Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Adcirca (Tadalafil Lilly) (tadalafil) – Fuljett ta’ tagħrif - G04BE08

Updated on site: 11-Jul-2017

Isem tal-MediċinaAdcirca (Tadalafil Lilly)
Kodiċi ATCG04BE08
Sustanzatadalafil
ManifatturEli Lilly Nederland B.V.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

ADCIRCA 20 mg pilloli miksijin b’rita

Tadalafil

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu ADCIRCA u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu ADCIRCA

3.Kif għandek tieħu ADCIRCA

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen ADCIRCA

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu ADCIRCA u għalxiex jintuża

ADCIRCA fih is-sustanza attiva tadalafil.

ADCIRCA huwa trattament għall-pressjoni għolja fl-arterji pulmonari fl-adulti.

Jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini msejħa inibituri ta’ phosphodiesterase tip 5 (PDE5) li jaħdmu billi jgħinu lill-arterji madwar il-pulmun tiegħek jirrilassaw, u b’hekk jitjieb il-fluss tad-demm għal ġol-pulmun tiegħek. B’riżultat ta’ dan il-kapaċità tiegħek li tagħmel l-attività fiżika titjieb.

2.X'għandek tkun taf qabel ma tieħu ADCIRCA

Tiħux ADCIRCA jekk inti:

-allerġiku għal tadalafil jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

-qed tieħu xi forma ta’ nitrati bħal amyl nitrite li jintuża fit-trattament tal-uġigħ fis-sider. ADCIRCA intwera li jżid l-effetti ta’ dawn il-mediċini. Jekk qed tieħu xi forma ta’ nitrate jew m’ intix ċert, għid lit-tabib tiegħek.

-qatt kellek telf tal-vista – kundizzjoni deskritta bħal “puplesija tal-għajn” (newropatija ottika iskemika anterjuri li m’hijiex arteritika – NAION).

-kellek attakk tal-qalb fl-aħħar 3 xhur.

-għandek pressjoni baxxa.

-qed/a tieħu riociguat. Din il-mediċina tintuża għat-trattament tal-ipertensjoni arterjali pulmonarja (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni) u ipertensjoni pulmonarja tromboembolika kronika (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni kkawżata minn ċapep fid- demm). Ġie muri li inibituri ta’ PDE5, bħal ADCIRCA, iżidu l-effetti ipotensivi ta’ din il- mediċina. Jekk qed/a tieħu riociguat jew m’intix ċert/a għid lit-tabib tiegħek.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu ADCIRCA.

Qabel ma tieħu l-pilloli, għid lit-tabib tiegħek jekk għandek:

-xi problemi tal-qalb oħra minbarra l-pressjoni għolja fl-arterji pulmonari

-problemi bil-pressjoni

-xi mard tal-għajnejn ereditarju

-anormalità taċ-ċelloli ħomor tad-demm (anemija b’ċelloli forma ta’ minġel)

-kanser tal-mudullun tal-għadam (mijeloma multipla)

-kanser taċ-ċelloli tad-demm (lewkimja)

-xi deformazzjoni fil-pene, jew erezzjonijiet mhux mixtieqa jew persistenti li jdumu aktar minn 4 sigħat

-problema serja fil-fwied

-problema serja fil-kliewi.

Jekk f’daqqa waħda tesperjenza tnaqqis jew telf tal-vista, kellem lit-tabib tiegħek minnufih.

Tfal u adolexxenti

ADCIRCA mhux indikat għall-użu mit-tfal u minn adolexxenti taħt it-tmintax-il sena.

Mediċini oħra u ADCIRCA

Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew se tieħu xi mediċini oħra. TIĦUX dawn il-pilloli jekk diġà qiegħed tieħu n-nitrati.

Xi mediċini jistgħu jiġu affettwati b’ADCIRCA jew jistgħu jaffettwaw kemm jaħdem tajjeb ADCIRCA. Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk diġà qed tieħu:

-bosentan (kura oħra għall-pressjoni għolja fl-arterji pulmonari)

-nitrati (għall-uġigħ fis-sider)

-imblokkatur tar-riċetturi alfa li jintużaw għall-pressjoni għolja jew għall-problemi fil-prostata.

-riociguat.

-rifampicin (għall-kura ta’ infezzjonijiet tal-batteri)

-pilloli ta’ ketoconazole (għall-kura ta’ infezzjonjiet tal-fungi)

-ritonavir (għall-kura tal-HIV)

-pilloli għad-disfunzjoni erettili (inibituri ta’ PDE5).

ADCIRCA mal-alkoħol

Ix-xorb alkoħoliku jista’ jbaxxilek il-pressjoni temporanjament. Jekk ħadt jew qed tippjana li tieħu ADCIRCA, evita x-xorb eċċessiv (aktar minn 5 unitajiet ta’ alkoħol), billi dan jista’ jżid ir-riskju ta’ sturdament meta tqum bilwieqfa.

Tqala, treddigħ u fertilità

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. Tiħux ADCIRCA meta tkun tqila, sakemm mhux assolutament neċessarju u ddiskutejtha mat-tabib tiegħek.

Treddax waqt li tkun qegħda tieħu dawn il-pilloli għaliex mhux magħruf jekk il-mediċina tgħaddix fil- ħalib tas-sider uman. Ħu parir mingħand it-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina waqt li tkun tqila jew qegħda tredda’.

Meta kienu ttrattati l-klieb, kien hemm tnaqqis fl-iżvilupp ta’ sperma fit-testikoli. Ġie osservat li kien hemm xi tnaqqis ta’ sperma f’xi irġiel. Mhuwiex probabbli li dawn l-effetti jwasslu għal xi nuqqas fil- fertilità.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Ġie rrapportat l-isturdament. Oqgħod attent kif tirrejaġixxi għal mediċini qabel ma ssuq jew tħaddem xi magni.

ADCIRCA fih il-lactose

Jekk taf li għandek xi intolleranza għal xi zokkor, ikkuntattja lit-tabib qabel ma tieħu din il-mediċina.

3.Kif gћandek tieћu ADCIRCA

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skond il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

ADCIRCA jiġi bħala pillola ta’ 20 mg. Id-doża normali hi ta’ żewġ pilloli ta’ 20 mg darba kuljum. Għandek tieħu ż-żewġ pilloli fl-istess ħin, waħda wara l-oħra. Jekk għandek problema ħafifa jew moderata fil-fwied jew kliewi, it-tabib tiegħek jista’ jgħidlek tieħu pillola waħda biss ta’ 20 mg kuljum.

Ibla’ l-pilloli sħaħ bi ftit ilma. Il-pilloli jistgħu jittieħdu mal-ikel jew fuq stonku vojt.

Jekk tieħu ADCIRCA aktar milli suppost

Jekk inti jew xi ħadd ieħor jieħu aktar pilloli milli suppost, għid lit-tabib tiegħek jew mur l-isptar minnufih, u ħu miegħek il-mediċina jew il-pakkett. Jista’ jkollok kwalunkwe wieħed mill-effetti sekondarji deskritti f’sezzjoni 4.

Jekk tinsa tieħu ADCIRCA

Ħu d-doża malli tiftakar jekk ma jkunux għaddew aktar minn 8 sigħat minn meta tkun suppost ħadt id- doża. TIĦUX doża doppja biex tpatti għad-doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu ADCIRCA

Tiqafx tieħu l-pilloli, sakemm ma jkunx qallek it-tabib tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Dawn l-effetti normalment ikunu ta’ natura ħafifa jew moderata.

Jekk ikollok xi effetti sekondarji minn dawn li ġejjin ieqaf uża l-mediċina u fittex l-attenzjoni medika immedjatament:

-reazzjonijiet allerġiċi li jinkludu raxx (frekwenza komuni).

-uġigħ fis-sider - tużax nitrati iżda fittex għajnuna medika immedjatament (frekwenza komuni).

-erezzjoni fit-tul u possibilment bl-uġigħ wara li tieħu ADCIRCA (frekwenza mhux komuni).

Jekk għandek din it-tip ta’ erezzjoni, li ddum kontinwament għal aktar minn 4 sigħat għandek tikkuntattja lit-tabib immedjatament.

-telf tal-vista f’daqqa waħda (irrappurtata b’mod rari).

L-effetti sekondarji li ġejjin ġew irrappurtati b’mod komuni ħafna f’pazjenti li qed jieħdu ADCIRCA (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10): uġigħ ta’ ras, ħmura fil-wiċċ, konġestjoni tal- imnieħer u tas-sinus (imnieħer misdud), dardir, indiġestjoni (li jinkludi uġigħ jew dwejjaq fl-istonku), uġigħ fil-muskoli, uġigħ fid-dahar u uġigħ fl-estremitajiet (li jinkludi skumdità fid-dirgħajn u fir- riġlejn)

Ġew irrappurtati effetti sekondarji oħra:

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10)

vista mċajpra, pressjoni baxxa tad-demm, faġra, rimettar, żieda fid-demm mill-utru jew li mhuwiex normali, reazzjonijiet allerġiċi (li jinkludu raxxijiet fil-ġilda), nefħa fil-wiċċ, rifluss tal-aċidu mill-istonku, emigranja, qalb li tħabbat b’mod irregolari u ħass ħażin.

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100)

konvulżjonijiet, telf temporanju tal-memorja, ħorriqija, tegħreq ħafna, dmija mill-pene, il- presenza ta’ demm fis-semen u/jew fl-awrina, pressjoni għolja tad-demm, il-qalb tibda tħabbat b’rata mgħaġġla, mewta kardijaka għal għarrieda u żanżin fil-widnejn.

L-inibituri ta’ PDE5 huma wkoll użati fil-kura ta’ disfunzjoni erettili fl-irġiel. Ġew irrappurtati b’mod rari xi effetti sekondarji:

– tnaqqis jew telf tal-vista, parzjali, temporanju jew permanenti f’għajn waħda jew fit-tnejn, u reazzjoni allerġika serja li tikkawża nefħa fil-wiċċ jew fil-gerżuma. Ġie rrappurtat ukoll tnaqqis jew telf ta’ smigħ b’mod għal għarrieda.

Ġew irrappurtati xi effetti sekondarji f’irġiel li ħadu tadalafil għall-kura ta’ disfunzjoni erettili. Dawn l- avvenimenti ma dehrux fl-istudji kliniċi għall-ipertensjoni arterjali pulmonarja u għalhekk il- frekwenza mhijiex magħrufa:

nefħa tal-kpiepel tal-għajnejn, uġigħ fl-għajnejn, għajnejn ħomor, attakk tal-qalb u attakk ta’ puplesija.

Ħafna iżda mhux dawk l-irġiel kollha li rrapportaw rata mgħaġġla tal-qalb, qalb li tħabbat b’mod irregolari, attakk tal-qalb, puplesija u mewta kardijaka għal għarrieda kellhom problemi tal-qalb magħrufa minn qabel ma ħadu tadalafil. Mhux possibbli li jkun determinat jekk dawn l-avvenimenti kinux relatati direttament ma’ tadalafil.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen ADCIRCA

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara ‘JIS’. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità. Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih ADCIRCA

Is-sustanza attiva hi tadalafil. Kull pillola fiha 20 mg ta’ tadalafil. Is-sustanzi l-oħra huma:

Qalba tal-pillola: lactose monohydrate, croscarmellose sodium, hydroxypropylcellulose, microcrystalline cellulose, sodium laurilsulfate, magnesium stearate.

Kisja b’rita: lactose monohydrate, hypromellose, triacetin, titanium dioxide (E171), iron oxide isfar

(E172), iron oxide aħmar (E172), talc.

Kif jidher ADCIRCA u l-kontenut tal-pakkett

ADCIRCA 20 mg jiġi bħala pilloli oranġjo miksijin b’rita. Dawn għandhom forma ta’ lewża, u huma mmarkati "4467" fuq naħa waħda.

ADCIRCA 20 mg issibu f’pakketti b’folji ta’ 28 jew 56 pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq : Eli Lilly Nederland B.V., Papendorpseweg 83, 3528 BJ Utrecht, L-Olanda

Manifattur: Lilly S.A., Avda. de la Industria 30, 28108 Alcobendas, Madrid, Spanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Belgique/België/Belgien

 

Lietuva

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

 

Eli Lilly

Holdings Limited atstovybė

 

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

 

Tel. +370 (5) 2649600

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Luxembourg/Luxemburg

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

България

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ТП "Ели

Лили Недерланд" Б.В. - България

 

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

 

 

 

тел. + 359 2 491 41 40

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

 

 

Česká republika

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Magyarország

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ELI LILLY ČR,

s.r.o.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Lilly Hungária

Kft.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: + 420 234 664 111

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: + 36 1 328 5100

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Danmark

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Malta

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Eli Lilly

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Charles

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Danmark A/S

 

 

de Giorgio Ltd.

Tlf: +45 45 26 60 00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: + 356 25600 500

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Deutschland

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Nederland

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Eli Lilly

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Lilly Deutschland GmbH

 

 

 

 

 

 

 

 

Nederland B.V.

Tel. + 49-(0) 6172 273 2222

 

 

 

 

 

Tel: + 31-(0) 30 60 25 800

 

 

Eesti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Norge

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Eli Lilly Holdings Limited Eesti filiaal

 

 

 

Eli Lilly Norge A.S.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +372 6 817 280

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tlf: + 47 22 88 18 00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ελλάδα

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Österreich

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Eli Lilly

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ΦΑΡΜΑΣΕΡΒ-ΛΙΛΛΥ Α.Ε.Β.Ε.

 

 

 

Ges.m.b.H.

Τηλ: +30 210 629 4600

 

 

 

 

 

 

 

Tel: + 43-(0) 1 711

 

 

 

 

 

 

España

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Polska

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Lilly S.A.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Eli Lilly Polska Sp. z o.o.

 

 

Tel: + 34-

91 663 50 00

 

 

 

 

 

 

Tel: +48 22 440 33 00

 

 

 

 

 

 

 

France

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Portugal

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Lilly France SAS

 

 

 

 

 

 

 

Lilly Portugal Produtos Farmacêuticos, Lda

Tél: +33-(0) 1 55

49 34 34

 

 

 

Tel: + 351-21-4126600

 

 

 

 

 

Hrvatska

 

 

 

 

 

 

 

 

România

 

 

 

 

 

 

 

 

Eli Lilly

 

 

 

 

 

 

 

Eli Lilly

 

 

 

 

 

 

 

Hrvatska d.o.o.

 

România S.R.L.

Tel: +385 1 2350 999

 

 

 

 

 

Tel: + 40 21 4023000

 

 

 

 

 

 

Ireland

 

 

 

 

 

 

Slovenija

 

 

 

 

 

 

 

Eli Lilly

and Company (Ireland) Limited

 

 

Eli Lilly

farmacevtska družba, d.o.o.

 

Tel: + 353-(0) 1 661 4377

 

 

 

Tel: +386 (0)1 580 00 10

 

 

Ísland

 

 

 

 

 

Slovenská republika

 

 

 

Icepharma hf.

 

 

 

Eli Lilly Slovakia, s.r.o.

 

Sími: + 354 540 8000

 

 

Tel: + 421 220 663 111

 

 

Italia

 

 

 

Suomi/Finland

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Eli Lilly Italia S.p.A.

 

 

 

Oy Eli Lilly Finland Ab

 

 

 

Tel: + 39- 055 42571

 

 

 

Puh/Tel: + 358-(0) 9 85

45 250

 

Κύπρος

 

 

 

 

 

 

Sverige

 

 

 

 

 

 

Phadisco

 

 

 

 

 

Eli Lilly

 

 

 

 

 

 

Ltd

Sweden AB

Τηλ: +357 22

 

 

Tel: + 46-(0) 8 7378800

 

 

 

Latvija

 

 

 

 

United Kingdom

 

 

 

 

Eli Lilly

Holdings Limited pārstāvniecība Latvijā

 

Eli Lilly and Company Limited

 

Tel: +371 67364000

 

 

Tel: + 44-(0) 1256 315000

 

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 26581

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati