Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Aldara (imiquimod) – Fuljett ta’ tagħrif - D06BB10

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaAldara
Kodiċi ATCD06BB10
Sustanzaimiquimod
ManifatturMeda AB

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

ALDARA 5% krema

Imiquimod

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuna oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu l-krema Aldara u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża l-krema Aldara

3.Kif għandek tuża l-krema Aldara

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen il-krema Aldara

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu l-krema Aldara u għalxiex jintuża

Il-krema Aldara tista' tintuża għal tliet kundizzjonijiet. It-tabib tiegħek jista' jagħtik riċetta għal Aldara għat-trattament ta':

Felul (condylomata acuminata) fuq il-wiċċ tal-ġenitali (organi sesswali) u madwar l-anus (il- passaġġ ta' wara)

Karċinoma superfiċjali taċ-ċellola bażali.

Din forma komuni ta' kanċer tal-ġilda li tikber bil-mod bi probabilità żgħira li tinfirex f'partijiet oħra tal-ġisem. Ġeneralment iseħħ f'persuni ta' mezz età u persuni anzjani, speċjalment dawk ġinġlin u tiġi kawżata minħabba espożizzjoni żejda fix-xemx. Jekk ma tiġix trattata, il-karċinoma taċ-ċellola bażali tista tisfigura, speċjalment il-wiċċ – għalhekk ir- rikonoxximent bikri u t-trattament huma importanti.

Keratosi aktinika

Keratosi aktinika huma żoni ħorox fil-ġilda li jinsabu f'persuni li ġew esposti għal ħafna xemx matul ħajjithom. Xi wħud huma kuluriti skond il-ġilda, oħrajn huma griżi, roża, ħomor jew kannella. Jistgħu jkunu ċatti u bil-qxur, jew mgħollija, ħorox u bil-felul. Aldara għandha tintuża biss għal keratosi aktinika ċatta fuq il-wiċċ u l-qorriegħa f'pazjenti li għandhom sistema immuni b'saħħitha meta t-tabib tiegħek ddeċieda li Aldara hija l-aktar trattament adattat għalik.

Il-krema Aldara tghin lis-sistemaimmunitarja tal-gisem biex tipproduci is-sustanzi naturali li jgħinuh jiġġieled il-karċinoma ta' ċellola bażali, il-keratosi aktinika jew il-virus li jikkaġuna l-felul tiegħek.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża l-krema Aldara

Tużax il-krema Aldara

-jekk inti allerġiku għal imiquimod jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6)..

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tuża l-krema Aldara

Jekk użajt il-krema Aldara qabel jew preparazzjonijiet oħra simili informa lit-tabib tiegħek qabel ma tibda dan it-trattament.

Informa lit-tabib tiegħek jekk għandek problemi bis-sistema immunitarja tiegħek.

Tużax il-krema Aldara sakemm l-erja li qed tiġi trattata tkun fieqet minn trattament preċedenti bil-mediċini jew kirurġiċi.

Evita l-kuntatt ma' l-għajnejn, ix-xofftejn u l-imnifsejn. F'każ ta' kuntatt aċċidentali, neħħi l-krema billi tlaħlaħ bl-ilma.

Tapplikax il-krema fuq ġewwa.

Tużax aktar krema milli rakomandalek it-tabib tiegħek.

Tgħattiex l-erja trattata bil-faxxex jew bi preparazzjoni mediċinali oħra wara li tkun applikajt il-krema Aldara.

Jekk is-sit trattat ikun skomdu wisq, neħħi l-krema billi taħsilha sew b'sapuna ħafifa u ilma.

Hekk kif il-problema tieqaf, tista' terġa tibda' tapplika l-krema mill-ġdid.

Għid lit-tabib tiegħek jekk għandek l-għadd totali tad-demm mhux normali.

Minħabba l-mod kif Aldara jaħdem, jista' jkun hemm il-possibilità li l-krema tista' tħarrax l-infjammazzjoni eżistenti fl-erja ta' trattament.

● Jekk qed tiġi kkurat għal felul ġenitali, segwi dawn l-prekawzjonijiet addizzjonali:

Irġiel bil-felul taħt il-prepuzju għandhom jiġbdu l-prepuzju lura kuljum u jaħslu taħtu. Jekk ma jinħasilx kuljum il-prepuzju aktarx juri sinjali ta' tiġbid, tinfiħ u l-ġilda tittiekel bir-riżultat li jkun diffiċli jinġibed lura. Jekk dawn is-sintomi huma preżenti, waqqaf it-trattament minnufiħ u sejjaħ it- tabib.

Jekk għandek feriti miftuħin: tibdiex tuża l-krema Aldara qabel ma jitfiequ l-feriti.

Jekk għandek felul intern: Tużax il-krema Aldara fl-uretra (it-toqba minn fejn tgħaddi l-awrina), il-vaġina (il-kanal tat-twelid), l-għonq ċervikali (organu intern tal-mara), jew f’kull post ieħor anali tiegħek (rektum).

Tużax din il-mediċina ghal aktar minn kors wieħed jekk għandek problema bis-sistema immunitarja tiegħek, jew minħabba mard jew l-mediċini li int digà qed tieħu. Jekk taħseb li dan japplika għalik kellem it-tabib tiegħek.

Jekk inti pożittiv ghal HIV għandek tinforma t-tabib tiegħek billi l-krema Aldara ma ntweritx li hija effettiva f’pazjenti pożittivi bl-HIV. Jekk tiddeċiedi li trid li jkollok relazzjonijiet sesswali waqt li għad għandek il-felul, applika l-krema Aldara wara – mhux qabel – l-attività sesswali.

Il-krema Aldara tista’ iddghajjef kondoms u dijaframmi, għalhekk il-krema m’għandhiex titħalla waqt l-attività sesswali. Ftakar, il-krema Aldara ma tipproteġiex kontra t-teħid tal-virus lil haddiehor.

●Jekk qed tiġi trattat għal karċinoma taċ-ċellola bażali jew keratosi aktinika segwi dawn il- prekawzjonijiet addizzjonali:

Tużax lampi tax-xemx jew sodod tat-tismir, u evita d-dawl tax-xemx kemm jista' jkun waqt it- trattament bil-krema Aldara. Ilbes ilbies protettiv u kpiepel bil-falda wiesgħa meta tkun barra.

Waqt li tkun qed tuża l-krema Aldara u sakemm tfieq, l-erja ta' trattament x'aktarx ser tidher notevolment differenti mill-ġilda normali.

Tfal u adolexxenti

Użu fit-tfal u l-adolexxenti mhux irrakkomandat.

Mediċini oħra u krema Aldara

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

M’hemmx mediċini magħrufa li ma jaqblux mal-krema Aldara.

Tqala u treddigħ

Itlob il-parir tat-tabib jew ta’ l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.

Għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk inti tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija. It-tabib tiegħek ser jiddiskuti r-riskji u s-siwi tal-krema Aldara waqt it-tqala. Studji f’annimali ma jindikawx effetti direttament jew indirettament perikolużi fit-tqala.

M’għandekx tredda t-tarbija tiegħek waqt il-perijodu ta’ trattament bil-krema Aldara, billi mhux magħruf jekk imiquimod jnixxiex fil-ħalib tal-bniedem.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Din il-mediċina m’għandha l-ebda effett jew ftit li xejn għandha effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

Il-krema Aldara fiha methyl hydroxybenzoate, propyl hydroxybenzoate, cetyl alcohol u stearyl alcohol

Methyl hydroxybenzoate (E218) u propyl hydroxybenzoate (E216) jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi (possibilment tardjati). Cetyl alcohol u stearyl alcohol jistgħu jikkaġunaw reazzjonijiet lokali tal-ġilda (eż. dermatite tal-kuntatt).

3.Kif għandek tuża l-krema Aldara

Tfal u adolexxenti:

L-użu fit-tfal u adoloxxenti mhux irrakkomandat.

Adulti:

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Aħsel idejk sew qabel ma tapplika l-krema. Tgħattiex l-erja trattata bil-faxxex jew xi preparazzjoni mediċi oħra wara li tkun applikajt il-krema Aldara.

Iftaħ qartas ġdid kull darba li tużha l-krema. Armi l-krema li tibqa fil-qartas wara l-użu.Taħżinx biex tuża ghal data aktar tard il-pakkett miftuħ.

Il-frekwenza tat-trattament u t-tul ivarja għal felul ġenitali, karċinoma taċ-ċellola bażali u keratosi aktinika (ara struzzjonijiet speċifiċi għal kull indikazzjoni).

Jekk qed tiġi trattat għal felul ġenitali:

Struzzjonijiet t'applikazzjoni – (It-Tnejn, L-Erbgħa u L-Ġimgħa)

1. Qabel ma tidħol

fis-sodda, aħsel idejk u l-erja tat-tratatment f'sapuna ħafifa u ilma.Ixxotta sew.

2. Iftaħ qartas ġdid u għasar ftit krema fuq tarf

is-suba'.

3. Applika saff irqiq ta' krema Aldara f'erja nadifa u xotta u għorok

bil-mod fil-ġilda sakemm il- krema tisparixxi.

4. Wara li tagħmel

il-krema, armi l-qartas miftuħ u aħsel idejk bis-sapun u l-ilma.

5. Ħalli

l-krema Aldara fuq il-felul għal bejn 6 sa 10 sigħat. Tieħux doċċa jew xi banju matul dan il-ħin.

6. Wara 6 sa 10 sigħat aħsel

l-erja fejn l-krema Aldara ġiet applikata bis-sapun ħafif u ilma.

Applika l-krema Aldara 3 darbiet fil-ġimgħa. Per eżempju, applika l-krema nhar ta' Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa. Qartas wieħed fih biżżejjed krema biex ikopri erja ta' felul ta' 20 cm2 (madwar 3 pulzieri kwadri).

Irġiel bil-felul taħt il-prepuzju għandhom jiġbdu lura l-prepuzju kuljum u jaħslu taħtu (ara sezzjoni 2 “Agħti attenzjoni speċjali meta tuża l-krema Aldara”).

Għandek tibqa’ tuża l-krema Aldara kif indikat sakemm il-felul ikun telaq kollu (nofs in-nisa li jitnaddfu mill-felul jagħmlu dan fi żmien 8 ġimgħat, nofs l-irgiel li jitnaddfu jagħmlu dan fi 12-il ġimgħa, imma f’xi pazjenti l-felul ikun diġà telaq fi żmien 4 ġimgħat).

Il-krema Aldara m’għandhiex tintuża għal aktar minn 16-il ġimgħa għal kull episodju ta’ felul ġenitali jew ta’ madwar il-parti anali.

Jekk tħoss li l-effett tal-krema Aldara huwa qawwi wisq jew dgħajjef wisq, kellem lit-tabib jew spiżjar tiegħek.

Jekk qed tiġi trattat għal karċinoma ta' ċellola bażali:

Struzzjonijiet t'applikazzjoni – (It-Tnejn, It-Tlieta, L-Erbgħa, Il-Ħamis u L-Ġimgħa)

1.Qabel ma tidħol fis-sodda, aħsel idejk u l-erja tat-trattatment f'sapun ħafif u ilma. Ixxotta sew.

2.Iftaħ qartas ġdid u għasar ftit krema fuq tarf is-suba'.

3.Applika l-krema Aldara fl-erja affetwata u 1ċm (madwar 0.5 pulzieri) madwar l-erja affettwata.

Għorok bil-mod fil-ġilda sakemm il-krema tisparixxi.

4.Wara li tapplika l-krema, armi l-qartas miftuħ. Aħsel idejk bis-sapun u l-ilma.

5.Ħalli l-krema Aldara fuq il-ġilda għal madwar 8 sigħat. Tieħux doċċa jew xi banju matul dan il-ħin.

6.Wara madwar 8 sigħat, aħsel l-erja fejn kinet applikata l-krema Aldara b'sapun ħafif u l-ilma.

Applika biżżejjed krema Aldara biex tkopri l-erja ta' trattament u 1 ċm (madwar ½ pulzier) madwar l-erja ta' trattament kuljum għal ħames ġranet konsekuttivi għal 6 ġimgħat. Pereżempju, applika l- krema mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Tapplikax il-krema s-Sibt u l-Ħadd.

Jekk qed tiġi trattat għal keratosi aktinika

Struzzjonijiet ta' applikazzjoni – (It-Tnejn, L-Erbgħa u L-Ġimgħa)

1.Qabel ma tidħol fis-sodda, aħsel idejk u l-erja tat-tratatment f'sapuna ħafifa u ilma. Ixxotta sew.

2.Iftaħ qartas ġdid u għasar ftit krema fuq tarf is-suba'.

3.Applika l-krema fl-erja affettwata. Għorok bil-mod fl-erja sakemm il-krema tisparixxi.

4.Wara li tapplika l-krema, armi l-qartas miftuħ. Aħsel idejk bis-sapun u l-ilma.

5.Ħalli l-krema Aldara fuq il-ġilda għal madwar 8 sigħat. Tieħux doċċa jew xi banju matul dan il-ħin.

6.Wara madwar 8 sigħat, aħsel l-erja fejn kinet applikata l-krema Aldara b'sapun ħafif u l-ilma.

Applika l-krema Aldara 3 darbiet fil-ġimgħa. Pereżempju, applika l-krema nhar ta' Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa. Qartas wieħed fih biżżejjed krema biex ikopri erja ta' felul ta' 25 cm2 (madwar 4 pulzieri kwadri). Issokta bit-trattament għal erba' ġimgħat. Erba' ġimgħat wara li ttemm dan l-ewwel trattament, it-tabib tiegħek ser jeżamina l-ġilda tiegħek. Jekk il-leżjonijiet ma sparixxawx kollha, jista' jkun hemm bżonn ta' erba' ġimgħat ta' trattament oħra.

Jekk tuża krema Aldara aktar milli suppost

Aħsel iżżejjed b’sapun hafif u ilma. Meta r-reazzjoni tal-ġilda tkun marret imbagħad issokta bit-trattament tiegħek.

Jekk aċċidentalment tibla l-krema Aldara, jekk jgħogbok ikkuntattja lit-tabib.

Jekk tinsa tuża l-krema Aldara

Jekk tonqos tapplika xi doża, applika l-krema hekk kif tiftakar u mbagħad kompli fl-iskeda regolari tiegħek. Tapplikax il-krema aktar minn darba f'ġurnata.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta' din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Il frekwenza tal-effetti sekondarji jigu ikklasifikati hekk

Effetti sekondarji komuni hafna (x`aktarx li jigru f`aktar minn 1 minn kull 10 pazjenti Effetti sekondarji komuni (x`aktarx li jigru f`anqas minn 1 minn kull 10 pazjenti Effetti sekondarji mhux komuni (x`aktarx li jigru f`anqas minn 1 minn kull 100 pazjent Effetti sekondarji rari (x`aktarx li jigru f`anqas minn 1 minn kull 1,000 pazjenti Effetti sekondarji rari hafna (x`aktarx li jigru f`anqas minn 1 minn kull 10,000 pazjenti

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Għid lit-tabib jew spiżjar tiegħek kemm jista’ jkun malajr jekk ma tħossokx f’siktek waqt li qed tużha l-krema Aldara.

Xi pazjenti kellhom bidliet fil-kulur tal-ġilda fl-erja fejn ġiet applikata l-krema Aldara. Filwaqt li dawn il-bidliet kellhom tendenza li jitjiebu biż-żmien, f'xi pazjenti jistgħu jkunu permanenti.

Jekk il-ġilda tiegħek tirreaġixxi ħażin meta tuża l-krema Aldara, waqqaf l-applikazzjoni tal-krema, aħsel l-erja b'sapun ħafif u ilma u kkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

F' xi individwi ġie nnotat li kien hemm tnaqqis fl-għadd totali ta' ċelloli tad-demm. Tnaqqis fl-għadd taċ-ċelloli tad-demm jista' jagħmlek aktar suxxetibbli għal infezzjonijiet, iġegħelk titbenġel aktar faċilment jew tkun għajjien. Jekk tinduna b'xi sintomi bħal dawn, għid lit-tabib tiegħek.

Reazzjonijiet serji tal-ġilda ġew irrapportati rarament. Jekk ikollok leżjonijiet tal-ġilda jew tebgħat fuq il-ġilda tiegħek li jibdew bħala żoni ħomor u jikbru biex jidhru bħal bersalli żgħar, possibilment b'sintomi ta' ħakk, deni, tħossok mhux f'tiegħek, ġogi juġgħawk, problemi bil-vista, ħruq, l-għajnejn juġgħawk jew trid tħokkhom u ġrieħi fil-ħalq, tibqax tuża l-krema Aldara u għarraf lit-tabib tiegħek minnufih.

Għadd żgħir ta' pazjenti waqgħalhom xagħarhom fil-post tat-trattament jew l-erja tal-madwar.

Jekk qed tiġi trattat għal felul ġenitali:

Ħafna mill-effetti mhux mixtieqa tal-krema Aldara huma dovuti għal azzjoni lokali fuq il-ġilda tiegħek.

Effetti komuni ħafna jinkludu ħmura (61% tal-pazjenti), il-ġilda tittiekel (30% tal-pazjenti), sfoll u nefħa. Jista' jkun hemm ukoll twebbis taħt il-ġilda, ġrieħi miftuħin żgħar, qoxra li tifforma waqt il- fejqan u nfafet taħt il-ġilda. Tista' ukoll tħoss ħakk (32% tal-pazjenti), sensazzjoni ta' ħruq (26% pazjenti) jew uġigħ f'postijiet fejn tkun applikajt il-krema Aldara (8% tal-pazjenti). Ħafna minn dawn ir-reazzjonijiet tal-ġilda huma ħfief u l-ġilda terġa’ tirritorna lura għan-normal wara ġimagħtejn litwaqqaf it-trattament.

Huwa komuni li xi pazjenti (4% jew inqas) kellhom uġigħ ta' ras, deni, uġigħ tal-ġogi u l-muskoli f'sintomi bħal ta' l-influwenza; prolass tal-ġuf; uġigħ waqt l-att fin-nisa; impotenza; żieda fl-għaraq; tħossok ma tiflaħx, sintomi ta' l-istonku u ta' l-imsaren, ċenċil fil-widnejn; għejja; sturdamenti, migranja; tingiż u labar; nuqqas ta' rqad; dipressjoni; nuqqas t'aptit; glandoli minfuħa, infezzjonijiet batteriċi, virali u fungali (e.g. ponot); infezzjoni vaġinali li tinkludi thrush; sogħla u irjaħat fl-uġigħ fil-griżmejn.

Rari ħafna reazzjonijiet serji u ta' uġigħ seħħew, partikolarment meta intużat aktar krema minn dik rakkomandata. Reazzjonijiet ta’ uġigh tal-ġilda rari fil-fetħa tal-vaġina kienu għamluha diffiċli għal xi nisa li jgħaddu l-urina. Jekk dan iseħħ għandek tfittex l-għajnuna medika minnufiħ.

Jekk qed tiġi trattat għal karċinoma ta' ċellola bażali:

Ħafna mill-effetti mhux mixtieqa tal-krema Aldara huma dovuti għal azzjoni lokali fuq il-ġilda tiegħek. Reazzjonijiet tal-ġilda lokali jistgħu jkunu sinjali li l-mediċina qed taħdem kif maħsub.

Komunament ħafna l-ġilda trattata għandha mnejn ġġagħlek tħokk daqsxejn.

Effetti komuni jinkludu: tingiż u labar, postijiet żgħar fil-ġilda minfuħin, uġigħ, ħruq, irritazzjoni, fsada, ħmura jew raxx.

Jekk reazzjoni tal-ġilda ssir skomda żżejjed waqt it-trattament, kellem lit-tabib tiegħek. Hu/hi jista' jagħtik parir biex tieqaf tapplika l-krema Aldara għal ftit jiem (i.e. għal ftit serħan mit-trattament). Jekk ikun hemm pas (materja) jew infezzjoni tkun imputata, idduskuti dan mat-tabib tiegħek. Barra minn reazzjonijiet fil-ġilda, effetti komuni oħra jinkludu glandoli minfuħinu uġigħ fid-dahar.

Mhux komuni li xi pazjenti jħossu bidliet fis-sit t'applikazzjoni (tnixxija, infjammazzjoni, nefħa, il- ġilda tinkiser, il-ġilda tifforma skorċa hi u qiegħda tfiq, infafet, dermatite) jew irritabilità, tħossok marid, ħalq xott, sintomi bħal ta' l-influwenza u għejja.

Jekk qed tiġi trattat għal keratosi aktinika

Ħafna mill-effetti mhux mixtieqa tal-krema Aldara huma dovuti għal azzjoni lokali fuq il-ġilda tiegħek. Reazzjonijiet tal-ġilda lokali jistgħu jkunu sinjali li l-mediċina qed taħdem kif maħsub.

Komunament ħafna l-ġilda trattata għandha mnejn ġġagħlek tħokk daqsxejn.

Effetti komuni jinkludu uġigħ, ħruq, irritazzjoni jew ħmura.

Jekk reazzjoni tal-ġilda ssir skomda żżejjed waqt it-trattament, kellem lit-tabib tiegħek. Hu/hi jista' jagħtik parir biex tieqaf tapplika l-krema Aldara għal ftit jiem (i.e. għal ftit serħan mit-trattament). Jekk ikun hemm pas (materja) jew infezzjoni tkun imputata, idduskuti dan mat-tabib tiegħek. Barra minn reazzjonijiet fuq il-ġilda, effetti komuni oħra jinkludu uġigħ ta' ras, anoreksja, tqallih, uġigħ fil- muskoli, uġigħ fil-ġogi u għejja.

Mhux komuni li xi pazjenti jħossu bidliet fis-sit t'applikazzjoni (fsada, infjammazzjoni, tisfija, sensitività, tinfiħ, tinfiħ żgħir f'partijiet tal-ġilda, tingiż u labar, sfoll, ċikatriċ, ulċerazzjoni jew sensazzjoni ta' sħana jew skonfort), jew infjammazzjoni tar-riti ta' l-imnieħer, imnieħer miżdud, influwenza jew sintomi bħal ta' l-influwenza, dipressjoni, irritazzjoni ta' l-għajnejn, tinfiħ tal-kappell ta' l-għajn, uġigħ tal-griżmejn, dijarea, keratosi aktinika, ħmura, tinfiħ tal-wiċċ, ulċeri, uġigħ fl- estrimitajiet, deni, debolezza jew tertir.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament

permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti

sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen il-krema Aldara

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta.

Il-qratas m'għandhomx jintużaw mill-ġdid la darba jkunu nfetħu.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Aldara

-Is-sustanza attiva hi imiquimod. Kull qartas fih 250 mg krema (100 mg krema fiha 5 mg imiquimod).

-Is-sustanzi l-oħra huma isostearic acid, benzyl alcohol, cetyl alcohol, stearyl alcohol, white soft paraffin, polysorbate 60, sorbitan stearate, glycerol, methyl hydroxybenzoate (E 218), propyl hydroxybenzoate (E 216), xanthan gum, ilma purifikat.

Kif jidher Aldara u l-kontenut tal-pakkett

-Kull qartas ta' krema Aldara ta' 5% fih 250 mg ta' krema bajda li tkanġi daqsxejn fl-isfar.

-Kull kaxxa fiha 12-il jew 24-il qartas f'folja tal-polyester/aluminju li jintuża darba. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Meda AB Pipers väg 2 170 73 Solna L-Isvezja

Il-Manifattur

3M Health Care Limited Derby Road Loughborough Leicestershire

LE11 5SF, ir-Renju Unit

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.

België/Belgique/Belgien

Luxembourg/Luxemburg

Meda Pharma S.A./N.V.

Meda Pharma S.A./N.V.

Chaussée de la Hulpe 166

Chaussée de la Hulpe 166

Terhulpsesteenweg

Terhulpsesteenweg

1170 Brussels

B-1170 Brussels

Tél/Tel: +32 (0)2 5 04 08 11

Belgique / Belgien

 

Tél/Tel: +32 (0)2 5 04 08 11

България

Magyarország

MEDA Pharmaceuticals Switzerland GmbH

MEDA PHARMA Hungary Kereskedelmi Kft.

представителство за България

1139 Budapest

Одрин 71-75

Váci ut 91

1303 София

Tel: +36 1 236 3410

Тел: +359 2 4177977

 

Česká republika

Malta

MEDA Pharma s.r.o.

Alfred Gera and Sons Ltd.

Kodaňská 1441 / 46

10,Triq il -Masgar

100 10 Praha 10

Qormi QRM3217

Tel: +420 234 064 203

Tel: +356 21 446205

Danmark

Nederland

Meda AS

MEDA Pharma B.V.

Solvang 8

Krijgsman 20

3450 Allerød

1186 DM Amstelveen

Tlf: +45 44 52 88 88

Tel: +31 (0)20 751 65 00

Deutschland

Norge

MEDA Pharma GmbH & Co. KG

Meda A/S

Benzstraße 1

Askerveien 61

61352 Bad Homburg

1384 Asker

Tel: +49 (0) 6172 888 01

Tlf: +47 66 75 33 00

Eesti

Österreich

Meda Pharma SIA

MEDA Pharma GmbH

Parda tn 4

Guglgasse 15

10151 Tallinn

1110 Wien

Tel: +372 62 61 025

Tel: + 43 (0)1 86 390 0

Ελλάδα

Polska

MEDA Pharmaceuticals A.E.

Meda Pharmaceuticals Sp.z.o.o.

Ευρυτανίας, 3

ul. Domaniewska 39A

GR-15231 Χαλάνδρι-Αττική

02-672 Warszawa

Τηλ: +30 210 6 77 5690

Tel: +48 22 697 7100

España

Portugal

Meda Pharma S.L.

MEDA Pharma - Produtos Farmacêuticos, S.A.

Avenida de Castilla, 2

Rua do Centro Cultural, 13

Parque Empresarial San Fernando

1749-066 Lisboa

Edificio Berlín

Tel: +351 21 842 0300

28830 San Fernando de Henares (Madrid)

 

Tel: +34 91 669 93 00

 

France

România

 

MEDA Pharma

MEDA Pharmaceuticals Switzerland GmbH

40-44 rue Washington

Reprezentanța Romania

75008 Paris

Calea Floreasca 141 143, et4

Tél: +33 (0)1 56 64 10 70

014467 București

 

Tel.: +40 21 230 90 3

Hrvatska

Slovenija

Medical Intertrade d.o.o.

MEDA Pharmaceuticals Switzerland GmbH

Dr. Franje Tuđmana 3

Podružnica Ljubljana

10431 Sveta Nedelja

Cesta 24. junija 23

Tel: +385 1 3374 010

Ljubljana

 

Tel: +386 59 096 951

Ireland

Slovenská republika

Meda Health Sales Ireland Ltd.

MEDA Pharma spol. s.r.o.

Unit 34/35, Block A

Trnavská cesta 50

Dunboyne Business Park

821 02 Bratislava

Dunboyne

Tel: +421 2 4914 0172

Co Meath

 

Tel: +353 1 802 66 24

 

Ísland

Suomi/Finland

Meda AB

Meda Oy

Box 906

Vaisalantie 4/Vaisalavägen 4

170 09 Solna

FIN-02130 Espoo/Esbo

Svíþjóð

Puh/Tel: +358 20 720 9550

Sími: +46 8 630 1900

 

Italia

Sverige

Meda Pharma S.p.A.

Meda AB

Via Felice Casati, 20

Box 906

20124 Milano

170 09 Solna

Tel: +39 039 73901

Tel: +46 (0)8 630 1900

Κύπρος

United Kingdom

Χρ.Γ. Παπαλοΐζου Λτδ

Meda Pharmaceuticals Ltd.

Λεωφ. Κιλκίς 35,

Skyway House

2234 Λατσιά

Parsonage Road

Τηλ. +357 22 49 03 05

Takeley

 

Bishop´s Stortford

 

CM22 6PU

 

Tel.: + 44 845 460 0000

Latvija

 

SIA Meda Pharma

 

Vienibas gatve 109

 

Riga LV1058

 

Tālr: +371 67616137

 

Lietuva

 

Meda Pharma SIA

 

Ukmergės street 369A

 

LT-12142 Vilnius

 

Tel. + 370 52059367

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f'{XX/SSSS}.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati