Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Aerivio Spiromax (salmeterol xinafoate / fluticasone propionate) - R03AK06

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaAerivio Spiromax
Kodiċi ATCR03AK06
Sustanzasalmeterol xinafoate / fluticasone propionate
ManifatturTeva B.V.

Aerivio Spiromax

salmeterol / fluticasone propionate

Dan huwa sommarju tar-rapport pubbliku Ewropew ta’ valutazzjoni (EPAR) għal Aerivio Spiromax. Dan jispjega kif l-Aġenzija vvalutat il-mediċina biex tirrakkomanda l-awtorizzazzjoni tagħha fl-UE u l- kondizzjonijiet ta’ użu tagħha. Dan mhux intiż biex jipprovdi konsultazzjoni prattika dwar l-użu ta’

Aerivio Spiromax.

Għal informazzjoni prattika dwar l-użu ta’ Aerivio Spiromax, il-pazjenti għandhom jaqraw il-fuljett ta’ tagħrif jew jikkuntattjaw lit-tabib jew lill-ispiżjar tagħhom.

X’inhu Aerivio Spiromax u għal xiex jintuża?

Aerivio Spiromax huwa mediċina li tintuża għall-kura regolari ta’ adulti b’ażma severa u għas-serħan mis-sintomi ta’ mard pulmonari ostruttiv kroniku (COPD, marda fit-tul li fiha l-passaġġi tan-nifs u l- boroż tal-arja ġewwa l-pulmuni ssirilhom il-ħsara jew jisfaw imblokkati, u dan iwassal għal diffikultà fit- teħid tan-nifs). Fih is-sustanzi attivi salmeterol (l-hekk imsejjaħ agonist tal-beta-2 li jaġixxi fit-tul) u fluticasone propionate (kortikosterojde).

Fl-ażma, Aerivio Spiromax jista' jintuża f’pazjenti li l-marda tagħhom ma tkunx ikkontrollata b’mod adegwat minkejja kura b’kombinazzjoni ta’ agonist tal-beta-2 u doża aktar baxxa ta’ kortikosterojde li jittieħed man-nifs, jew dawk li l-ażma tagħhom tkun diġà kkontrollata b’agonist tal-beta-2 li jaġixxi fit- tul u doża għolja ta’ kortikosterojde li jittieħed man-nifs.

F’COPD, Aerivio Spiromax jintuża f’adulti li fil-passat kellhom aggravar tal-marda u li għandhom sintomi sinifikanti minkejja kura regolari.

Aerivio Spiromax huwa ‘mediċina ibrida’. Dan ifisser li Aerivio Spiromax huwa simili għal ‘mediċina ta’ referenza’ msejħa Seretide Diskus (magħrufa wkoll bħala Seretide Accuhaler), li fiha l-istess sustanzi attivi. Madankollu, Aerivio Spiromax jiġi bħala qawwa għolja waħdanija biss, filwaqt li l-mediċina ta’ referenza tiġi fi tliet qawwiet, l-istess qawwa għolja u żewġ qawwiet aktar baxxi. Peress li Aerivio

Spiromax jiġi f’qawwa għolja waħda biss, l-użu tiegħu fl-ażma ġie ristrett għal pazjenti li l-marda tagħhom hija severa.

Kif jintuża Aerivio Spiromax?

Aerivio Spiromax jiġi bħala trab għall-inalazzjoni f’inalatur portabbli. Kull inalazzjoni tipprovdi doża fissa tal-mediċina.

Id-doża rakkomandata hija inalazzjoni waħda darbtejn kuljum. Il-pazjenti għandhom jiġu vvalutati b'mod regolari minn tabib sabiex jiġi żgurat li jirċievu d-doża l-aktar baxxa li tkun biżżejjed biex tikkontrolla s-sintomi. Peress li Aerivio Spiromax jiġi f’qawwa għolja waħda biss (li fiha

50 mikrogramma ta’ salmeterol u 500 mikrogramma ta’ fluticasone propionate), jekk ikun xieraq li tintuża qawwa aktar baxxa, il-pazjenti għandhom jinqalbu għal kombinazzjoni alternattiva ta’ salmeterol u fluticasone propionate li fiha doża aktar baxxa ta’ fluticasone propionate.

Aerivio Spiromax jista’ jinkiseb biss b’riċetta ta’ tabib. Għal iktar informazzjoni, ara l-fuljett ta' tagħrif.

Kif jaħdem Aerivio Spiromax?

Iż-żewġ sustanzi attivi f'Aerivio Spiromax huma magħrufa sew u huma preżenti f'diversi mediċini li jintużaw biex jikkuraw l-ażma u COPD, jew waħedhom jew f'kombinazzjoni ma' mediċini oħrajn.

Salmeterol huwa agonist tal-beta-2 li jaħdem fit-tul. Jaħdem billi jeħel ma' riċetturi magħrufa bħala riċetturi beta-2 fil-muskoli tal-passaġġi tal-arja. Meta jeħel ma' dawn ir-riċetturi fil-passaġġi tal-arja, iġiegħel lill-muskoli jirrilassaw, u dan iżomm il-passaġġi tal-arja miftuħin u jgħin sabiex il-pazjent jieħu n-nifs aħjar.

Fluticasone propionate jagħmel parti mill-grupp ta’ mediċini antiinfjammatorji magħrufa bħala kortikosterojdi. Jaħdem b’mod simili għall-ormoni kortikosterojdi li jseħħu b’mod naturali, u jnaqqas l- attività tas-sistema immunitarja billi jeħel ma’ riċetturi f’diversi tipi ta’ ċelloli immunitarji. Dan iwassal għal tnaqqis fir-rilaxx ta’ sustanzi li huma involuti fil-proċess ta’ infjammazzjoni, bħall-istamina, u b’hekk jgħin biex iżomm il-passaġġi tal-arja miftuħin u jippermetti lill-pazjent jieħu nifs aktar faċilment.

Kif ġie studjat Aerivio Spiromax?

L-istudji fuq persuni kienu limitati għal testijiet sabiex jiġi determinat li Aerivio Spiromax huwa bijoekwivalenti għall-mediċina ta' referenza, Seretide Diskus. Żewġ mediċini jkunu bijoekwivalenti meta jipproduċu l-istess livelli tas-sustanza attiva fil-ġisem.

X’inhuma l-benefiċċji u r-riskji ta’ Aerivio Spiromax?

Minħabba li Aerivio Spiromax huwa mediċina ibrida u huwa bijoekwivalenti għall-mediċina ta’ referenza, il-benefiċċji u r-riskji tiegħu jitqiesu l-istess bħal dawk tal-mediċina ta’ referenza.

Għaliex ġie approvat Aerivio Spiromax?

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem (is-CHMP) tal-Aġenzija kkonkluda li Aerivio Spiromax wera li għandu kwalità komparabbli u li huwa bijoekwivalenti għal Seretide Diskus. Għaldaqstant, il-fehma tas-CHMP kienet li, bħal fil-każ ta’ Seretide Diskus, il-benefiċċju huwa akbar mir-riskju identifikat. Il-Kumitat irrakkomanda li Aerivio Spiromax ikun approvat għall-użu fl-UE.

X’miżuri qegħdin jittieħdu biex jiġi żgurat l-użu sigur u effettiv ta’ Aerivio

Spiromax?

Ir-rakkomandazzjonijiet u l-prekawzjonijiet li għandhom ikunu segwiti mill-professjonisti fil-qasam tal- kura tas-saħħa u mill-pazjenti għall-użu sigur u effettiv ta’ Aerivio Spiromax ġew inklużi fis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott u fil-fuljett ta’ tagħrif.

Informazzjoni oħra dwar Aerivio Spiromax

L-EPAR sħiħ għal Aerivio Spiromax jinstab fis-sit elettroniku tal-Aġenzija: ema.europa.eu/Find medicine/Human medicines/European public assessment reports. Għal aktar informazzjoni rigward il- kura b’Aerivio Spiromax, aqra l-fuljett ta’ tagħrif (parti wkoll mill-EPAR) jew ikkuntattja lit-tabib jew spiżjar tiegħek.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati