Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Adempas (riociguat) – Fuljett ta’ tagħrif - C02KX05

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaAdempas
Kodiċi ATCC02KX05
Sustanzariociguat
ManifatturBayer AG

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Adempas 0.5 mg pilloli miksija b’rita

Adempas 1 mg pilloli miksija b’rita

Adempas 1.5 mg pilloli miksija b’rita

Adempas 2 mg pilloli miksija b’rita

Adempas 2.5 mg pilloli miksija b’rita

Riociguat

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Adempas u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Adempas

3.Kif għandek tieħu Adempas

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Adempas

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Adempas u għalxiex jintuża

Adempas fih is-sustanza attiva riociguat. Riociguat hu tip ta’ mediċina li tissejjaħ stimulatur ta’ guanylate cyclase (sGC - guanylate cyclase stimulator). Jaħdem billi jwessa’ l-arterji pulmonari (il- kanali tad-demm li jgħaqqdu l-qalb mal-pulmun), u jagħmilha iktar faċli għall-qalb biex tippompja d- demm għal ġol-pulmun. Adempas jista’ jintuża biex jikkura adulti b’ċerti forom ta’ pressjoni pulmonari għolja, kondizzjoni li fiha dawn il-kanali tad-demm jidjiequ, u dan jagħmilha aktar diffiċli għall-qalb biex tippompja d-demm minn ġewwa fihom u jwassal għal pressjoni għolja fil-kanali. Peress li l-qalb teħtieġ taħdem aktar min-normal, persuni bi pressjoni pulmonari għolja iħossuhom għajjenin, storduti u bi qtugħ ta’ nifs. Billi jwessa’ l-arterji dojoq, Adempas iwwassal għal titjib fil- ħila tiegħek li twettaq attività fiżika.

Adempas jintuża f’kull waħda miż-żewġ tipi ta’ pressjoni pulmonari għolja:

pressjoni għolja pulmonari tromboembolika kronika (CTEPH - chronic thromboembolic pulmonary hypertension).

F’CTEPH, il-kanali tad-demm tal-pulmun ikunu mblukkati jew djiequ b’emboli tad-demm. Adempas jista’ jintuża f’pazjenti b’CTEPH li ma jistgħux jiġu operati, jew wara operazzjoni f’pazjenti li jibqa’ jkollhom pressjoni għolja fil-pulmun jew li din terġa’ titfaċċa.

ċerti tipi ta’ pressjoni għolja fl-arterji tal-pulmun (PAH - pulmonary arterial hypertension).

F’PAH, il-ħajt tal-kanali tad-demm tal-pulmun jeħxien u l-kanali jidjiequ. Adempas huwa preskritt biss għal ċerti forom ta’ PAH, jiġifieri PAH idjopatika (l-kawża ta’ PAH mhix magħrufa), PAH li tintiret u PAH ikkawżata minn mard tat-tessut konnettiv. It-tabib tiegħek se jiċċekkja dan. Adempas jista’ jittieħed waħdu jew flimkien ma’ ċerti mediċini oħrajn li jintużaw għall-kura ta’ PAH.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Adempas

TIĦUX Adempas:

-jekk qed tieħu ċerti mediċini li jissejħu inibituri ta’ PDE-5 (eż. sildenafil, tadalafil, vardenafil). Dawn huma mediċini li jintużaw għall-kura ta’ pressjoni għolja fl-arterji tal-pulmun (PAH) jew disfunzjoni erettili.

-jekk għandek problemi severi tal-fwied (indeboliment sever tal-fwied, Child Pugh Ċ).

-jekk inti allerġiku għal riociguat jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6).

-jekk inti

tqila.

-jekk qed tieħu nitrates jew donaturi ta’ nitric oxide (bħal amyl nitrite) fi kwalunkwe forma, mediċini li ta’ spiss jintużaw għall-kura ta’ pressjoni għolja, uġigħ fis-sider jew mard tal-qalb. Dan jinkludi wkoll drogi għar-rikreazzjoni msejħa ‘poppers’.

-jekk għandek pressjoni baxxa (pressjoni sistolika tad-demm ta’ inqas minn 95 mmHg) qabel tibda l-ewwel kura b’din il-mediċina.

-jekk għandek żieda fil-pressjoni fiċ-ċirkolazzjoni pulmonari tiegħek assoċjata mat-trobbija ta' qoxra fil-pulmuni, ta' kawża mhux magħrufa (pulmonite interstizjali idjopatika).

Jekk xi waħda minn dawn tapplika għalik, kellem lit-tabib tiegħek l-ewwel u tiħux Adempas.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Adempas jekk:

-dan l-aħħar kellek ħruġ ta’ demm serju mill-pulmun, jew jekk irċivejt kura biex tieqaf tisgħol id-demm (embolizzazzjoni tal-arterji tal-bronki).

-tieħu mediċini li jraqqu d-demm (sustanzi kontra il-koagulazzjoni tad-demm) għax dan jista’ jikkawża ħruġ ta’ demm mill-pulmun. It-tabib tiegħek se jimmonitorjak regolarment.

-tħoss qtugħ ta’ nifs waqt il-kura b’din il-mediċina, dan jista’ jkun ikkawżat minn akkumulazzjoni ta’ fluwidu fil-pulmun. Kellem lit-tabib tiegħek jekk dan iseħħ.

-għandek problemi tal-qalb jew fiċ-ċirkolazzjoni.

-għandek iktar minn 65 sena.

-il-kliewi tiegħek ma jaħdmux kif suppost (tneħħija tal-krejatinina ta’ < 30 ml/min) jew jekk qiegħed fuq id-dijalisi għax l-użu ta’ din il-mediċina mhuwiex rakkomandat.

-għandek problemi moderati fil-fwied (indeboliment tal-fwied, Child Pugh B).

-tibda jew tieqaf tpejjep waqt il-kura b’din il-mediċina, għax dan jista’ jinfluwenza l-livell ta’ riociguat fid-demm tiegħek.

Int se tirċievi Adempas biss għal tipi speċjali ta’ pressjoni għolja fl-arterji tal-pulmun (PAH - pulmonary arterial hypertension), ara sezzjoni 1. M’hemmx esperjenza bl-użu ta’ Adempas f’tipi oħra ta’ PAH. Għalhekk l-użu ta’ Adempas f’tipi oħra ta’ PAH mhux rakkomandat. It-tabib tiegħek se jiċċekkja jekk Adempas hux adattat għalik.

Tfal u adolexxenti

L-użu ta’ Adempas fi tfal u adolexxenti (inqas minn 18-il sena) għandu jiġi evitat.

Mediċini oħra u Adempas

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra, b’mod partikulari, mediċini li jintużaw għal:

-pressjoni għolja jew mard tal-qalb (bħal nitrates u amyl nitrite) fi kwalunkwe forma, għax m’għandekx tieħu dawn il-mediċini flimkien ma’ Adempas.

-pressjoni għolja fil-kanali tal-pulmun (l-arterji tal-pulmun) għax m’għandekx tieħu ċerti mediċini (sildenafil u tadalafil) flimkien ma’ Adempas. Mediċini oħra għall-pressjoni għolja fil- kanali tal-pulmun (PAH) bħal bosentan u iloprost jistgħu jintużaw flimkien ma’ Adempas, iżda xorta għandek tgħid lit-tabib tiegħek.

-disfunzjoni erettili (bħal sildenafil, tadalafil, vardenafil), għax m’għandekx tieħu dawn il- mediċini flimkien ma’ Adempas.

-infezzjonijiet ikkawżati mill-fungu (bħal ketoconazole, itraconazole).

-infezzjoni bl-HIV (bħal ritonavir).

-epilessija (eż. phenytoin, carbamazepine, phenobarbitone).

-depressjoni (St. John’s Wort).

-prevenzjoni ta’ rifjut ta’ organi trapjantati (ciclosporin).

-uġigħ fil-ġogi u l-muskoli (niflumic acid).

-kanċer (bħal erlotinib, gefitinib).

-mard fl-istonku jew ħruq ta’ stonku (antaċidi bħal aluminium hydroxide/magnesium hydroxide). Dawn il-mediċini antaċidi għandhom jittieħdu mill-inqas sagħtejn qabel jew siegħa wara li tieħu Adempas.

-dardir, rimettar (tħossok imdardar jew tirremetti) (bħal granisetron).

Tipjip

Jekk tpejjep, hu rakkomandat li tieqaf, għax it-tipjip jista’ jnaqqas l-effettività ta’ dawn il-pilloli. Jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek jekk tpejjep jew jekk tieqaf tpejjep matul il-kura.

Tqala u treddigħ

Tqala

Tiħux Adempas matul it-tqala. Jekk hemm xi ċans li tista’ toħroġ tqila, uża mezzi affidabbli ta’ kontraċezzjoni waqt li tkun qed tieħu dawn il-pilloli. Avżata wkoll biex tagħmel testijiet tat-tqala kull xahar. Jekk inti tqila, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Treddigħ

Jekk qed tredda’ jew qed tippjana li tredda’, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek għal parir qabel tieħu din il-mediċina għax tista’ tagħmel ħsara lit-tarbija tiegħek. It-tabib tiegħek se jiddeċiedi miegħek jekk għandekx twaqqaf it-treddigħ jew twaqqafx il-kura b’Adempas.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Adempas għandu effett moderat fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Dan jista’ jikkawża effetti sekondarji bħal sturdament. Għandek tkun konxju tal-effetti sekondarji ta’ din il-mediċina qabel ma ssuq jew tuża magni (ara sezzjoni 4).

Adempas fih il-lactose

Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal xi zokkrijiet, għid lit-tabib tiegħek li qed jikkurak qabel ma tieħu dawn il-pilloli.

3.Kif għandek tieħu Adempas

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Il-kura għandha tinbeda u tiġi mmonitorjata biss minn tabib li għandu esperjenza fil-kura ta’ CTEPH jew PAH. Matul l-ewwel ġimgħat ta’ kura, it-tabib tiegħek se jkollu bżonn li jkejjillek il-pressjoni f’intervalli regolari. Adempas hu disponibbli f’qawwiet differenti, u billi jiċċekkja l-pressjoni tiegħek regolarment fil-bidu tal-kura tiegħek, it-tabib tiegħek se jiżgura li inti tkun qed tieħu d-doża adattata.

Pilloli mfarrka:

Jekk ikollok diffikultà biex tibla’ l-pillola sħiħa, kellem lit-tabib tiegħek dwar modi oħra kif tista’ tieħu Adempas. Il-pillola tista’ tiġi mfarrka u titħallat mal-ilma jew ma’ ikel artab bħal zalza tat-tuffieħ immedjatament qabel ma teħodha.

Doża

Id-doża rakkomandata tal-bidu hija pillola waħda ta’ 1 mg li tittieħed 3 darbiet kuljum għal ġimagħtejn.

Il-pilloli għandhom jittieħdu 3 darbiet kuljum, b’intervall ta’ madwar 6 sa 8 sigħat bejniethom. Ġeneralment jistgħu jittieħdu mal-ikel jew fuq stonku vojt.

Madankollu, jekk inti suxxettibbli għal pressjoni baxxa (ipotensjoni), m’għandekx taqleb minn teħid ta’ Adempas mal-ikel għal teħid ta’ Adempas mingħajr ikel peress li dan jista’ jaffettwa kif tirreaġixxi għal din il-mediċina

It-tabib tiegħek se jżid id-doża kull ġimagħtejn sa massimu ta’ 2.5 mg 3 darbiet kuljum (doża massima ta’ kuljum ta’ 7.5 mg) ħlief jekk ikollok xi effetti sekondarji jew pressjoni baxxa ħafna. F’dan il-każ, it-tabib tiegħek se jagħtik riċetta għal Adempas fl-ogħla doża li inti tkun komdu biha. Għal xi pazjenti, dożi iktar baxxi tliet darbiet kuljum jistgħu jkunu biżżejjed. L-aħjar doża se tintgħażel mit-tabib tiegħek.

Konsiderazzjonijiet speċjali għal pazjenti bi problemi tal-kliewi jew tal-fwied

Għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk għandek mard tal-kliewi jew tal-fwied. Id-doża tiegħek jista’ jkollha bżonn li tiġi aġġustata. Jekk għandek problemi severi tal-fwied (Child Pugh Ċ), tiħux Adempas

65 sena jew aktar

Jekk għandek 65 sena jew aktar it-tabib tiegħek se joqgħod attent aktar biex jaġġusta d-doża tiegħek ta’ Adempas peress li jista’ jkollok riskju akbar ta’ pressjoni baxxa.

Konsiderazzjonijiet speċjali għal pazjenti li jpejpu

Għandek għid lit-tabib tiegħek jekk tibda jew tieqaf tpejjep waqt il-kura b’din il-mediċina. Id-doża tiegħek tista’ tiġi aġġustata.

Jekk tieħu Adempas aktar milli suppost

Jekk tieħu aktar pilloli milli suppost u jkollok kwalunkwe effetti sekondarji (ara sezzjoni 4), jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek. Jekk il-pressjoni tiegħek titbaxxa (dan jista’ jġiegħlek li tħossok stordut), allura jista’ jkollok bżonn ta’ attenzjoni medika immedjata.

Jekk tinsa tieħu Adempas

M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu. Jekk tinsa tieħu doża, kompli bid-doża li jkun imiss kif ippjanat.

Jekk tieqaf tieħu Adempas

Tiqafx tieħu din il-mediċina qabel ma tkellem lit-tabib tiegħek, għax din il-mediċina tipprevjeni l- progressjoni tal-marda. Jekk il-kura tiegħek jkollha titwaqqaf għal 3 ijiem jew aktar, jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek qabel terġa’ tibda l-kura tiegħek mill-ġdid.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

L-iktar effetti sekondarji serji huma:

tisgħol id-demm (effett sekondarju komuni),

ħruġ ta’ demm akut mill-pulmun li jista’ jwasslek li tisgħol id-demm, kienu osservati każijiet b’eżitu fatali (effett sekondarju mhux komuni).

Jekk dan iseħħ, ikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament għax jista’ jkollok bżonn ta’ kura medika urġenti.

Lista globali ta’ effetti sekondarji possibbli:

Komuni ħafna: jistgħu jaffettwaw iktar minn persuna waħda minn kull 10

-uġigħ ta’ ras

-sturdament

-indiġestjoni

-nefħa fir-riġlejn/dirgħajn

-dijarea

-tħossok imdardar jew tirremetti

Komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10

-infjammazzjoni fis-sistema diġestiva

-tnaqqis ta’ ċelluli ħomor tad-demm (anemija) li huwa osservat bħala ġilda pallida, dgħufija jew qtugħ ta’ nifs

-tħoss qalbek tħabbat b’mod irregolari, bil-qawwi jew b’mod mgħaġġel

-tħossok sturdut jew iħossok ħażin meta tqum bilwieqfa (dawn is-sintomi huma kkawżati minn pressjoni baxxa)

-tisgħol id-demm

-tinfaraġ

-diffikultà biex tieħu nifs minn imnieħrek

-uġigħ fl-istonku, fl-imsaren jew fiż-żaqq

-ħruq ta’ stonku

-diffikultà biex tibla’

-stitikezza

-gass żejjed

Mhux komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100

-ħruġ ta’ demm akut mill-pulmun. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament għax jista’ jkollok bżonn ta’ kura medika urġenti.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen Adempas

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja u l-kartuna wara “JIS”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Adempas

-Is-sustanza attiva hi riociguat.

Kull pillola fiha 0.5 mg, 1 mg, 1.5 mg, 2 mg jew 2.5 mg ta’ riociguat.

-Is-sustanzi l-oħra huma:

Qalba tal-pillola: cellulose microcrystalline, crospovidone, hypromellose, lactose monohydrate, magnesium stearate u sodium laurilsulfate (ara t-tmiem ta’ sezzjoni 2 għal informazzjoni addizzjonali dwar lactose).

Kisja b’rita*: hydroxypropylcellulose, hypromellose, propylene glycol u titanium dioxide (E 171).

*Il-pilloli ta’ 1 mg, 1.5 mg, 2 mg u 2.5 mg fihom ukoll: ferric oxide isfar (E 172) *Il-pilloli ta’ 2 mg u 2.5 mg fihom ukoll: ferric oxide aħmar (E 172)

Kif jidher Adempas u l-kontenut tal-pakkett

Adempas hu pillola miksija b’rita:

Pillola ta’ 0.5 mg: pilloli bojod, tondi u bikonvessi ta’ 6 mm, immarkati bis-salib ta’ Bayer fuq naħa waħda, u b’0.5 u “R” fuq in-naħa l-oħra.

Pillola ta’ 1 mg: pilloli ta’ lewn isfar ċar, tondi u bikonvessi ta’ 6 mm, immarkati bis-salib ta’ Bayer fuq naħa waħda, u b’1 u “R” fuq in-naħa l-oħra.

Pillola ta’ 1.5 mg: pilloli ta’ lewn isfar-oranġjo, tondi u bikonvessi ta’ 6 mm, immarkati bis- salib ta’ Bayer fuq naħa waħda, u b’1.5 u “R” fuq in-naħa l-oħra.

Pillola ta’ 2 mg: pilloli ta’ lewn oranġjo ċar, tondi u bikonvessi ta’ 6 mm, immarkati bis-salib ta’ Bayer fuq naħa waħda, u b’2 u “R” fuq in-naħa l-oħra.

Pillola ta’ 2.5 mg: pilloli ta’ lewn aħmar-oranġjo, tondi u bikonvessi ta’ 6 mm, immarkati bis- salib ta’ Bayer fuq naħa waħda, u b’2.5 u “R” fuq in-naħa l-oħra.

Huma disponibbli f’pakketti ta’:

42 pillola: żewġ folji transparenti b’kalendarju ta’ 21 pillola kull waħda.

84 pillola: erba’ folji transparenti b’kalendarju ta’ 21 pillola kull waħda.

90 pillola: ħames folji transparenti ta’ 18-il pillola kull waħda.

294 pillola: erbatax-il folja transparenti b’kalendarju ta’ 21 pillola kull waħda. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Bayer AG

51368 Leverkusen Il-Ġermanja

Manifattur

Bayer AG

Kaiser-Wilhelm-Allee

51368 Leverkusen

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.

België / Belgique / Belgien

MSD Belgium BVBA/SPRL

Tel/Tél: 0800 38 693 (+32(0)27766211) dpoc_belux@merck.com

България

Мерк Шарп и Доум България ЕООД

Teл.: + 359 2 819 37 37 info-msdbg@merck.com

Česká republika

Merck Sharp & Dohme s.r.o. Tel.: +420 233 010 111 dpoc_czechslovak@merck.com

Danmark

MSD Danmark ApS Tlf: + 45 4482 4000 dkmail@merck.com

Deutschland

MSD SHARP & DOHME GMBH

Tel: 0800 673 673 673 (+49 (0) 89 4561 2612) email@msd.de

Eesti

Merck Sharp & Dohme OÜ Tel: + 372 6144 200 msdeesti@merck.com

Ελλάδα

MSD Α.Φ.Β.Ε.Ε

Τηλ: + 30 210 98 97 300 dpoc_greece@merck.com

España

Merck Sharp & Dohme de España, S.A. Tel: +34 91 321 06 00 msd_info@merck.com

France

MSD FRANCE

34, avenue Léonard de Vinci 92400 COURBEVOIE

Information médicale : 01 80 46 40 40

Hrvatska

Merck Sharp & Dohme d.o.o. Tel: + 385 1 6611 333 croatia_info@merck.com

Lietuva

UAB Merck Sharp & Dohme Tel: + 370 5 2780247 msd_lietuva@merck.com

Luxembourg / Luxemburg

MSD Belgium BVBA/SPRL Tel/Tél: +32(0)27766211 dpoc_belux@merck.com

Magyarország

MSD Pharma Hungary Kft. Tel.: + 36 1 888-5300 hungary_msd@merck.com

Malta

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Tel: 8007 4433 (+356 99917558) malta_info@merck.com

Nederland

Merck Sharp & Dohme BV

Tel: 0800 9999 000 (+ 31 23 5153153) medicalinfo.nl@merck.com

Norge

MSD (Norge) AS Tlf: + 47 32 20 73 00 msdnorge@msd.no

Österreich

Merck Sharp & Dohme Ges.m.b.H. Tel: +43 (0) 1 26 044 msd-medizin@merck.com

Polska

MSD Polska Sp.z o.o. Tel.: +48 22 549 51 00 msdpolska@merck.com

Portugal

Merck Sharp & Dohme, Lda Tel: + 351 214465700 clic@merck.com

România

Merck Sharp & Dohme Romania S.R.L. Tel: + 40 21 529 29 00 msdromania@merck.com

Ireland

Merck Sharp & Dohme Ireland (Human Health) Limited

Tel: +353 (0)1 2998700 medinfo_ireland@merck.com

Ísland

Vistor hf.

Sími: + 354 535 7000

Italia

MSD Italia S.r.l. Tel: +39 06 361911

medicalinformation.it@merck.com

Κύπρος

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Τηλ: 800 00 673

+357 22866700 cyprus_info@merck.com

Latvija

SIA Merck Sharp & Dohme Latvija Tel: + 371 67364224 msd_lv@merck.com

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’XX/SSSS.

Slovenija

Merck Sharp & Dohme, inovativna zdravila d.o.o. Tel: + 386 1 5204201

msd_slovenia@merck.com

Slovenská republika

Merck Sharp & Dohme, s. r. o. Tel: + 421 (2) 58282010 dpoc_czechslovak@merck.com

Suomi/Finland

MSD Finland Oy

Puh/Tel: + 358 (0)9 804650 info@msd.fi

Sverige

Merck Sharp & Dohme (Sweden) AB Tel: + 46 (0)77 5700488 medicinskinfo@merck.com

United Kingdom

Merck Sharp & Dohme Limited Tel: +44 (0) 1992 467272 medicalinformationuk@merck.com

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati