Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Aldurazyme (laronidase) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - A16AB05

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaAldurazyme
Kodiċi ATCA16AB05
Sustanzalaronidase
ManifatturGenzyme Europe B.V.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Aldurazyme 100 U/ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni.

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

1 ml fih 100 U (madwar 0.58 mg) ta’ laronidase. Kull kunjett ta’ 5 ml fih 500 U ta’ laronidase.

L-unità ta’ l-attività (U) hi definita bħala l-idrolisi ta’ mikromol wieħed ta’ substrat (4-MUI) kull minuta.

Laronidase hu forma rikombinanti ta’ α-L-glucosidase uman u hu magħmul minn teknoloġija tad-DNA rikombinanti bl-użu ta’ koltura taċ-ċelluli mammiferi ta’ l-Ovarji tal-Ħamster Ċiniż (CHO).

Eċċipjent(i) b’effett magħruf

Kull kunjett ta’ 5 ml fih 1.29 mmol ta’ sodium

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni.

Soluzzjoni ċara sa kemm kemm opalexxenti, u bla kulur jew isfar ċar.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Aldurazyme hu indikat għal terapija fit-tul tas-sostituzzjoni ta’ l-enzimi f’pazjenti b’dijanjosi kkonfermata ta’ Mucopolysaccharidosis I (defiċjenza ta’ MPS I; α-L-iduronidase) għall-kura ta’ manifestazzjonijiet mhux newroloġiċi tal-marda (ara sezzjoni 5.1).

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-kura b’Aldurazyme għandha tkun issorveljata minn tabib b’esperjenza fl-immaniġġjar ta’ pazjenti b’MPS I jew b’mard ieħor metaboliku li jintiret. L-għoti ta’ Aldurazyme għandu jsir fi sfond kliniku adattat fejn tagħmir tar-risuxitazzjoni għandu jkun disponibbli fil-pront, biex emerġenzi mediċi jkunu jistgħu jiġu mmaniġġjati.

Pożoloġija

Il-kors tad-dożaġġ rakkomandat ta’ Aldurazyme hu ta’ 100 U/kg ta’ piż tal-ġisem, mogħti darba kull ġimgħa.

Popolazzjoni pedjatrika

L-ebda aġġustament fid-doża mhu meħtieġ għall-popolazzjoni pedjatrika.

Nies akbar fl-età

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Aldurazyme f’pazjenti li għandhom iktar minn 65 sena ma ġewx determinati, u l-ebda kors ta’ dożaġġ speċifiku ma jista’ jkun rakkomandat għal dawn il-pazjenti.

Indeboliment renali u epatiku

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Aldurazyme f’pazjenti b’insuffiċjenza renali jew epatika ma kinux evalwati, u l-ebda kors ta’ dożaġġ speċifiku ma jista’ jkun rakkomandat għal dawn il-pazjenti.

Metodu ta' kif għandu jingħata

Aldurazyme għandu jingħata bħala infużjoni ġol-vina.

Ir-rata inizjali ta’ l-infużjoni ta’ 2 U/kg/siegħa tista’ tiżdied b’mod inkrementali kull ħmistax-il minuta, jekk tkun ittollerata, sa massimu ta’ 43 U/kg/siegħa. Il-volum kollu ta’ l-għoti għandu jingħata f’madwar 3-4 sigħat. Għal tagħrif dwar il-kura ta’ qabel, ara sezzjoni 4.4.

Għal istruzzjonijiet fuq dilwizzjoni tal-prodott mediċinali qabel il-amministrazzjoni, ara sezzjoni 6.6.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva severa (eż. reazzjoni anafilattika) għas-sustanza attiva jew għal xi kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1(ara sezzjonijiet 4.4 u 4.8).

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Reazzjonijiet assoċjati mal-infużjoni

Pazjenti kkurati b’Aldurazyme jistgħu jiżviluppaw reazzjonijiet marbuta ma’ l-infużjoni (IARs), definiti bħala kwalunkwe reazzjoni avversa marbuta ma’ l-infużjoni li sseħħ matul l-infużjoni jew sat-tmiem tal-jum ta’ l-infużjoni (ara sezzjoni 4.8). Xi wħud minn dawn l-IARs jistgħu jkunu severi (ara hawn taħt).

Il-pazjenti kkurati b’Aldurazyme għandhom ikunu mmonitorjati mill-qrib, u l-każijiet kollha ta’ reazzjonijiet marbuta ma’ l-infużjoni, reazzjonijiet li jseħħu wara ċertu żmien u reazzjonijiet immunoloġiċi possibbli, għandhom ikunu rrappurtati. L-istatus ta’ l-antikorpi għandu jkun immonitorjat u rrappurtat regolarment.

IARs severi kienu rrappurtati f’pazjenti b’disturb bażiku li kien jeżisti minn qabel fin-naħa ta’ fuq tal- passaġġ tan-nifs, u għalhekk, dawn il-pazjenti għandhom speċifikament ikunu mmonitorjati mill-qrib, u jingħataw l-infużjoni b’Aldurazyme biss fi sfond kliniku adattat, fejn tagħmir tar-risuxitazzjoni għandu jkun disponibbli fil-pront, biex emerġenzi mediċi jkunu jistgħu jiġu mmaniġġjati.

Pazjenti b’mard akut bażiku meta jingħataw l-infużjoni b’Aldurazyme, jidher li jkunu f’riskju akbar għal IARs. Għandha tingħata konsiderazzjoni kbira lill-istat kliniku tal-pazjent qabel l-għoti ta’

Aldurazyme.

Ibbażat fuq il-prova klinika ta’ Fażi 3, kważi il-pazjenti kollha huma mistennija li jiżviluppaw antikorpi IgG għal laronidase, l-aktar fi żmien 3 xhur tal-bidu tal-kura.

Pazjenti li żviluppaw antikorpi jew sintomi ta’ IARs għandhom ikunu kkurati bl-attenzjoni meta jingħata Aldurazyme (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.8).

Fi studji kliniċi l-IARs normalment kienu kkontrollati bit-tnaqqis tar-rata ta’ l-infużjoni u bil-kura tal- pazjent minn qabel bl-antistamini u/jew antipiretiċi (paracetamol jew ibuprofen), u dan għamilha possibbli li l-pazjent seta’ jkompli jirċievi l-kura.

Minħabba li hemm ftit esperjenza dwar il-bidu mill-ġdid tal-kura wara interruzzjoni fit-tul, oqgħod attent minħabba r-riskju ogħla teoretiku ta’ reazzjoni minħabba sensittività eċċessiva wara l- interruzzjoni tal-kura.

Meta Aldurazyme jingħata għall-ewwel darba jew meta jerġa’ jibda jingħata wara interruzzjoni tal-kura, hu rakkomandat li l-pazjenti jingħataw mediċini ta’ qabel il-kura (antistamini u/jew antipiretiċi) madwar 60 minuta qabel il-bidu ta’ l-infużjoni, biex l-okkorrenza potenzjali ta’ IARs tkun

imminimizzata. Jekk ikun indikat klinikament, l-għoti ta’ mediċini ta’ qabel il-kura b’infuzjonijiet sussegwenti ta’ Aldurazyme għandu jkun ikkunsidrat.

F’każ ta’ IAR ħafifa jew moderata, il-kura bl-antistamini u paracetamol/ibuprofen u/jew it-tnaqqis tar-rata ta’ l-infużjoni bin-nofs tar-rata li fiha seħħet ir-reazzjoni, għandhom ikunu kkunsidrati.

Jekk ikun hemm każ wieħed ta’ IAR severa, l-infuzjoni għandha titwaqqaf sakemm is-sintomi jfiequ u l-kura bl-antistamini u l-paracetamol/ibuprofen għandha tkun ikkunsidrata. L-infużjoni tista’ terġa’ tinbeda bi tnaqqis fir-rata ta’ l-infużjoni għal 1/2 – 1/4 tar-rata li fiha seħħet ir-reazzjoni.

F’każ ta’ IAR rikorrenti moderata u jew re-challenge wara IAR severa waħda, għandu jkun ikkunsidrata li jingħataw mediċini ta’ qabel il-kura (antistamini u paracetamol/ibuprofen u/jew kortikosterojdi), u tnaqqis fir-rata ta’ l-infużjoni għal 1/2 – 1/4 tar-rata ta’ l-infużjoni li fiha seħħet ir-reazzjoni ta’ qabel.

Bħal kull prodott tal-proteini li jingħata ġol-vini, reazzjonijiet ta’ sensittività severi li jixbhu lill-allerġiji, huma possibbli.

Jekk dawn ir-reazzjonijiet iseħħu, it-twaqqif immedjat ta’ Aldrazyme hu rakkomandat, u għandha tinbeda kura medika adattata. L-istandards mediċi kurrenti għal kura ta’ emerġenza għandhom ikunu osservati.

Eċċipjenti

Dan il-prodott mediċinali fih is-sodium u jingħata f’soluzzjoni ta’ 0.9% sodium chloride ġol-vini (ara sezzjoni 6.6). Dan għandu jkun ikkunsidrat minn pazjenti li qegħdin fuq dieta kkontrollata tas-sodium.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ma sarux studji dwar l-effett ta’ mediċini jew ta’ affarijiet oħra fuq l-effett farmaċewtiku tal-prodott. Ibbażat fuq il-metaboliżmu tiegħu, laronidase mhux mistenni li jkollu interazzjonijiet medjati permezz ta’ Ċitokrom P450.

Aldurazyme m’għandux jingħata fl-istess ħin ma’ chloroquine jew procaine minħabba li riskju potenzjali ta’ interferenza fl-assorbiment intraċellulari ta’ laronidase.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx tagħrif biżżejjed dwar l-użu ta’ Aldurazyme f’nisa tqal. Studji fuq il-bhejjem ma jurux effetti ħżiena diretti jew indiretti fuq it-tqala, fuq l-iżvilupp ta’ l-embriju/fetu, il-ħlas jew l-iżvilupp ta’ wara t-twelid (ara sezzjoni 5.3). Ir-riskju potenzjali għall-bnedmin mhuwiex magħruf. Għalhekk Aldurazyme m’għandux jintuża waqt it-tqala jekk m’hemmx bżonn ċar.

Treddigħ

Laronidase jista’ jitneħħa fil-ħalib. Minħabba li m’hemm l-ebda informazzjoni disponibbli dwar l- effett fuq trabi tat-twelid esposti għal laronidase permezz tal-ħalib tas-sider, hu rakkomandat li t- treddigħ jitwaqqaf waqt il-kura b’Aldurazyme.

Fertilità

M’hemm l-ebda dejta klinika dwar l-effetti ta’ laronidase fuq il-fertilità. Dejta ta’ qabel l-użu kliniku ma żvelat l-ebda riżultat avvers sinifikanti (ara sezzjoni 5.3).

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Il-maġġoranza ta’ l-avvenimenti avversi relatati fil-provi kliniċi kienu kklassifikati bħala reazzjonijiet li kienu marbuta ma’ l-infużjoni (IARs), li seħħew fi 53% tal-pazjenti fl-istudju ta’ Fażi 3 (ikkurati sa perijodu ta’ 4 snin) u 35% tal-pazjenti fil-kategorija ta’ taħt il-5 snin (sa perijodu ta’ sena ta’ kura). Xi wħud mill-IARs kienu severi. Matul iż-żmien, in-numru ta’ dawn ir-reazzjonijiet naqas. L-iktar reazzjonijiet avversi tal-mediċina (ADRs) frekwenti kienu: uġigħ ta’ ras, nawseja, uġigħ addominali, raxx, artralġja, uġigħ fid-dahar, uġigħ fl-estremitajiet, fwawar, deni, reazzjonijiet fis-sit ta’ l-infużjoni, żieda fil-pressjoni tad-demm, tnaqqis fis-saturazzjoni ta’ l-ossiġnu, takikardija u tertir. L-esperjenza ta’ wara l-bejgħ ta’ reazzjonijiet marbuta ma’ l-infużjoni żvelat ir-rappurtaġġ ta’ ċijanożi, ipoksija, takipnea, deni, rimettar, tertir ta’ bard u eritema, li fihom xi wħud minn dawn ir-reazzjonijiet kienu severi.

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi

ADRs għal Aldurazyme li kienu rrappurtati matul l-istudju ta’ Fażi 3 u l-estensjoni tiegħu f’total ta’ 45 pazjent li kellhom 5 snin jew aktar, u li kienu kkurati sa perijodu ta’ 4 snin, huma elenkati hawn taħt bl-użu tal-kategoriji tal-frekwenza li ġejjin: komuni ħafna (≥ 1/10); komuni (≥ 1/100 sa <1/10), mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100), rari (≥1/10,000 sa <1/1,000), rari ħafna (<1/10,000) u mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli). Minħabba l-popolazzjoni żgħira tal-pazjenti, ADR irrappurtata f’pazjent wieħed hi kklassifikata bħala komuni.

MedDRA

Komuni ħafna

Komuni

Mhux magħruf

Sistema tal-Klassi ta’

 

 

 

l-Organi

 

 

 

Disturbi fis-sistema

 

Reazzjoni anafilattika

 

immuni

 

 

 

 

 

Disturbi psikjatriċi

 

Nuqqas ta’ kwiet

 

 

f’ġismek

 

 

 

 

Disturbi fis-sistema

Uġigħ ta’ ras

Parestesija, sturdament

 

nervuża

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-qalb

 

Takikardija

 

Disturbi vaskulari

Fwawar

Pressjoni baxxa, sfurija,

 

 

kesħa periferali

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi respiratorji,

 

Problemi respiratorji,

Ċijanozi, ipoksija,

toraċiċi u medjastinali

 

qtugħ ta’ nifs, sogħla

takipnea, bronkospażmu,

 

 

 

waqfien tan-nifs

Disturbi gastro-

Tqalligħ, uġigħ

Rimettar, dijarea

 

intestinali

addominali

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-ġilda u fit-

Raxx

Edema anġjonewrotika,

Eritema, edema fil-wiċċ,

tessuti ta’ taħt il-ġilda

 

nefħa fil-wiċċ, urtikarja,

edema fil-larinġi, edema

 

 

ħakk, għaraq kiesaħ,

periferali

 

 

alopeċja, iperidrosi

 

Disturbi muskolu-

Artropatija, artralġja,

Uġigħ muskoloskeletali

 

skeletriċi u tat-tessuti

uġigħ fid-dahar, uġigħ

 

 

konnettivi

fl-estremitajiet

 

 

Disturbi ġenerali u

Deni, reazzjoni fil-post

Tertir, tħoss is-sħana,

Ħruġ ta’ likwidu

kondizzjonijiet ta’

ta’ l-injezzjoni

tħoss il-ksieħ, għeja

 

mnejn jingħata

 

kbira, mard qisu

 

 

 

influwenza

 

Investigazzjonijiet

 

Temperatura tal-ġisem li

 

tiżdied

tnaqqis fis-saturazzjoni ta’ l-ossiġnu

Pazjent wieħed b’kompromess tal-passaġġ tan-nifs li kien jeżisti minn qabel, żviluppa reazzjoni severa tliet sigħat mill-bidu ta’ l-infużjoni (f’ġimgħa 62 tal-kura) li kienet tikkonsisti f’urtikarja u ostruzzjoni fil-pajp tan-nifs, li kienet teħtieġ trakeostomija. Dan il-pazjent kien pożittiv għal IgE.

Flimkien ma’ dan, ftit pazjenti li kellhom storja medika fil-passat ta’ disturb fin-naħa ta’ fuq tal- passaġġ tan-nifs u disurb pulmonari marbut ma’ MPS I, kellhom reazzjonijiet severi li kienu jinkludu bronkospażmu, waqfien respiratorju, u edema tal-wiċċ (ara sezzjoni 4.4).

Popolazzjoni pedjatrika

ADRs għal Aldurazyme li kienu rrappurtati matul studju ta’ Fażi 2 f’total ta’ 20 pazjent li kellhom inqas minn 5 snin u li kienu primarjamet tal-fenotipsever, u li kienu kkurati sa perijodu ta’ 12-il xahar, huma elenkati hawn taħt. L-ADRs kienu kollha ta’ intensità minn ħafifa sa moderata.

MedDRA

MedDRA

Frekwenza

Sistema tal-Klassi ta’ l-Organi

Terminu preferut

 

Disturbi fil-qalb

takikardija

Komuni ħafna

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta’

deni

Komuni ħafna

mnejn jingħata

tertir

Komuni ħafna

 

żieda fil-pressjoni tad-

Komuni ħafna

Investigazzjonijiet

demm

 

tnaqqis fis-saturazzjoni ta’

Komuni ħafna

 

 

l-ossiġnu

 

 

Fi studju ta’ fażi 4, 33 pazjent b’MPS I irċivew minn 1 sa 4 korsijiet ta’ doża: 100 U/kg IV kull ġimgħa (doża rakkomandata), 200 U/kg IV kull ġimgħa, 200 U/kg IV kull ġimagħtejn jew 300 U/kg IV kull ġimagħtejn. Il-grupp tad-doża rakkomandata kellu l-inqas numru ta’ pazjenti li ġarrbu ADRs u IARs. It-tip ta’ IARs kienu simili għal dawk li kienu osservati fi studji kliniċi oħrajn.

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Immunoġeniċità

Kważi l-pazjenti kollha żviluppaw antikorpi IgG għal laronidase. Il-biċċa l-kbira tal-pazjenti kellhom serokonverżjoni fi żmien 3 xhur mill-bidu tal-kura; għalkemm is-serokonverżjoni f’pazjenti taħt il-5 snin b’fenotip iktar sever seħħet l-aktar fi żmien xahar (medja ta’ 26 jum kontra 45 jum f’pazjenti li kellhom 5 snin jew aktar). Sat-tmiem ta’ l-istudju ta’ Fażi 3 (jew fiż-żmien li l-pazjent ħareġ kmieni mill-istudju), 13/45 pazjent ma kellhom l-ebda antikorpi li setgħu jkunu osservati permezz ta’ l-assaġġ radioimmunoprecipitation (RIP), li kienu jinkludu 3 pazjenti li qatt ma kellhom serokonverżjoni.

Pazjenti li ma kellhomx antikorpi jew livelli baxxi ta’ antikorpi wrew tnaqqis qawwi fil-livell ta’ GAG fl-awrina, filwaqt li pazjenti b’titers għoljin ta’ antikorpi wrew tnaqqis varjabbli fil-livell ta’ GAG fl-awrina. Ir-rilevanza klinika ta’ din is-sejba mhijiex magħrufa għax ma kien hemm l-ebda relazzjonijiet konsistenti bejn il-livell ta’ l-antikorpi ta’ IgG u riżultati aħħarin ta’ l-effikaċja klinika.

Flimkien ma’ dan, 60 pazjent fl-istudji ta’ Fażi 2 U 3 kienu ttestjati għal effetti li jinnewtralizzaw in vitro. Erba’ pazjenti (tlieta fl-istudju ta’ Fażi 3 u wieħed fl-istudju ta’ Fażi 2) urew inibizzjoni in vitro ta’ attività enzimatika laronidase, li ma deherx li kellha impatt fuq l-effikaċja klinika u/jew tnaqqis tal-GAG urinarju.

Il-preżenza ta’ l-antikorpi ma tidhirx li hi marbuta ma’ l-inċidenza ta’ IARs, għalkemm il-bidu ta’ IARs tipikament ikkoinċida mal-formazzjoni ta’ antikorpi ta’ IgG. L-okkorrenza ta’ l-antikorpi IgE ma kinitx investigata għal kollox.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

L-ebda każ ta’ doża eċċessiva ma ġie rrappurtat.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Enzimi.

Kodiċi ATC: A16AB05.

Marda MPS I

Problemi tal-ħażna tal-mucopolysaccharide huma kkawżati mid-defiċjenza ta’ enzimi lisosomali speċifiċi li huma meħtieġa għall-kataboliżmu ta’ glycosaminoglycans (GAGs). MPS I hu disturb eteroġenu u multisistemiku li hu kkaratterizzat mid-defiċjenza ta’ α-L-iduronidase, hydrolase lisosomali li jikkatalizza l-idrolisi ta’ residwi α-L-iduronic terminali ta’ dermatan sulfate u heparan sulfate. Attività mnaqqsa jew assenti ta’ α-L-iduronidase tirriżulta fl-akkumulazzjoni tal-GAGs, dermatan sulfate u heparan sulfate f’ħafna tipi ta’ ċelluli u tessuti.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Ir-raġuni fundamentali tat-terapija tas-sostituzzjoni ta’ l-enzimi hi biex treġġa’ lura għan-normal livell ta’ attività enzimatika li jkun suffiċjenti biex jidrolizza s-substrat akkumulat, u biex ma jħallix li ssir akkumulazzjoni addizzjonali. Wara l-infużjoni fil-vini, laronidase jitneħħa malajr miċ-ċirkulazzjoni u jkun assorbit miċ-ċelluli fil-lisosomi, x’aktarx permezz tar-riċetturi mannose-6 phosphate.

Laronidase ppurifikat hu glikoproteina b’piż molekulari ta’ madwar 83 kDa. Laronidase jikkonsisti f’628 amino acids wara l-cleavage tat-terminus N. Il-molekula fiha 6 siti ta’ modifikazzjonijiet N-linked ta’ oligosaccharide.

Effikaċja klinika u sigurtà

Saru tliet studji kliniċi b’Aldurazyme biex jevalwaw l-effikaċja u s-sigurtà tiegħu. Studju kliniku kkonċentra primarjament fuq l-evalwazzjoni ta’ l-effett ta’ Aldurazyme fuq il-manifestazzjonijiet sistemiċi ta’ MPS I bħal ħila batuta li wieħed jissaporti t-tbatija, mard restrittiv fil-pulmun, ostruzzjoni fin-naħa ta’ fuq tal-pajp tan-nifs, tnaqqis fil-medda tal-moviment tal-ġogi, epatomegalija u indeboliment tal-vista. Studju wieħed evalwa primarjament is-sigurtà u l-farmakokinetika ta’ Aldurazyme f’pazjenti li kellhom inqas minn 5 snin, iżda xi kejl ta’ l-effikaċja kien inkluż ukoll. It- tielet studju sar biex jevalwa l-farmakodinamika u s-sigurtà ta’ korsijiet ta’ doża differenti ta’ Aldurazyme.

S’issa m’hemm l-ebda informazzjoni klinika li turi xi benefiċċju tal-manifestazzjonijiet newroloġiċi tad-disturb.

Is-siġurtà u l-effikaċja ta’ Aldurazyme kienu evalwati fi Studju ta’ Fażi 3 li kien randomised, double-blind u kkontrollat bil-plaċebo li sar fuq 45 pazjent li kellhom minn 6 sa 43 sena. Għalkemm il-pazjenti li kienu jirrappreżentaw il-firxa sħiħa ta’ l-ispektrum tal-marda kienu rreġistrati, il-maġġoranza tal-pazjenti kellhom il-fenotip intermedju, u pazjent wieħed biss kellu l-fenotip sever. Il-pazjenti rreġistrati kellhom Forced Vital Capacity (FVC) ta’ inqas minn 80% tal-valur imbassar, u kellhom ikunu kapaċi jibqgħu bilwieqfa għal 6 minuti u jimxu 5 metri. Il-pazjenti rċievew jew

100 U/kg ta’ Aldurazyme jew il-plaċebo kull ġimgħa għal total ta’ 26 ġimgħa. Ir-riżultati aħħarin ta’ l- effikaċja kienu tibdil fil-perċentwali tal-FVC normali imbassra u d-distanza assoluta li mxew fit-test tal-mixja ta’ 6 minuti (6MWT). Sussegwentement, il-pazjenti kollha rreġistraw fi studju ta’ estensjoni

open label fejn kollha ngħataw 100 U/Kg ta’ Aldurazyme kull ġimgħa għal 3.5 snin addizzjonali (182 ġimgħa).

Wara 26 ġimgħa ta’ terapija, il-pazjenti li kienu kkurati b’Aldurazyme wrew funzjoni respiratorja mtejba u kapaċità tal-mixi kif imqabbla mal-plaċebo kif indikat hawn taħt.

 

Fażi 3, 26 ġimgħa ta’ kura

 

 

meta mqabbla mal-plaċebo

 

 

 

 

 

 

 

 

 

valur p

Intervall tal-kunfidenza

 

 

 

 

(95%)

Perċentwali mbassar

medja

5.6

-

 

FVC

medjan

3.0

0.009

0.9 - 8.6

(punt perċentwali)

 

 

 

 

6MWT

medja

38.1

-

 

(metri)

medjan

38.5

0.066

-2.0 - 79.0

L-istudju ta’ estensjoni open label wera titjib u/jew il-manteniment ta’ dawn l-effetti sa 208 ġimgħat fil-grupp ta’ Aldurazyme/Aldurazyme u sa 182 ġimgħa fil-grupp tal-Plaċebo/Aldurazyme kif indikat fit-tabella hawn taħt.

 

 

Plaċebo/Aldurazym

 

Aldurazyme/Aldurazyme

e

 

Wara 208 ġimgħa

Wara 182 ġimgħa

Bidla medja jibdlu mil-linja bażi ta’ qabel

 

 

il-kura

 

 

Perċentwali mbassar FVC (%)1

- 1.2

- 3.3

6 MWT (metri)

+ 39.2

+ 19.4

Indiċi ta’ l-Apnea/Ipopnea (AHI)

- 4.0

- 4.8

Medda tal-Moviment tal-liwi ta’ l-ispallejn

 

 

(gradi)

+ 13.1

+ 18.3

CHAQ/HAQ Indiċi tad-Diżabilità 2

- 0.43

- 0.26

1It-tnaqqis fil-perċentwali mbassar tal-FVC mhuwiex klinikament sinifikanti fuq dan il-perijodu, u l- volumi assoluti tal-pulmun komplew jiżdiedu fi proporzjon mat-tibdil fit-tul f’pazjenti pedjatriċi li kienu qed jikbru.

2Iż-żewġ gruppi qabżu d-differenza importanti klinikament minima (-0.24)

Mis-26 pazjenti b’volumi anormali tal-fwied fil-linja ta’ qabel il-kura, 22 (85%) kisbu daqs normali tal-fwied sat-tmiem ta’ l-istudju. Kien hemm tnaqqis mgħaġġel fit-tneħħija tal-GAG (µg/mg krejatinina) fl-awrina fi żmien l-ewwel 4 ġimgħat, li kompla matul il-bqija ta’ l-istudju. Il-livelli ta’ GAG fl-awrina naqsu b’77% u 66% fil-gruppi tal-Plaċebo/Aldurazyme u Aldurazyme/Aldurazyme, rispettivament; fit-tmiem ta’ l-istudju, terz tal-pazjenti (15 minn 45) kienu laħqu livelli normali ta’ GAG fl-awrina.

Biex jindirizza l-eteroġeneità fil-manifestazzjoni tal-marda fil-pazjenti, bl-użu ta’ riżultat aħħari kompost li kien juri t-total tal-bidliet klinikament sinifikanti ta’ ħames fatturi varjabbli ta’ l-effikaċja (perċentwali imbassra tal-FVC normali, distanza 6MWT, medda tal-moviment tal-liwi ta’ l-ispallejn, AHI, u ċarezza tal-vista), ir-rispons globali kien titjib f’26 pazjent (58%), l-ebda bidla f’10 pazjenti (22%), u deterjorament f’9 pazjenti (20%).

Sar studju ta’ sena ta’ Fażi 2, open-label, li primarjament evalwa s-sigurtà u l-farmakokinetika ta’ Aldurazyme f’20 pazjent li kellhom inqas minn 5 snin meta kienu rreġistrati fl-istudju (16-il pazjent b’fenotip sever u 4 b’fenotip intermedju). Il-pazjenti kienu skedati biex jirċievu infużjonijiet ta’

Aldurazyme 100 U/kg kull ġimgħa għal tul ta’ żmien totali ta’ 52 ġimgħa. Erba’ pazjenti kellhom

żidiet fid-dożaġġ għal 200 U/kg fl-aħħar 26 ġimgħa minħabba livelli għoljin ta’ GAG fl-awrina f’Ġimgħa 22.

Tmintax-il pazjent temmew l-istudju. Aldurazyme kien ittollerat tajjeb meta ngħataw iż-żewġ dożaġġi. Il-medja tal-livell ta’ GAG fl-awrina naqset b’50% f’Ġimgħa 13 u tnaqqset b’61% fit-tmiem ta’ l- istudju. Meta l-istudju tlesta, il-pazjenti kollha wrew tnaqqis fid-daqs tal-fwied u 50% (9/18) minnhom kellhom daqs normali tal-fwied. Il-proporzjon ta’ pazjenti b’ipertrofija ventrikulari ħafifa tax-xellug naqas minn 53% (10/19) għal 17% (3/18), u l-medja tal-piż ventrikulari tax-xellug normalizzat għall-erja tas-superfiċje tal-ġisem naqas b’0.9 Punteġġ Z (n=17). Diversi pazjenti wrew żieda fit-tul (n=7) u fil-piż (n=3) għall-Punteġġ Z ta’ l-età. Il-pazjenti aktar żgħar fl-età bil-fenotip sever (< 2.5 snin) u l-4 pazjenti kollha bil-fenotip intermedju, urew rata normali ta’ żvilupp mentali, filwaqt li pazjenti akbar fl-età b’fenotip sever kellhom titjib limitat jew l-ebda progress fil-konjizzjoni.

Studju ta’ fażi 4 sar biex jevalwa l-effetti farmakodinamiċi fuq il-GAGs urinarji, il-volum tal-fwied, u 6MWT, ta’ korsijiet ta’ doża differenti ta’ Aldurazyme. F’dan l-istudju open label ta’ 26 ġimgħa, 33 pazjenti MPS I irċivew minn 1 sa 4 korsijiet ta’ doża ta’ Aldurazyme: 100 U/kg IV kull ġimgħa (doża rakkomandata), 200 U/kg IV kull ġimgħa, 200 U/kg IV kull ġimagħtejn jew 300 U/kg IV kull ġimagħtejn. Ma ntwera l-ebda benefiċċju definit b’dożi ogħla mid-doża rakkomandata. Il-kors ta’ 200 U/kg IV kull ġimagħtejn jista’ jkun alternattiva aċċettabbli għal pazjenti li għandhom diffikultà biex jirċievu l-infużjonijiet kull ġimgħa; madankollu, m’hemm l-ebda evidenza li l-effikaċja klinika fit-tul ta’ dawn iż-żewġ korsijiet tad-doża hi ekwivalenti.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Wara l-għoti fil-vini ta’ laronidase b’ħin ta’ l-infużjoni ta’ 240 minuta u b’doża ta’ 100 U/kg ta’ piż tal-ġisem, il-proprjetajiet farmakokinetiċi tkejlu f’Ġimgħat 1, 12 U 26.

Parametru

Infużjoni 1

Infużjoni 12

Infużjoni 26

 

Medja ± SD

Medja ± SD

Medja ± SD

Cmax (U/ml)

0.197 ± 0.052

0.210 ± 0.079

0.302 ± 0.089

AUC(h•U/ml)

0.930 ± 0.214

0.913 ± 0.445

1.191 ± 0.451

CL (ml/min/kg)

1.96 ± 0.495

2.31 ± 1.13

1.68 ± 0.763

Vz (l/kg)

0.604 ± 0.172

0.307 ± 0.143

0.239 ± 0.128

Vss (l/kg)

0.440 ± 0.125

0.252 ± 0.079

0.217 ± 0.081

t1/2 (sigħat)

3.61 ± 0.894

2.02 ± 1.26

1.94 ± 1.09

Is-Cmax wera żieda matul iż-żmien. Il-volum tad-distribuzzjoni naqas mat-tkomplija tal-kura, u dan kien possibbilment marbut mal-formazzjoni ta’ l-antikorpi u/jew mat-tnaqqis fil-volum tal-fwied. Il-profil farmakokinetiku f’pazjenti li kellhom inqas minn 5 snin kien simili għal dak ta’ pazjenti li kellhom iktar żmien u li kienu affettwati b’mod inqas sever.

Laronidase hu proteina u hu mistenni li jiddegrada metabolikament permezz ta’ l-idrolisi tal-peptidi. Konsegwentement, l-indeboliment fil-funżjoni tal-fwied mhux mistenni li jaffettwa l-farmakokinetika ta’ laronidase b’mod li hu klinikament sinifikanti. It-tneħħija renali ta’ laronidase hi kkunsidrata bħala rotta minuri għat-tneħħija (ara sezzjoni 4.2).

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Informazzjoni li mhix klinika, magħmula fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn dożi waħidhom, effett tossiku minn dożi ripetuti u l-effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva, ma turi l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin. Il-potenzjal ġenotossiku u karċinoġeniku mhuwiex mistenni.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Sodium chloride

Sodium phosphate monobasic, monohydrate

Sodium phosphate dibasic, heptahydrate

Polysorbate 80

Ilma għall-injezzjonijiet

6.2Inkompatibbilitajiet

Minħabba li ma sarux studji li juru liema huma l-prodotti li ma jablux miegħu, dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn ħlief dawk imsemmijin f’sezzjoni 6.6..

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Kunjetti mhux miftuħa:

3 snin

Soluzzjonijiet dilwiti:

Mill-aspett mikrobijoloġiku dwar is-sigurtà, il-prodott għandu jintuża immedjatament. Jekk ma jintużax immedjatament, il-ħażna tal-prodott waqt l-użu m’għandhiex tkun ta’ iktar minn 24 siegħa f’temperatura ta’ 2°C - 8°C, dejjem jekk id-dilwizzjoni tkun seħħet taħt kundizzjonijiet asettiċi kkontrollati u validati.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fi friġġ (2°C – 8°C).

Għall-kondizzjonijiet ta’ ħażna wara d-dilwizzjoni tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

5 ml ta’ konċentrat għal soluzzjoni f’kunjett (ħġieġ ta’ tip I) b’tapp (lastku siliconised tal-chlorobutyl) u siġill (aluminju) b’għatu flip-off (polypropylene).

Daqsijiet tal-pakketti: 1, 10 u 25 kunjett

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Kull kunjett ta’ Aldurazyme hu intenzjonat biex jintuża darba biss. Il-konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni għandu jkun dilwit b’soluzzjoni għall-infużjoni ta’ 9 mg/ml (0.9%) ta’ sodium chloride billi tuża t-teknika asettika. Hu rakkomandat li s-soluzzjoni dilwita ta’ Aldurazyme tingħata lill-pazjenti permezz ta’ sett ta’ l-infużjoni mgħammar b’filtru in-line ta’ 0.2 µm.

Preparazzjoni ta’ l-Infużjoni ta’ Aldurazyme (Uża t-Teknika Asettika)

Iddeċiedi n-numru ta’ kunjetti li trid tiddilwa, skond il-piż tal-pazjent individwali. Oħroġ il-kunjetti li teħtieġ mill-friġg madwar 20 minuta qabel sabiex tippermettilhom jilħqu t-temperatura tal-kamra (taħt 30˚C).

Qabel id-dilwizzjoni, eżamina kull kunjett għal xi frak jew xi tibdil fil-kulur. Is-soluzzjoni ċara sa kemm kemm opalexxenti, u bla kulur jew isfar ċar, għandha tkun ħielsa minn partikuli viżibbli. Tużax kunjetti li jkun fihom xi partikuli jew li jkunu biddlu l-kulur.

Iddeċiedi l-volum totali ta’ infużjoni bbażat fuq il-piż tal-pazjent individwali, jew 100 ml (jekk il-piż tal-ġisem hu ta’ 20 kg jew inqas) jew 250 ml (jekk il-piż tal-ġisem hu ta’ iktar minn 20 kg) ta’ soluzzjoni għall-infużjoni ta’ 0.9% ta’ sodium chloride.

Iġbed u armi volum tas-soluzzjoni għall-infużjoni ta’ 9 mg/ml (0.9%) ta’ sodium chloride

mill-borża ta’ l-infużjoni li jkun daqs il-volum totali ta’ Aldurazyme li jrid jiġi miżjud.

Iġbed il-volum meħtieġ mill-kunjetti ta’ Aldurazyme u ħallat il-volumi li ġbidt.

Żid il-volumi mħallta ta’ Aldurazyme mas-soluzzjoni għall-infużjoni ta’ 9 mg/ml (0.9%) ta’ sodium chloride.

Ħallat is-soluzzjoni għall-infużjoni bil-mod.

Qabel ma tuża s-soluzzjoni, eżaminaha viżwalment biex tara jekk hemmx xi frak. Soluzzjonijiet trasparenti, mingħajr kulur u mingħajr partikuli viżibbli biss għandhom jintużaw.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Genzyme Europe B.V., Gooimeer 10, NL-1411 DD Naarden, l-Olanda.

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/03/253/001-003

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 10 ta’ Ġunju, 2003

Data tal-aħħar tiġdid: 10 ta’ Ġunju, 2008

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST^

12/2015

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati