari, bħal sogħla, deni u qtugħ ta’ nifs b’rabta ma’ sinjali radjoloġiċi ta’ infiltrati pulmonari u deterjorament fil-funzjoni pulmonari, jistgħu jkunu sinjali preliminari tas-Sindrome ta’ Problemi Respiratorji fl-Adulti (ARDS). Filgrastim għandu jitwaqqaf u tingħata kura adattata f’dawn il-każijiet.

Is-sindrome ta’ tnixxija kapillari ġie rrapportat wara għoti ta’ fattur li jistimulta l-kolonja granuloċita, u huwa kkaratterizzat minn pressjoni baxxa, ipoalbuminemija, edema u emokonċentrazzjoni. Il- pazjenti li jiżviluppaw sintomi tas-sindrome ta’ tnixxija kapillari għandhom jiġu mmonitorjati mill- qrib u għandhom jirċievu kura standard għas-sintomi, li tista’ tkun tinkludi l-ħtieġa ta’ kura intensiva (ara sezzjoni 4.8).

Prekawzjonijiet speċjali f’pazjenti bil-kanċer

Każijiet ta’ splenomegalija u milsa mifqugħha ġew irrapportati b’mod mhux komuni wara l-għoti ta’ filgrastim. Xi każijiet ta’ milsa mifqugħha kienu fatali. L-individwi li jirċievu filgrastim li jirrapportaw uġigħ fin-naħa tax-xellug ta’ fuq tal-addome u/ jew it-tarf tal-ispalla għandhom jiġu vvalutati għal milsa mkabbra jew milsa mifqugħha.

Lewkoċitożi

Għadd taċ-ċelluli tad-demm bojod ta’ 100 x 109/L jew iżjed ġie osservat f’inqas minn 5% tal-pazjenti li kienu qed jirċievu filgrastim f’dożi ta’ iktar minn 0.3 MIU/kg/jum (3 mikrogrammi/kg/jum). L- ebda l-effetti mhux mixtieqa attribwibbli direttament għal dan il-grad ta’ lewkoċitożi ma ġew irrappurtati. Madankollu, minħabba r-riskji potenzjali assoċjati ma’ lewkoċitożi severa, għadd taċ- ċelluli tad-demm bojod għandu jitwettaq f’intervalli regolari matul it-terapija b’filgrastim. Jekk l- għadd tal-lewkoċiti jaqbeż 50 x 109/L wara l-għadd minimu mistenni, filgrastim għandu jitwaqqaf immedjatament. Madankollu, matul il-perjodu tal-għoti ta’ filgrastim għal mobilizzazzjoni tal-PBPC, filgrastim għandu jitwaqqaf jew id-dożaġġ tiegħu għandu jitnaqqas jekk l-għadd tal-lewkoċiti jitla’ għal > 70 x 109/L.

Riskji assoċjati ma’ żieda fid-dożi tal-kimoterapija

Għandha tintuża attenzjoni speċjali meta wieħed jikkura pazjenti b’doża għolja ta’ kimoterapija minħabba ma ntweriex riżultat imtejjeb tat-tumur, u dożi intensifikati ta’ mediċini kimoterapewtiċi jistgħu jwasslu għal żieda fit-tossiċitajiet li jinkludu effetti kardijaċi, pulmonari, newroloġiċi, u dermatoloġiċi (jekk jogħġbok irreferi għall-informazzjoni dwar il-preskrizzjoni tal-mediċini tal- kimoterapija speċifika li jintużaw).

Il-kura b’filgrastim waħdu ma tipprekludix it-tromboċitopenija u l-anemija minħabba kimoterapija majelsoppressiva. Minħabba l-potenzjal li jirċievi dożi ogħla ta’ kimoterapija (eż. dożi sħaħ fl-iskeda preskritta), il-pazjent jista’ jkun f’riskju ikbar ta’ tromboċitopenija u anemija. Monitoraġġ regolari tal-għadd tal-plejtlits u tal-ematokrit hu rakkomandat. Għandha tingħata attenzjoni speċjali meta tagħti mediċini kimoterapewtiċi waħidhom jew flimkien, li hu magħruf li jikkawżaw tromboċitopenija severa.

Intwera li l-użu tal-PBPCs immobilizzati b’filgrastim inaqqas il-profondità u t-tul ta’

tromboċitopenija wara kimoterapija majelsoppressiva jew majeloablattiva.

Prekawzjonijiet speċjali oħrajn

L-effetti ta’ filgrastim f’pazjenti bi proġenituri majelojdi mnaqqsa b’mod sostanzjali ma kinux studjati. Filgrastim jaġixxi primarjament fuq prekursuri tan-newtrofili biex jeżerċita l-effett tiegħu biex iżid l-għadd tan-newtrofili. Għalhekk, f’pazjenti bi prekursuri mnaqqsa, ir-rispons tan-newtrofili jista’ jitnaqqas (bħal f’dawk ikkurati b’radjuterapija jew kimoterapija estensivi, jew dawk b’infiltrazzjoni tal-mudullun mit-tumur).

Disturbi vaskulari, li jinkludu mard venookklużiv u disturbi fil-volum tal-fluwidi, ġew irrappurtati xi kultant f’pazjenti li kienet qed issirilhom kimoterapija b’doża għolja segwita minn trapjant.

Kien hemm rapporti tal-marda trapjant kontra l-ospitu (graft versus host disease (GvHD)) u fatalitajiet f’pazjenti li kienu qed jirċievu G-CSF wara trapjant alloġeneiku tal-mudullun (ara sezzjoni 4.8 u 5.1). Żieda fl-attività ematopoietika tal-mudullun b’rispons għat-terapija tal-fattur tat- tkabbir ġiet assoċjata ma’ scans anormali temporanji tal-għadam. Dan għandu jiġi kkunsidrat meta wieħed jinterpreta r-riżultati tal-immaġni tal-għadam.

Prekawzjonijiet speċjali f’pazjenti li jkunu qed jirċievu mobilizzazzjoni tal-PBPC

Mobilizzazzjoni tal-PBPC

M’hemm l-ebda paraguni prospettivi magħżula b’mod każwali taż-żewġ metodi tal-mobilizzazzjoni rakkomandati (filgrastim waħdu jew flimkien ma’ kimoterapija majelsoppressiva) fl-istess popolazzjoni ta’ pazjenti. Il-grad ta’ varjazzjoni bejn pazjenti individwali u bejn l-assaġġi tal- laboratorju ta’ ċelluli CD34+ ifisser li paragun dirett bejn studji differenti hu diffiċli. Għalhekk hu diffiċli li tirrakkomanda l-aħjar metodu. L-għażla tal-metodu ta’ mobilizzazzjoni għandha tiġi kkunsidrata fir-rigward tal-objettivi totali tal-kura għal pazjent individwali.

Esponiment fil-passat għal mediċini ċitotossiċi

Pazjenti li kellhom terapija majelsoppressiva estensiva ħafna fil-passat, jistgħu ma jurux mobilizzazzjoni suffiċjenti PBPC biex jiksbu l-ammont minimu rakkomandat (2.0 x 106 CD34+ ċellula/kg) jew l-aċċelerazzjoni tal-irkuprar tal-plejtlits għall-istess grad.

Xi mediċini ċitotossiċi juru tossiċitajiet partikulari għal pool ta’ proġenituri ematopojetiċi u jistgħu jaffettwaw b’mod avvers il-mobilizzazzjoni tal-proġenituri. Mediċini bħal melphalan, carmustine (BCNU) u carboplatin, meta jingħataw fuq perjodi twal ta’ żmien qabel ma wieħed jipprova l- mobilizzazzjoni tal-proġenituri, jistgħu jnaqqsu l-ammont tal-proġenituri. Madankollu, intwera li l- għoti ta’ melphalan, carboplatin jew carmustine (BCNU) flimkien ma’ filgrastim, kien effettiv għall- mobilizzazzjoni tal-proġenituri. Meta trapjant taċ-ċelluli proġenituri tad-demm periferali jkun ippjanat, hu rakkomandat li tippjana l-proċedura tal-mobilizzazzjoni taċ-ċelluli staminali kmieni fil- kors tal-kura tal-pazjent. Attenzjoni partikulari għandha tingħata lin-numru ta’ proġenituri immobilizzati f’dawn il-pazjenti qabel l-għoti ta’ doża għolja ta’ kimoterapija. Jekk l-ammonti prodotti jkunu inadegwati, kif imkejla mill-kriterji t’hawn fuq, forom alternattivi ta’ kura li ma jeħtiġux appoġġ tal-proġenituri, għandhom jiġu kkunsidrati.

Evalwazzjoni tal-ammonti prodotti ta’ ċelluli proġenituri

Fl-evalwazzjoni tan-numru ta’ ċelluli proġenituri miġbura f’pazjenti kkurati b’filgrastim, għandha tingħata attenzjoni partikulari għall-metodu ta’ kwantifikazzjoni. Ir-riżultati tal-analiżi tal-fluss ċitometriku tan-numri taċ-ċelluli CD34+ ivarjaw skont il-metodoloġija preċiża li tintuża u għalhekk, rakkomandazzjonijiet dwar numri bbażati fuq studji f’laboratorji oħrajn jeħtieġ li jkunu interpretati b’attenzjoni.

Analiżi statistika tar-relazzjoni bejn in-numru ta’ ċelluli CD34+ li jkunu infużi mill-ġdid u r-rata ta’ rkuprar tal-plejtlits wara kimoterapija b’doża għolja tindika relazzjoni kumplessa iżda kontinwa.

Ir-rakkomandazzjoni ta’ ammont prodott minimu ta’ ≥ 2.0 x 106 CD34+ ċelluli/kg hu bbażat fuq esperjenza ppubblikata li tirriżulta f’rikostituzzjoni ematoloġika adegwata. L-ammonti prodotti iżjed minn dan l-ammont minimu jidhru li jikkorrelaw ma’ rkuprar iktar mgħaġġel; dawk inqas, jikkorrelaw ma’ irkuprar iktar bil-mod.

Prekawzjonijiet speċjali f’donaturi normali li tkun qed issirilhom mobilizzazzjoni ta’ ċelluli proġenituri tad-demm periferali

Il-mobilizzazzjoni tal-PBPC ma tipprovdix benefiċċju kliniku dirett lil donaturi normali u għandha tiġi kkunsidrata biss għal skopijiet ta’ trapjant ta’ ċelluli staminali alloġeneiċi.

Il-mobilizzazzjoni tal-PBPC għandha tiġi kkunsidrata biss f’donaturi li jissodisfaw il-kriterji tal- eliġibilità normali kliniċi u tal-laboratorju għal donazzjoni ta’ ċelluli staminali. Attenzjoni partikulari għandha tingħata lill-valuri ematoloġiċi u mard infettiv. Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ filgrastim ma ġewx evalwati f’donaturi normali li kellhom inqas minn 16-il sena jew iktar minn 60 sena.

Tromboċitopenja ġiet irrapportata b’mod komuni ħafna f’pazjenti li jirċievu filgrastim. Għalhekk, l- għadd tal-plejtlits għandu jiġi ssorveljat mill-qrib.

Tromboċitopenija temporanja (plejtlits < 100 x 109/L) wara l-għoti ta’ filgrastim u lewkaferesi, ġiet osservata f’35% tal-pazjenti studjati. Fost dawn, żewġ każijiet b’għadd tal-plejtlits ta’ < 50 x 109/L ġew irrappurtati u attribwiti għall-proċedura tal-lewkaferesi. Jekk iktar minn lewkaferesi waħda tkun meħtieġa, għandha tingħata attenzjoni partikulari għal donaturi b’għadd tal-plejtlits ta’ < 100 x 109/L b’mod ġenerali l-aferesi m’għandhiex titwettaq jekk l-għadd tal-plejtlits ikun ta’ < 75 x 109/L.

Il-lewkaferesi m’għandhiex titwettaq f’donaturi li jkunu antikoagulati jew li jkollhom difetti magħrufa fl-emostasi. L-għoti ta’ filgrastim għandu jitwaqqaf jew id-dożaġġ tiegħu għandu jitnaqqas jekk l-għadd tal-lewkoċiti jiżdied għal > 70 x 109/L. Donaturi li jirċievu G-CSFs għal mobilizzazzjoni tal-PBPC għandhom jiġu mmonitorjati sakemm l-indiċi ematoloġiċi jerġgħu lura għan-normal.

Anormalitajiet ċitoġeniċi temporanji ġew osservati f’donaturi normali wara l-użu ta’ G-CSF. Is- sinifikat ta’ dan it-tibdil mhuwiex magħruf. Madankollu, ma jistax jiġi eskluż riskju ta’ promozzjoni ta’ klonu majelodje malinn. Hu rakkomandat li ċentru tal-aferesi jwettaq rekord sistematiku u intraċċar tad-donaturi ta’ ċelluli staminali għal mill-inqas 10 snin biex jiżgura l-monitoraġġ tas- sigurtà fuq tul ta’ żmien.

Każijiet komuni iżda ġeneralment asintomatiċi ta’ splenomegalija u mhux komuni ta’ ftuq tal-milsa ġew irrappurtati f’donaturi b’saħħithom u fil-pazjenti wara l-għoti ta’ G-CSFs. Xi każijiet ta’ ftuq tal-milsa kienu fatali. Għalhekk, id-daqs tal-milsa għandu jiġi mmonitorjat b’attenzjoni (eż. eżami kliniku, ultrasound). Għandha tiġi kkunsidrata dijanjosi ta’ ftuq tal-milsa f’donaturi u/jew pazjenti li jirrappurtaw uġigħ addominali fin-naħa tax-xellug ta’ fuq jew uġigħ fit-tarf tal-ispallejn.

F’donaturi normali, qtugħ ta ‘nifs kient rappurtata spiss u avvenimenti avversi pulmonari (emoptisi, emorraġija pulmonari, infiltrazzjoni fil-pulmun, nuqqas ta’ ossiġnu) ġew irrappurtati b’modmhux komuni. F’każ ta’ avvenimenti avversi pulmonari ssuspettati jew ikkonfermati, it-twaqqif tal-kura b’filgrastim għandu jiġi kkunsidrat u għandha tingħata kura medika adattata.

Prekawzjonijiet speċjali f’reċipjenti ta’ PBPC alloġeneiċi mobilizzati b’filgrastim

Id-dejta kurrenti tindika li interazzjonijiet immunoloġiċi bejn trapjant alloġeneiku tal-PBPC u r- reċipjent jistgħu jiġu assoċjati ma’ riskju miżjud ta’ GvHD akut u kroniku meta mqabbel ma’ trapjant tal-mudullun.

Prekawzjonijiet speċjali f’pazjenti b’SCN

Għadd taċ-ċelluli tad-demm

Tromboċitopenja ġiet irrapportata b’mod komuni f’pazjenti li jirċievu filgrastim. L-għadd tal-plejtlits għandu jiġi mmonitorjat mill-qrib, speċjalment matul l-ewwel ftit ġimgħat tat-terapija b’filgrastim. Għandha tingħata konsiderazzjoni għal waqfien intermittenti jew it-tnaqqis tad-doża ta’ filgrastim f’pazjenti li jiżviluppaw tromboċitopenija, i.e. għadd tal-plejtlits li jkun b’mod konsistenti ta’ < 100,000/mm3.

Iseħħ tibdil ieħor fiċ-ċelluli tad-demm, li jinkludi anemija u żidiet temporanji fil-proġenituri majelodje, li jeħtieġu monitoraġġ mill-qrib tal-għadd taċ-ċelluli.

Trasformazzjoni għal lewkimja jew sindrome majelodisplastiku

Attenzjoni specjali trid tingħata fid-dijanjosi ta’ SCNs biex tiddistingwihom minn disturbi ematopojetiċi oħrajn bħal anemija aplastika, majelodisplasija, u lewkimja majelodje. L-għadd sħiħ taċ-ċelluli tad-demm bl-għadd differenzjali u tal-plejtlits, u evalwazzjoni tal-morfoloġija tal- mudullun u l-karjotip, għandhom jitwettqu qabel il-kura.

Kien hemm frekwenza baxxa (ta’ madwar 3%) ta’ sindromi majelodisplastiċi (MDS) jew lewkimja f’pazjenti b’SCN li fuqhom saru l-istudji kliniċi, ikkurati b’filgrastim. Din l-osservazzjoni saret biss f’pazjenti b’newtropenija konġenitali. MDS u lewkimji huma kumplikazzjonijiet naturali tal-marda u għandhom relazzjoni inċerta mat-terapija b’filgrastim. Sottosett ta’ madwar 12% tal-pazjenti li kellhom evalwazzjonijiet ċitoġeniċi normali fil-linja bażi, sussegwentement instab li kellhom anormalitajiet, li kienu jinkludu monosomija 7, meta saret ir-ripetizzjoni tal-evalwazzjoni ta’ rutina. Jekk pazjenti b’SCN jiżviluppaw ċitoġenika anormali, ir-riskji u l-benefiċċji li tkompli bit-terapija ta’ filgrastim għandhom jintiżnu b’attenzjoni; filgrastim għandu jitwaqqaf jekk l-MDS jew il- lewkimja jseħħu. Bħalissa mhuwiex ċar jekk il-kura fit-tul ta’ pazjenti b’SCN se tippredisponi l- pazjenti għal anormalitajiet ċitoġeniċi, MDS jew trasformazzjoni lewkemika. Hu rakkomandat li jsiru eżamijiet morfoloġiċi u ċitoġeniċi tal-mudullun fil-pazjenti f’intervalli regolari (madwar kull 12-il xahar).

Prekawzjonijiet speċjali oħrajn

Il-kawżi ta’ newtropenija temporanja, bħal infezzjonijiet virali, għandhom jiġu esklużi.

Każijiet ta’ splenomegalija ġew irrapportati b’mod komuni ħafna u każijiet ta’ milsa mifqugħha ġew irrapportati b’mod komuni wara l-għoti ta’ filgrastim. L-individwi li jirċievu filgrastim li jirrapportaw uġigħ fin-naħa tax-xellug ta’ fuq tal-addome u/ jew it-tarf tal-ispalla għandhom jiġu vvalutati għal milsa mkabbra jew milsa mifqugħha.

Splenomegalija hija effett dirett tal-kura b’filgrastim. Wieħed u tletin fil-mija (31%) tal-pazjenti fl- istudji ġew iddokumentati bħala li kellhom splenomegalija li tista’ tinħass b’eżami bl-idejn. Żidiet fil-volum, imkejla b’mod radjografiku, seħħew kmieni matul it-terapija b’filgrastim u kellhom tendenza li jilħqu l-massimu aktar tard matul il-kura. Ġie osservat tnaqqis fid-doża biex inaqqas jew iwaqqaf il-progressjoni ta’ tkabbir tal-milsa, u fi 3% tal-pazjenti, splenektomija kienet meħtieġa. Id- daqs tal-milsa għandu jiġi evalwat regolarment. Eżami taż-żaqq bl-idejn (palpation) għandu jkun suffiċjenti biex jiġu osservati żidiet anormali fil-volum tal-milsa.

Ematurija kien komuni uproteinurija seħħew f’numru żgħir ta’ pazjenti. Analiżi regolari tal-awrina għandha titwettaq biex isir monitoraġġ ta’ dan l-avveniment.

Is-sigurtà u l-effikaċja fit-trabi tat-twelid u f’pazjenti b’newtropenija awtoimmuni ma ġewx determinati s’issa.

Prekawzjonijiet speċjali f’pazjenti b’infezzjoni tal-HIV

Każijiet ta’ splenomegalija ġew irrapportati b’mod komuni wara l-għoti ta’ filgrastim. L-individwi li jirċievu filgrastim li jirrapportaw uġigħ fin-naħa tax-xellug ta’ fuq tal-addome u/ jew it-tarf tal-

ispalla għandhom jiġu vvalutati għal milsa mkabbra jew milsa mifqugħha.

Għadd taċ-ċelluli tad-demm

L-ANC għandu jiġi mmonitorjat mill-qrib, speċjalment matul l-ewwel ftit ġimgħat tat-terapija b’filgrastim. Xi pazjenti jistgħu jirrispondu malajr ħafna u b’żieda konsiderevoli fl-għadd tan- newtrofili, għad-doża tal-bidu ta’ filgrastim. Hu rakkomandat li l-ANC jitkejjel kuljum għall-ewwel 2-3 ijiem tal-għoti ta’ filgrastim. Wara dak il-perjodu, hu rakkomandat li l-ANC jitkejjel mill-inqas darbtejn kull ġimgħa għall-ewwel ġimagħejn u sussegwentement darba f’ġimgħa jew darba kull ħmistax matul it-terapija ta’ manteniment. Matul id-dożaġġ intermittenti bi 30 MU (300 mikrogramma)/jum ta’ filgrastim, jista’ jkun hemm fluttwazzjonijiet kbar fl-ANC tal-pazjent mal- medda taż-żmien. Sabiex tiddetermina l-iktar punt baxx tal-ANC ta’ pazjent, hu rakkomandat li jittieħdu kampjuni tad-demm biex jitkejjel l-ANC immedjatament qabel kwalunkwe dożaġġ skedat b’filgrastim.

Riskju assoċjat ma’ żieda fid-dożi ta’ prodotti mediċinali majelsoppressivi

Il-kura b’filgrastim waħdu ma tipprekludix tromboċitopenija u anemija minħabba kimoterapija majelsoppressiva. Bħala riżultat tal-potenzjal li jirċievi dożi ogħla jew numru ikbar ta’ dawn il- prodotti mediċinali bit-terapija b’filgrastim, il-pazjent jista’ jkun f’riskju ogħla li jiżviluppa tromboċitopenija u anemija. Monitoraġġ regolari tal-għadd tad-demm hu rakkomandat (ara hawn fuq).

Infezzjonijiet u tumuri malinni li jikkawżaw majelosoppressjoni

In-newtropenija tista’ tiġi minħabba infezzjonijiet opportunistiċi li jinfiltraw il-mudullun bħall- kumpless Mycobacteriumavium jew malinni bħal limfoma. F’pazjenti b’infezzjonijiet magħrufa jew tumur malinn li jinfiltraw il-mudullun, ikkunsidra terapija adattata għall-kura tal-kundizzjoni diġà eżistenti flimkien mal-għoti ta’ filgrastim għal kura ta’ newtropenija. L-effetti ta’ filgrastim fuq in- newtropenija minħabba infezzjoni li tinfiltra l-mudullun jew tumur malinn, ma ġewx stabbiliti tajjeb.

Prekawzjonijiet speċjali fil-marda tas-sickle cells

Kriżijiet tas-sickle cells, f’xi każijiet fatali, ġew irrappurtati bl-użu ta’ filgrastim f’persuni li kellhom il-marda tas-sickle cells. It-tobba għandhom joqogħdu attenti meta jikkunsidraw l-użu ta’ filgrastim f’pazjenti bil-marda tas-sickle cells, u għandhom jagħmlu dan biss wara evalwazzjoni bir-reqqa tar- riskji u l-benefiċċji potenzjali.

Il-pazjenti kollha

Accofil fih sorbitol (E420) bħala eċċipjent f’konċentrazzjoni ta’ 50 mg/ml. Pazjenti li għandhom problemi ereditarji rari ta’ intolleranza għall-fructose m’għandhomx jieħdu din il-mediċina.

L-għatu tal-labra tas-siringa mimlija għal-lest fih lastku naturali xott (derivattiv tal-latex) li jista’ jikkawża reazzjonijiet allerġiċi.

Sabiex tittejjeb it-traċċabilità ta’ fatturi li jistimulaw kolonji ta’ granuloċiti (G-CSFs), l-isem kummerċjali tal-prodott mogħti għandu jinkiteb b’mod ċar fil-fajl tal-pazjent.

4.5 Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ filgrastim mogħti fl-istess jum li fih tingħata l-kimoterapija ċitotossika majelsoppressiva ma ġewx determinati s’issa b’mod definittiv. Minħabba s-sensittività għal kimoterapija ċitotossika majelsoppressiva taċ-ċelluli majelodje li jkunu qed jimmultiplikaw malajr, l- użu ta’ filgrastim mhuwiex rakkomandat fil-perjodu minn 24 siegħa qabel sa 24 siegħa wara l- kimoterapija. Evidenza preliminari minn numru żgħir ta’ pazjenti li ġew ikkurati fl-istess ħin b’filgrastim u b’5-Fluorouracil tindika li s-severità tan-newtropenija tista’ tiħrax.

Interazzjonijiet possibbli ma’ fatturi tat-tkabbir ematopoietiċi oħrajn u cytokines, s’issa ma ġewx investigati fl-istudji kliniċi.

Billi l-lithium jippromwovi l-ħruġ tan-newtrofili, il-lithium x’aktarx li se iżid l-effett ta’ filgrastim. Għalkemm din l-interazzjoni ma ġietx investigata formalment, m’hemm l-ebda evidenza li interazzjoni bħal din hi ta’ ħsara.

4.6 Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx dejta jew hemm dejta limitata dwar l-użu ta’ filgrastim f’nisa tqal. Studji f’annimali urew effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva. Inċidenza akbar ta’ telf tal-embriju ġiet osservata fil-fniek f’multipli għoljin tal-espożizzjoni klinika u fil-preżenza ta’ tossiċità fl-omm (ara sezzjoni 5.3). Kien hemm rapporti fid-dokumentazzjoni fejn intwera l-passaġġ transplaċentali ta’ filgrastim f’nisa tqal. Filgrastim mhux rakkomandat waqt it-tqala.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk filgrastim / metaboliti jiġux eliminati mill-ħalib tas-sider tal-bniedem. Ir-riskju gћat-trabi tat-twelid mhux eskluż. Gћandha tittieћed deċiżjoni jekk il-mara twaqqafx it-treddigћ jew twaqqafx it-trattament b’filgrastim, wara li jigi kkunsidrat il-benefiċċju ta’ treddigћ gћat-tarbija u l- benefiċċju tat-trattament gћall-mara.

Fertilità

Filgrastim ma affettwax l-attività riproduttiva jew il-fertilità fil-firien irġiel jew nisa (ara sezzjoni 5.3).

4.7 Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sar l-ebda studju fuq l-effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni..

4.8 Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Fi provi kliniċi fuq pazjenti bil-kanċer ikkurati b’filgrastim, l-effett mhux mixtieq l-iktar frekwenti kien uġigħ muskoluskeletriku li kienet ħafif jew moderat f’10% u fi 3% tal-pazjenti rispettivament.

Marda tat-Trapjant kontra l-Ospitu (GvHD - Graft versus Host Disease) ġiet irrappurtata wkoll.

Fil-mobilizzazzjoni tal-PBPC f’donaturi normali, l-iktar effett mhux mixtieq li ġie rrappurtat kien uġigħ muskoluskeletriku. Lewkoċitożi ġiet osservata f’donaturi, u tromboċitopenija wara filgrastim u lewkafereżi ġiet osservata ukoll fid-donaturi. Splenomegalija u ftuq tal-milsa ġew irrappurtati wkoll. Xi każijiet ta’ ftuq tal-milsa kienu fatali.

F’pazjenti b’SCN, l-iktar effetti mhux mixtieqa frekwenti attribwibbli għal filgrastim kienu wġigħ fl- għadam, u wġigħ muskoloskeletriku ġenerali. Sindromi majelodisplastiċi (MDS) jew lewkimja żviluppaw f’pazjenti b’newtropenija konġenitali kkurati b’filgrastim (ara sezzjoni 4.4).

Is-Sindrome ta’ Tnixxija Kapillari, li jista’ jkun ta’ theddida għall-ħajja jekk il-kura tiddewwem, ġie rrapportat b’mod mhux komuni (≥1/1000 sa <1/100) f’pazjenti b’kanċer li kienu qegħdin jirċievu kemoterapija u donaturi b’saħħithom li kien qed ikollhom mobilizzazzjoni taċ-ċellula proġenitur tad- demm periferali wara għoti ta’ fatturi li jistimulaw il-kolonja granuloċita (ara sezzjoni 4.4 u subsezzjoni C tas-sezzjoni 4.8).

Fl-istudji kliniċi bl-għoti ta’ filgrastim lil pazjenti bl-HIV, l-uniċi effetti avversi li ġew ikkunsidrati b’mod konsistenti li kienu marbuta bl-għoti b’filgrastim kienu wġigħ muskoloskeletriku, fl-għadam minn ħafif sa moderat u majalġja.

Sommarju tabulat ta’ reazzjonijiet avversi

Id-dejta fit-tabelli t’hawn taħt tiddeskrivi reazzjonijiet avversi rrappurtati minn provi kliniċi u rappurtaġġ spontanju. F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa huma mniżżla skont is- serjetà tagħhom, bl-aktar serji jitniżżlu l-ewwel. Id-dejta hi ppreżentata separatament għal pazjenti bil-kanċer, mobilizzazzjoni tal-PBPC f’donaturi normali, pazjenti b’SCN u pazjenti bl-HIV, li tirrifletti l-profili differenti ta’ reazzjoni avversi f’dawn il-popolazzjonijiet.

Il-valutazzjonita 'effettimhux mixtieqahija bbażatafuq id-datata' frekwenzasegwenti:

Komuni ħafna: ≥ 1/10

Komuni: ≥ 1/100 to < 1/10

Mhux komuni: ≥ 1/1,000 to < 1/100

Rari: ≥ 1/10,000 to < 1/1,000

Rari ħafna: < 1/10,000

Mhuxmagħruf: ma tistax tittieħed stimamid-data disponibbli.

Pazjenti bil-kanċer

Sistema tal-

Reazzjonijiet avversi

klassifika tal-

Komuni ħafna

Komuni

Mhux komuni

Rari

Rari

organi

ħafna

MedDRA

Disturbi tad-

Kriżi tas-sickle

demm u tas-

cellsa

sistema

Splenomegalija

limfatika

Milsa mifqugħha

Disturbi fis-

Sensittività

Mard tat-

sistema immuni

eċċessiva

Trapjant kontra

għal

l-Ospitub

mediċina a

Disturbi fil-

Żieda tal-uric acid

Psewdogottab

metaboliżmu u

fid-demm

n-nutrizzjoni

Żieda ta’ lactate

dehydrogenase

fid-demm

Tnaqqis fl-aptita

Disturbi fis-

Uġigħ ta’ rasa

sistema

nervuża

Disturbi

Pressjoni

Mard okklużiv

vaskulari

baxxa

tal-vinid

Disturbi fil-

volum tal-

fluwidu

Sindrome ta’

tnixxija kapillaria

Disturbi

Uġigħ

Emoptisie

Sindrome ta’

respiratorji,

orofarinġealia

problema

Sistema tal-

Reazzjonijiet avversi

klassifika tal-

Komuni ħafna

Komuni

Mhux komuni

Rari

Rari

organi

ħafna

MedDRA

toraċiċi u

respiratorja

medjastinali

Sogħlaa

akutaa

Dispneja

Insuffiċjenza

respiratorjaa

Edema

pulmonaria

Mard interstizjali

tal-pulmuna

Infiltrazzjoni fil-

pulmuna

Emorraġija

pulmonari

Disturbi

Dijareaa

gastro-

Rimettara

intestinali

Stitikezzaa

Dardira

Disturbi fil-

Żieda f’gamma-

fwied u fil-

glutamyl

marrara

transferase

Żieda f’alkaline

phosphatase

Disturbi fil-

Raxxa

Sindrome ta’

ġilda u fit-

Alopeċjaa

Sweets

tessuti ta’ taħt

Vaskulite tal-

il-ġilda

ġildaa

Disturbi

Uġigħ

Aggravament ta’

muskolu-

muskoloskeletrikuċ

artrite

skeletriċi u tat-

rewmatojde

tessuti

konnettivi

Disturbi fil-

Disurija

Anormalità fl-

kliewi u fis-

awrina

sistema

urinarja

Disturbi

Astenjaa

Uġigħ fis-

Uġigħa

ġenerali u

Għeja kbiraa

sidera

kondizzjonijiet

ta’ mnejn

Infjammazzjoni

jingħata

tal-mukużaa

aAra sezzjoni 4.8, Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

bKien hemm rapporti ta’ GvHD u fatalitajiet f’pazjenti wara trapjant alloġeneiku tal-mudullun (ara sezzjoni 4.8, Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula).

ċJinkludi wġigħ fl-għadam, uġigħ fid-dahar, artralġja, mijalġja, uġigħ fl-estremitajiet, uġigħ muskoloskeletriku, uġigħ muskoloskeletriku fis-sider, uġigħ fl-għonq

dIl-każijiet ġew osservati fl-isfond ta’ wara t-tqegħid fis-suq b’filgrastim f’pazjenti waqt trapjant tal- mudullun jew mobilizzazzjoni tal-PBPC

eIl-każijiet ġew osservati fl-isfond tal-provi kliniċi b’filgrastim

Mobilizzazzjoni tal-PBPC f’donaturi normali

Sistema tal-

Reazzjonijiet avversi

klassifika tal-

Komuni ħafna

Komuni

Mhux komuni

Rari

Rari

organi

ħafna

MedDRA

Disturbi tad-

Tromboċitopenij

Splenomegalija

Ftuq fil-milsa

demm u tas-

a

Kriżi taċ-ċelloli

sistema

Sicklea

limfatika

Lewkoċitożi

Splenomegalija

Disturbi fis-

Reazzjoni

sistema immuni

anafilattika

Disturbi fil-

Żieda ta’

Iperurikemija

metaboliżmu u

lactate

n-nutrizzjoni

dehydrogenase

(żieda tal-uric

fid-demm

acid fid-demm)

Disturbi fis-

Uġigħ ta’ ras

sistema

nervuża

Disturbi

Sindrome ta’

vaskulari

tnixxija

kapillaria

Disturbi

Dispneja

Emorraġija

respiratorji,

pulmonari

toraċiċi u

Emoptisi

medjastinali

Infiltrazzjoni fil-

pulmun

Nuqqas ta’

ossiġnu

Disturbi fil-

Żieda

Żieda f’aspartate

fwied u fil-

f’alkaline

aminotransferase

marrara

phosphatase

Disturbi

Uġigħ

Aggravament ta’

muskolu-

muskoloskeletrik

artrite

skeletriċi u tat-

u*

rewmatojde

tessuti

konnettivi

aara sezzjoni 4.8, Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

*jinkludi wġigħ fl-għadam, uġigħ fid-dahar, artralġja, mijalġja, uġigħ fl-estremitajiet, uġigħ muskoloskeletriku, uġigħ muskoloskeletriku fis-sider, uġigħ fl-għonq

F’pazjenti b’SCN

Sistema tal-

Reazzjonijiet avversi

klassifika tal-

Komuni ħafna

Komuni

Mhux

Rari

Rari

organi

komuni

ħafna

MedDRA

Disturbi tad-

Splenomegalija

Tromboċitopenija

Kriżi taċ-

demm u tas-

Milsa mifqugħha

ċelloli

Sistema tal-

Reazzjonijiet avversi

klassifika tal-

Komuni ħafna

Komuni

Mhux

Rari

Rari

organi

komuni

ħafna

MedDRA

sistema

Anemija

Sicklea

limfatika

Disturbi fil-

Iperurikemija

metaboliżmu u

Tnaqqis tal-glucose

n-nutrizzjoni

fid-demm

Żieda ta’ lactate

dehydrogenase fid-

demm

Disturbi fis-

Uġigħ ta’ ras

sistema

nervuża

Disturbi

Epistassi

respiratorji,

toraċiċi u

medjastinali

Disturbi gastro-

Dijarea

intestinali

Disturbi fil-

Epatomegalija

fwied u fil-

Żieda f’alkaline

marrara

phosphatase

Disturbi fil-

Raxx

Vaskulite tal-ġilda

ġilda u fit-

Alopeċja

tessuti ta’ taħt

il-ġilda

Disturbi

Uġigħ

Osteoporożi

muskolu-

muskoloskeletriku*

skeletriċi u tat-

Artralġja

tessuti

konnettivi

Disturbi fil-

Ematurija

Proteinurija

kliewi u fis-

sistema

urinarja

Disturbi

Reazzjoni fis-sit tal-

ġenerali u

injezzjoni

kondizzjonijiet

ta’ mnejn

jingħata

*jinkludi wġigħ fl-għadam, uġigħ fid-dahar, artralġja, mijalġja, uġigħ fl-estremitajiet, uġigħ muskoloskeletriku, uġigħ muskoloskeletriku fis-sider, uġigħ fl-għonq

F’pazjenti bl-HIV

Sistema tal-

Reazzjonijiet avversi

klassifika tal-

Komuni ħafna

Komuni

Mhux komuni

Rari

Rari ħafna

organi

MedDRA

Disturbi tad-

Splenomegalija

Kriżi taċ-

demm u tas-

ċelloli Sicklea

sistema

Sistema tal-

Reazzjonijiet avversi

klassifika tal-

Komuni ħafna

Komuni

Mhux komuni Rari

Rari ħafna

organi

MedDRA

limfatika

Disturbi

Uġigħ

muskolu-

muskoloskeletriku

skeletriċi u tat-

*

tessuti

konnettivi

*jinkludi wġigħ fl-għadam, uġigħ fid-dahar, artralġja, mijalġja, uġigħ fl-estremitajiet, uġigħ muskoloskeletriku, uġigħ muskoloskeletriku fis-sider, uġigħ fl-għonq

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Kien hemm rapporti ta’ GvHD u fatalitajiet f’pazjenti li kienu qed jirċievu G-CSF wara trapjant alloġeneiku tal-mudullun (ara sezzjoni 4.4 u 5.1).

Każijiet tas-sindrome ta’ tnixxija kapillari ġew irrapportati fl-ambjent ta’ wara t-tqegħid fis-suq bl- użu ta’ fattur li jistimula l-kolonja granuloċita. Ġeneralment, dawn seħħew f’pazjenti b’mard malinn avvanzat, sepsis, li kienu qegħdin jieħdu aktar minn medikazzjoni ta’ kemoterapija waħda jew li kienu qegħdin jagħmlu aferesi (ara sezzjoni 4.4).

Pazjenti bil-kanċer

Fi studji kliniċi, li fihom il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, ikkonrollati bi plaċebo, filgrastim ma żiedx l-inċidenza tal-effetti mhux mixtieqa assoċjati ma’ kimoterapija ċitotossika. F’dawk l- istudji kliniċi, l-effetti mhux mixtieqa rrappurtati bi frekwenza ugwali f’pazjenti bil-kanċer ikkurati b’filgrastim/kimoterapija u bil-plaċebo/kimoterapija kienu jinkludu dardir u rimettar, alopeċja, dijarea, għeja kbira, anoreksja, mukożite, uġigħ ta’ ras, sogħla, raxx tal-ġilda, uġigħ fis-sider, dgħufija ġeneralizzata, uġigħ fil-griżmejn, stitikezza u wġigħ.

Fl-isfond ta’ wara t-tqegħid fis-suq vaskulite tal-ġilda ġiet irrappurtata f’pazjenti kkurati b’filgrastim. Il-mekkaniżmu tal-vaskulite f’pazjenti li kienu qed jirċievu filgrastim mhuwiex magħruf. Il- frekwenza hi stmata bħala li mhijiex komuni mid-dejta klinika tal-provi.

Każijiet tas-sindrome ta’ Sweets (dermatożi febbrili akuta) ġew irrappurtati fl-isfond ta’ wara t- tqegħid fis-suq. Il-frekwenza hija stmata bħala li mhijiex komuni mid-dejta tal-provi kliniċi.

Fl-istudji kliniċi u fl-isfond ta’ wara t-tqegħid fis-suq, reazzjonijiet avversi pulmonari li kienu jinkludu mard interstizjali tal-pulmun, edema pulmonari, u infiltrazzjoni tal-pulmun ġew irrappurtati f’xi każijiet b’riżultat ta’ waqfien tan-nifs jew sindrome ta’ problemi respiratorji akuti (ARDS), li jistgħu jkunu fatali (ara sezzjoni 4.4).

Każijiet ta’ splenomegalija u milsa mifqugħha ġew irrapportati b’mod mhux komuni wara l-għoti ta’ filgrastim. Xi każijiet ta’ milsa mifqugħha kienu fatali (ara sezzjoni 4.4).

Reazzjonijiet ta’ senisttività eċċessiva li jinkludu anafilassi, raxx, urtikarja, anġjoedema, dispneja u pressjoni baxxa, seħħew mal-kura inizjali jew matul kura sussegwenti fi studhi kliniċi u fl-esperjenza wara t-tqegħid. Globalment, ir-rapporti kienu iktar komuni wara l-għoti ġol-vini. F’xi każijiet, is- sintomi reġgħu seħħew b’rechallenge, u dan jissuġġerixxi relazzjoni kawżali. Filgrastim għandu jitwaqqaf b’mod permanenti f’pazjenti li jkollhom reazzjoni allerġika serja.

Fl-isfond ta’ wara t-tqegħid fis-suq, każijiet iżolati ta’ kriżijiet tas-sickle cells ġew irrappurtati f’pazjenti bil-marda tas-sickle cells (ara sezzjoni 4.4). Il-frekwenza hi stmata bħala li mhijiex komuni mid-dejta tal-provi kliniċi.

Psewdogotta ġiet irrappurtata f’pazjenti bil-kanċer ikkurati b’filgrastim, u l-frekwenza hi stmata bħala li mhijiex komuni mid-dejta tal-provi kliniċi.

Mobilizzazzjoni tal-PBPC f’donaturi normali

Każijiet komuni iżda ġeneralment asintomatiċi ta’ splenomegalija u każijiet mhux komuni ta’ ftuq tal-milsa ġew irrappurtati f’pazjenti u f’donaturi b’saħħithom wara l-għoti ta’ filgrastim (ara sezzjoni 4.4).

Avvenimenti avversi pulmonari bħal emoptisi, emorraġija pulmonari, infiltrazzjoni fil-pulmun, dispneja u nuqqas ta’ ossiġnu, ġew irrappurtati (ara sezzjoni 4.4).

Aggravament ta’ sintomi ta’ artrite ġew irrappurtati b’mod mhux komuni.

Lewkoċitożi (WBC > 50 x 109/L) ġiet osservata f’41% tad-donaturi u tromboċitopenija temporanja (plejtlits < 100 x 109/L) wara l-kura b’filgrastim uil-lewkafereżi ġiet osservata f’35% tad-donaturi.

F’pazjenti b’SCN

Effetti mhux mixtieqa jinkludu splenomegalija, li tista’ tkun progressiva f’minorità ta’ każijiet, u tromboċitopenija (ara sezzjoni 4.4).

Effetti mhux mixtieqa possibbilment marbuta mat-terapija b’filgrastim u tipikament li jseħħu fi < 2% ta’ pazjenti b’SCN, kienu reazzjoni fis-sit tal-injezzjoni, uġigħ ta’ ras, epatomegalija, artralġja, alopeċja, osteoporożi, u raxx.

Matul l-użu fit-tul, vaskulite tal-ġilda ġiet irrappurtata fi 2% ta’ pazjenti b’SCN.

F’pazjenti bl-HIV

Splenomegalija ġiet irrappurtata li kienet marbuta mat-terapija b’filgrastim fi < 3% tal-pazjenti. Fil- każijiet kollha ta’ tkabbir fil-milsa f’pazjenti bl-HIV, dan kien ħafif jew moderat meta sar eżami fiżiku, u l-kors kliniku kien beninn; l-ebda pazjent ma kellu dijanjosi ta’ iperspleniżmu u l-ebda pazjent ma kellu splenektomija. Billi t-tkabbir tal-milsa jinsab b’mod komuni f’pazjenti b’infezzjoni bl-HIV u jinsab fi gradi differenti fil-biċċa l-kbira pazjenti bl-AIDS, ir-relazzjoni mal-kura b’filgrastim mhijiex ċara (ara sezzjoni 4.4).

Popolazzjoni pedjatrika

Dejta minn studji kliniċi b’filgrastim f’pazjenti pedjatriċi, tindika li s-sigurtà u l-effikaċja ta’ filgrastim huma simili kemm fl-adulti kif ukoll fit-tfal li jkunu qed jirċievu kimoterapija ċitotossika, li tissuġġerixxi li m’hemm l-ebda differenzi relatati mal-età fil-farmakokinetika ta’ filgrastim. L- uniku avveniment avvers irrappurtat b’mod konsistenti kien uġigħ muskoloskeletriku, li mhuwiex differenti mill-esperjenza fil-popolazzjoni adulta. M’hemmx biżżejjed dejta biex jiġi vvalutat ulterjorment l-użu ta’ filgrastim f’individwi pedjatriċi.

Popolazzjonijiet speċjali oħra

Pazjenti anzjani

L-ebda differenziglobali fis-sigurtàjewl-effikaċjama kienu osservatibejnl-fuq minn65 senameta mqabbla ma 'adulti iżgħar(>18-il sena) suġġettiqed jirċievu kimoterapija ċitotossikau l- esperjenzaklinikama identifikatxdifferenzi fir-risponsi bejn il-pazjentiadultianzjaniu dawk iżgħar. M'hemmx tagħrif biżżejjedbiex jevalwawużuAccofil f'individwi anzjanigħal indikazzjonijiet oħraAccofil approvati.

Pazjenti pedjatriċi ta’ SCN

Każijiet ta’ densità tal-għadam u osteoporożimnaqqsaġew irrapportatif’pazjenti pedjatriċib’newtropenja kronika u qawwijali kienu qegħdin jirċievukura kronika b’filgrastim.Il- frekwenzahija stmatabħala‘komuni’minn dejtata’ provi kliniċi.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9 Doża eċċessiva

L-effetti ta’ doża eċċessiva ta’ Accofil ma ġewx stabbiliti. It-twaqqif tat-terapija b’filgrastim normalment jirriżulta fi tnaqqis ta’ 50% fin-newtrofili li jkunu jiċċirkolaw fi żmien minn jum sa jumejn, b’ritorn għal-livelli normali fi żmien minn jum sa 7 ijiem.

5. PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1 Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: ċitokini, Kodiċi ATC: L03AA02

Accofil hu prodott mediċinali bijoloġiku simili. Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Effetti farmakodinamiċi

G-CSF umana hi glikoproteina li tirregola l-produzzjoni u l-ħruġ ta’ newtrofili funzjonali mill- mudullun. Accofil li fih r-metHuG-CSF (filgrastim) jikkawża żidiet notevoli fl-għadd tan-newtrofili tad-demm periferali fi żmien 24 siegħa, b’żidiet żgħar fil-monoċiti. F’xi pazjenti b’SCN, filgrastim jista’ jikkaġuna wkoll żieda żgħira fin-numru ta’ eosinofili u basofili li jkunu jiċċirkolaw meta mqabbel mal-linja bażi; xi wħud minn dawn il-pazjenti jista’ jkollhom diġà eosinofilja jew basofilija qabel il-kura. Iż-żidiet fl-għadd tan-newtrofili jiddependu fuq id-doża fid-dożi rakkomandati. In- newtrofili prodotti b’rispons għal filgrastim juru funzjoni normali jew imtejba kif muri minn testijiet tal-funzjoni kemotattika u fagoċitika. Wara t-tmiem tat-terapija b’filgrastim, l-għadd tan-newtrofili li jkunu jiċċirkolaw jonqos b’50% fi żmien minn jum sa jumejn, u jiġi lura għal-livelli normali żmien 1 sa 7 ijiem.

L-użu ta’ filgrastim f’pazjenti li jkunu qed jirċievu kimoterapija ċitotossika jwassal għal tnaqqis sinifikanti fl-inċidenza, is-severità u t-tul ta’ żmien ta’ newtropenija u newtropenija bid-deni. Il-kura b’filgrastim tnaqqas b’mod sinifikanti it-tul ta’ żmien kemm iddum in-newtropenija bid-deni, l-użu tal-antibijotiċi u ż-żmien li wieħed idum l-isptar wara l-kimoterapija tal-induzzjoni għal lewkimja majeloġena akuta jew terapija majeloablattiva segwita minn trapjant tal-mudullun. L-inċidenza ta’ deni u infezzjonijiet dokumentati ma tnaqqsux fl-ebda waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet. It-tul ta’ żmien tad-deni ma tnaqqasx f’pazjenti li kien qed ikollhom terapija majeloablattiva segwita minn trapjant tal-mudullun.

L-użu ta’ filgrastim, jew waħdu, jew wara l-kimoterapija, jimmobilizza ċ-ċelluli ematopojetiċi proġenituri fid-demm periferali. Dawn il-PBPCs awtologi jistgħu jinġabru u jingħataw bħala infużjoni wara terapija ċitotossika b’doża għolja, jew minflok, jew flimkien mat-trapjant tal- mudullun. L-infużjoni tal-PBPCs taċċelera l-irkuprar ematopojetiku u tnaqqas it-tul ta’ żmien ta’ riskju għal kumplikazzjonijiet emorraġiċi u l-ħtieġa għal trasfużjonijiet tal-plejtlits. Ir-reċipjenti ta’ PBPCs alloġeneiċi immobilizzati b’filgrastim, kellhom irkuprar ematoloġiku li kien iktar mgħaġġel

b’mod sinifikanti, li wassal għal tnaqqis sinifikanti fiż-żmien għal irkuprar mhux appoġġjat tal- plejtlits meta mqabbel ma’ trapjant alloġeneiku tal-mudullun.

Studju retrospettiv Ewropew li evalwa l-użu ta’ G-CSF wara trapjant alloġeneiku tal-mudullun f’pazjenti b’lewkimji akuti, issuġġerixxa żieda fir-riskju ta’ GvHD, mortalità marbuta mal-kura (TRM) u mortalità meta ngħata G-CSF. Fi studju internazzjonali retrospettiv separat f’pazjenti b’lewkimji majeloġeni akuti u kroniċi, ma ġie osservat l-ebda effett fuq ir-riskju ta’ GvHD, TRM u l- mortalità. Metaanaliżi ta’ studji fuq trapjanti alloġeneiċi, li tinkludi r-riżultati ta’ disa’ provi prospettivi li fihom il-pazjenti ntgħażlu b’mod każwali, 8 studji retrospettivi u studju 1 ikkontrollat mill-każ, ma sabet l-ebda effett fuq ir-riskji ta’ GvHD akuta, GvHD kronika jew mortalità relatata mal-kura bikrija.

Riskju relattiv (95% CI) ta’ GvHD u TRM

wara l-kura b’G-CSF wara trapjant tal-mudullun (BM)

Pubblikazzjoni

Perjodu tal-

N

GvHD Akuta

GvHD

TRM

Istudju

ta’ Grad II-IV

kronika

MetaAnaliżi

1986-2001

a

1.08

1.02

0.70

(2003)

(0.87, 1.33)

(0.82, 1.26)

(0.38, 1.31)

Studju

1992-2002

b

1.33

1.29

1.73

Retrospettiv

(1.08, 1.64)

(1.02, 1.61)

(1.30, 2.32)

Ewropew

(2004)

Studju

1995-2000

b

1.11

1.10

1.26

Retrospettiv

(0.86, 1.42)

(0.86, 1.39)

(0.95, 1.67)

Internazzjonali

(2006)

aL-analiżi tinkludi studji li jinvolvu trapjant BM matul dan il-perjodu; xi studji użaw GM-CSF bL-analiżi tinkludi pazjenti li kienu qed jirċievu trapjant BM matul dan il-perjodu

L-użu ta’ filgrastim għall-mobilizzazzjoni tal-PBPCs f’donaturi normali qabel it-trapjant alloġeneiku tal-PBPC

F’donaturi normali, doża ta’ 1 MU/kg/jum (10 mikrogrammi/kg/jum) mogħtija taħt il-ġilda għal 4-5 ijiem konsekuttivi, tippermetti l-ġbir ta’ ≥ 4 x 106 CD34+ ċelluli/kg reċipjent BW fil-maġġoranza tad- donaturi wara żewġ lewkaferesi.

L-użu ta’ filgrastim fit-tfal jew adulti b’SCN(newtropenija konġenitali severa, ċiklika, u idjopatika) jikkaġuna żieda sostnuta fl-ANCs fid-demm periferali u tnaqqis fl-infezzjoni u avvenimenti relatati.

L-użu ta’ filgrastim f’pazjenti b’infezzjoni tal-HIV iżomm l-għadd ta’ newtrofili f’livell normali biex jippermetti d-dożaġġ skedat ta’ kuri antivirali u/jew ta’ kuri majelsoppressivi oħrajn. M’hemm l-ebda evidenza li pazjenti b’infezzjoni bl-HIV kkurati b’filgrastim juru żieda fir-replikazzjoni tal-HIV.

Bħal b’fatturi ta’ tkabbir ematopoetiċi oħrajn, G-CSF wera karatteristiċi stimulanti in vitro fuq ċelluli endoteljali umani.

5.2 Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Wara l-għoti taħt il-ġilda tad-dożi rakkomandati, il-konċentrazzjonijiet fis-serum inżammu fuq 10 ng/mL għal 8-16-il siegħa.

Distribuzzjoni

Il-volum apparenti tad-distribuzzjoni fid-demm hu ta’ madwar 150ml/kg.

Eliminazzjoni

Intwera li t-tneħħija ta’ filgrastim ssegwi proċess farmakokinetiku tal-ewwel ordni kemm wara l- għoti taħt il-ġilda jew ġol-vini. Il-half-life tal-eliminazzjoni fis-serum ta’ filgrastim hi ta’ madwar 3.5 sigħat, b’rata ta’ tneħħija ta’ madwar 0.6 ml/min/kg. Infużjoni kontinwa bi Accofil fuq perjodu sa 28 jum, f’pazjenti li jkunu qed jirkupraw minn trapjant awtologu tal-mudullun, ma rriżultat fl-ebda evidenza ta’ akkumulazzjoni tal-mediċina u tal-half-lives tal-eliminazzjoni komparabbli.

Linearità

Hemm korrelazzjoni lineari pożittiva bejn id-doża u l-konċentrazzjoni fis-serum ta’ filgrastim, kemm jekk jingħata ġol-vina jew taħt il-ġilda. Wara l-għoti taħt il-ġilda tad-dożi rakkomandati, il- konċentrazzjonijiet fis-serum inżammu ogħla minn 10 ng/ml għal 8 sa 16-il siegħa. Il-volum ta’ distribuzzjoni fid-demm huwa madwar 150 ml/kg.

5.3 Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Filgrastim ġie studjat fi studji tat-tossiċità minn dożi ripetuti li ħadu sa sena li indikaw tibdil attribwibbli għall-azzjonijiet farmakoloġiċi mistennija, fosthom żidiet fil-lewkoċiti, iperplasija majelojde fil-mudullun, granulopoiesis ekstramedullari u tkabbir tal-milsa. Dawn il-bidliet reġgħu għan-normal wara t-twaqqif tal-kura.

L-effetti ta’ filgrastim fuq l-iżvilupp ta’ qabel it-twelid ġew studjati fil-firien u l-fniek. L-għoti ġol- vina (80 µg/kg/kuljum) ta’ filgrastim lill-fniek waqt il-perjodu ta’ organoġenesi kien tossiku fl-omm u żiedl-abort spontanju, it-telf wara l-impjantazzjoni, u naqas il-kwantita ta’ frieħ ħajjin u l-piż tal- fetu.

Abbażi tad-dejta rrapportata għal prodott ieħor li fih filgrastim simili għal Accofil, kienu osservati sejbiet simili flimkien ma’ żieda fil-malformazzjonijiet fetali b’100 µg/kg/kuljum, doża tossika għall-omm li kienet tikkorrispondi għal espożizzjoni sistemika ta’ madwar 50-90 darba l- espożizzjonijiet osservati f’pazjenti kkurati bid-doża klinika ta’ 5 µg/kg/kuljum. Il-livell ta’ ebda effett avvers osservat għal tossiċità embrijo-fetali f’dan l-istudju kien ta’10 µg/kg/kuljum, li kienet tikkorrispondi għal espożizzjoni sistemika ta’ madwar 3-5 darbiet l-espożizzjonijiet osservati f’pazjenti kkurati bid-doża klinika.

Fil-firien tqal, ma ġiet osservata ebda tossiċità fl-omm jew fil-fetu f’dożi sa 575 µg/kg/kuljum. Il- frieħ tal-firien li ngħataw filgrastim waqt il-perjodi qabel it-twelid u t-treddigħ, urew dewmien fid- differenzazzjoni esterna u dewmien fit-tkabbir (≥20 µg/kg/kuljum) u rata ta’ sopravivenza kemxejn imnaqqsa (100 µg/kg/kuljum).

Filgrastim ma kellu ebda effett osservat fuq il-fertilità ta’ firien irġiel jew nisa.

6. TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1 Lista ta’ eċċipjenti

Acetic acid glacial

Sodium hydroxide

Sorbitol (E420)

Polysorbate 80

Ilma għall-injezzjonijiet.

6.2 Inkompatibbiltajiet

Accofil m’għandux jiġi dilwit b’soluzzjonijiet ta’ ilma mielaħ.

Filgrastim dilwit jista’ jiġi adsorbit mal-ħġieġ u materjali tal-plastik.

Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn ħlief dawk imsemmija f’sezzjoni 6.6.

6.3 Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

36 xahar

L-istabbiltà kimika u fiżika waqt l-użu tas-soluzzjoni dilwita għall-infużjoni ntweriet għal 24 siegħa f’temperatura ta’ bejn 2 C sa 8 °C. Mill-aspett mikrobijoloġiku, il-prodott għandu jintuża immedjatament Jekk ma jintużax immedjatament, iż-żmien tal-ħażna waqt l-użu u l-kundizzjonijiet ta’ qabel l-użu huma r-responsabbiltà tal-utent, u normalment ma jkunux itwal minn 24 siegħa f’temperatura ta’ 2 C sa8 °C, ħlief jekk id-dilwizzjoni ma tkunx saret f’kundizzjonijiet asettiċi kkontrollati u vverifikati.

6.4 Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fi friġġ (2 °C - 8 °C). Tagħmlux fil-friża

L-esponiment aċċidentali ta’ darba għal temperaturi taħt iż-żero mhux se jaffettwa b’mod avvers l- istabbiltà ta’ Accofil . Jekk l-esponiment kien ta’ aktar minn 24 siegħa jew jekk ikun ġie ffriżat iktar minn darba, allura Accofil M’GĦANDUX jintuża.

Fi żmien il-perijodu ta’ fuq l-ixkaffa għal skopijiet ambulatorji, il-pazjent għandu jneħħi l-prodott minn ġol-friġġ u jaħżnu f’temperatura ambjentali tal-kamra (mhux aktar minn 25°C) għal perijodu wieħed sa 15-il ġurnata. Fi tmiem dan il-perijodu, il-prodott m’għandux jitqiegħed fil-friġġ, u għandu jintrema.

Żomm is-siringa fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.

Għall-kundizzjonijiet ta’ ħażna tal-prodott mediċinali dilwit, ara sezzjoni 6.3.

6.5 In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Siringa mimlija għal-lest b’labra tal-injezzjoni bi jew mingħajr ilqugħ tas-sigurtà tal-labra. Pakkett li fih siringa waħda, tliet siringi, ħames siringi, Seba' siringi jew għaxar siringi mimlijin għal-lest, bi jew mingħajr folja u msielaħ tal-alkoħol. Il-pakketti mingħajr folja huma mingħajr ilqugħ tas-sigurtà tal-labra. Il-pakketti tal-folji huma għal siringi individwali b’ilqugħ tas-sigurtà tal-labra mwaħħal minn qabel. Is-siringi mimlija għal-lest huma magħmula minn ħġieġ ta’ Tip I b’labra ta’ azzar li ma jsaddadx li hi mwaħħla b’mod permanenti fit-tarf u għandhom marki stampati ta’ 1/40 għal gradazzjonijiet minn 0.1 ml sa 1 ml fuq il-bettija. L-għatu tal-labra tas-siringa mimlija għal-lest fih lastku naturali xott (ara sezzjoni 4.4). Kull siringa mimlija għal-lest fiha 0.5 ml ta’ soluzzjoni.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6 Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Jekk ikun meħtieġ, Accofil jista’ jiġi dilwit f’5% ta’ glucose. Id-dilwizzjoni għal konċentrazzjoni finali ta’ inqas minn 0.2 MU (2 µg) f’kull mL mhijiex rakkomandata fi kwalunkwe ħin.

Is-soluzzjoni għandha tiġi eżaminata viżwalment qabel l-użu. Għandhom jintużaw biss soluzzjonijiet li jkunu ċari u mingħajr frak.Iċċaqlaqx bis-saħħa.

Għal pazjenti kkurati b’filgrastim dilwit għal konċentrazzjonijiet taħt 1.5 MU (15 µg) kull ml, l- albumina fis-serum uman (HSA) għandha tiġi miżjuda għal konċentrazzjoni finali ta’ 2 mg/ml. Eżempju: F’volum finali tal-injezzjoni ta’ 20 ml, dożi totali ta’ filgrastim ta’ inqas minn 30 MU (300 µg) għandhom jingħataw ma’ soluzzjoni ta’ 0.2 ml ta’ 200 mg/ml (20%) albumina fis-serum uman miżjuda.

Accofil ma fih ebda preservattiv. Minħabba r-riskju possibbli ta’ kontaminazzjoni mikrobijali, is-

siringi mimlijin għal-lest ta’ Accofil huma mfasslin sabiex jintużaw darba biss.

Meta jiġi dilwit f’5% ta’ glucose, Accofil hu kompatibbli mal-ħġieġ u ma’ varjetà ta’ plastiks li jinkludu PVC, polyolefin (co-polymer ta’ polypropylene u polyethylene) u polypropylene.

Kif tuża s-siringa mimlija għal-lest bi protezzjoni tas-sigurtà tal-labra

Il-protezzjoni tas-sigurtà tal-labra tgħatti l-labra biex jiġi evitat korriment ikkawżat mit-tingiż tal- labra. Dan ma jaffettwax l-operat normali tas-siringa. Agħfas il-planġer bil-mod u b’mod konsistenti sakemm id-doża kollha tkun ingħatat u l-planġer ma jkunx jista’ jingħafas iktar. Filwaqt li tkompli tagħfas il-planġer, neħħi s-siringa mill-pazjent. Il-protezzjoni tas-sigurtà tal-labra ser tgħatti l-labra meta terħi l-planġer.

Kif tuża s-siringa mimlija għal-lest mingħajr protezzjoni tas-sigurtà tal-labra

Agħti d-doża skont il-protokoll standard.

Rimi

Kull fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7. DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Accord Healthcare Limited

Sage House

319, Pinner Road

North Harrow, Middlesex HA1 4HF

Ir-Renju Unit

8. NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/14/946/003

EU/1/14/946/004

EU/1/14/946/011

EU/1/14/946/012

EU/1/14/946/013

EU/1/14/946/014

EU/1/14/946/015

EU/1/14/946/016

EU/1/14/946/018

9. DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 18.09.2014

10. DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 26581

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati