Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Advagraf (tacrolimus) – Fuljett ta’ tagħrif - L04AD02

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaAdvagraf
Kodiċi ATCL04AD02
Sustanzatacrolimus
ManifatturAstellas Pharma Europe B.V.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Advagraf 0.5 mg kapsuli ibsin li jerћu l-mediċina bil-mod

Advagraf 1 mg kapsuli ibsin li jerћu l-mediċina bil-mod

Advagraf 3 mg kapsuli ibsin li jerћu l-mediċina bil-mod

Advagraf 5 mg kapsuli ibsin li jerћu l-mediċina bil-mod

Tacrolimus

Aqra sew dan-il fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista' jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’gћandekx tgћaddiha lil persuni oћra. Tistatagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sintomi bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Advagraf u għalxiex jintuża

2.Xgħandek tkun taf qabel ma tieħu Advagraf

3.Kif għandek tuża Advagraf

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Advagraf

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Advagraf u gћalxiex jintuża

Advagraf fih is-sustanza attiva tacrolimus. Wara t-trapjant tal-organu li tkun għamilt (tal-fwied, tal- kilwa), is-sistema immuni ta’ ġismek tipprova tirriġetta l-organu l-ġdid. Advagraf jintuża biex jikkontrolla r-respons immuni ta’ ġismek billi jgħin lil ġismek jaċcetta l-organu trapjantat.

Tista’ wkoll tingħata Advagraf għal rifjut li tkun qed issir tat-trapjant li tkun għamilt tal-fwied, tal- kliewi, tal-qalb jew ta’ xi organu ieħor jew jekk xi kura li kont qed tieħu qabel ma kinitx biżżejjed biex tikkontrolla dan ir-rispons immuni wara t-trapjant tiegħek.

Advagraf jingħata lil persuni adulti.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Advagraf

Tiħux Advagraf

-jekk int allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għal tacrolimus jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6)

-jekk int allerġiku/a gћal sirolimus jew gћal kwalunkwe antibijotiku-makrolidi (eż. erythromycin, clarithromycin, josamycin).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Prograf u Advagraf, it-tnejn gћandhom is-sustanza attiva tacrolimus. Minkejja dan, Advagraf jittieћed darba kuljum, filwaqt li Prograf jittieћed darbtejn kuljum. Dan gћaliex il-kapsuli ta’ Advagraf jerћu l- mediċina tacrolimus bil-mod (rilaxx iktar bil-mod fuq żmien itwal). Advagraf u Prograf ma jistgħux jittieħdu wieħed flok l-ieħor.

Gћid lit-tabib tiegћek jekk xi waћda milli ġejjin tapplika gћalik:

-jekk qed tieћu xi mediċina msemmija hawn taћt fis-sezzjoni ‘Mediċini oħra u Advagraf’

-jekk gћandek jew kellek problemi tal-fwied

-jekk gћandek dijarrea gћal iktar minn ġurnata waћda

-jekk tħoss uġiegħ abdominali akkumpanjat jew la ma sintomi bhall bard, deni, dardir jew remettar

-jekk ghandek xi alterazjoni fl-attivita elletrika ta qalbek li tissejaħ prologazjoni tal-QT.

It-tabib tiegћek jista’ jkollu bżonn jibdillek id-doża tiegћek ta’ Advagraf.

Gћandek iżżomm kuntatt regolari mat-tabib tiegћek. Minn żmien gћal żmien, it-tabib tiegћek jista’ jkollu bżonn jagћmillek testijiet tad-demm, tal-awrina, tal-qalb, u tal-gћajnejn biex jagћtik id-doża tajba ta’ Advagraf.

Illimita kemm toqgħod fix-xemx u fid-dawl UV(ultravjola) meta tkun fuq il-kura ta’ Advagraf. Dan gћaliex l-immunosuppressanti jistgħu jżidu r-riskju ta’ kanċer tal-ġilda. Ilbes ħwejjeġ bi protezzjoni adattata u uża wkoll dlik li jkun fih fattur protettiv qawwi kontra r-raġġi tax-xemx.

Tfal u adolexxenti

L-użu ta’ Advagraf mhux rakkomandat fit-tfal u adoloxxenti taћt it-18-il sena.

Mediċini oħra u Advagraf

Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk dan l-aħħar qiegħed tieħu jew ħadt xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta u xi kura tal-ħxejjex.

Mhux rakkomandat li tieћu Advagraf flimkien ma’ ciclosporin (mediċina oħra li tintuża biex tevita rifjut tal-organu trapjantat).

Il-livelli tad-demm ta’ Advagraf jistgħu jkunu effettwati minn mediċini oħra li tieħu, u l-livelli tad- demm ta’ mediċini oħra jistgħu jkunu effettwati bit-teħid ta’ Advagraf u tkun teħtieġ interruzzjoni jew tnaqqis jew żieda fid-doża ta’ Advagraf. B’mod partikolari għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk tkun qed tieħu jew jekk reċentement ħadt xi mediċini bħal:

-mediċini antifungali u antibijotiċi, partikolarment dawk imsejħa antibijotiċi makrolidi, li jintużaw kontra l-infezzjonijiet eż. ketoconazole, fluconazole, itraconazole, voriconazole, clotrimazole, erythromycin, clarithromycin, josamycin, u rifampicin

-inibituri protesi HIV (eż. ritonavir nelfinavir, saquinavir), li jintużaw gћat-trattament tal- infezzjoni HIV

-inibituri ta’ protease HCV (eż. telaprevir, boceprevir)).

-mediċini gћall-ulċeri fl-istonku u rifluss tal-aċidu (eż. omeprazole, lansoprazole jew cimetidine)

-antiemetiċi, li jintużaw għall-kura tad-dardir u r-rimettar (eż. metoclopramide)

-cisapride jew l-antiaċidu magnesium-aluminium-hydroxide, li jintuża għall-ħruq ta’ stonku

-il-pillola kontraċettiva jew xi kura oħra ormonali b’ethinylestradiol, kura ormonali b’danazol

-mediċini gћall-kura tal-pressjoni għolja jew problemi fil-qalb (eż. nifedipine, nicardipine, diltiazem u verapamil)

-medicini kontra l-arritmja (amiodarone) użati għall-kontroll tal-arritmija (taħbit irregolari tal- qalb)

-mediċini magħrufa bħala “statins” li jintużaw fil-kura ta’ min għandu kolesterol għoli u trigliċeridi

-phenytoin jew phenobarbital, biex jikkuraw l-epilessija

-il-kortikosterojdi prednisolone u methylprednisolone, li jagħmlu parti mill-klassi tal- kortikosterojdi li jintużaw gћat-trattament ta’ infjammazzjoni jew li jbaxxu s-sistema immunitarja (eż. f’rifjut tat-trapjant)

-nefazodone, li jintuża fil-kura tad-depressjoni

-mediċini tal-ћxejjex li jkun fihom St. John’s wort (Hypericum perforatum) jew

estratti ta’ Schisandra sphenanthera

Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu jew teħtieġ tieħu ibuprofen (li jintuża f’każ ta’ deni, infjammazzjoni u uġigħ), amphotericin B (li jintuża għall-infezzjonijiet batterjali) jew antivirali ((li jintuża għall-infezzjonijiet virali eż. aċiklovir). Dawn jistgħu jżidulek il-problemi fil-kliewi jew fis- sistema nervuża meta toħodhom flimkien ma’ Advagraf.

It-tabib tiegħek jeħtieġ ukoll ikun jaf jekk, waqt li qed tieħu Advagraf, intix qed tieħu wkoll supplimenti ta’ potassju jew ċerti dijuretiċi li jintużaw gћal-insuffiċjenza tal-qalb, pressjoni gћolja u mard tal-kliewi (eż. amiloride, triamterene jew spironolactone), NSAIDs (eż. ibuprofen) li jintużaw gћad-deni, infjammazzjoni u uġigћ, antikoagulanti (li jraqqu id-demm), jew mediċini orali għall-kura tad-dijabete.

Jekk teħtieġ xi tilqim, jekk jogħġbok gћid lit-tabib tiegћek minn qabel.

Advagraf ma’ ikel u xorb

Evita l-grejpfrut (kif ukoll is-sugu tal-grejpfrut) waqt li tkun qed tieħu Advagraf gћax jista' jaffetwa l- livelli tiegћu fid-demm.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tuża Advagraf.

Advagraf jgћaddi fil-ħalib tas-sider. Għalhekk ma għandekx tredda’ waqt li qed tuża Advagraf.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Issuqx jew tuża xi għodda jew magni jekk tħossok sturdut jew bi ngħas jew ikollok xi problemi biex tara sewwa wara li tieħu Advagraf. Dawn l-effetti jidhru aktar sikwit jekk tixrob l-alkoħol miegћu.

Advagraf fih il-lattosju u l-lecithin (soja)

Advagraf fih lattosju (zokkor tal-ћalib). Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi xorta ta’ zokkor, kellem lit-tabib qabel ma tibda tieħu din il-mediċina.

Il-linka użata fuq il-kapsuli ta’ Advagraf fiha soja lecithin. Jekk int alleġiku/a gћall-karawett jew soja, kellem lit-tabib tiegћek ћalli hu jiddeċiedi jekk gћandekx tuża din il-mediċina.

3.Kif għandek tieħu Advagraf

Dejjem għandek tieħu Advagraf skont il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikkolok xi dubju. Din il-mediċina għandha tingħata lilek biss minn tabib b’esperjenza fil-kura ta’ pazjenti li kellhom trapjant.

Kun ċert li dejjem tingћata l-istess mediċina ta’ tacrolimus kull meta tiġbor ir-riċetta tiegћek, sakemm l-ispeċjalista tat-trapjanti tiegћek jaqbel li taqleb gћal mediċina differenti ta’ tacrolimus. Gћandek tieћu din il-mediċina darba kuljum. Jekk id-dehra tal-mediċina ma tkunx l-istess bћal tas-soltu, jew jekk l-istruzzjonijiet tad-dożaġġ inbidlu, kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegћek mill-aktar fis possibbli

ћalli tkun ċert li gћandek il-mediċina it-tajba.

Id-doża li ssoltu tibda biha biex tevita rifjut tal-organu trapjantat jiddeċidiha t-tabib skont il-piż ta’ ġismek. Id- doża li tingħata fil-bidu kuljum wara t-trapjant, tkun ġeneralment bejn

0.10 – 0.30 mg kuljum għal kull kg tal-piż tal-ġisem

imma dan jiddependi mill-organu trapjantat. Jistgħu jintużaw l-istess dożi għat-trattament tar-rifjut.

Id-doża tiddependi mill-kondizzjoni ġenerali tiegħek u fuq liema xorta ta’ kura oħra immunosuppressiva tkun qed tieħu.

Wara li tkun bdejt il-kura b’Advagraf, it-tabib joħodlok sikwit testijiet tad-demm biex ikun jista’ jasal għad-doża korretta. Wara dan ikun jeħtieġ li t-tabib tiegħek jagħmillek testijiet regolari tad-demm biex jiddefinixxi d-doża korretta u jaġġustha minn żmien għal żmien. It-tabib tiegħek aktarx li jnaqqaslek id-doża ta’ Advagraf jekk jara li l-kondizzjoni tiegħek tkun stabbilit ruħha. It-tabib tiegħek jgħidlek eżatt kemm għandek tieħu kapsuli.

Jeħtieġ li tieħu Advagraf kuljum sakemm ikollok bżonn immunosuppressjoni biex tipprevjeni rifjut tal-organu trapjantat tiegħek. Żomm kuntatt regolari mat-tabib tiegħek.

Advagraf jittieħed mill-ħalq filgħodu darba kuljum. Ħu Advagraf fuq stonku vojt jew minn sagħtejn sa tliet sigħat wara li tiekol. Stenna mill-inqas siegħa sakemm terġa’ tiekol. Ħu l-kapsuli immedjatament wara li toħroġhom mill-folja. Il-kapsuli għandek tiblagħhom sħaħ ma’ tazza ilma. Tiblax id-desikkant li jkun hemm fil-qartas tal-fidda.

Jekk tieħu aktar Advagraf milli suppost

Jekk bi żball ħadt Advagraf aktar milli suppost, ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih jew lid- dipartiment tal-emerġenza tal-eqreb sptar.

Jekk tinsa tieħu Advagraf

Jekk filgħodu nsejt tieħu l-kapsuli ta’ Advagraf, ħudhom mill-aktar fis possibbli dakinhar stess. Tiħux doża doppja l-għada filgħodu.

Jekk tieqaf tieħu Advagraf

Jekk twaqqaf il-kura ta’ Advagraf tista’ tkabbar ir-riskju ta’ rifjut tal-organu trapjantat. Twaqqafx il- kura jekk it-tabib tiegħek ma jgħidlekx biex tagħmel hekk.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fkulħadd.

Advagraf inaqqas il-mekkaniżmu ta’ difiża tal-ġisem tiegħek stess (sistema immunitarja) li ma tibqax daqstant tajba daqs is-soltu fil-ġlieda tagħha kontra l-infezzjonijiet. Għalhekk, waqt li qed tieħu Advagraf tkun aktar espost għall-infezzjonijiet.

Jista’ jkun hemm xi effetti serji, inkluż reazzjonijiet allerġiċi u anafilattiċi. Wara l-kura b’Advagraf

ġew irrapportati tumuri beninji u malinji.

Każijiet ta’ aplasija pura taċ-ċelluli ħomor (tnaqqis severa ħafna taċ-ċelluli ħomor tad-demm), agranuloċitosi (tnaqqis sever ħafna taċ- ċelluli bojod tad-demm) u anemija emolitika (tnaqqis taċ-

ċelluli ħomor tad-demm minħabba tqassim anormali) ġew irrapportati.

Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iktar minn persuna 1 minn kull 10):

-Żieda taz-zokkor fid-demm, dijabete mellitus, żieda ta’ potassju fid-demm

-Diffikultà fl-irqad

-Rogħda, uġigħ ta’ ras

-Żieda fil-pressjoni

-Testijiet tal-funzjoni tal-fwied mhux normali

-Dijarrea, dardir

-Problemi fil-kliewi

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10):

-Tnaqqis fil-għadd taċ-ċelluli tad-demm (plejtlits, ċelluli ħomor jew bojod tad-demm), żieda fil- għadd taċ-ċelluli bojod tad-demm, tibdil fil-għadd taċ-ċelluli l-ħomor tad-demm (li jidhru f’testijiet tad-demm)

-Tnaqqis fid-demm ta’ manjesju, fosfat, potassju, kalċju jew sodju, fluwidu żejjed, żieda ta’ aċidu uriku jew lipidi fid-demm, nuqqas ta’ aptit, żieda fl-aċidità tad-demm, bidliet oħra fil- melħ tad-demm (li jidhru f’testijiet tad-demm)

-Sintomi ta’ anzjetà, konfużjoni u diżorjentazzjoni, dipressjoni, tibdil fil-burdata, ħmar-il-lejl, alluċinazzjonijiet, disturbi mentali

-Aċċessjonijiet, tfixkil meta f’sensik, tagħrix u tnemnim (nuqqas ta’ ħass) (kultant li jweġġa’) fl- idejn u s-saqajn, sturdamenti, nuqqas ta’ ħila biex tikteb, disturbi fis-sistema nervuża

-Vista mċajpra, sensittività akbar għad-dawl, disturbi fil-għajnejn

-Ħsejjes ta’ ċenċil fil-widnejn

-Tnaqqis ta’ ċirkolazzjoni tad-demm fil-vini tal-qalb, qalb tħabbat aktar malajr

-Fsada, sadda parzjali jew sħiħa tal-vini, tnaqqis fil-pressjoni tad-demm

-Qtugħ ta’ nifs, disturbi fit-tessuti respiratorji tal-pulmun, ġbir ta’ likwidu madwar il-pulmun, infjammazzjoni tat-tefarinġi, sogħla, sintomi bħal tal-influwenza

-Problemi tal-istonku bħal infjammazzjoni jew ulċera li tikkaġuna uġigħ addominali jew dijarrea, fsada fl-istonku, infjammazzjoni jew ulċera fil-ħalq, ġabra ta’ fluwidu fiż-żaqq, rifjut, uġigħ addominali, indiġestjoni, stitikezza, tgћaddi l-gass, nefħa, purgar maħlul

-Disturbi fil-kanal tal-marrara, sfurija fil-ġilda minħabba problemi tal-fwied, ħsara fit-tessut tal- fwied u infjammazzjoni tal-fwied

-Ħakk, raxx, telf ta’ xagħar, akne, żieda fl-għaraq

-Uġigħ fil-ġogi, dirgħajn, riġlejn jew dahar, spażmi muskolari

-Nuqqas ta’ ħidma tal-kliewi, tnaqqis fil-produzzjoni tal-awrina, urinazzjoni batuta jew bl-uġigħ

-Debbulizza ġenerali, deni, ġabra ta’ fluwidu fil-ġisem, uġigħ u skonfort, żieda ta’ enzimi alkalini fosfati fid-demm, żieda fil-piż, ħass ta’ disturbi fit-temperatura

-Nuqqas ta’ ħidma fl-organu trapjantat.

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100):

-Bidla fl-għoqiedi tad-demm, tnaqqis fin-numru tat-tipi kollha ta’ċelluli tad-demm (li jidhru f’testijiet tad-demm)

-Deidrazzjoni (nixfa), ma tistax tgħaddi l-awrina

-Riżultati tad-demm li mhumiex normali: tnaqqis ta’ proteini jew zokkor, żieda fl-enzima lactate dehydrogenase

-Kôma, emorraġija fil-moħħ, attakk, paraliżi, disturbi fil-moħħ, anormalitajiet fil-kliem u fil- lingwa, problemi ta’ memorja

-Lenti tal-għajn mżellġa/mhux ċara, smigħ mhux ċar

-Taħbit irregolari tal-qalb, waqfien tat-taħbit tal-qalb, tnaqqis fil-ħidma tal-qalb, taqlib fil- muskolu tal-qalb, nefha tal-muskolu tal-qalb, taħbit aktar qawwi tal-qalb, ECG anormali, taħbit anormali tal-qalb u tal-polz

-Għoqda demm f’vina ta’ id jew ta’ sieq, xokk

-Diffikultajiet fin-nifs, taqlib fil-kanal respiratorju, ażma

-Ostruzzjoni fil-musrana, żieda fil-livell tad-demm tal-enzima amylase, titligħ tal-kontenut tal- istonku fil-grieżem, dewmien tat-tbattil tal-istonku

-Infjammazzjoni tal-ġilda, sensazzjoni ta’ ћruq fix-xemx

-Problemi tal-ġogi

-Menstruazzjoni bl-uġigħ u tneħħija anormali ta’ demm

-Diversi organi ma jaħdmux, mard bħal tal-influwenza, sensittività akbar għas-sħun u l-kiesaħ, ħass ta’ pressjoni fuq is-sider, tferfir jew xi ħass ieħor mhux tas-soltu, żieda tal-enzima lactate dehydrogenase fid-demm, tnaqqis fil-piż

Effetti sekondardji rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1 000):

-Fsada żgħira fil-ġilda minħabba għeqiedi tad-demm

-Żieda fl-ebusija muskolari

-Għama, titrix

-Ġbir ta’ fluwidu madwar il-qalb

-Qtugħ ta’ nifs akut

-Formazzjoni ta’ ċesti fil-frixa

-Problemi fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm fil-fwied

-Mard serju b’infafet fil-ġilda, fil-ħalq, fl-għajnejn u fil-ġenitali; żieda fil-pil

-Għatx, uġigħ, ħass ta’ għafis fis-sider, nuqqas ta’ mobbiltà, ulċera

Effetti sekondarji rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10 000):

-Dgħjufija muskolari

-Scan anormali tal-qalb

-Fwied ma jaħdimx,

-Tbatija biex tgħaddi l-awrina bid-demm fl-awrina

-Żieda fit tessut xaħmi

Rappurtar ta’ effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista ukoll tirraporta effetti sekondarji billi tiża is- sistema ta’ rapurtar nazzjonali elekanti fċappendiċi V. Billi tirraporta l-effetti sekondarji tista tgħin billi tipprovdi aktar informazzjoni fuq is-sigurta tal-mediċina.

5.Kif taħżen Advagraf

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax Advagraf wara d-data ta’skadenza li tidher fuq il-pakkett wara il-kelma “JIS”. Id-data ta’ skadenza tirreferi gћall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar. Uża l-kapsuli ibsin li jerћu l-mediċina bil-mod fi żmien sena minn meta tiftaħ il-qartas tal-aluminju.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Advagraf

-Is-sustanza attiva hi tacrolimus

Kull kapsula Advagraf 0.5mg fiha 0.5 mg ta’ tacrolimus (bħala monoidrat). Kull kapsula Advagraf 1 mg fiha 1 mg ta’ tacrolimus (bħala monoidrat). Kull kapsula Advagraf 3mg fiha 3mg ta’ tacrolimus (bħala monoidrat). Kull kapsula Advagraf 5mg fiha 5 mg ta’ tacrolimus (bħala monoidrat).

-Is-sustanzi l-oħra huma:

X’fiha l-kapsula: hypromellose, ethylcellulose, lactose, magnesium stearate.

Il-qoxra tal-kapsula: titanium dioxide (E171), yellow iron oxide (E 172), red iron oxide (E 172), sodium laurylsulfate, gelatin.

Stampat bil-linka: shellac, lecithin (soja), simeticone, red iron oxide (E172), hydroxypropylcellulose.

Kif jidher Advagraf u l-kontenut tal-pakkett

Il-kapsuli ibsin ta’ Advagraf 0.5 mg li jerћu l-mediċina bil-mod huma kapsuli ibsin tal-ġelatina stampati bl-aħmar b’“0.5 mg” fuq l-għatu isfar ċar tal-kapsula u bi “647” fuq l-għatu oranġjo tal- kapsula, mimlija trab abjad.

Il-kapsuli ta’ Advagraf 0.5 mg li jerћu l-mediċina bil-mod issibhom fil-folji jew kapsuli mifrudin minn ma’ xulxin fuq l-istess folja ta’ 10 kapsuli mqarsta fil-fidda, b’desikkant. Issib ukoll il-kapsuli ibsin li jerћu l-mediċina bil-mod f’pakketti ta’ 30, 50 u ta’ 100 jew 30×1, 50×1 u 100×1 kapsula li terħi l mediċina bil-mod mifrudin minn xulxin fuq l-istess folja.

Il-kapsuli ibsin ta’ Advagraf 1 mg li jerћu l-mediċina bil-mod huma kapsuli ibsin tal-ġelatina stampati bl-aħmar “1 mg” fuq l-għatu abjad tal-kapsula u b’“677” fuq l-għatu oranġjo tal-kapsula, mimlija trab abjad. Il-kapsuli ta’ Advagraf 1 mg li jerћu l-mediċina bil-mod issibhom fil-folji jew kapsuli mifrudin minn ma’ xulxin fuq l-istess folja ta’ 10 kapsuli mqarsta fil-fidda, b’desikkant. Issib ukoll il- kapsuli ibsin li jerћu l-mediċina bil-mod f’pakketti ta’ 30, 50, 60 u 100 jew 30×1, 50×1, 60×1 u 100×1 kapsula li terħi l mediċina bil-mod mifrudin minn xulxin fuq l-istess folja.

Il-kapsuli ibsin ta’ Advagraf 3 mg li jerћu l-mediċina bil-mod huma kapsuli ibsin tal-ġelatina stampati bl-aħmar b’“3 mg” fuq l-għatu aħmar jagħti fil-griż tal-kapsula u b’“637” fuq l-għatu oranġjo tal- kapsula, mimlija trab abjad. Il-kapsuli ta’ Advagraf 3 mg li jerћu l-mediċina bil-mod issibhom fil-folji jew kapsuli mifrudin minn ma’ xulxin fuq l-istess folja ta’ 10 kapsuli mqarsta fil-fidda, b’desikkant. Issib ukoll il-kapsuli ibsin li jerћu l-mediċina bil-mod f’pakketti ta’ 30, 50 u ta’ 100 jew 30×1, 50×1 u 100×1 kapsula li terħi l mediċina bil-mod mifrudin minn xulxin fuq l-istess folja.

Il-kapsuli ibsin ta’ Advagraf 5 mg li jerћu l-mediċina bil-mod huma kapsuli ibsin tal-ġelatina stampati bl-aħmar bi “5 mg” fuq l-għatu aħmar jagħti fil-griż tal-kapsula u bi “687” fuq l-għatu oranġjo tal- kapsula, mimlija trab abjad. Il-kapsuli ta’ Advagraf 5 mg li jerћu l-mediċina bil-mod issibhom fil-folji jew kapsuli mifrudin minn ma’ xulxin fuq l-istess folja ta’ 10 kapsuli mqarsta fil-fidda, b’desikkant. Issib ukoll il-kapsuli ibsin li jerћu l-mediċina bil-mod f’pakketti ta’ 30, 50 u ta’ 100 jew 30×1, 50×1 u 100×1 kapsula li terħi l mediċina bil-mod mifrudin minn xulxin fuq l-istess folja.

Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakketti qegħdin għal bejgħ.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għas-Suq: Astellas Pharma Europe B.V. Sylviusweg 62

2333 BE Leiden L-Olanda

Manifattur:

Astellas Ireland Co., Ltd.

Killorglin, County Kerry

L-Irlanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Astellas Pharma B.V. Branch

Algol Pharma UAB

Tél/Tel: + 32 (0)2 5580710

Tel.: +370 37 408 681

 

Faks.: +370 37 408 682

Luxembourg/Luxemburg

Astellas Pharma B.V.Branch

Belgique/Belgien

Tél/Tel: + 32 (0)2 5580710

България

Magyarország

Астелас Фарма ЕООД

Astellas Pharma Kft.

Teл.: + 359 2 862 53 72

Tel.: + 36 1 577 8200

Česká republika

Malta

Astellas Pharma s.r.o.

E.J. Busuttil Ltd

Tel: +420 236 080300

Tel: +356 2144 7184

Danmark

Nederland

Astellas Pharma a/s

Astellas Pharma B.V.

Tlf: + 45 43 430355

Tel: + 31 (0)71 5455745

Deutschland

Norge

Astellas Pharma GmbH

Astellas Pharma

Tel: + 49 (0)89 454401

Tlf: + 47 66 76 46 00

Eesti

Österreich

Algol Pharma OÜ

Astellas Pharma Ges.m.b.H.

Tel.: +371 6 056 014

Tel: + 43 (0)1 8772668

Fax: +372 6 056 011

 

Ελλάδα

Polska

Astellas Pharmaceuticals AEBE

Astellas Pharma Sp.z.o.o.

Τηλ: +30 210 8189900

Tel.: + 48 (0) 225451 111

España

Portugal

Astellas Pharma S.A.

Astellas Farma, Lda.

Tel: + 34 91 4952700

Tel: + 351 21 4401320

France

România

Astellas Pharma S.A.S.

S.C.Astellas Pharma SRL

Tél: + 33 (0)1 55917500

Tel: +40 (0)21 361 0495/96/92

Ireland

Slovenija

Astellas Pharma Co. Ltd.

Astellas Pharma d.o.o.

Tel: + 353 (0)1 4671555

Tel: +386 (0) 1-4011 400

Hrvatska

Slovenská republika

Astellas d.o.o.

Astellas Pharma s.r.o.,

Tel: + 385 1 670 01 02

Tel: +421 2 4444 2157

Ísland

 

Vistor hf

 

Sími: + 354 535 7000

 

Italia

Suomi/Finland

Astellas Pharma S.p.A.

Astellas Pharma

Tel: + 39 (0)2 921381

Puh/Tel: + 358 9 85606000

Κύπρος

Sverige

Astellas Pharmaceuticals AEBE

Astellas Pharma AB

Ελλάδα

Tel: + 46 (0)40-650 15 00

Τηλ: +30 210 8189900

 

Latvija

United Kingdom

Algo Pharma SIA

Astellas Pharma Ltd.

Tel: +371 67 619365

Tel: + 44 (0) 203 379 8700

Lietuva

 

UAB „PharmaSwiss“

 

Tel.: +370 5 279 0762

 

Faks.: +370 5 279 0702

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati