Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Adrovance (alendronate sodium trihydrate / colecalciferol) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - M05BB03

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaAdrovance
Kodiċi ATCM05BB03
Sustanzaalendronate sodium trihydrate / colecalciferol
ManifatturMerck Sharp

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

ADROVANCE 70 mg/2800 IU pilloli

ADROVANCE 70 mg/5600 IU pilloli

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

ADROVANCE 70 mg/2800 IU pilloli

Kull pillola fiha 70 mg alendronic acid bħala (sodium trihydrate), u 70 mikrogramma (2800 IU) colecalciferol (vitamina D3).

Eċċipjenti b’effett magħruf:

Kull pillola fiha 62 mg lactose (bħala lactose anhydrous) u 8 mg sucrose.

ADROVANCE 70 mg/5600 IU pilloli

Kull pillola fiha 70 mg alendronic acid (bħala sodium trihydrate), u 140 mikrogramma (5600 IU) colecalciferol (vitamina D3).

Eċċipjenti b’effett magħruf:

Kull pillola fiha 62 mg lactose (bħala lactose anhydrous) u 16-il mg sucrose.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola

ADROVANCE 70 mg/2800 IU pilloli

Pilloli f'għamla ta' kapsula modifikata, bojod għal bojod jagħtu fil-griż, immarkati b'kontorn ta' immaġni ta' għadma fuq naħa, u '710' fuq in-naħa l-oħra.

ADROVANCE 70 mg/5600 IU pilloli

Pilloli f'għamla ta' rettangolu modifikata, bojod għal bojod jagħtu fil-griż, immarkati b'kontorn ta' immaġni ta' għadma fuq naħa, u '270' fuq in-naħa l-oħra.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

ADROVANCE huwa indikat għat-trattament ta' l-osteoporożi ta' wara l-menopawsa f'nisa li jinsabu f'riskju minn insuffiċjenza ta' vitamina D. Dan inaqqas ir-riskju ta' ksur vertebrali u tal-ġenbejn.

4.2Pożoloġija u metodu ta' kif għandu jingħata

Pożoloġija

Id-doża rakkomandata hija pillola waħda darba fil-ġimgħa.

Il-pazjenti għandhom jingħataw istruzzjonijiet li jekk jaqbżu doża ta’ ADROVANCE huma għandhom jieħdu pillola waħda l-għodwa ta’ wara li jiftakru. Huma m’għandhomx jieħdu żewġ pilloli fl-istess jum iżda għandhom jerġgħu jibdew jieħdu pillola waħda darba fil-ġimgħa, fil-ġurnata magħżula minnhom kif skedat oriġinarjament.

Minħabba n-natura tal-proċess tal-marda fl-ostoeporożi, ADROVANCE hu intiż biex jintuża fuq perijodu ta' żmien twil.

L-aħjar tul ta’ żmien ta’ kura b’bisphosphonate għall-osteoporożi għadu ma ġiex stabbilit. Il-bżonn ta’ kontinwazzjoni tal-kura għandu jiġi stmat mill-ġdid kull tant żmien skont il-benefiċċji u r-riskji li jista’ jkollu ADROVANCE fuq bażi tal-pazjenti individwali, b’mod partikolari wara 5 snin jew aktar li jkun ilha tintuża l-kura.

Il-pazjenti għandhom jingħataw kalċju supplimentali jekk it-teħid tiegħu mad-dieta ma jkunx adegwat (ara sezzjoni 4.4). Supplimentazzjoni addizzjonali bil-vitamina D għandha tiġi kunsidrata fuq bażi individwali billi jittieħed kont ta’ kwalunkwe teħid ta’ vitamina D minn vitamini u supplimenti tad- dieta.

ADROVANCE 70 mg/2800 IU pilloli

L-ekwivalenza ta’ teħid ta’ 2800 IU ta’ vitamina D3 kull ġimgħa f’ADROVANCE mad-doża ta’ kuljum ta’ 400 IU ta’ vitamina D ma ġietx mistħarrġa.

ADROVANCE 70 mg/5600 IU pilloli

L-ekwivalenza ta’ teħid ta’ 5600 IU ta’ vitamina D3 kull ġimgħa f’ADROVANCE mad-dożaġġ ta’ kuljum ta’ 800 IU ta’ vitamina D ma ġietx studjata.

Anzjani

Fi studji kliniċi ma kienx hemm differenza fil-profili tal-effikaċja jew tas-sigurtà ta' alendronate b’rabta mal-età. Għalhekk l-ebda aġġustament fid-doża m'huwa meħtieġ għall-anzjani.

Pazjenti b’indeboliment renali

ADROVANCE m’huwiex irrakkomandat għal pazjenti b’indeboliment renali fejn it-tneħħija tal- kreatinina hija anqas minn 35 ml/min, minħabba nuqqas ta’ esperjenza. L-ebda aġġustament fid-doża ma huwa meħtieġ għal pazjenti bi tneħħija tal-kreatinina ta’ aktar minn 35 ml/min.

Popolazzjoni pedjatrika:

Is-sigurtà u effikaċja ta’ ADROVANCE fit-tfal li għandhom anqas minn 18-il sena ma ġewx determinati s’issa. Dan il-prodott mediċinali m’għandux jintuża fi tfal li għandhom anqas minn 18-il sena minħabba li l-ebda dejta ma hija disponibbli għall-kombinazzjoni ta’ alendronic acid/colecalciferol. Id-dejta disponibbli bħalissa għal alendronic acid fil-popolazzjoni pedjatrika hija deskritta fis-sezzjoni 5.1.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Użu orali

Sabiex wieħed jħalli li jsir assorbiment xieraq ta’ alendronate:

ADROVANCE għandu jittieħed mal-ilma biss (mhux ilma minerali) tal-anqas 30 minuta qabel l- ewwel ikel, xorb jew prodott mediċinali (li jinkludu antaċidi, supplimenti tal-kalċju u vitamini) tal- jum. Xorb ieħor (li jinkludi l-ilma minerali), ikel u xi prodotti mediċinali oħrajn x’aktarx inaqqsu l- assorbiment ta' alendronate (ara sezzjoni 4.5 u sezzjoni 4.8).

L-istruzzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu segwiti bl-eżatt sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ irritazzjoni tal- esofagu u reazzjonijiet avversi relatati (ara sezzjoni 4.4):

ADROVANCE għandu jinbela’ biss wara li wieħed ikun qam filgħodu biex jibda l-ġurnata ma’ tazza mimlija bl-ilma (mhux anqas minn 200 ml).

Il-pazjenti għandhom jibilgħu biss pilloli ADROVANCE sħaħ. Il-pazjenti m’għandhomx ifarrku jew jomogħdu l-pillola jew iħallu l-pillola tinħall f’ħalqhom minħabba l-possibiltà ta’ ulċerazzjoni fil-ħalq u l-farinġi.

Il-pazjenti m’għandhomx jimteddu għal tal-anqas 30 minuta wara li jieħdu ADROVANCE u sa wara l-ewwel ikel tal-jum.

ADROVANCE m'għandux jittieħed f’ħin l-irqad jew qabel ma wieħed iqum għall-jum.

4.3Kontra-indikazzjonijiet

-Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

-Anormalitajiet tal-esofagu u fatturi oħra li jdewmu t-tbattil tal-esofagu bħal tidjiq jew twessigħ.

-Nuqqas ta’ kapacità li toqgħod bilwieqfa jew bilqieghda dritt għal tal-anqas 30 minuta.

-Ipokalċemija

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Alendronate

Reazzjonijiet avversi gastrointestinali tan-naħa ta’ fuq

Alendronate jista’ jikkaġuna irritazzjoni lokali tal-mukoża gastrointestinali tan-naħa ta’ fuq. Minħabba li hemm il-potenzjal għal deterjorament tal-marda prinċipali, għandha tintuża l-kawtela meta alendronate jingħata lil pazjenti bi problemi gastrointestinali attivi tan-naħa ta’ fuq, bħal disfaġja, mard ta' l-esofaġu, gastrite, duwodenite, ulċeri, jew bi storja riċenti (fi żmien l-aħħar sena) ta’ mard gastrointestinali maġġur bħal ulċeri peptiċi, jew emorraġiji gastrointestinali attivi, jew kirurġija fuq il- passaġġ gastrointestinali tan-naħa ta’ fuq ħlief għal piloroplasti (ara sezzjoni 4.3). F’pazjenti magħrufa li għandhom esofagu ta’ Barrett, it-tobba għandhom jikkunsidraw il-benefiċċji u r-riskji li jista’ jkun hemm b’alendronate fuq bażi ta’ pazjenti individwali.

Reazzjonijiet esofaġiċi (xi kultant serji u li jeħtieġu d-dħul fl-isptar), bħal esofaġite, ulċeri esofaġiċi u erożjonijiet esofaġiċi, rarament segwiti b'tidjiq esofaġiku, ġew irrapportati f’pazjenti li qed jieħdu alendronate. It-tobba għandhom għalhekk ikunu żvelti għal kwalunkwe sinjali jew sintomi li possibbilment jindikaw reazzjoni esofiġika u l-pazjenti għandhom jiġu informati biex iwaqqfu alendronate u jfittxu l-attenzjoni medika jekk jiżviluppaw sintomi ta’ irritazzjoni esofaġika bħal disfaġja, uġigħ waqt li jkunu qed jibilgħu jew uġigħ wara l-isternu jew qrusa fl-istonku ġdida jew li taggrava (ara sezzjoni 4.8).

Ir-riskju ta’ reazzjonijiet avversi esofaġiċi serji jidher li huwa akbar f’pazjenti li ma jieħdux alendronate kif suppost u/jew ikomplu jieħdu alendronate wara li jiżviluppaw sintomi suġġestivi ta’ irritazzjoni esofaġika. Huwa importanti ħafna li l-istruzzjonijet kompluti fuq l-iddożar huma mogħtija, u mifhuma mill-pazjent (ara sezzjoni 4.2). Il-pazjenti għandhom jiġu infurmati li fin-nuqqas li jsegwu dawn l-istruzzjonijiet jista’ jiżdidilhom ir-riskju ta’ problemi esofaġiċi.

Waqt li l-ebda żjieda fir-riskju ma kienet osservata fi provi kliniċi estensivi b’alendronate, kien hemm rapporti (ta’ wara t-tqegħid fis-suq) rari ta’ ulċeri gastriċi u duwodenali, li xi wħud minnhom kienu serji u bil-kumplikazzjonijiet (ara sezzjoni 4.8).

Osteonekrożi tax-xedaq

Osteonekrożi tax-xedaq, ġeneralment assoċjata ma’ qlugħ tas-snien u/jew infezzjonijiet lokali (inklużi osteomajlite) ġiet irrapportata f’pazjenti bil-kanċer li qed jieħdu reġimen ta’ trattamenti li jinkludu bisphosphonates mogħtija prinċipalment minn ġol-vina. Ħafna minn dawn il-pazjenti kienu qed jieħdu wkoll kemoterapija u kortikosterojdi. Osteonekrożi tax-xedaq ġiet ukoll irrapportata f’pazjenti b’osteoporożi li jkunu qed jingħataw bisphosphonates orali.

Il-fatturi ta’ riskju li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati meta wieħed jistma r-riskju li individwu jiżviluppa osteonekrożi tax-xedaq:

il-qawwa tal-bisphosphonate (l-ogħla riskju għal zoledronic acid), minn fejn jingħata (ara hawn fuq) u d-doża kumulattiva

mard tal-kanċer, kimoterapija, radjuterapija, kortikosterojdi, inibituri tal-anġjoġenesi, tipjip

storja ta’ mard tas-snien, iġjene tal-ħalq mhux tajba, mard perjodontali, proċeduri invażivi fis- snien u dentaturi li ma jiġux lil dak li jkun sewwa

Eżami dentali b’dentistrija preventiva adattata għandu jiġi kkunsidrat qabel kura bil-bisphosphonates mill-ħalq f’pazjenti bi stat dentali ħażin.

Waqt it-trattament, dawn il-pazjenti għandhom jevitaw proċeduri dentali invażivi jekk huwa possibbli. Għal pazjenti li jiżviluppaw osteonekrożi tax-xedaq waqt li jkunu fuq terapija b'bisphosphonates, kirurġija dentali tista’ tħarrax il-kundizzjoni. Għal pazjenti li jeħtieġu proċeduri dentali, m’hemm l- ebda dejta li tisuġġerixxi li l-waqfien tat-trattament b'bisphosphonates inaqqas ir-riskju ta’ osteonekrożi tax-xedaq. Il-ġudizzju kliniku tat-tabib kuranti għandu jigwida l-pjan ta’ tmexxija ta’ kull pazjent msejjes fuq stima ta’ siwi/riskju individwali.

Waqt kura bil-bisphosphonate, il-pazjenti kollha għandhom jiġu nkoraġġuti jżommu iġjene tal-ħalq tajba, jagħmlu check-up tas-snien bħala rutina, u jirrappurtaw kwalunkwe sinjali fil-ħalq bħal ċaqliq tas-snien, uġigħ jew nefħa.

Osteonekrożi tal-kanal estern tas-smigħ

Osteonekrożi tal-kanal estern tas-smigħ ġiet irrapportata b’bisphosphonates, primarjament f’assoċjazzjoni ma’ terapija fit-tul. Fatturi ta’ riskju possibbli għall-osteonekrożi tal-kanal estern tas- smigħ jinkludu l-użu ta’ sterojdi u kimoterapija u/jew fatturi lokali ta’ riskju bħal infezzjoni jew trawma. Il-possibbiltà ta’ osteonekrożi tal-kanal estern tas-smigħ għandha tiġi kkunsidrata f’pazjenti li jkunu qegħdin jirċievu bisphosphonates li jippreżentaw sintomi fil-widnejn bħal uġigħ jew tnixxija, jew infezzjonijiet fil-widnejn kroniċi.

Uġigħ muskoluskeletriku

Uġigħ fl-għadam, fil-ġogi u/jew fil-muskoli ġie rapportat f’pazjenti li qed jieħdu l-bisphosphonates. F’esperjenzi ta’ wara t-tqegħid fis-suq, dawn is-sintomi rarament kienu serji u/jew inkapaċitanti (ara sezzjoni 4.8). Il-bidu tad-dehra tas-sintomi varjat minn jum għal diversi xhur wara l-bidu tat- trattament. Il-parti l-kbira tal-pazjenti kellhom serħan mis-sintomi wara li waqqfu t-trattament. Subset minnhom kellhom rikorenza tas-sintomi meta ġew sfidati mill-ġdid bl-istess prodott mediċinali jew bisphosphonate ieħor.

Ksur mhux tipiku tal-għadma tal-wirk

Ksur subtrochanteric u diaphyseal mhux tipiku tal-għadma tal-wirk kien irrappurtat bit-terapija tal- bisphosphonate, l-aktar f’pazjenti li kienu qed jirċievu kura għal tul ta’ żmien għall-osteoporożi. Dan il-ksur transversali jew qasir u mmejjel jista’ jseħħ matul l-għadma kollha tal-wirk minn eżatt taħt il- lesser trochanter sa eżatt fuq is-supracondylar flare. Dan il-ksur iseħħ wara xi daqqa ħafifa jew mingħajr ma jkun hemm l-ebda impatt u xi pazjenti jkollhom uġigħ fil-koxxa jew fl-irqiq ta’ bejn il- koxxa u ż-żaqq, li ħafna drabi jkun assoċjat ma’ karatteristiċi ta’ ksur minn stress f’immaġini, minn ġimgħat sa xhur qabel ma l-pazjent ikollu ksur totali tal-għadma tal-wirk. Spiss il-ksur ikun fuq iż- żewġ naħat; għaldaqstant il-wirk oppost għandu jiġi eżaminat f’pazjenti kkurati bil-bisphosphonate li kellhom ksur fil-parti vertikali u twila tal-wirk. Kien irrappurtat ukoll li dan il-ksur ma jfieqx sew. F’pazjenti maħsuba li għandhom ksur mhux tipiku tal-għadma tal-wirk, għandu jiġi kkunsidrat twaqqif tat-terapija bil-bisphosphonate sakemm il-pazjent issirlu evalwazzjoni, fuq bażi ta’ stima individwali ta’ benefiċċju u riskju.

Waqt kura bil-bisphosphonate l-pazjenti għandhom jiġu mwissija biex jirrappurtaw kwalunkwe uġigħ fil-koxxa, fil-ġenbejn jew fl-irqiq ta’ bejn iż-żaqq u l-koxxa u kull pazjent li jkollu sintomi bħal dawn għandha ssirlu evalwazzjoni għal ksur mhux komplut tal-għadma tal-wirk.

Indeboliment renali

ADROVANCE mhux rakkomandat għal pazjenti b’indeboliment renali meta t-tneħħija tal-kreatinina hija anqas minn 35ml/min (ara sezzjoni 4.2).

Metaboliżmu minerali u tal-għadam

Kawżi għall-osteoporożi minħabba nuqqas ta' estroġen u x-xjuħija għandhom jiġu konsidrati.

L-ipokalċemija għandha tiġi korretta qabel ma tinbeda t-terapija b’ADROVANCE (ara sezzjoni 4.3). Mard ieħor li jaffetwa l-metaboliżmu minerali (bħal defiċjenza fil-vitamina D u ipoparatirojdiżmu) għandhom jiġu wkoll ittrattati effettivament qabel ma jinbeda dan il-prodott mediċinali. Il-kontenut ta’ vitamina D f’ADROVANCE mhix adattata għal korrezzjoni ta’ defiċjenza tal-vitamina D. F’pazjenti b’dawn il-kundizzjonijiet, il-kalċju fis-serum u sintomi ta’ ipokalċemija għandhom jiġu monitorjati waqt terapija b’ADROVANCE.

Minħabba l-effetti pożittivi ta’ alendronate fiż-żjieda tal-minerali fl-għadam, tnaqqis fil-livelli tal- kalċju fis-serum u fil-fosfat jista’ jseħħ b’mod speċjali f’pazjenti li jkunu qegħdin jieħdu glukokortikojdi fejn, l-assorbiment tal-kalċju jista’ jkun imnaqqas. Dan huwa ġeneralment żgħir u mhux sintomatiku. Madankollu, kien hemm rapporti rari ta’ ipokalċemia mhux sintomatika, li xi drabi kienet serja u ta’ spiss ġrat f’pazjenti b’kundizzjonijiet li jippredisponu (eż. ipoparatirojdiżmu, defiċjenza tal-vitamina D u malassorbiment tal-kalċju) (ara sezzjoni 4.8).

Colecalciferol

Vitamin D3 tista’ tkabbar il-grad ta' l-iperkalċemija u/jew l-iperkalċijurja meta tingħata lil pazjenti b’mard assoċjat ma’ produzzjoni żejda ta’ calcitriol mhux reġolata (eż. lewkimja, limfoma, sarkojdożi). Il-kalċju fis-serum u fl-awrina għandu jiġi monitorjat f’dawn il-pazjenti.

Pazjenti b’malassorbiment jistgħu ma jassorbux il-vitamina D3 adegwatament.

Sustanzi mhux attivi

Dan il-prodott mediċinali fih il-lactose u s-sucrose. Pazjenti bi problemi ereditarji rari ta’ intolleranza għal fructose, intolleranza għal galactose, id-defiċjenza ta' Lapp lactase, jew l-assorbiment ħażin ta' glucose-galactose jew insuffiċjenza ta’ sucrase-isomaltase m’għandhomx jieħdu din il-mediċina.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Alendronate

Huwa probabbli li ikel u xorb (li jinkludi l-ilma minerali), supplimenti tal-kalċju, antaċidi, u xi prodotti mediċinali orali ser itellfu l-assorbiment ta’ alendronate, jekk jittieħdu fl-istess ħin. Għalhekk, il-pazjenti għandhom jistennew ta’ l-anqas 30 minuta wara li jieħdu alendronate qabel ma jieħdu xi prodott medicinali orali ieħor (ara sezzjoni 4.2 u 5.2).

Minħabba li l-użu ta’ Mediċini Antiinfjammatorji Mhux Sterojdi (NSAIDs) huwa assoċjat ma’ irritazzjoni gastrointestinali, għandha tintuża l-kawtela matul użu fl-istess ħin ma’ alendronate.

Colecalciferol

Olestra, żjut minerali, orlistat, u sekwestranti tal-aċidi biljari (eż. cholestyramine, colestipol) jistgħu jimpedixxu l-assorbiment ta’ vitamina D. Antikonvulsanti, cimetidine u thiazides jistgħu jżiedu l- kataboliżmu ta’ vitamina D. Supplimenti addizjonali tal-vitamina D jistgħu jiġu kunsidrati fuq bażi individwali.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

ADROVANCE jintuża biss għal użu f’nisa wara l-menopawża u għalhekk m’għandux jiġi użat waqt it-tqala jew f’nisa li jreddgħu.

Tqala

M’hemmx dejta jew hemm dejta limitata dwar l-użu ta’ alendronate f’nisa tqal. Studji f’annimali wrew effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva. Alendronate mogħti waqt it-tqala fil-firien ikawża distoċja relatata ma' l-ipokalċemija (ara sezzjoni 5.3) Studji fl-annimali wrew iperkalċemija u tossiċità riproduttiva b’dożi għoljin ta’ vitamina D (ara sezzjoni 5.3). ADROVANCE ma għandux jintuża waqt it-tqala.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk alendronate/metaboliti jiġux eliminati mill-ħalib tas-sider tal-bniedem. Ir-riskju gћat-trabi tat-twelid/trabi mhux eskluż. Colecalciferol u xi ftit mill-metaboliti attivi tiegħu jgħaddu fil- ħalib tal-omm. ADROVANCE m’għandux jintuża waqt it-treddigћ.

Fertilità

Il-bisphosphonates jiġu inkorporati ġol-matriċi tal-għadam, minn fejn jintreħew bil-mod il-mod fuq perjodu ta’ snin. L-ammont ta’ bisphosphonate inkorporat ġol-għadam tal-adulti, u għalhekk, l- ammont disponibbli biex jintreħa lura għal ġoċ-ċirkulazzjoni sistemika, huwa relatat direttament mad- doża u mat-tul taż-żmien tal-użu tal-bisphosphonate (ara sezzjoni 5.2). M’hemm l-ebda dejta dwar ir- riskju għall-fetu fil-bnedmin. Madankollu, hemm riskju teoretiku ta’ ħsara għall-fetu, il-biċċa l-kbira skelettrika, jekk mara tinqabad tqila wara li tkun temmet kors ta’ terapija b’bisphosphonate. L-impatt ta’ varjabilitajiet bħal żmien bejn il-waqfien ta’ terapija b’bisphosphonate u l-konċepiment, il- bisphosphonate partikolari li jkun intuża, u r-rotta ta’ minn fejn ikun ingħata (minn ġol-vini vs mill- ħalq) fuq ir-riskju ma ġiex studjat.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

ADROVANCE m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Pazjenti jistgħu jesperjenzaw ċerti reazzjonijiet avversi reazzjonijiet avversi (per eżempju vista mċajpra, sturdament u uġigħ qawwi fl-għadam, fil-muskoli jew fil-ġogi (ara sezzjoni 4.8)) li jistgħu jinfluwenzaw il-ħila biex isuqu u jħaddmu magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Ir-reazzjonijiet avversi rrappurtati b’mod l-aktar komuni huma reazzjonijiet avversi fil-parti ta’ fuq tas-sistema gastrointestinali u jinkludu wġigħ fl-addome, dispepsja, ulċera fl-esofagu, disfaġja, nefħa fl-addome u rigurġitazzjoni tal-aċidu (> 1 %).

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi

Ir-reazzjonijiet avversi li ġejjin ġew irraportati waqt l-istudji kliniċi u/jew l-użu wara t-tqegħid fis-suq b'alendronate.

L-ebda reazzjoni avversa addizzjonali ma ġiet identifikata għat-taħlita ta’ alendronate u colecalciferol..

Il-frekwenzi huma ddefiniti bħala: komuni ħafna (≥1/10), komuni (≥ 1/100 sa < 1/10), mhux komuni (≥ 1/1000 sa < 1/100), rari (≥1/10,00 sa, < 1/1000), rari ħafna (< 1/10,000)

Sistema tal-klassifika tal-

Frekwenza

Reazzjonijiet avversi

organi

 

 

Disturbi fis-sistema

Rari

reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva fosthom

immuni

 

urtikarja u anġjoedima

Disturbi fil-metaboliżmu u

Rari

ipokalċimja bis-sintomi, sikwit marbuta ma’

n-nutrizzjoni

 

kundizzjonijiet li jippredisponu għaliha.§

Disturbi fis-sistema

Komuni

uġigħ ta’ ras, sturdament

nervuża

Mhux Komuni

disgewżja

Disturbi fl-għajnejn

Mhux Komuni

infjammazzjoni fl-għajn (uveite, sklerite jew

 

 

episklerite)

Disturbi fil-widnejn u fis-

Komuni

vertigo

sistema labirintika

Rari ħafna

osteonekrożi tal-kanal estern tas-smigħ (reazzjoni

 

 

avversa tal-klassi bisphosphonate)

Disturbi gastro-intestinali

Komuni

uġigħ addominali, dispepsja, stitikezza, dijarea, gass,

 

 

ulċera esofagali*, disfaġja*, distensjoni addominali,

 

 

regurġitazzjoni tal-aċidu

 

Mhux Komuni

dardir, rimettar, gastrite, esofaġite*, taħfir esofagali*,

 

 

melena

 

Rari

tidjiq esofagali*, ulċerazzjoni orofarinġali*, PUBs

 

 

(perforazzjonijiet, ulċeri, fsada) gastrointestinali fin-

 

 

naħa ta’ fuq§

Disturbi fil-ġilda u fit-

Komuni

alopeċja, ħakk

tessuti ta’ taħt il-ġilda

Mhux Komuni

raxx, eritema

 

Rari

raxx b’fotosensittività, reazzjonijiet severi tal-ġilda li

 

 

jinkludu s-sindrome ta’ Stevens-Johnson u nekrolisi

 

 

epidermika tossika

Disturbi muskolu-

Komuni Ħafna

uġigħ muskoluskeletriku (fl-għadam, fil-muskoli jew

skeletriċi u tat-tessuti

 

fil-ġogi) li xi kultant ikun qawwi†§

konnettivi

Komuni

nefħa fil-ġogi

 

Rari

osteonekrożi tax-xedaq‡§; ksur subtrochanteric u

 

 

diaphyseal mhux tipiku tal-għadma tal-wirk

 

 

(reazzjoni avversa tal-klassi tal-bisphosphonate)

Disturbi fil-ġilda u fit-

Komuni

astenja, edima periferali

tessuti ta’ taħt il-ġilda

Mhux Komuni

sintomi temporanji bħal f’rispons ta’ fażi akuta

 

 

(uġigħ fil-muskoli, telqa u f’każijiet rari, deni),

 

 

tipikament marbuta mal-bidu tal-kura

§Ara sezzjoni 4.4

Il-Frekwanza fil-Provi Kliniċi kienet simili fil-gruppi tal-prodott mediċinali u tal-plaċebo. *Ara sezzjonijiet 4.2 u 4.4

Din ir-reazzjoni avversa kienet identifikata permezz ta’ sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Il- frekwenza ta’ rari kienet stmata fuq bażi ta’ provi kliniċi rilevanti.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Alendronate

Sintomi

Ipokalċemija, ipofosfatemija u reazzjonijiet avversi gastrointestinali tan-naħa ta’ fuq, bħall-istonku mħawwad, qrusa fl-istonku, esofaġite, gastrite, jew ulċeri, jistgħu jirriżultaw minn doża orali eċċessiva.

Ġestjoni

Ma hemm l-ebda tagħrif speċifiku fuq it-trattament ta' doża eċċessiva b'alendronade. F’kaz ta’ doża eċċessiva b’ADROVANCE, ħalib jew antaċidi għandhom jingħataw biex jintrabtu ma' alendronate. Minħabba r-riskju ta’ irritazzjoni esofaġeali, ir-remettar m’għandux jiġi mqanqal u l-pazjent għandu jibqa' bilwieqfa.

Colecalciferol

Ma ġietx dokumentata waqt terapija kronika f’adulti li huma ġeneralment b’saħħithom tossiċità bil- vitamina D f’doża ta’ anqas minn 10,000 IU/kuljum. Fi studju kliniku fuq adulti b’saħħithom doża ta’ 4000 IU kuljum ta' vitamina D3 sa żmien ħames xhur ma kinetx assoċjata ma’ iperkalċijurja jew iperkalċemija.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Mediċini għall-kura ta’ mard tal-għadam, kombinazzjonijiet ta’ bisphosphonates, Kodiċi ATC: M05BB03

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Alendronate

Alendronate sodium huwa bisphosphonate li jimpedixxi l-assorbiment osteoklastiku mill-ġdid ta’ l- għadam mingħajr effett dirett fuq il-formazzjoni ta’ l-għadam. Studji ta' qabel l-użu kliniku wrew lokalizzazzjoni preferenzjali ta’ alendronate għas-siti attivi ta’ assorbiment mill-ġdid. Attività osteoklastika hija impeduta, imma r-rekrutaġġ jew twaħħil ta’ osteoklasti mhux effettwat. L-għadam iffurmat waqt trattament b’alendronate huwa ta’ kwalità normali.

Colecalciferol (vitamina D3)

Il-vitamina D3 hija magħmula fil-ġilda permezz tal-bidla ta’ 7-dehydrocholesterol għal vitamina D3 bid-dawl ultravjola. Fin-nuqqas ta’ esponiment adekwat għad-dawl tax-xemx, il-vitamina D3 hija nutrijent essenzjali tad-dieta. Il-vitamin D3 hija mibdula f’25-hydroxyvitamin D3 fil-fwied, u maħżuna sakemm tkun meħtieġa. Il-bidla għal ormon mobilizzanti tal-kalċju attiv 1,25-dihydroxyvitamin D3 (calcitriol) fil-kilwa hija strettament irregolata. L-azzjoni prinċipali ta' 1,25-dihydroxyvitamin D3 hija li żżid l-assorbiment intestinali kemm tal-kalċju u l-fosfat kif ukoll li tirregola l-kalċju fis-serum, il- kalċju renali u l-eliminazzjoni tal-fosfat, il-formazzjoni ta’ l-għadam u l-assorbiment mill-ġdid ta’ l- għadam.

Vitamin D3 hi meħtieġa għal formazzjoni normali ta’ l-għadam. Insuffiċjenza ta’ vitamina D tiżviluppa meta kemm l-esponiment għad-dawl tax-xemx u kemm it-teħid fid-dieta huma inadekwati. L-insuffiċjenza hija assoċjata ma’ bilanċ tal-kalċju negattiv, telf ta’ l-għadma, u riskju aktar ta’ fratturi skeletriċi. F’każijiet serji, id-defiċjenza tirriżulta f’iperparatirojdiżmu sekondarju, ipofosfatemija, dgħjufija tal-muskoli prossimali u osteomalaċja, li tkompli żżid ir-riskju ta’ waqgħat u fratturi f’individwi osteoporotiċi. Vitamina D supplimentari tnaqqas dawn ir-riskji u l-konsegwenzi tagħhom.

L-osteoporożi hija definita bħala densità minerali ta’ l-għadam (BMD) tas-sinsla jew tal-ġenbejn 2.5 b’devjazzjonijiet min-normal (SD) l-isfel mill-valur medju ta’ popolazzjoni normali żagħżugħa jew bħala frattura ta’ fraġilità preċedenti, irrespetivament mill-BMD.

Effikaċja klinika u sigurtà

Studji dwar ADROVANCE

L-effett tad-doża aktar baxxa ta’ ADROVANCE (alendronate 70 mg/vitamin D3 2800 IU) fuq l-istat tal-vitamina D kien muri fi studju multinazzjonali ta’ 15-il ġimgħa li rreġistra 682 nisa ta’ wara l- menopawża bl-osteoporożi (25-hydroxyvitamin D fis-serum fil-linja bażi: medja, 56 nmol/l

[22.3 ng/ml]; firxa, 22.5-225 nmol/l [9-90 ng/ml]). Pazjenti ngħataw l-qawwa l-baxxa

(70 mg/2800 IU)ta’ ADROVANCE ) (n=350) jew FOSAMAX (alendronate) 70 mg (n=332)darba fil- ġimgħa; supplimenti addizzjonali ta’ vitamina D kienu projbiti. Wara 15-il ġimgħa ta’ trattament, il- livelli medji ta’ 25-hydroxyvitamin D fis-serum kienu sinifikattivament ogħla (26 %) fil-grupp ADROVANCE (70 mg/2800 IU) (56 nmol/l [23 ng/ml]) milli fil-grupp ta’ alendronate biss (46 nmol/l [18.2 ng/ml]). Il-perċentwali ta’ pazjenti b’insuffiċjenza ta’ vitamina D (25-hydroxyvitamin D fis- serum < 37.5 nmol/l [< 15 ng/ml]) kien sinifikattivament imnaqqas bi 62.5 % b’ADROVANCE

(70 mg/2800 IU) kontra alendronate biss (12 % kontra 32 %, rispettivament), matul ġimgħa 15. Il- perċentwali ta’ pazjenti b’insuffiċjenza ta’ vitamina D (25-hydroxyvitamin D fis-serum ≤ 22.5 nmol/l [≤9 ng/ml]) kien sinifikattivament imnaqqas bi 92 % b’ADROVANCE (70 mg/2800 IU) kontra alendronate biss (1 % kontra 13 %, rispettivament). F'dan l-istudju, livelli medji ta’ 25- hydroxyvitamin D f’pazjenti b’insuffiċjenza ta’ vitamina D fil-linja bażi ta' riferiment (25-hydroxyvitamin D, 22.5 għal 37.5 nmol/l [9 għal < 15 ng/ml]) żdiedu minn 30 nmol/l (12.1 ng/ml) għal 40 nmol/l (15.9 ng/ml) f’ġimgħa 15 fil-grupp ADROVANCE (70 mg/2800 IU) (n=75) u naqsu minn 30 nmol/l (12.0 ng/ml) fil-linja bażi għal 26 nmol/l (10.4 ng/ml) f’ġimgħa 15 fil-grupp alendronate-biss (n=70). Ma kien hemm l-ebda differenzi bejn il-gruppi tat-trattament fil-medji tal- kalċju u tal-fosfat fis-serum, jew fil-kalċju fl-awrina ta’ 24 siegħa.

L-effett tad-doża aktar baxxa ta’ ADROVANCE (alendronate 70 mg/vitamin D3 2800 IU) kif ukoll 2,800 IU Vitamina D3 addizzjonali għal total ta’ 5,600 IU (l-ammont ta’ vitamin D3 fid-doża aktar għolja ta’ ADROVANCE) darba fil-ġimgħa ntwera fi studju ta’ 24 ġimgħa, studju ta’ estensjoni li fih kien hemm irreġistrati 619-il mara ta’ wara l-menopawża bl-osteoporożi. Il-pazjenti fil-grupp tal- Vitamina D3 2,800 irċevew ADROVANCE (70 mg/2,800 IU) (n=299) u pazjenti fil-grupp tal- Vitamina D3 5,600 irċevew ADROVANCE (70 mg/2,800 IU) kif ukoll 2,800 IU vitamina D3 addizzjonali (n=309) darba fil-ġimgħa; supplimenti addizjonali ta’ vitamina D kienu permessi. Wara 24 ġimgħa ta’ trattament, il-livelli medji ta’ 25-hydroxyvitamin D fis-serum kienu ferm ogħla fil- grupp tal-Vitamina D3 5,600 (69 nmol/l [27.6 ng/ml]) milli fil-grupp tal-Vitamina D3 2,800 (64 nmol/l [25.5 ng/ml]). Il-perċentwal ta’ pazjenti b’insuffiċjenza tal-vitamina D kien ta’ 5.4% fil-grupp tal- Vitamina D3 2,800 vs. 3.2 % fil-grupp tal-Vitamina D3 5,600 matul l-estensjoni ta’ 24 ġimgħa. Il- perċentwal ta’ pazjenti b’insuffiċjenza ta’ vitamina D kien ta’ 0.3% fil-grupp tal-Vitamina D3 2,800 vs. żero fil-grupp tal-Vitamina D3 5,600. Ma kien hemm l-ebda differenza bejn il-gruppi tat-trattament fil-medji tal-kalċju u tal-fosfat fis-serum, jew fil-kalċju fl-awrina ta’ 24 siegħa. Il-perċentwal ta’ pazjenti bl-iperkalċurja fit-tmiem tal-estensjoni ta’ 24 ġimgħa ma kienx statistikament differenti bejn il-gruppi tat-trattament.

Studji fuq alendronate

L-ekwivalenza terapewtika ta’ alendronate 70 mg (n=519) mogħti darba fil-ġimgħa u alendronate

10 mg kuljum (n=370) kienet murija fi studju ta’ sena f’ċentri multipli fuq nisa wara l-menopawża bl- osteoporożi. Iż-żjidiet medji mill-linja bażi ta' riferiment fis-sinsla lumbari fi żmien sena kienu 5.1 % (95 % CI: 4.8, 5.4 %) fil-grupp ta’ 70 mg darba fil-ġimgħa u 5.4 % (95 % CI: 5.0, 5.8 %) fil-grupp ta’ 10 mg kuljum. Iż-żjidiet medja fil-BMD kienu 2.3 % u 2.9 % fl-għonq tal-femora u 2.9 % u 3.1 % fl- għadam tal-ġenbejn totali fil-gruppi ta’ 70 mg darba fil-ġimgħa u 10 mg kuljum, rispettivament. Iż- żewġ ġruppi tat-trattament kienu ukoll simili fir-rigward ta’ żjidiet fil-BMD f’siti skeletriċi oħrajn.

L-effetti ta’ alendronate fuq il-massa ta’ l-għadma u l-inċidenza ta’ fratturi f’nisa wara l-menopawża kienu eżaminati f’żewġ studji ta’ l-effikaċja fil-bidu ta’ disinn identiku (n=994) kif ukoll fil-Fracture Intervention Trial (FIT: n=6,459).

Fl-istudji ta’ l-effikaċja fil-bidu, żjidiet fil-BMD medja b’ alendronate 10 mg/kuljum relattivament ma’ plaċebo fi żmien tliet snin kienu 8.8 %, 5.9 % u 7.8 % fis-sinsla, fl-għonq femurali u fit- trochanter, rispettivament. Il-BMD totali tal-ġisem ukoll żdiedet sinifikattivament. Kien hemm ukoll tnaqqis ta’ 48 % (alendronate 3.2 % kontra plaċebo 6.2 %) fil-proporzjon ta’ pazjenti li kellhom waħda jew aktar fratturi vertebrali trattati b’alendronate relattivament ma’ dawk ittrattati bi plaċebo. Fl-

estensjoni ta’ sentejn ta’ dawn l-istudji l-BMD fis-sinsla u fit-trochanter kompliet tiżdied u l-BMD fl- għonq femurali u fil-ġisem totali kienet miżmuma.

FIT ikkonsista f’żewġ studji kontrollati bi plaċebo fejn intuża alendronate kuljum (5 mg għal sentejn u 10 mg kuljum għal sena jew sentejn addizzjonali):

FIT 1: Studju ta’ tliet snin fuq 2,027 pazjenti li kellhom ta’ l-anqas frattura (ta’ kompressjoni) vertebrali waħda fil-linja bażi ta' riferiment. F’dan l-istudju alendronate mogħti kuljum naqqas l- inċidenza ta’ 1 frattura vertebrali ġdida b’ 47 % (alendronate 7.9 % kontra plaċebo 15.0 %). Barra minn hekk, tnaqqis statistikament sinifikattiv instab fl-inċidenzi ta’ fratturi tal-għadam tal-ġenbejn (1.1 % kontra 2.2 %, tnaqqis ta’ 51 %).

FIT 2: Studju ta’ erba’ snin fuq 4,432 pazjenti b’massa ta’ l-għadam baxx imma mingħajr fratturi vertebrali fil-linja bażi ta' riferiment. F’dan l-istudju, differenza sinifikattiva kienet osservata fl-analiżi ta’ sottogrupp ta’ nisa osteoporotiċi (37 % tal-popolazzjoni globali li jikkorispondu mad-definizzjoni ta’ osteoporożi) fl-inċidenza ta’ fratturi tal-għadam tal-ġenbejn (alendronate 1.0 % kontra plaċebo 2.2 %, tnaqqis ta’ 56 %) u fl-inċidenza ta’ 1 frattura vertebrali (2.9 % kontra 5.8 %, tnaqqis ta’ 50 %).

Sejbiet minn testijiet tal-laboratorju

Fi studji kliniċi, tnaqqis mingħajr sintomi, ħafif u temporanju fil-livelli tal-kalċju u l-fosfat fis-serum kienu osservati f’madwar18 % u 10 %, rispettivament, ta’ pazjenti li kienu qed jieħdu alendronate 10 mg/kuljum kontra bejn wieħed u ieħor 12 % u 3 % ta’ dawk li kienu qed jieħdu plaċebo. Madankollu, l-inċidenzi ta’ tnaqqis tal-kalċju fis-serum għal < 8.0 mg/dl (2.0 mmol/l) u l-fosfat fis- serum għal 2.0 mg/dl (0.65 mmol/l) kienu simili fiż-żewġ gruppi ta’ kura.

Popolazzjoni pedjatrika

Alendronate sodium ġie studjat f’numru żgħir ta’ pazjenti b’osteogenesis imperfecta taħt l-età ta’ 18- il sena. Ir-riżultati mhumiex biżżejjed biex jappoġġjaw l-użu ta’ alendronate sodium f’pazjenti pedjatriċi b’osteogenesis imperfecta.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Alendronate

Assorbiment

B'mod relattiv ma' doża ta’ referenza mogħtija ġol-vina, il-bijodisponibiltà orali medja ta’ alendronate fin-nisa kienet 0.64 % għal dożi li jvarjaw minn 5 sa 70 mg meta mogħtija wara sawma ta' matul il-lejl u sagħtejn qabel kolazzjon standardizzat. Il-bijodisponibiltà kienet l-istess imnaqqsa għal stima ta’ 0.46 % u 0.39 % meta alendronate kien mogħti siegħa jew nofs siegħa qabel kolazzjon standardizzat. Fi studji fuq l-osteoporożi, alendronate kien effettiv meta ngħata ta’ l-anqas 30 minuta qabel l-ewwel ikel jew xorb tal-jum.

Il-komponent alendronate fil-pillola kombinata ADROVANCE (70 mg/2800 IU) u fil-pillola kombinata ADROVANCE (70 mg/5600 IU) huwa bijoekwivalenti għal pillola ta’ 70 mg alendronate.

Il-bijodisponibiltà kienet negliġibbli kemm jekk alendronate kien mogħti ma’, jew sa sagħtejn wara, kolazzjon standardizzat. Għoti konkomitanti ta’ alendronate mal-kafè jew meraq tal-larinġ naqqas il- bijodisponibiltà b’bejn wieħed u ieħor 60 %.

F’suġġetti b’saħħithom prednisolone mogħti oralment (20 mg tliet darbiet kuljum għal hamest ijiem) ma għamilx bidla klinikament sinifikattiva fil-bijodisponibiltà orali ta’ alendronate (żjieda medja tvarja minn 20 % sa 44 %).

Distribuzzjoni

Studji fil-firien urew li alendronate jinfirex għal ftit tal-ħin fit-tessuti rotob wara l-għoti minn ġol-vina ta’ 1 mg/kg imma mbagħad huwa malajr mferrex mill-ġdid fl-għadam jew eliminat fl-awrina. Il-volum

ta’ distribuzzjoni fi stat fiss medju, esklussivament mill-għadam, huwa ta’ l-anqas 28 litru fil-bnedmin. Konċentrazzjonijiet ta’ alendronate fil-plażma wara dożi terapewtiċi orali huma baxxi wisq għal osservanza analitika (< 5 ng/ml). Irbit mal-proteina fil-plażma umana huwa ta’ bejn wieħed u ieħor

78 %.

Bijotrasformazzjoni

M’hemm l-ebda evidenza li alendronate huwa metabolizzat fl-annimali jew fil-bnedmin.

Eliminazzjoni

Wara doża waħdanija minn ġol-vina ta’ [14C]alendronate, madwar 50 % tar-radjuattività kienet eliminata fl-awrina fi żmien 72 siegħa u ftit li xejn radjuattività ma kienet rikoverata fl-ippurgar. Wara doża waħdanija minn ġol-vina ta’ 10 mg, l-eliminazzjoni renali ta’ alendronate kienet 71 ml/min, u l- eliminazzjoni sistemika ma qabżitx 200 ml/min. Il-konċentrazzjonijiet fil-plażma waqgħu b’aktar minn 95 % fi żmien sitt sigħat wara l-għoti ġol-vina. Il-half-life terminali fil-bnedmin hija meqjusa li taqbez l-għaxar snin, u tirrifletti ħelsien minn ġol-iskeletru. Alendronate mhuwiex eliminat permezz ta’ sistemi aċidiċi jew bażiċi mill-kliewi tal-firien, u għalhekk mhuwiex antiċipat li jtellef l- eliminazzjoni ta’ prodotti mediċinali oħrajn minn dawn is-sistemi fil-bnedmin.

Colecalciferol

Assorbiment

Wara l-għoti ta’ pilloli ta’ 70 mg/2,800 IU ADROVANCE f’suġġetti adulti b’saħħithom (irġiel u nisa) wara sawma tul il-lejl u sagħtejn qabel ikla, l-erja medja taħt il-kurva tal-konċentrazzjoni tas-serum mal-ħin (AUC0-120 hrs) għal vitamina D3 (mhux aġġustata għal-livelli ta’ vitamina D3 endoġena) kienet ta' 296.4 ng hr/ml. Il-konċentrazzjoni massima medja fis-serum (Cmax) ta’ vitamina D3 kienet

5.9 ng/ml, u l-ħin medjan għal konċentrazzjoni massima fis-serum (Tmax) kienet ta' 12-il siegħa. Il- bijodisponibiltà tal-2800 IU vitamina D3 f’ADROVANCE hija simili għal 2800 IU D3 mogħtija waħeda.

Wara l-għoti ta’ pilloli ta’ 70 mg/5,600 IU ADROVANCE f’suġġetti adulti b’saħħithom (irġiel u nisa) wara sawma tul il-lejl u sagħtejn qabel ikla, l-erja medja taħt il-kurva tal-konċentrazzjoni tas-serum mal-ħin (AUC0-120 hrs) għal vitamina D3 (mhux aġġustata għal-livelli ta’ vitamina D3 endoġena) kienet ta' 490.2 ng hr/ml. Il-konċentrazzjoni massima medja fis-serum (Cmax) ta’ vitamina D3 kienet

12.2 ng/ml, u l-ħin medjan għal konċentrazzjoni massima fis-serum (Tmax) kien ta' 10.6 sigħat. Il- bijodisponibiltà tal-5600 IU vitamina D3 f’ADROVANCE hija simili għal 5600 IU D3 mogħtija waħedha.

Distribuzzjoni

Wara l-assorbiment, il-vitamina D3 tidħol fid-demm bħala parti miċ-chylomicrons. Il-vitamina D3 hija distribwita malajr l-aktar fil-fwied fejn tgħaddi minn metaboliżmu għal 25-hydroxyvitamin D3, il- forma ta’ ħażna prinċipali. Ammonti aktar żgħar huma distribwiti lit-tessuti tax-xaħam u tal-muskoli u maħżuna bħala vitamina D3 f’dawn is-siti għal tnixxija aktar tard għal ġoċ-ċirkulazzjoni. Il-vitamina D3 li tkun qed tiċirkola hija marbuta mal-proteina tal-vitamina D.

Bijotrasformazzjoni

Il-vitamina D3 hija malajr metaboliżżata b’hydroxylation fil-fwied għal 25-hydroxyvitamin D3, u sussegwentament metaboliżżata fil-kilwa għal 1,25-dihydroxyvitamin D3, li tirrapreżenta l-forma bijoloġika attiva. Aktar idrosilazzjoni sseħħ qabel l-eliminazzjoni. Perċentwali żgħir ta’ vitamina D3 issirilha glucuronidation qabel l-eliminazzjoni.

Eliminazzjoni

Meta ngħatat il-vitamina D3 radjuattiv lil suġġetti f’saħħithom, l-eliminazzjoni medja fl-awrina tar- radjuattività wara 48 siegħa kienet ta' 2.4 %, u l-eliminazzjoni medja tar-radjuattività fl-ippurgar wara 4 ijiem kienet ta' 4.9 %. Fiż-żewġ każijiet, ir-radjuattività eliminata kienet kważi esklusivament bħala metaboliti tal-ġenitur. Il-half-life medja ta’ vitamina D3 fis-serum wara doża orali ta’ ADROVANCE (70 mg/2800 IU) hija madwar 24 siegħa.

Indeboliment tal-kliewi

Studji ta’ qabel l-użu kliniku juru li alendronate li mhux depożitat fl-għadam huwa malajr eliminat fl- awrina. L-ebda evidenza ta’ saturazzjoni tat-teħid fl-għadam ma nstabet wara ddożar kroniku b’dożi kumulattivi mogħtija minn ġol-vina sa 35 mg/kg fl-annimali. Għalkemm m’hemm l-ebda informazzjoni klinika disponibbli, huwa probbabli li, bħal fl-annimali, l-eliminazzjoni ta’ alendronate mill-kilwa tkun mnaqqsa f’pazjenti b’funzjoni renali indebolita. Għaldaqstant, xi akkumulazzjoni akbar ta’ alendronate fl-għadam tista’ tkun mistennija f’pazjenti b’funzjoni renali mxekkla (ara sezzjoni 4.2).

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Ma saru ebda studji mhux kliniċi b'kombinazzjoni ta' alendronate u colecalciferol.

Alendronate

Informazzjoni mhux klinika magħmula fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn dożi ripetuti, effett tossiku fuq il-ġeni, riskju ta’ kanċer, ma’ turi l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin. Fi studji fuq il-firien urew li trattament b’alendronate waqt it-tqala kien assoċjat ma’ distoċja f’firien nisa waqt it-twelid li kien relatat ma’ ipokalċemija. Fi studji, firien li ngħataw dożi għoljin urew inċidenza akbar ta’ ossifikazzjoni fetali mhux kompluta. Ir-relevanza għal bniedem għadu mhux magħruf.

Colecalciferol

F'dożi li huma ferm ogħla mill-medda terapewtika tal-bniedem, ġiet osservata tossiċità riproduttiva fi studji fuq l-annimali.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta' eċċipjenti

Microcrystalline cellulose (E 460)

Lactose anhydrous

Medium chain triglycerides

Gelatin

Croscarmellose sodium

Sucrose

Colloidal silicon dioxide

Magnesium stearate (E572)

Butylhydroxytoluene (E321)

Modified starch (maize)

Sodium aluminium silicate (E554)

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

18-il xahar.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fil-folja oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità u d-dawl.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

ADROVANCE 70 mg/2800 IU pilloli

Folji tal-aluminju/aluminju, f'kartun li fihom 2, 4, 6 jew 12-il pillola.

ADROVANCE 70 mg/5600 IU pilloli

Folji tal-aluminju/aluminju, f'kartun li fihom 2, 4 jew 12-il pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

L-ebda ħtiġijiet speċjali.

7.ID-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Merck Sharp & Dohme Ltd.

Hertford Road, Hoddesdon

Hertfordshire EN 11 9BU

Ir-Renju Unit

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

ADROVANCE 70 mg/2800 IU pilloli

EU/1/06/364/001 - 2 pilloli

EU/1/06/364/002 - 4 pilloli

EU/1/06/364/003 - 6 pilloli

EU/1/06/364/004 - 12-il pillola

ADROVANCE 70 mg/5600 IU pilloli

EU/1/06/364/006 - 2 pilloli

EU/1/06/364/007 - 4 pilloli

EU/1/06/364/008 - 12-il pillola

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TA’ L-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 4 ta’ Jannar 2007

Data tal-aħħar tiġdid: 21 Novembru 2011

10.DATA TA' REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati