Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Adenuric (febuxostat) – Fuljett ta’ tagħrif - M04AA03

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaAdenuric
Kodiċi ATCM04AA03
Sustanzafebuxostat
ManifatturMenarini International Operations Luxembourg S.A. (MIOL)

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

ADENURIC 80 mg pilloli miksija b’rita

ADENURIC 120 mg pilloli miksija b’rita

Febuxostat

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina għax fih tgħarif importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sintomi bħal tiegħek.

-Jekk jaqbdek xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew spiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effetti sekondarji li mhumiex imsemmijin f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

X’fih dan il-fuljett:

1.X’inhu ADENURIC u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu ADENURIC

3.Kif għandek tieħu ADENURIC

4.Effetti sekondarji li jista’ jkollu

5.Kif taħżen ADENURIC

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu ADENURIC u għalxiex jintuża

Pilloli ADENURIC fihom is-sustanza attiva febuxostat u jintuzaw għall-kura tal-gotta, li hija assoċjata ma’ kimika żejda msejħa uric acid (urate) fil-ġisem. F’xi persuni, l-ammont ta’ uric acid ji żdied fid- demm u jista’ jsir għoli wisq biex jibqa’ mdewweb. Meta ji ġri dan, kristalli ta’ urate jistgħu jiffurmaw ġewwa u madwar il-ġogi u l-kliewi. Dawn il-kristalli jistgħu jikkawżaw uġigħ sever f’daqqa, ħmura, sħana u nefħa f’ ġog (magħruf bħala attakk tal-gotta). Jekk ma tiġix ikkurata, jistgħu jiffurmaw depositi akbar magħrufa bħala tofi ġewwa u madwar il-ġogi. Dawn it-tofi jistgħu jikkawżaw ħsara fil-ġog u fl- għadam.

ADENURIC jaħdem billi jnaqqas il-livelli ta’ uric acid. Iż-żamma ta’ uric acid f’livell baxx permezz tat-teħid ta’ ADENURIC darba kuljum twaqqaf i ż-żjieda tal-kristalli, u maż-żmien tnaqqas is-sintomi. Iż-żamma ta’ uric acid f’livell baxx bi żżejjed għall-perjodu twil biżżejjed tista’ wkoll i ċċekken it-tofi.

Il-pilloli ta’ ADENURIC 120 mg jintużaw ukoll bħala trattament u prevenzjoni għal-livelli għolja ta’ uric acid fid-demm li jista’ jseħħ meta tibda tirċievi kimoterapija għal kanċer tad-demm.

Meta tingħata l-kimoterapija, iċ-ċelloli tal-kanċer jiġu distrutti u l-livell ta’ uric acid fid-demm jiżdied, ħlief meta l-formazzjoni ta’ uric acid ti ġi evitata.

ADENURIC huwa għall-adulti.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu ADENURIC

Tieħux ADENURIC

Jekk inti allerġiku/a għal febuxostat jew sustanzi oħra ta’ din il-medi ċina (elenkati f’sezzjoni 6).

Avviżi u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tibda’ tieħu ADENURIC:

Jekk inti għandek jew kellek insuffiċjenza tal-qalb jew problemi tal-qalb

Jekk għandek jew qatt kellek mard renali u/jew reazzjoni allerġika serja għal Allopurinol (medikazzjoni li tintuża għall-kura tal-Gotta)

Jekk għandek jew qatt kellek mard tal-fwied jew anormalitajiet fit-testijiet tal-funzjoni tal-fwied

Jekk inti qed tiġi kkurat għal-livelli għolja ta’ uric acid bħala ri żultat ta’ marda tal-kanċer jew tas-sindrome Lesch-Nyhan (kundizzjoni ereditarja rari fejn ikun hemm uric acid żejjed fid- demm)

Jekk għandek problemi tat-tirojde.

Jekk ikollok reazzjonijiet allerġiċi għal ADENURIC, waqqaf din il-mediċina (ara wkoll sezzjoni 4). Sintomi ta’ reazzjonijiet allerġiċi li jista’ jkun hemm jistgħu jinkludu:

-raxx inklużi forom ħarxa (eż bżieżaq, noduli, raxx bil-ħakk, bil-qxur), ħakk

-nefħa tar-riġlejn, dirgħajn jew wiċċ

-tbatija biex tieħu n-nifs

-deni bl-għenieqed limfatiċi minfuħa

-iżda wkoll kondizzjonijiet allerġiċi li jistgħu jkunu ta’ theddida għall-ħajja b’arrest kardijaku jew

ċirkolatorju.

It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jwaqqaf għall-kollox il-kura b’Adenuric.

Kien hemm rapporti rari ta’ raxxijiet tal-ġilda li setgħu kienu ta’ theddida għall-ħajja (Sindrome ta’ Stevens-Johnson) bl-użu ta’ ADENURIC, l-ewwel jidhru bħala tikkek ħomor tal-mira jew dbabar tondi li ta’ spiss ikollhom ponta fin-nofs fil-parti ta’ fuq tal- ġisem. Tista’ tinkludi wkoll ul ċeri fil-ħalq, grieżem, imnieħer, ġenitali u konġunktivite (għajnejn ħomor u minfuħin). Ir-raxx jista’ javvanza għal ponot mal-ġisem kollu jew titqaxxar il-ġilda.

Jekk żviluppatlek is-Sindrome ta’ Stevens-Johnson bl-użu ta’ febuxostat, qatt m’għandek ter ġa tibda tieħu ADENURIC fl-ebda mument. Jekk żviluppatlek raxx jew dawn is-sintomi fil-ġilda, ikseb parir mediku minnufih minn tabib u għidlu li qed tieħu din il-mediċina.

Jekk bħalissa għandek attakk tal-gotta (bidu f’daqqa ta’ uġigħ qawwi, sensittività, ħmura, sħana u nefħa f’ ġog), stenna sakemm l-attakk tal-gotta jbatti qabel tibda kura b’ADENURIC.

Għal xi persuni, attakki tal-gotta jistgħu jirkadaw meta jinbdew ċertu mediċini li jikkontrollaw il- livelli ta’ uric acid. Mhux kul ħadd jirkadi, iżda int jista’ jkollok rikaduta anki jekk qed tie ħu ADENURIC, u speċjalment waqt l-ewwel ġimgħat jew xhur ta’ kura. Huwa importanti li tkompli tie ħu ADENURIC anki jekk ikollok rikaduta, għax ADENURIC ikun għadu qed jaħdem biex ibaxxi l-uric acid. Jekk tkompli tieħu ADENURIC kuljum, maż-żmien, rkadar tal-gotta jseħħ inqas ta’ spiss u jkun b’inqas uġigħ.

Jekk ikun hemm bżonn, it-tabib tiegħek jista’ spiss jordnalek medi ċini oħra, biex jgħin jevita jew jikkura s-sintomi ta’ meta tirkadi (bħal uġigħ u nefħa f’ġog).

F’pazjenti li għandhom livelli għolja ħafna ta’ urate (eż. dawk li jkunu qed jieħdu kimoterapija), it- trattament b’medi ċini li jbaxxu l-uric acid jista’ jwassal għal akkumulazzjoni ta’ xanthine fil-passa ġġ urinarju bil-possibilità ta’ ħ aġar, anke jekk dan ma ġiex osservat f’pazjenti li qed ji ġu trattati b’ADENURIC għal Sindrome ta’ Lisi tat-Tumur.

It-tabib tiegħek jista’ jsaqsik biex tagħmel testijiet tad-demm biex jiċċekkja li l-fwied tiegħek qed jaħdem b’mod normali.

Tfal u adolexxenti

M’għandekx tagħti din il-mediċina lil tfal taħt it-18-il sena għax l-effikaċja u s-sigurtà ma ġ ewx stabbiliti.

Mediċini oħra u ADENURIC

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta.

Huwa importanti ħafna li tgħid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu mediċini li fihom xi wieħed minn dawn is-sustanzi li ġejjin għax dawn jistgħu jirreaġixxu ma’ ADENURIC u t-tabib tiegħek jista’ jkun jixtieq jikkunsidra mi żuri neċessarji:

Mercaptopurine (użat biex jikkura l-kanċer)

Azathioprine (użat biex inaqqas ir-rispons immuni)

Theophylline (użat biex jikkura l-ażżma)

Tqala u Treddigħ

Mhux magħruf jekk ADENURIC jistax jagħmel ħsara lit-tarbija li għada ma twelditx tiegħek. ADENURIC m’għandux jintuża waqt it-tqala. Mhux magħruf jekk ADENURIC jistax jgħaddi fil- ħalib tal-mara. M’għandek tuża ADENURIC jekk qed tredda’, jew jekk qed tippjana li tredda’.

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Kun għaf li tista’ t ħossok kunfuż, jista’ jkollok sturdament, ngħas, vista mċajpra u sensazzjoni ta’ tnemnim jew tingiż waqt il-kura u jekk affettwawk m’għandekx issuq jew tħaddem magni.

ADENURIC fih lactose

Pilloli ADENURIC fihom lactose (tip ta’ zokkor). Jekk qalulek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

3.Kif għandek tieħu ADENURIC

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skond il-parir tat-tabib. Aċċerta ruħek mat-tabib jew mal- ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża tas-soltu hija pillola waħda kuljum. Il-parti ta’ wara tal-pakkett tal-folja huwa mmarkat bil-ġranet tal-ġimgħa biex jgħinek tiċċekkja li inti ħadt doża kuljum.

Il-pilloli għandhom jittieħdu mill-ħalq u jistgħu jittieħdu mal-ikel jew mingħajr ikel.

Gotta

ADENURIC huwa disponibbli bħala pillola ta’ 80 mg jew bħala pillola ta’ 120 mg. It-tabib tieg ħek ser jordnalek il-qawwa l-aktar xierqa għalik.

Kompli ħu ADENURIC kuljum anki meta inti m’għandekx rikaduta jew attakk tal-gotta.

Privenzzjoni u trattament ta livelli għolja ta’ uric acid f’pazjenti li jkunu qed jie ħdu kimoterapija għal kanċer

ADENURIC huwa disponibbli bħala pillola ta’ 120 mg.

Ibda ħu ADENURIC jumejn qabel il-kimoterapija u ibqa’ ħu l-pilloli skont il-parir tat-tabib.

Jekk tieħu ADENURIC aktar milli suppost

F’każ ta’ doża eċċessiva, staqsi lit-tabib tiegħek għall-parir dwar x’għandek tagħmel, jew ikkuntattja l- eqreb dipartiment tal-emerġenza.

Jekk tinsa tieħu ADENURIC

Jekk tinsa doża ta’ ADENURIC ħudha hekk kif tiftakar sakemm ma jkunx kwa żi sar il-ħin biex tieħu d-doża li jmiss tiegħek. F’dan il-każ għandek taqbes id-doża li tkun insejt u tieħu d-doża li jmiss tiegħek fil-ħin normali. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu ADENURIC

Twaqqafx ADENURIC mingħajr il-parir tat-tabib tiegħek anki jekk tħossok aħjar. Jekk tieqaf tieħu ADENURIC il-livelli ta’ uric acid tiegħek jistgħu jibdew jogħlew u s-sintomi tiegħek jistgħu jmorru għal agħar minħabba l-formazzjoni ta’ kristalli ġodda ta’ urate ġewwa u madwar il-ġogi u l-kliewi tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-medi ċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji li jista’ jkollu

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Tkomplix tieħu din il-mediċina u ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih jew mur fid-dipartiment tal- emerġenza li jkun l-aktar qrib jekk l-effetti sekondarji rari li ġejjin (1 f’kull 1,000 persuna) jse ħħu, għax wara tista’ sseħħ reazzjoni allerġika serja:

reazzjonijiet anafilattiċi, sensittività e ċċessiva għall-mediċina (ara wkoll sezzjoni 2 “Avvi żi u prekawzjonijiet”)

raxxijiet li jistgħu jkunu ta’ theddida għall-ħajja li għandhom karatteristika li jiffurmaw ponot u titqaxxar il-ġilda u s-superfiċji interni tad-daħliet fil-ġisem, eż ħalq u ġenitali, ulċeri bl-uġigħ fil- ħalq u/jew partijiet ġenitali, flimkien ma’ deni, grieżem misluħin u għeja (Sindrome ta’ Stevens Johnsons/Nekrolisi Epidermali Tossika), jew b’għenieqed limfatiċi minfuħa, fwied minfuħ, epatite (sa insuffiċjenza tal-fwied), għadd aktar għoli taċ-ċelluli bojod tad-demm (reazzjoni tal- mediċina b’eosinofilja u sintomi sistemi ċi –DRESS) (ara sezzjoni 2)

raxx tal-ġilda mal-ġisem kollu

L-effetti sekondarji komuni (jistgħu jeffettwaw 1 f’kull 10 persuni) huma:

riżultati tat-test tal-fwied mhux normali

dijarea

uġigħ ta’ ras

raxx (inklużi tipi differenti ta’ raxx, jekk jogħġbok ara hawn taħt fis-sezzjonijiet “mhux komuni” u “rari”)

dardir

żjieda fis-sintomi tal-gotta

nefħa lokalizzata minħabba li jinġabru l-fluwidi fit-tessuti (edima)

Effetti sekondarji oħra mhux imsemmija hawn fuq huma elenkati hawn taħt

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa’ 1 f’kull 100 persuna) huma:

tnaqqis fl-aptit, bidla fil-livelli ta’ zokkor fid-demm (dijabete) li jista’ jkollha bħala sintomu għatx eċċessiv, żjieda fil-livelli ta’ xaħam fid-demm, żieda fil-piż

telf tax-xewqa għas-sess

diffikultà biex torqod, ng ħas

sturdament, sensazzjoni ta’ tnemnim jew tingi ż, sensazzjoni tonqos jew tinbidel (ipoesteżija, emipareżi jew paraesteżija), sensazzjoni tat-togħma tonqos jew tinbidel (iposomja)

traċċar tal-qalb b’ECG mhux normali, t ħabbit irregolari jew mgħaġġel tal-qalb, tħoss qalbek tħabbat (palpitazzjoni)

fwawar ta’ sħana jew fwawar (e.ż. ħmura tal-wiċċ jew tal-għonq), żjieda fil-pressjoni tad-demm, fsada (emorraġija, li tidher biss f’pazjenti li jkunu qed jieħdu kimoterapija għal disturbi tad- demm)

sogħla, qtugħ ta’ nifs, skumdità jew uġ igħ f’sidrek, infjamazzjoni tal-passaġġ ta’ mnieħrek u/jew grieżmejk (infezzjoni fil-passaġġ tan-nifs), bronkite

ħalq xott, uġigħ addominali/skomdu jew gass, ħruq ta’ stonku/indi ġestjoni, stitikezza, purgar aktar frekwenti, rimettar, skumdità fl-istonku

ħakk, ħorriqija, infjammazzjoni, bidla fil-kulur tal-ġilda, tikkek żgħar ħomor jew vjola fuq il- ġilda, tikkek żgħar ċatti ħomor fuq il-ġilda, parti tal-ġilda tiħmar u tinkesa b’ponot żgħar imqabbżin, raxx, partijiet tal-ġilda ħomor u b’tikkek, tipi oħra ta’ kondizzjonijiet tal-ġilda

bugħawwieġ, dgħjufija tal-muskoli, uġigħ/weġgħat fil-muskoli/ġogi, borżite jew artrite (infjammazzjoni tal-ġogi ġeneralment b’uġigħ, nefħa u/jew ebusija), uġigħ fit-truf, uġigħ fid- dahar, spażmi fil-muskoli

demm fl-awrina, awrina frekwenti aktar mis-soltu, testijiet tal-awrina mhux normali (żjieda fil- livell ta’ proteini fl-awrina), tnaqqis fil-ħila tal-kliewi li jaħdmu kif suppost

għeja, uġigħ fis-sider, skumdità fis-sider

Ġebel fil-marrara jew fit-tubi tal-bajl (kolelitijażi)

Żieda fil-livell tal-ormon li jistimula t-tirojde fid-demm (TSH)

bidliet fil-kimika tad-demm jew fl-ammont ta’ ċelluli tad-demm jew plejlets (riżultati tat-test tad-demm mhux normali)

ġebel fil-kliewi

difikultajiet fl-erezzjoni

Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa’1 f’kull 1,000 persuna) huma:

ħsara fil-muskoli, kundizzjoni li f’ka żijiet rari tista’ tkun serja. Tista’ tikkaw ża problemi fil- muskoli b’mod partikolari, jekk fl-istess waqt, tkun ma tiflaħx jew jitlalek id-deni jista’ jkun li tkun qed tiġi ikkawżata mit-therrija tal-muskoli. Għamel kuntatt mat-tabib tiegħek minnufih jekk tħoss uġigħ fil-muskoli, tenerezza jew dgħjufija

nefħa severa tas-saffi fondi tal-ġilda, l-aktar mad-dawra tax-xofftejn, għajnejn, ġenitali, idejn, saqajn jew ilsien, u jista’ jkun hemm diffikultà biex tie ħu n-nifs f’daqqa wa ħda.

Deni għoli f’kombinazzjoni ma raxx tal-ġilda bħal ħosba, għenieqed limfatiċi minfuħa, fwied minfuħ, epatite (sa insuffiċjenza tal-fwied), għadd aktar għoli taċ-ċelluli bojod tad-demm (lewkoċiti, bi jew mingħajr eosinofilja)

tiħmar il-ġilda (eritema), diversi tipi ta’ raxx(eż. bil-ħakk, b’tikkek bojod, bil-ponot, bil-ponot bil-materja, bil-ġilda titqaxxar, raxx bħal tal-ħosba), eritema mifruxa, nekrosi, u nfafet maqlugħa tal-epidermi u r-riti mukużi, li jirriżultaw fi tqaxxir u possibbilment f’sepsis (Sindrome ta’ Steven-Johnson/nekrolisi epidermali tossika)

nervi

tħossok bil-għatx

żarżir fil-widnejn

vista mċajpra, bidla fil-vista

jaqa’ x-xagħar

ulċeri fil-ħalq

infjammazzjoni tal-frixa: sintomi komuni huma uġigħ fl-addome, dardir u rimettar

żjieda fl-għaraq

tnaqqis fil-piż , żjieda fl-aptit, nuqqas fl-aptit bla kontroll (anoressija)

ebusija tal-muskoli u/jew tal-ġogi

għadd baxx taċ-ċelluli tad-demm b’mod anormali (ċelluli bojod jew ħomor tad-demm jew plejtlits)

bżonn urġenti li tgħaddi l-awrina

bidliet jew tnaqqis fl-ammont tal-awrina minħabba infjammazzjoni fil-kliewi (nefrite fl- interstizju tat-tubuli)

infjammazzjoni tal-fwied (epatite)

tisfar il-ġilda (suffejra)

ħsara lill-fwied

żieda fil-livell ta’ creatine phosphokinase fid-demm (indikatur ta’ ħsara fil-muskoli)

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-medi ċina.

5.Kif taħżen ADENURIC

Żomm din il-mediċina fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kartuna u fuq il-kisja tal-folja bil- pilloli wara ‘JIS’. Id-data ta’ skadenza tirreferi g ħall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih ADENURIC:

Is-sustanza attiva hija febuxostat.

Kull pillola fiha 80 mg jew 120 mg ta’ febuxostat.

Is-sustanzi l-oħra huma:

Qalba tal-pillola: lactose monohydrate, microcrystalline cellulose, magnesium stearate, hydroxypropylcellulose, croscarmellose sodium, colloidal hydrated silica.

Kisja b’rita: Opadry II isfar, 85F42129 li fih: polyvinyl alcohol, titanium dioxide (E171), macrogols 3350, talc, iron oxide isfar (E172)

Id-Dehra ta’ ADENURIC u l-kontenuti tal-pakkett:

ADENURIC , pilloli miksija b’rita huma ta’ kulur isfar ċ ar għal isfar u b’forma ta’ kapsula. Il-pilloli miksija b’rita ta’ 80 mg huma mmarkati fuq na ħa waħda b’‘80’. Il-pilloli miksija b’rita ta’ 120 mg huma mmarkati fuq naħa waħda b’‘120’.

ADENURIC 80 mg u 120 mg jiġu f’pakketti b’folja ċara (Aclar/PVC/Aluminju jew PVC/PE/PVDC/Aluminju) ta’ 14-il pillola.

ADENURIC 80 mg u 120 mg jiġu f’pakketti li jkun fihom 14, 28, 42, 56, 84 u 98 pilloli miksijin b’rita.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur:

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq Menarini International Operations Luxembourg S.A. 1, Avenue de la Gare, L-1611 Luxembourg Il-Lussemburgu

Il-Manifattur Patheon France

40 boulevard de Champaret

38300 Bourgoin Jallieu Franza

jew

Menarini - Von Heyden GmbH

Leipziger Strasse 7-13

01097 Dresden

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Menarini Benelux NV/SA

UAB “BERLIN-CHEMIE MENARINI

Tél/Tel: + 32 (0)2 721 4545

BALTIC”

 

Tel: +370 52 691 947

България

Luxembourg/Luxemburg

Берлин-Хеми/А. Менарини България” E ООД

Menarini Benelux NV/SA

тел.: +359 2 96 55 365

Tél/Tel: + 32 (0)2 721 4545

Česká republika

Magyarország

Berlin-Chemie/A.Menarini Ceska republika s.r.o.

Berlin-Chemie/A. Menarini Kft.

Tel: +420 267 199 333

Tel.: +36 23501301

Danmark

Malta

Pharmaprim AB

Menarini International Operations Luxembourg

Tlf: +468355933

S.A.

 

Tel: +352 264976

Deutschland

Nederland

Berlin-Chemie AG

Menarini Benelux NV/SA

Tel: +49 (0) 30 67070

Tel: +32 (0)2 721 4545

Eesti

Norge

Berlin-Chemie Menarini Eesti

Pharmaprim AB

Tel: +372 667 5001

 

 

Tlf: +468355933

Ελλάδα

Österreich

MENARINI HELLAS AE

A. Menarini Pharma GmbH.

Τηλ: +30 210 8316111-13

España

Polska

Laboratorios Menarini S.A.

Berlin-Chemie/Menarini Polska Sp. z o.o.

Tel: +34-93 462 88 00

Tel.: +48 22 566 21 00

France

Portugal

MENARINI France

A. Menarini Portugal – Farmacêutica, S.A.

Tél: +33 (0)1 45 60 77 20

Tel: +351 210 935 500

 

Hrvatska

România

Berlin-Chemie Menarini Hrvatska d.o.o.

Berlin-Chemie A.Menarini S.R.L.

Tel : + 385 1 4821 361

Tel: +40 21 232 34 32

Ireland

Slovenija

A. Menarini Pharmaceuticals Ireland Ltd

Berlin-Chemie AG, Podružnica Ljubljana

Tel: +353 1 284 6744

Tel: +386 01 300 2160

Ísland

Slovenská republika

Pharmaprim AB

Berlin-Chemie AG - obchodné zastúpenie v SR

 

Tel: +421 2 544 30 730

Sími: +468355933

 

Italia

Suomi/Finland

A. Menarini Industrie Farmaceutiche Riunite s.r.l. Berlin-Chemie/A.Menarini Suomi OY

Tel: +39-055 56801

Puh/Tel: +358 403 000 760

Κύπρος

Sverige

MENARINI HELLAS AE

Pharmaprim AB

Τηλ: +30 210 8316111-13

Tel: +468355933

Latvija

United Kingdom

SIA Berlin-Chemie/Menarini Baltic

A. Menarini Farmaceutica Internazionale S.R.L.

Tel: +371 67103210

Tel: +44 (0)1628 856400

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq il-website tal-Aġenzija Ewropeja dwar il-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati