Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Actos (pioglitazone hydrochloride) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - A10BG03

Updated on site: 05-Oct-2017

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Pilloli Actos 15 mg

Pilloli Actos 30 mg

Pilloli Actos 45 mg

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Pilloli Actos 15 mg

Kull pillola fiha 15 mg ta’ pioglitazone (bħala hydrochloride).

Eċċipjent b’effett magħruf:

Kull pillola fiha 92.87 mg ta’ lactose monohydrate (ara sezzjoni 4.4).

Pilloli Actos 30 mg

Kull pillola fiha 30 mg ta’ pioglitazone (bħala hydrochloride).

Eċċipjent b’effett magħruf:

Kull pillola fiha 76.34 mg ta’ lactose monohydrate (ara sezzjoni 4.4).

Pilloli Actos 45 mg

Kull pillola fiha 45 mg ta’ pioglitazone (bħala hydrochloride).

Eċċipjent b’effett magħruf:

Kull pillola fiha 114.51 mg ta’ lactose monohydrate (ara sezzjoni 4.4).

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola

Pilloli Actos 15 mg

Il-pilloli huma bojod għal abjad maħmuġ, tondi, bbużżati miż-żewġ naħat u mmarkati b’‘15’ fuq naħa waħda u b’‘ACTOS’ fuq in-naħa l-oħra.

Pilloli Actos 30 mg

Il-pilloli huma bojod għal abjad maħmuġ, tondi, ċatti u mmarkati b’‘30’ fuq naħa waħda u b’‘ACTOS’ fuq in-naħa l-oħra.

Pilloli Actos 45 mg

Il-pilloli huma bojod għal abjad maħmuġ, tondi, ċatti u mmarkati b’‘45’ fuq naħa waħda u b’‘ACTOS’ fuq in-naħa l-oħra.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Pioglitazone huwa indikat bħala kura sekondarja jew terzjarja ta’ dijabete mellitus tat-tip 2 kif deskritt hawn taħt:

bħala monoterapija

-F’pazjenti adulti (speċjalment pażjenti b’piż żejjed) li mhumiex ikkontrollati sew minn dieta u eżerċizzju li għalihom metformin mhux adattat minħabbla kontra- indikazzjonijiet jew intolleranza

bħala terapija doppja mill-ħalq f’taħlita ma’

-metformin, f’pazjenti adulti (speċjalment pażjenti b’piż żejjed) b’kontroll gliċemiku insuffiċjenti minkejja monoterpija b’metformin fl-għola doża ttollerata

-mediċina tat-tip sulphonylurea, f’pazjenti adulti li wrew intolleranza għal metformin jew li għalihom metformin huwa kontra-indikat, b’kontroll gliċemiku insuffiċjenti minkejja monoterpija b’mediċina tat-tip sulphonylurea fl-għola doża ttollerata

bħala terapija trippla mill-ħalq f’taħlita ma’

-metformin u mediċina tat-tip sulphonylurea, f’pazjenti adulti (speċjalment pażjenti b’piż żejjed) b’kontroll gliċemiku insuffiċjenti minkejja terapija doppja mill-ħalq.

-Pioglitazone huwa indikat ukoll għall-użu flimkien ma’ insulina f’pazjenti adulti b’dijabete mellitus tat-tip 2 b’kontroll gliċemiku insuffiċjenti bl-insulina u li għalihom metformin mhux adattat minħabba kontra-indikazzjonijiet jew intolleranza (ara sezzjoni 4.4).

Wara bidu tat-terapija b'pioglitazone, il-pazjenti għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid wara 3 sa 6 xhur sabiex tiġi evalwata s-suffiċjenza tar-rispons għat-trattament (eż. tnaqqis fl-HbA1c). F'pazjenti li juru nuqqas ta’ rispons suffiċjenti, pioglitazone għandu jitwaqqaf. Fid-dawl ta' riskji potenzjali marbuta ma' terapija fit-tul, it-tobba għandhom jikkonfermaw f’evalwazzjonijiet ta’ rutina sussegwenti li l- benefiċċju ta' pioglitazone hu mmantenut (ara sezzjoni 4.4).

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Trattament ta’ Pioglitazone jista’ jinbeda b’15 mg jew 30 mg darba kuljum. Id-doża tista’ tiġi miżjuda bil-mod sa 45 mg darba kuljum.

F’għotja flimkien ma’ insulina, id-doża kurrenti ta’ insulina tista’ titkompla hekk kif tinbeda terapija b’pioglitazone. Jekk il-pazjenti jirrappurtaw ipogliċemija, id-doża ta’ insulina għandha titnaqqas.

Popolazzjoni speċjali

Anzjani

L-ebda aġġustament fid-doża ma huwa neċessarju għall-pazjenti anzjani (ara sezzjoni 5.2). It-tobba għandhom jibdew it-trattament bl-inqas doża possibbli u d-doża tizdied gradwalment, speċjalment meta pioglitazone jingħata flimkien ma’ l-insulina (ara sezzjoni 4.4 Żamma ta’ fluwidu u insuffiċjenza kardijaka).

Indeboliment renali

L-ebda aġġustament fid-doża ma huwa neċessarju f’pazjenti b’indeboliment renali (tneħħijja ta’ creatinine > 4 ml/min) (ara sezzjoni 5.2). M’hemmx tagħrif disponibbli minn pazjenti b’dijalisi u għalhekk pioglitazone m’għandux jintuża f’dawn il-pazjenti.

Indeboliment epatiku

Pioglitazone m’għandux jintuża f’pazjenti b’indeboliment epatiku (ara sezzjoni 4.3 u 4.4).

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta 'Actos fi tfal u adolexxenti taħt l-eta’ ta’ 18-il sena, ma ġewx determinati s’issa. Dejta mhux disponibbli.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Pilloli pioglitazone jittiehdu mill-halq darba kuljum ma’ l-ikel jew mighajr ikel. Pilloli għandhom jinbelgħu ma’ tazza ilma.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Pioglitazone huwa kontraindikat f’pazjenti b’:

-sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1

-insuffiċjenza kardijaka jew passat ta’ insuffiċjenza kardijaka (NYHA stadju I sa IV)

-indeboliment epatiku

-ketoaċidożi dijabetika

-kancer tal-bużżieqa attwali jew storja ta’ kancer tal-bużżieqa

-ematurja makroskopika mhux mistħarrga

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Żamma ta’ fluwidu u insuffiċjenza kardijaka

Pioglitazone jista’ jikkawża żamma ta’ fluwidu, li tista’ tirkada jew twassal għall-insuffiċjenza tal- qalb. Meta jiġu kkurati pazjenti li għandhom ta’ l-inqas fattur ta’ riskju wieħed għall-iżvilupp ta’ nsuffiċjenza tal-qalb konġestiva (e.ż. infart mijokardijaku minn qabel jew mard fl-arterji koronarji bis- sintomi jew fl-anzjani), it-tobba għandhom jibdew bl-inqas doża disponibbli u jżidu d-doża bil-mod. Il-pazjenti għandhom jiġu osservati għal sinjali u sintomi ta’ insuffiċjenza tal-qalb, żieda fil-piż jew edima; speċjalment dawk b’riserva kardijaka mnaqqsa. Kien hemm każijiet wara tqegħid fis-suq ta’ insuffiċjenza kardijaku rrappurtati meta pioglitazone intuża flimkien ma’ insulina jew f’pazjenti b’insuffiċjenza tal-qalb; Pazjenti għandhom jiġu osservati għal sinjali u sintomi ta’ insuffiċjenza tal- qalb, żieda fil-piż jew edima meta pioglitazone jingħata flimkien ma’ insulina. Minħabba li insulina u pioglitazone huma it-tnejn assoċjati ma’ żamma ta’ fluwidu, l-għotja flimkien tista’ żżid ir-riskju ta’ edima. Wara li l-prodott tqiegħed fis-suq każijiet ta’ edema periferali u insuffiċjenza kardijaka kienu rrappurtati wkoll f’pazjenti b’użu konkomitanti ta’ pioglitazone u mediċini anti-infjammatorji mhux sterojdi, li jinkludu inibituri selettivi COX-2. Pioglitazone għandu jitwaqqaf jekk iseħħ xi deterjorament fl-istat kardijaku.

Sar studju dwar ir-riżultat kardjovaskulari b’pioglitazone f’pazjenti taħt il-75 sena b’dijabete mellitus tat-tip 2 u b’mard makrovaskulari maġġuri eżistenti minn qabel. Pioglitazone jew plaċebo kienu miżjuda mat-terapija anti-dijabetika u kardjovaskulari eżistenti sa 3.5 snin. Dan l-istudju wera żieda fir-rapporti ta’ insuffiċjenza tal-qalb, iżda dan ma wassalx għal żieda fil-mortalià f’dan l-istudju.

Anzjani

L-użu flimkien ma’ l-insulina għandu jiġi kkunsidrat b’attenzjoni fl-anzjani minħabba r-riskju ogħla ta’ insuffiċjenza serja tal-qalb.

Fid-dawl tar- riskji relatati ma’ l-eta’ (speċjalment kancer fil-bużżieqa, ksur u insuffiċjenza tal-qalb), il-bilanċ tal-benefiċċji u r-riskji għandhom jiġu kkunsidrati bir-reqqa kemm qabel kif ukoll waqt il- kura fl-anzjani .

Kancer fil-buzzieqa

Każijiet ta' kanċer tal-bużżieqa tal-awrina kienu rrappurtati b'mod aktar frekwenti f’meta-analiżi ta' provi kliniċi kkontrollati b'pioglitazone (19-il każ minn 12,506 pazjent, 0.15%) milli fil-gruppi ta' kontroll (7 każijiet minn 10,212 pazjent, 0.07%) HR = 2.64 (95% CI 1.11-6.31, p = 0.029). Wara l- esklużjoni ta’ pazjenti fejn l-espożizzjoni għall-mediċina tal-istudju kien ta’ inqas minn sena fiż-żmien id-dijanjosi tal-kanċer tal-bużżieqa tal-awrina, kien hemm 7 każijiet (0.06%) fuq pioglitazone u 2 każijiet (0.02%) fil-gruppi ikkontrollati. Studji epidemoloġiċi issuġġerixxew ukoll riskju ta’ żieda żgħira fil-kanċer tal-bużżieqa tal-awrina f'pazjenti dijabetiċi kkurati b'pioglitazone, għalkemm mhux l- istudji kollha identifikaw żieda statistikament sinifikanti fir- riskju.

Fatturi ta’ riskju għal kanċer tal-bużżieqa għandha tiġi evalwata qabel ma tinbeda kura b'pioglitazone (ir-riskji jinkludu l-età, l-istorja tat-tipjip, l-espożizzjoni għal xi aġenti okkupazzjonali jew kimoterapija eż. cyclophosphamide jew qabel it-trattament tar-radjazzjoni fir-reġjun pelviku). Kull ematurja makroskopiċi għandhom jiġu investigati qabel ma tinbeda terapija b'pioglitazone.

Il-pazjenti għandhom jiġu avżati biex iffitxu l-attenzjoni tat-tabib tagħhom jekk ematurja makroskopika jew sintomi oħra bħal tagħmel l-awrina jew urġenza tal-awrina jiżviluppaw waqt it- trattament.

Sorveljanza tal-funzjoni tal-fwied

Kien hemm rapporti rari ta’ disfunzjoni epatoċellolari waqt l-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq (ara sezzjoni 4.8). Għalhekk, huwa rakkomandat li, pazjenti kkurati b’pioglitazone jagħmlu sorveljanza perjodika ta’ l-emżimi tal-fwied. L-enżimi tal-fwied għandhom jiġu ċċekkjati qabel ma tinbeda terapija b’pioglitazone f’kull pazjent. Terapija b’pioglitazone m’għandiex tinbeda f’pazjenti b’livelli miżjuda ta’ l-enżimi tal-fwied fil-linja bażika (ALT > 2.5 X l-għola limitu tan-normal) jew b’xi evidenza oħra ta’ mard tal-fwied.

Wara l-bidu tat-terapija b’pioglitazone, huwa rakkomandat li l-enżimi tal-fwied ikunu sorveljati perjodikament ibbażat fuq ġudizzju kliniku. Jekk il-livelli ta’ ALT jiżdiedu sa 3 X l-għola limitu tan- normal waqt it-terapija b’pioglitazone, il-livelli ta’ l-enżimi tal-fwied għandhom jerġu jiġu ċċekkjati mill-aktar fis possibli. Jekk il-livelli ta’ ALT jibqgħu > 3 X l-għola limitu tan-normal, it-terapija għandha titwaqqaf. Jekk xi pazjent jiżviluppa sintomi li jissuġġerixxu disfunzjoni epatika, li jistgħu jinkludu tqallih mhux spjegat, rimettar, uġigħ addominali, għejja, anoressija u/jew awrina skura, l- enżimi tal-fwied iridu jiġu ċċekkjati. Id-deċiżjoni dwar jekk il-pazjent għandux jitkompla bit-terapija b’pioglitazone għandha tiġi ggwidata minn ġudiżżju kliniku sakemm isiru l-valutazzjonijiet tal- laboratorju. Jekk tkun osservata s-suffejra, il-mediċina għandha titwaqqaf.

Żieda fil-piż

Fi provi kliniċi b’pioglitazone kien hemm evidenza ta’ żieda fil-piż relatata mad-doża, li setgħet kienet minħabba akkumulazzjoni ta’ xaħam u f’xi każijiet assoċjata ma’ żamma ta’ fluwidu. F’xi każijiet żieda fil-piż tista’ tkun sintomu ta’ insuffiċjenza kardijaka, għalhekk il-piż għandu jiġi sorveljat mill- viċin. Parti mill-kura ta’ dijabete hija kontroll tad-dieta. Il-pazjenti għandhom jiġu rakkomandati biex isegwu b’reqqa dieta li tikkontrolla l-ammont ta’ kaloriji.

Ematoloġija

Kien hemm tnaqqis żgħir fil-medja ta’ emoglobina (tnaqqis relattiv ta’ 4%) u ematokrita (tnaqqis relattiv ta’ 4.1%) waqt terapija b’pioglitazone, konsistenti ma’ emodiluzzjoni. Tibdiliet simili dehru fi provi kkontrollati komparattivi b’pioglitazone f’pazjenti kkurati b’metformin (tnaqqis relattiv fl- emoglobina 3 - 4% u fl-ematokrita 3.6 – 4.1%) u fi kwantità inqas b’sulphonylurea u bl-insulina (tnaqqis relattiv fl-emoglobina 1 – 2 % u fl-ematokrita 1 – 3.2%).

Ipogliċemija

Bħala konsegwenza ta’ żieda fis-sensittività għall-insulina, pazjenti li qed jirċievu pioglitazone f’terapija mill-ħalq doppja jew trippla ma’ mediċina tat-tip sulphonylurea jew f’terapija doppja mal- insulina jistgħu jkunu f’riskju ta’ ipogliċemija relatat mad-doża, u tista’ tkun neċessarja tnaqqis fid- doża tal-mediċina tat-tip sulphonylurea jew tal-insulina.

Mard fl-għajnejn

Rapporti ta’ wara t-tqegħid fis-suq ta’ żvilupp jew irkadar ta’ edima makulari dijabetika bi tnaqqis fl- akutezza viżiva ġew irrappurtati b’ thiazolidinediones, inkluż pioglitazone. Ħafna minn dawn il- pazjenti rrappurtaw edima perifirika fl-istess ħin. Mhux ċar jekk hemmx assoċjazzjoni diretta bejn pioglitazone u l-edima makulari iżda it-tobba għandhom joqgħodu attenti għall-possibilità ta’ edima makulari jekk il-pazjenti jirrappurtaw disturbi fl-akutezza viżiva; għandha tiġi kkunsidrata referenza oftalmoloġika xieraq.

Oħrajn

Kienet osservata żieda fl-inċidenza ta’ fratturi fl-għadam fin-nisa f’analiżi globali ta’ reazzjonijiet avversi ta’ fratturi fl-għadam miksuba minn provi kliniċi randomised, ikkontrollati u double blind b’aktar minn 8100 pazjent ikkurat b’pioglitazone u 7400 pazjent ikkurat bi prodott paragun, fuq kura sa 3.5 snin.

Fratturi kienu osservati f’2.6% ta’ nisa li kienu qed jieħdu pioglitazone meta mqabbel ma’ 1.7% tan- nisa kkurati bi prodott paragun. Ma kienux osservati żidiet fir-rati ta’ fratturi fl-irġiel kkurati b’pioglitazone (1.3%) meta mqabbel mal-prodott ta’ paragun (1.5%).

L-inċidenza ta’ fratturi kkalkulata kienet ta’ 1.9 fratturi kull 100 sena ta’ pazjent f’nisa kkurati b’pioglitazone u 1.1 fratturi kull 100 sena ta’ pazjent f’nisa kkurati bi prodott ta’ paragun. Iż-żieda osservata fir-riskju ta’ fratturi għan-nisa f’dan id-dataset fuq pioglitazone għalhekk huwa ta’

0.8 fratturi kull 100 sena ta’ pazjent ta’ użu.

Fl-istudju PROactive dwar ir-riskju kardjovaskulari li dam 3.5 snin, 44/870 (5.1%; 1.0 fratturi kull 100 sena ta’ pazjent) tal-pazjenti nisa kkurati b’pioglitazone kellhom esperjenza ta’ fratturi meta mqabbel ma’ 23/905 (2.5%; 0.5 fratturi kull 100 sena ta’ pazjent) tal-pazjenti nisa kkurati bi prodott paragun. Ma kinietx osservata żieda fir-rata ta’ fratturi f’irġiel ikkurati b’pioglitazone (1.7%) meta mqabbla ma’ prodott paragun (2.1%).

Xi studji epidemjoloġiċi ssuġġerew riskju akbar ta’ ksur b’mod simili kemm fl-irġiel u n-nisa.

Ir-riskju ta’ fratturi għandu jiġi kkunsidrat fil-kura fit-tul ta’ pazjenti kkurati b’pioglitazone (ara sezzjoni 4.8).

Bħala konsegwenza ta’ azzjoni msaħħa ta’ l-insluina, kura b’pioglitazone f’pazjenti bis-sindromu ta’ ovarji poliċistiċi jista’ jwassal għal bidu mill-ġdid tal-ovulazzjoni. Dawn il-pazjenti jistgħu jkunu f’riskju ta’ tqala. Il-pazjenti għandhom ikunu konxji tar-riskju ta’ tqala u jekk il-pazjenta tixtieq tinqabad tqila jew jekk it-tqala sseħħ, il-kura għandha titwaqqaf (ara sezzjoni 4.6).

Pioglitazone għandu jintuża b’attenzjoni waqt l-għotja fl-istess ħin ta’ inibituri (e.ż. gemfibrozil) jew indutturi (e.ż. rifampicin) taċ-ċitokromju P450 2C8. Il-kontroll gliċemiku għandu jiġi sorveljat mill- viċin. Għandhom jiġu kkunsidrati aġġustament fid-doża ta’ pioglitazone fil-firxa ta’ dożaġġ rakkomandat jew bidliet fil-kura dijabetika (ara sezzjoni 4.5).

Il-pilloli Actos fihom lactose monohydrate u għalhekk m’għandhomx jingħataw lill-pazjenti bi problemi ereditarji rari ta’ intolleranza għall-galactose, defiċjenza Lapp lactase jew assorbiment ħażin ta’ glucose-galactose.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Studji ta’ interazzjoni urew li pioglitazone m’għandu l-ebda effett rilevanti fuq il-farmakokinetika u l- anqas fuq il-farmakodinamika ta’ digoxin, warfarin, phenprocoumon u metformin.L-għotja ta’ pioglitazone flimkien ma’ mediċini tat-tip sulphonylureas ma tidhirx li taffettwa il-farmakokinetika tal-mediċini tat-tip sulphonylurea. Studji fil-bniedem jissuġġerixxu li m’hemm l-ebda induzzjoni taċ- ċitokromju prinċipali induċibbli P450, 1A, 2C8/9 u 3A4. Studji in vitro wrew li m’hemm l-ebda induzzjoni ta’ kull sottotip ta’ ċitokromju P450. Mhumiex mistennija interazzjonijiet ma’ sustanzi metabolizzati minn dawn l-enżimi, e.ż. kontraċettivi mill-ħalq, cyclosporin, imblokkaturi tal-kanali tal-kalċju, u inibituri ta’ HMGCoA reductase.

Huwa rrappurtat li l-għotja ta’ pioglitazone flimkien ma’ gemfibrozil (inibitur taċ-ċitokromju

P450 2C8) twassal għall-żieda ta’ 3-darbiet fl-AUC ta’ pioglitazone. Minħabba li hemm potenzjal ta’ żieda fl-effetti avversi relatati mad-doża ta’ pioglitazone, jista’ jkun hemm bżonn ta’ tnaqqis fid-doża ta’ pioglitazone meta gemfibrozil jingħata fl-sitess ħin. Sorveljanza mill-viċin tal-kontroll gliċemiku għandha tiġi kkunsidrata (ara sezzjoni 4.4). Ħija rrappurtata li l-għotja ta’ pioglitazone flimkien ma’ rifampicin (induttur taċ-ċitokromju P450 2C8) twassal għal tnaqqis ta’ 54% fl-AUC ta’ pioglitazone. Jista’ jkun hemm bżonn li d-doża ta’ pioglitazone tiżdied meta rifampicin jingħata fl-istess ħin. Sorveljanza mill-viċin tal-kontroll gliċemiku għandha tiġi kkunsidrata (ara sezzjoni 4.4).

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx dejta biżżejjed fil-bniedem sabiex tiġi determinata is-sigurtà ta’ pioglitazone waqt it-tqala. Restrizzjoni tat-tkabbir tal-fetu kienet evidenti fi istudji b’pioglitazone fuq il-bhejjem. Dan kien attribwit għall-azzjoni ta’ pioglitazone li jnaqqas l-iperinsulinemija fl-omm u jżid ir-reżistenza għall- insulina li jseħħu waqt it-tqala u b’hekk inaqqas id-disponibilità tas-substrati metaboliċi għat-tkabbir tal-fetu. Ir-rilevanza ta’ dan il-mekkaniżmu fil-bnedmin mhix ċara u pioglitazone m’għandux jintuża fit-tqala.

Treddigħ

Intwera li pioglitazone jinstab fil-ħalib ta’ firien li qed ireddgħu. Mhux magħruf jekk pioglitazone jiġix eliminat fil-ħalib tas-sider tal-bniedem. Għalhekk, pioglitazone m’għandux jingħata lill-nisa li qed ireddgħu.

Fertilità

Ma kien hemm l-ebda effet fuq l-indiċi ta’ copulation, mili jew fertilita` fi studji ta’ fertilita` fl- annimali.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Actos m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Madankollu il-pazjenti li jesperjenzaw disturbi viżivi għandhom ikunu kawti waqt is-sewqan jew tħaddim ta’magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Lista ta’ reazzjonijiet avversi f’tabella

Reazzjonijiet avversi rrappurtati aktar (> 0.5%) milli fil-plaċebo u f’aktar minn każ iżolat f’pazjenti li qed jirċievu pioglitazone fi studji double-blind huma mniżżla hawn taħt bis-sistema ta’ terminu ppreferut MedDRA permeżż tas-sistema tal-klassifika tal-organi u frekwenza assoluta. Il-frekwenzi

huma definiti bħala: komuni ħafna (≥ 1/10); komuni (≥ 1/100 sa < 1/10); mhux komuni (≥ 1/1,000 sa < 1/100); rari (≥ 1/10,000 sa< 1/1,000); rari ħafna (< 1/10,000); mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli). F’kull klassi tas-sistemi u tal-organi, ir-reazzjonijiet avversi huma mniżżla skont il-frekwenza, bl-aktar frekwenti l-ewwel, segwit minn kemm huma serji, bl-aktar serji mniżżla l-ewwel.

Effetti mhux

Frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa ta’ pioglitazone b’regimen ta’

mixtieqa

 

 

trattament

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Mono-

 

 

 

 

 

 

Ma’

Ma’

 

Ma’

Ma’ insulina

 

terapija

metformin

Sulpho-

 

metformin u

 

 

 

 

nylurea

 

sulpho-

 

 

 

 

 

 

nylurea

 

Infezzjonijiet u

 

 

 

 

 

 

infestazzjonijiet

 

 

 

 

 

 

Infezzjoni fil-

komuni

komuni

komuni

 

komuni

komuni

passaġġ

 

 

 

 

 

 

respiratorju ta’ fuq

 

 

 

 

 

 

bronkite

 

 

 

 

 

komuni

sinusite

mhux

mhux

mhux

 

mhux

mhux

 

komuni

komuni

komuni

 

komuni

komuni

Neoplażmi

 

 

 

 

 

 

beninni, malinni

 

 

 

 

 

 

u dawk mhux

 

 

 

 

 

 

speċifikati

 

 

 

 

 

 

(inklużi ċesti u

 

 

 

 

 

 

polipi)

 

 

 

 

 

 

kanċer tal-

mhux

mhux

mhux

 

mhux

mhux

bużżieqa tal-

komuni

komuni

komuni

 

komuni

komuni

awrina

 

 

 

 

 

 

Disturbi tad-

 

 

 

 

 

 

demm u tas-

 

 

 

 

 

 

sistema limfatika

 

 

 

 

 

 

anemija

 

komuni

 

 

 

 

Disturbi fis-

 

 

 

 

 

 

sistema immuni

 

 

 

 

 

 

sensittività

mhux

mhux

mhux

 

mhux

mhux

eċċessiva u

magħruf

magħruf

magħruf

 

magħruf

magħruf

reazzjonijiet

 

 

 

 

 

 

allerġiċi1

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-

 

 

 

 

 

 

metabolizmu u n-

 

 

 

 

 

 

nutrizzjoni

 

 

 

 

 

 

ipoglicemija

 

 

mhux

 

komuni ħafna

komuni

 

 

 

komuni

 

 

 

żieda fl-aptit

 

 

mhux

 

 

 

 

 

 

komuni

 

 

 

Disturbi fis-

 

 

 

 

 

 

sistema nervuża

 

 

 

 

 

 

ipoesteżija

komuni

komuni

komuni

 

komuni

komuni

uġigħ ta’ ras

 

komuni

mhux

 

 

 

 

 

 

komuni

 

 

 

sturdament

 

 

komuni

 

 

 

insonnja

mhux

mhux

mhux

 

mhux

mhux

Effetti mhux

Frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa ta’ pioglitazone b’regimen ta’

mixtieqa

 

 

trattament

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Mono-

 

 

 

 

 

 

Ma’

Ma’

 

Ma’

Ma’ insulina

 

terapija

metformin

Sulpho-

 

metformin u

 

 

 

 

nylurea

 

sulpho-

 

 

 

 

 

 

nylurea

 

 

komuni

komuni

komuni

 

komuni

komuni

Disturbi fl-

 

 

 

 

 

 

għajnejn

 

 

 

 

 

 

disturbi viżwali2

komuni

komuni

mhux

 

 

 

 

 

 

komuni

 

 

 

edima makulari

mhux

mhux

mhux

 

mhux

mhux

 

magħruf

magħruf

magħruf

 

magħruf

magħruf

Disturbi fil-

 

 

 

 

 

 

widnejn u fis-

 

 

 

 

 

 

sistema

 

 

 

 

 

 

labirintika

 

 

 

 

 

 

Vertigo

 

 

mhux

 

 

 

 

 

 

komuni

 

 

 

Disturbi fil-qalb

 

 

 

 

 

 

insuffiċjenza tal-

 

 

 

 

 

komuni

qalb3

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

 

 

 

 

 

respiratorji,

 

 

 

 

 

 

toraċiċi u

 

 

 

 

 

 

medjastinali

 

 

 

 

 

 

qtugħ ta’ nifs

 

 

 

 

 

komuni

Disturbi gastro-

 

 

 

 

 

 

intestinali

 

 

 

 

 

 

Gass

 

mhux

komuni

 

 

 

 

 

komuni

 

 

 

 

Disturbi fil-ġilda

 

 

 

 

 

 

u fit-tessuti ta’

 

 

 

 

 

 

taħt il-ġilda

 

 

 

 

 

 

Għaraq

 

 

mhux

 

 

 

 

 

 

komuni

 

 

 

Disturbi

 

 

 

 

 

 

muskolu-

 

 

 

 

 

 

skeletrali u tat-

 

 

 

 

 

 

tessuti konnettivi

 

 

 

 

 

 

ksur ta’ għadam4

komuni

komuni

komuni

 

komuni

komuni

artralġja

 

komuni

 

 

komuni

komuni

uġigħ fid-dar

 

 

 

 

 

komuni

Disturbi fil-kliewi

 

 

 

 

 

 

u fis-sistema

 

 

 

 

 

 

urinarja

 

 

 

 

 

 

ematurja

 

komuni

 

 

 

 

glikosurja

 

 

mhux

 

 

 

 

 

 

komuni

 

 

 

proteina fl-awrina

 

 

mhux

 

 

 

 

 

 

komuni

 

 

 

Effetti mhux

Frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa ta’ pioglitazone b’regimen ta’

mixtieqa

 

 

trattament

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Mono-

 

 

 

 

 

 

Ma’

Ma’

 

Ma’

Ma’ insulina

 

terapija

metformin

Sulpho-

 

metformin u

 

 

 

 

nylurea

 

sulpho-

 

 

 

 

 

 

nylurea

 

Disturbi fis-

 

 

 

 

 

 

sistema

 

 

 

 

 

 

riproduttiva u fis-

 

 

 

 

 

 

sider

 

 

 

 

 

 

disfunzjoni erettili

 

komuni

 

 

 

 

Disturbi ġenerali

 

 

 

 

 

 

u kondizzjonijiet

 

 

 

 

 

 

ta’ mnejn

 

 

 

 

 

 

jingħata

 

 

 

 

 

 

Edima5

 

 

 

 

 

Komuni

 

 

 

 

 

 

ħafna

għejja

 

 

mhux

 

 

 

 

 

 

komuni

 

 

 

Investigazzjonijie

 

 

 

 

 

 

t

 

 

 

 

 

 

żieda fil-piż6

komuni

komuni

komuni

 

komuni

komuni

żieda fil-creatine

 

 

 

 

komuni

 

phosphokinase fid-

 

 

 

 

 

 

demm

 

 

 

 

 

 

żieda ta’ lactic

 

 

mhux

 

 

 

dehydrogenase

 

 

komuni

 

 

 

żieda f’alanine

mhux

mhux

mhux

 

mhux

mhux

aminotransferase7

magħruf

magħruf

magħruf

 

magħruf

magħruf

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

1Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva f’pazjenti kkurati b’pioglitazone kienu rrappurtati wara li l- prodott tqiegħed fis-suq. Dawn ir-reazzjonijiet jinkludu anafilassi, anġjoedima u urtikarja.

2Disturbi viżwali ġew irrappurtati l-aktar fil-bidu tal-kura u huma relatati ma’ tibdil fil-glucose

fid-demm minħabba alterazzjoni temporanja fit-turġidità u fl-indiċi refrattiv tal-lenti kif osservat b’aġenti ipogliċemiċi oħra.

3 Fi provi kliniċi kkontrollati, l-inċidenza ta’ rapporti ta’ insuffiċjenza tal-qalb b’kura b’pioglitazone kienet l-istess bħall-gruppi ta’ kura bil-plaċebo, metformin u sulphonylurea, iżda żdiedet meta ntuża f’terapija kombinata ma’ insulina. Fi studju dwar ir-riżultat f’pazjenti b’mard makrovaskulari maġġuri minn qabel, l-inċidenza ta’ insuffiċjenza serja tal-qalb kienet 1.6% għola b’pioglitazone milli bil- plaċebo, meta miżjud ma’ terapija li tinkludi insulina. Madankollu, dan ma wassalx għal żieda fil- mortalità f’dan l-istudju. F’dan l-istudju f’pazjenti li qed jirċievu pioglitazone u l-insulina, kien osservat persentaġġ ogħla ta’ pazjenti b’insuffiċjenza tal-qalb f’pazjenti li għandhom ≥ 65 sena meta mqabbla ma’dawk iżgħar minn 65 sena (9.7% meta mqabbla ma’4.0%). F’pazjenti fuq l-insulina mingħajr pioglitazone l-inċidenża ta’insuffiċjenza tal-qalb kienet 8.2% f'dawk ≥ 65 sena meta mqabbla ma’ 4.0% f’pazjenti li għandhom inqas minn 65 sena. Insuffiċjenza tal-qalb kienet irrappurtata bl-użu ta’ pioglitazone wara t-tqegħid fis-suq u aktar ta’ spiss meta pioglitazone intuża flimkien ma’ insulina jew f’pazjenti b’passat ta’ insuffiċjenza kardijaka.

4Twettqet analiżi ta’ tagħrif miġbur ta’ rapporti ta’ effetti mhux mixtieqa ta’ fratturi fl-għadam minn provi kliniċi randomised, ikkontrollati b’paragun, u double blind b’aktar minn 8100 pazjent fil-gruppi kkurati b’pioglitazone u 7400 pazjent fil-gruppi kkurrati bi prodott paragun li damu sa 3.5 snin. Kienet osservata rata akbar ta’ fratturi fl-għadam f’nisa li kienu qed jieħdu pioglitazone (2.6%) meta mqabbla mal-paragun (1.7%). Ma kienux osservati żidiet fir-rati ta’ fratturi fl-irġiel kkurati b’pioglitazone (1.3%) meta mqabbel mal-prodott ta’ paragun (1.5%). Fl-istudju PROactive ta’ 3.5 snin, 44/870 (5.1%) tal-pazjenti nisa kkurati b’pioglitazone kellhom esperjenza ta’ fratturi meta mqabbel ma’ 23/905 (2.5%) tal-pazjenti nisa kkurati bi prodott paragun. Ma kinietx osservata żieda fir-rata ta’ fratturi f’irġiel ikkurati b’pioglitazone (1.7%) meta mqabbla ma’ prodott paragun (2.1%). Wara t- tqegħid fis-suq, ġie rrappurtat ksur fl-għadam kemm f’pazjenti rġiel kif ukoll f’pazjenti nisa (ara sezzjoni 4.4).

5Edima kienet irrappurtata f’6 – 9% tal-pazjenti kkurati b’pioglitazone fuq medda ta’ sena fi provi kliniċi kkontrollati. Ir-rati ta’ edima għall-gruppi ta’ paragun (sulphonylurea, metformin) kienu ta’ 2 – 5%. Ir-rapporti ta’ edima ġeneralment kienu ħfief għal moderati u normalment ma kienux jinħtieġu t- twaqqif tal-kura.

6Fi provi attivi kkontrollati ta’ paragun, iż-żieda medja fil-piż bi pioglitazone mogħti bħala monoterapija kienet ta’ 2 – 3 kg fuq medda ta’ sena. Dan huwa simili għal dak sservat fi grupp attiv ta’ paragun b’sulphonylurea. Fi provi ta’ taħlita, pioglitazone miżjud ma’ metformin wassal għall-żieda medja fil-piż fuq medda ta’ sena ta’ 1.5 kg u miżjud ma’ sulphonylurea ta’ 2.8 kg. Fi gruppi ta’ paragun, iż-żieda ta’ sulphonylurea ma’ metformin wasslet għall-żieda medja fil-piż ta’ 1.3 kg u ż- żieda ta’ metformin ma’ sulphonylurea għall-tnaqqis medju fil-piż ta’ 1.0 kg.

7Fi provi kliniċi b’pioglitazone l-inċidenża ta’ elevazzjonijiet ta’ ALT aktar minn tlett darbiet l-għola limitu tan-normal kienet daqs il-plaċebo iżda inqas minn dik li deheret fil-grupp ta’ paragun b’metformin jew b’sulphonylurea. Livelli medji tal-enżimi tal-fwied naqsu b’kura bi pioglitazone. Każijiet rari ta’ żieda fl-enżimi tal-fwied u disfunzjoni epatoċellolari seħħew fl-esperjenza ta’ wara t- tqegħid fis-suq. Minkejja li f’każijiet rari ħafna kien irrappurtat riżultat fatali, relazzjoni kawżali ma ġietx stabbilita.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Fi studji kliniċi, pazjenti ħadu pioglitazone f’doża aktar mill-għola doża rakkomandata ta’ 45 mg kuljum. Id-doża massima rrappurtata ta’ 120 mg/kuljum għal erbat ijiem, u wara 180 mg/kuljum għal sebat ijiem ma kienet assoċjat ma’ l-ebda sintomi.

Ipogliċemija tista’ sseħħ f’għotja flimkien ma’ sulphonylureas jew insulina. Miżuri ta’ sapport sintomatiku u ġenerali għandhom jittieħdu f’każ ta’ doża eċċesiva.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Mediċini li jittieħdu fid-dijabete, mediċini li jbaxxu l-glucose fid- demm, minbarra l-insulini; Kodiċi ATC: A10BG03.

L-effetti ta’ pioglitazone jistgħu jkunu medjati minn tnaqqis fir-reżistenza għall-insulina. Pioglitazone jidher li jaħdem permezz ta’ attivazzjoni ta’ riċetturi nuklejari speċifiċi (peroxisome proliferator

activated receptor gamma) li jwassal għal żieda fis-sensittività għall-insulina tal-fwied, xaħam u ċelloli tal-muskoli skeletrali fl-annimali. Kura b’pioglitazone intweriet li tnaqqas il-ħruġ ta’ glucose mill- fwied u żżid it-tneħħijja periferali ta’ glucose f’każ ta’ reżistenza għall-insulina.

Kontroll gliċemiku waqt is-sawm jew wara l-ikel jitjieb f’pazjenti b’dijabete mellitus tat-tip 2. Il- kontroll gliċemiku mtejjeb huwa assoċjat ma’ tnaqqis fil-konċentrazzjonijiet fil-plażma tal-insulina kemm waqt is-sawm kif ukoll wara l-ikel. Prova klinika ta’ pioglitazone vs. gliclazide bħala monterapija ġiet estiża għal sentejn sabiex jiġi studjat il-ħin sal-falliment tal-kura (definit bħala d- dehra ta’ HbA1c ≥ 8.0% wara l-ewwel sitt xhur ta’ terapija). Analiżi Kaplan-Meier wriet ħin iqsar għall-falliment tal-kura f’pazjenti kkurati b’gliclazide, meta mqabbla ma’ pioglitazone. Wara sentejn, il-kontroll gliċemiku (iddefinit bħala HbA1c < 8.0%) inżamm f’69% tal-pazjenti kkurati b’pioglitazone, meta mqabbla ma’ 50% tal-pazjenti fuq gliclazide. Fi studju ta’ sentejn b’terapija kombinata li qabbel pioglitazone ma’ gliclazide meta miżjuda ma’ metformin, il-kontroll gliċemiku mkejjel bħala it-tibdil medju mill-linja bażika ta’ HbA1c kien simili bejn il-gruppi ta’ kura wara l- ewwel sena. Ir-rata ta’ deterjorazzjoni ta’ HbA1c waqt it-tieni sena kienet inqas b’pioglitazone milli b’gliclazide.

Fi prova kkontrollata bil-plaċebo, pazjenti b’kontroll gliċemiku inadegwat minkejja perjodu ta’ ottimizzazzjoni b’insulina ta’ 3 xhur, kienu randomised għal pioglitazone jew plaċebo għal 12-il xahar. Pazjenti li rċevew pioglitazone kellhom tnaqqis medju f’HbA1c ta’ 0.45% meta mqabbel ma’ dawk li komplew fuq l-insulina biss, u fil-grupp ikkurat b’pioglitazone kien hemm tnaqqis fid-doża tal-insulina.

Analiżi HOMA juri li pioglitazone itejjeb il-funzjoni taċ-ċellola beta kif ukoll iżid is-sensittività għall- insulina. Studji kliniċi ta’ sentejn urew żamma ta’ dan l-effett.

Fi provi kliniċi ta’ sena, pioglitazone b’mod konsistenti wassal għal tnaqqis statistikament sinifikanti fil-proporzjon ta’ albumin/creatinine meta mqabbel mal-linja bażika.

L-effett ta’ pioglitazone (45 mg monoterapija vs. plaċebo) kien studjat fi prova żgħira ta’ 18-il ġimgħa f’pazjenti bid-dijabete tat-tip 2. Pioglitazone kien assoċjat ma’ żieda sinifikanti fil-piż. Xaħam fil- vixxri naqas b’mod sinifikanti, filwaqt li kien hemm żieda fil-massa ta’ xaħam ekstra-addominali. Tibdiliet simili fid-distribuzzjoni tax-xaħam fil-ġisem b’pioglitazone saru flimkien ma’ titjib fis- sensittività għall-insulina. Fil-biċċa l-kbira tal-provi kliniċi, kienu osservati tnaqqis fit-triġliċeridi totali fil-plażma u fil-fatty acids ħielsa, u żieda fil-livelli ta’ HDL-kolesterol meta mqabbel mal-plaċebo, b’żiediet żgħar, iżda klinikament rilevanti fil-livelli ta’ LDL-kolesterol. Fi provi kliniċi li damu sa sentejn, pioglitazone naqqas it-triġliċeridi totali fil-plażma u l-fatty acids ħielsa, u żied l-livelli ta’ HDL kolesterol, meta mqabbel mal-plaċebo, metformin jew gliclazide. Pioglitazone ma wassalx għall- żieda statistikament sinifikanti fil-livell ta’ LDL cholesterol meta mqabbel mal-plaċebo, filwaqt li tnaqqis kien osservat b’metformin u gliclazide. Fi studju ta’ 20 ġimgħa, minbarra li naqqas it- triġliċeridi waqt is-sawm, pioglitazone naqqas l-ipertrigliċeridemija wara l-ikel permezz ta’ effett kemm fuq it-trigliċeridi assorbiti kif ukoll fuq dawk prodotti mill-fwied. Dawn l-effetti kienu indipendenti mill-effetti ta’ pioglitazone fuq il-gliċemija u kienu differenti b’mod statistikament sinifikanti minn dawk ta’ glibenclamide.

Fi PROactive, studju dwar l-effett kardjovaskulari, 5238 pazjent b’dijabete mellitus tat-tip 2 u b’mard makrovaskulari maġġur li kien hemm minn qabel kienu randomised għal pioglitazone jew plaċebo li kienu miżjuda ma’ terapija anti-dijabetika u kardjovaskulari eżistenti, sa 3.5 snin. Il-popolazzjoni taħt studju kellha eta’ medja ta’ 62 sena; it-tul medju tad-dijabete kienet ta’ 9.5 snin. Madwar terz tal- pazjenti kienu qed jirċievu l-insulina flimkien ma’ metformin u jew mediċina tat-tip sulphonylurea. Biex ikunu eliġibbli, il-pazjenti ried ikollhom waħda jew aktar minn dawn li ġejjin: infart mijokardiku, puplesija, intervent kardijaku perkutanju jew bypass bi graft tal-arterja koronarja, sindromu koronarju akut, mard koronarju arterjali, jew mard tal-arterji periferali miżduda. Kważi nofs il-pazjenti kellhom minn qabel infart mijokardijaku u madwar 20% kellhom puplesija. Madwar nofs il-popolazzjoni taħt studju kellhom minn tal-inqas tnejn minn dawn il-kriterji ta’ dħul ta’ passat kardjovaskulari. Kważi s- soġġetti kollha (95%) kienu qed jirċievu prodotti mediċinali kardjovaskulari (imblokkaturi beta,

inibituri ACE, antagonisti ta’ angiotensin II, imblokkaturi tal-kanali tal-kalċju, nitrati, dijuretiċi, aspirina, statins, fibrates).

Għalkemm l-istudju falla fil-mira primarja tiegħu, li kienet magħmula mill-kawżi kollha ta’ mortalità, infart mijokariku mhux fatali, puplesija, sindromu koronarju akut, amputazzjoni maġġura tas-sieq, rivaskularizzazzjoni koronarja u rivaskularizzazzjoni tas-sieq, ir-riżultati ssuġġerixxu li m’hemmx periklu kardjovaskulari dwar l-użu ta’ pioglitazone fit-tul. Madankollu, l-inċidenza ta’ edima, żieda fil-piż u insuffiċjenza tal-qalb żdiedu. Ma kienetx osservata żieda fil-mortalità minn insuffiċjenza tal- qalb.

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini irrinunzjat l-obbligu li jiġu ppreżentati riżultati tal-istudji b’Actos f’kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika f’Diabetes Mellitus Tip 2. Ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Wara għotja mill-ħalq, pioglitazone jiġi assorbit malajr, u l-għola konċentrazzjonijiet fil-plażma ta’ pioglitazone mhux mibdul normalment jintlaħqu sagħtejn wara l-għotja. Żieda proporzjonali fil- konċentrazzjoni fil-plażma kienet osservata f’dozi minn 2 – 60 mg. Stat stabbli jintlaħaq wara erba’ sa sebat ijiem ta’ dożaġġ. Dożaġġ ripetut ma jwassalx f’akkumulazzjoni tal-mediċina jew tal-metaboliti. L-assorbiment mhux influwenzat mit-teħid ta’ ikel. Il-bijodisponibilità assoluta hija aktar minn 80%.

Distribuzzjoni

Il-volum stmat ta’ distribuzzjoni fil-bnedmin huwa ta’ 0.25 l/kg.

Pioglitazone u l-metaboliti attivi kollha huma marbuta b’mod estensiv mal-proteini fil-plażma (>99 %).

Biotrasformazzjoni

Pioglitazone jgħaddi minn metaboliżmu epatiku estensiv permeżż ta’ idroksilazzjoni tal-gruppi ta’ aliphatic methylene. Dan isir primarjament permeżż taċ-ċitokromju P450 2C8, għalkemm isoformi oħra jistgħu jkunu involuti f’ammont inqas. Tlieta mis-sitt metaboliti identifikati huma attivi (M-II, M- III, u M-IV). Meta l-attività, konċetrazzjonijiet u twaħħil mal-proteini jittieħdu f’konsiderazzjoni, pioglitazone u l-metabolita M-III ikkontribwew l-istess għall-effikaċja. Fuq din il-bażi, il-kontribut ta’ M-IV għall-effikaċja huwa madwar tliet-darbiet dik ta’ pioglitazone, filwaqt li l-effikaċja relattiva ta’ M-II hija minima.

Studji in vitro ma wrew l-ebda evidenza li pioglitazone jinibixxi xi sottotip taċ-ċitokromju P450. M’hemm l-ebda induzzjoni tal-isożimi prinċipali ta’ P450 induċibbli 1A, 2C8/9, u 3A4 fil-bniedem.

Studji dwar interazzjoni wrew li pioglitazone m’għandu l-ebda effett relevanti la fuq il- farmakokinetika u lanqas fuq il-farmakodinamika ta’ digoxin, warfarin, phenprocoumon u metformin. L-għotja ta’ pioglitazone flimkien ma’ gemfibrozil (inibitur taċ-ċitokromju P450 2C8) jew ma’ rifampicin (induttur taċ-ċitokromju P450 2C8) huwa rrappurtat li jżid jew inaqqas, rispettivament, il- konċentrazzjoni fil-plażma ta’ pioglitazone (ara sezzjoni 4.5).

Eliminazzjoni

Wara għotja mill-ħalq ta’ pioglitazone radjulabiljat lill-bniedem, it-tikkettjar miġbur kien l-aktar fil- feċi (55%) u f’ammont inqas fl-awrina (45%). Fl-annimali, jista’ jiġi osservat ammont żgħir biss ta’

pioglitazone mhux mibdul fl-awrina jew fil-feċi. Il-half-life medja ta’ eliminazzjoni mill-plażma ta’ pioglitazone mhux mibdul fil-bniedem hija 5 sa 6 sigħat u għall-metaboliti attivi kollha tiegħu, 16 sa 23 siegħa.

Anzjani

Il-farmakokinetika fi stat stabbli ta’ pazjenti b’eta’ ta’ 65 sena jew aktar hija simili għal dik f’pazjenti żgħar.

Pazjenti b’indeboliment renali

F’pazjenti b’indeboliment renali, il-konċentrazzjonijiet fil-plażma ta’ pioglitazone u l-metaboliti tiegħu huma inqas minn dawk li dehru f’soġġetti b’funzjoni renali normali, iżda t-tneħħija mill-ħalq tas-sustanża oriġinali hija simili. Għalhekk il-konċentrazzjoni ta’ pioglitazone ħieles (mhux marbut) baqgħet ma nbidletx.

Pazjenti b’indeboliment epatiku

Il-konċentrazzjoni totali fil-plażma ta’ pioglitazone ma mbidletx, iżda b’volum ta’ distribuzzjoni miżjud. Tneħħija intrinsika hija għalhekk imnaqqsa, flimkien ma’ porzjon ikbar ta’ pioglitazone mhux marbut.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Fi studji tossikoloġiċi, l-espansjoni tal-volum tal-plażma permeżz ta’ emodiluzzjoni, anemija u ipertrofija kardijaka eċċentrika riversibbli kienet apparenti b’mod konsistenti wara dożaġġ ripetut fil- ġrieden, firien, klieb u xadini. Kienet osservata wkoll żieda fid-depożizzjoni u l-infiltrazzjoni tax- xaħam. Dawn is-sejbiet kienu osservati fi speċi differenti b’konċentrazzjonijiet fil-plażma 4 darbiet l- espożizzjoni klinika. Restrizzjoni fit-tkabbir tal-fetu kienet apparenti fi studji fl-annimali b’pioglitazone. Dan kien attribwit lill-azzjoni ta’ pioglitazone li tnaqqas l-iperinsulinemija fl-omm u liż-żieda fir- reżistenza għall-insulina li sseħħ waqt it-tqala, li b’hekk inaqqsu d-disponibilità ta’ substrati metaboliċi għat-tkabbir tal-fetu.

Pioglitazone ma kellux potenzjal ġenotossiku f’sensiela kompluta ta’ analiżi ġenotossika in vivo u in vitro. Żieda fl-inċidenza ta’ iperplażja (rġiel u nisa) u ta’ tumuri (rġiel) fl-epitilju tal-bużżieqa tal- awrina kienet apparenti fil-firien ikkurati b’pioglitazone sa sentejn.

Il-formazzjoni u l- preżenza ta’ kalkuli fis-sistema urinarja b’irritazzjoni sussegwenti u iperplażja ġie postulat bħala l-bażi mekkanistiku għar-rispons tumuroġeniku osservat fil-firien irġiel. Studju mekkanistiku ta’24 xahar fil-firien irġiel wera’ li l-amministrazzjoni ta' pioglitazone rriżulta f'inċidenza akbar ta’ bidliet iperplażji fil-bużżieqa tal-awrina. Dieta ta’ aċidifikazzjoni naqset b’mod sinifikanti iżda ma neħħitx l-inċidenza ta’ tumuri. Il-preżenza ta’microkristalli ħraxet ir-rispons iperplastiku imma ma kienx meqjus bħala l-kawża primarja ta' bidliet iperplażji. Ir-rilevanza għall- bniedem tas-sejbiet tumuroġenici fil-far raġel ma tistax tiġi eskluża.

Fl-ebda sess ma kien hemm rispons tumuroġeniku fil-ġrieden. Fil-klieb jew xadini kkurat bil- pioglitazone sa 12-il xahar ma dehritx iperplażja tal-bużżieqa tal-awrina.

F’mudell tal-annimali ta’ adenomatous polyposis familjali (FAP), kura b’żewġ thiazolidinediones oħra żiedet il-multipliċità tat-tumuri fil-musrana. Ir-rilevanza ta’ din is-sejba mhix magħrufa.

Rapport ta’ Stima tar-Riskju Ambjentali (ERA):

L-ebda impatt ambjentali ma huwa antiċipat mill-użu kliniku ta’ pioglitazone.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Carmellose calcium

Hyprolose

Lactose monohydrate

Magnesium stearate

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ħażna speċjali.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Aluminju/Folja tal-aluminju, pakketti ta’ 14, 28, 30, 50, 56, 84, 90, 98, 112 u 196 pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

L-ebda ħtiġijiet speċjali għar-rimi.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Takeda Pharma A/S

Dybendal Alle 10

DK-2630 Taastrup

Id-Danimarka

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/00/150/001

EU/1/00/150/002

EU/1/00/150/003

EU/1/00/150/004

EU/1/00/150/005

EU/1/00/150/006

EU/1/00/150/007

EU/1/00/150/008

EU/1/00/150/009

EU/1/00/150/010

EU/1/00/150/011

EU/1/00/150/012

EU/1/00/150/013

EU/1/00/150/014

EU/1/00/150/015

EU/1/00/150/016

EU/1/00/150/017

EU/1/00/150/018

EU/1/00/150/019

EU/1/00/150/020

EU/1/00/150/021

EU/1/00/150/022

EU/1/00/150/023

EU/1/00/150/024

EU/1/00/150/025

EU/1/00/150/026

EU/1/00/150/027

EU/1/00/150/028

EU/1/00/150/029

EU/1/00/150/030

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 13/10/2000

Data tal-aħħar tiġdid: 31/08/2010

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati