Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Altargo (retapamulin) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - D06AX13

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaAltargo
Kodiċi ATCD06AX13
Sustanzaretapamulin
ManifatturGlaxo Group Ltd

1.ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI

Ingwent 10 mg/g Altargo

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull gramma ta’ ingwent fiha 10 mg retapamulin (1% w/w)

Eċċipjent(i) b’effett magħruf

Kull gramma ta’ ingwent fiha sa 20 mikrogramma ta’ butylated hydroxytoluene (E321). Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Ingwent.

Ingwent lixx, bajdani

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Trattament fuq medda qasira ta’ l-infezzjonijiet superfiċjali fil-ġilda li ġejjin f’adulti, adolexxenti, trabi u tfal

(b’età minn disa’ xhur) (ara sezzjoni 5.1):

Impetigo.

Tiċrit żgħir, brix, jew feriti suturati nfettati.

Ara s-sezzjonijiet 4.4 u 5.1 għal tagħrif importanti dwar l-attivita` klinika ta’ retapamulin kontra tipi differenti ta’ Staphylococcus aureus.

Għandha tingħata attenzjoni għall-gwida uffiċjali dwar l-użu adattat ta’ prodotti mediċinali antibatteriċi.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Adulti (bejn it-18 u l-65 sena), adolexxenti (bejn it-12 u s-17-il sena), trabi u tfal (minn 9 xhur sa ħdax-il sena)

Saff irqiq ta’ l-ingwent għandu jitqiegħed fuq il-parti affetwata darbtejn kuljum għal ħamest ijiem.

Il-parti trattata tista tiġi mgħottija b’faxxa sterilizzata jew garża.

Ma ġewx stabbiliti sigurta` u effikaċja fil-każi li ġejjin:

Feriti impetiġinużi>10 f’dak li hu numru u li jaqbżu il-100 ċm2 f’dik li hi superfiċje totali.

Feriti infettati li jaqbżu l-10 ċm f’tul jew 100 ċm2 f’superfiċje totali.

F’pazjenti ta’ inqas minn 18-il sena is-superfiċje totali m’għandux ikun aktar minn 2% tas-superfiċje totali tal-ġisem.

Pazjenti li ma juru ebda rispons kliniku fi żmien jumejn jew tlieta g ħandhom jerġgħu ikunu evalwati u għandha tingħata konsiderazzjoni għal xi terapija oħra (ara sezzjoni 4.4).

Popolazzjonijiet speċjali

Anzjani (ta’ 65 sena jew akbar)

M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fid-dożaġġ.

Indeboliment tal-kliewi

M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fid-dożaġġ. Ara sezzjoni 5.3.

Indeboliment tal-fwied

M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fid-dożaġġ. Ara sezzjoni 5.3.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja tal-ingwent ta’ retapamulin fi trabi b’età inqas minn disa’ xhur ma ġewx stabbiliti. Dejta disponibbli bħalissa hija deskritta fis-sezzjoni 5.2, imma l-ebda rakkomandazzjoni dwar il-pożoloġija ma tista’ tingħata.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Retapamulin huwa għall-użu għall-ġilda biss.

4.3Kontra-indikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Sensitizzazzjoni jew irritazzjoni lokali severa

Fil-każ ta’ sensibilizzazzjoni jew irritazzjoni lokali qawwija mill-użu ta’ l-ingwent retapamulin, it-trattament għandu jitwaqqaf, l-ingwent għandu jintmesaħ b’attenzjoni u għandha tinbeda terapija alternattiva xierqa għall-infezzjoni.

Għajnejn u membrani mukużi

L-ingwent retapamulin għanu jinżamm bogħod mill-għajnejn u minn membrani mukużi. Ġie rrappurtat epistassi bl-użu ta Altargo fuq il-membrana mukuża tal-imnieħer.

Inġestjoni

Għandha tingħata attenzjoni biex ma jinbelax.

Valutazzjoni mill-ġdid tal-kura

Terapija alternattiva għandha tkun ikkunsidrata jekk ma jkunx hemm titjib jew ikun hemm deterjorament fiż- żona infettata wara 2-3 ijiem ta’ kura.

Użu fit-tul u tkabbir eċċessiv ta’ mikro-organiżmi mhux suxxettibbli

Użu fit-tul ta’ retapamulin jista’ jirriżulta fi tkabbir e ċċessiv ta’ mikro-organiżmi mhux suxxettibbli, inkluż moffa. Jekk hemm suspett ta’ super-infezzjoni b’organiżmu mhux suxxettibbli, il-kura għandha tiġi ggwidata minn valutazzjoni klinika u mikrobijoloġika.

Axxess

Retapamulin m’għandux jintuża fit-kura ta’ axxessi.

Staphylococcus aureus reżistenti għal methicillin (MRSA)

Retapamulin m’għandux jintuża fit-trattament ta’ infezzjonijiet magħrufa jew li jkunu ġejjin jew aktarx li jkunu ġejjin minn MRSA (ara sezzjoni 5.1)

Fi studji kliniċi dwar feriti infettati sekondarjament u miftuħa, l-effikaċja ta’ retapamulin ma kenitx adegwata f’pazjenti b’infezzjonijiet kawżati minn MRSA li jirreżisti l-metiċillina. Ir-raġuni għall-effikaċja klinika mnaqqsa osservata f’dawn il-pazjenti mhijiex magħrufa.

Butylated hydroxytoluene

L-ingwent retapamulin fih butylated hydroxytoluene, li jista’ jikkawża reazzjoni lokali fil-ġilda (e.g. dermatite mill-kuntatt), jew irritazzjoni fl-għajnejn u fil-membrani mukużi.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

L-effett ta’ l-applikazzjoni konkorrenti ta’ retapamulin u prodotti mediċinali topiċi oħra fuq l-istess parti tal-

ġilda ma ġiex studjat, u dan mhuwiex rakkomandat.

Fil-mikrosomi tal-fwied fil-bniedem, retapamulin intwera li huwa impeditur qawwi ta’ CYP3A4. Madankollu, peress li l-konċentrazzjonijiet ta’ retapamulin fil-plażma waqt applikazzjoni topika kienu baxxi

(ara sezzjoni 5.2), mhux mistenni li l-għoti sistemiku fl-istess waqt ta’ substrati ta’ CYP3A4 twassal għal inibizzjoni ta’ importanza klinika tal-metaboliżmu tagħhom minn retapamulin.

It-teħid fl-istess ħin mill-ħalq ta’ 200 mg ketoconazole darbtejn kuljum żied il-medja ta’ AUC(0-24) u Cmax ta’ retapamulin b’81% wara l-applikazzjoni topika ta’ ingwent b’10 mg/g retapamulin fuq il-ġilda mibruxa ta’ rġiel f’saħħithom. Madankollu, l-ogħla konċentrazzjonijiet irrekordjati fil-plażma kienu baxxi

(< 10.5 ng/ml fl-assenza ta’ ketoconazole u < 17 ng/ml fil-preżenza ta’ ketoconazole).

F’pazjenti adulti u pedjatriċ b’età minn sentejn ’l fuq l-esponiment sistemiku ħalg retapam ulin wara applikazzjoni topika ta’ ingwent ta’ 10 mg/g kien baxx (konċe trazzjoni massima fil -plażma ta’

< 20 ng/mL). Għalhekk, mhux mistenni li jkun hemm żjidiet ta’ importanza klinika fil-konċentrazzjonijiet ta’ retapamulin fil-plażma f’pazjenti b’età minn sentejn ’l fuq li qed jirċievu ukoll inibituri ta’ CYP3A4.

Popolazzjoni pedjatrika

Fi tfal b’età minn 9 xhur sa sentejn huwa possibbli li xi kultant jista’ jkun hemm konċentrazzjonijiet ogħla fil-plażma waqt kura b’ingwent ta’ 10 mg/g retapamulin meta mqabbla ma’ tfal akbar u ma’ adulti. Għalhekk attenzjoni hija rrakkomandata jekk ingwent ta’ 10 mg/g retapamulin jingħata lil tfal f’dan il-grupp ta’ età li qed jirċievu wkoll inibituri ta’ CYP3A4, għax ma’ l-inibizzjoni ta’ CYP3A4 jista’ jkun hemm żjieda akbar fl-esponiment sistemiku għal retapamulin.

Ara sezzjoni 5.2 dwar il-konċentrazzjonijiet ta’ retapamulin fil-plażma osservati f’pazjenti fi gruppi ta’ etajiet differenti.

4.6 Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Ma hawnx tagħrif kliniku dwar tqala esposta. Studji fuq annimali wara li jittie ħed mill-ħalq urew tossiċita fis-sistema riproduttiva u m’humiex biżżejjed rigward l-effetti fuq il-ħlas u l-iżvilupp tal-fetu / ta’wara t- twelid (ara sezzjoni 5.3).

L-ingwent bir-retapamulin għandu jintuża biss waqt tqala meta jkun jidher biċ-ċar il-bżonn ta’ terapija topika antibatterika u l-użu ta’ retapamulin hu preferibbli mit-teħid ta’ prodott mediċinali antibatteriku sistemiku.

Treddigħ

Mhuwiex magħruf jekk retapamulin joħroġx mal-ħalib tas-sider fil-bniedem. F’adulti ġew osservati esponimenti sistemiċi żgħar ħafna, għalhekk l-esponiment fi trabi mreddgħa aktarx ikun negliġibbli. Il-ħruġ ta’ retapamulin mal-ħalib ma ġiex studjat fuq annimali. Deċiżjoni dwar jekk għandux jitkompla jew jitwaqqaf it-treddigħ jew għandhiex titkompla jew titwaqqaf it-terapija b’Altargo għandha tittieħed b’mod li jiġi meqjus il-benefiċċju tat-treddigħ għat-tarbija u l-benefiċċju tat-terapija b’Altargo għall-mara.

Fertilità

M’hemmx tagħrif dwar l-effetti ta’ retapamulin fuq il-fertilità tal-bniedem. Fi studji fuq l-annimali ma ntwerew l-ebda effetti relatati mal-kura fuq il-fertilità maskili jew femminili (ara sezzjoni 5.3).

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Altargo m’għandu l-ebda effett jew jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Fi studji kliniċi li fihom 2150 pazjent b’infezzjoni superfiċjali fil-ġilda applikaw Altargo, l-aktar effett mhux mixtieq rappurtat kien irritazzjoni fil-post fejn jindilek, li affettwat madwar 1% tal-pazjenti.

Lista ta’ reazzjonijiet avversi f’tabella

Il-metodu li ġej intuża għall-klassifika ta’ frekwenzi:komuni ħafna (>1/10), komuni (>1/100 sa <1/10), mhux komuni >1/1000 sa <1/100), rari (>1/10,000 sa <1/1000), rari ħafna (<1/10,000),mhux magħruf (ma jistax jiġi stmat mit-tagħrif disponibbli).

F’kull grupp ta’ frekwenza, ir-reazzjonijiet avversi jidhru skont is-serjetà tagħhom bl-aktar serji jitniżżlu l- ewwel.

Sistemi ta’ organi

Komuni

Mhux komuni

Mhux magħruf

 

 

 

 

Disturbi fis-sistema

 

 

Ipersensittivita’ li

immuni

 

 

tinkludi anġjoedema

 

 

 

 

Disturbi fil-ġilda u fit-

 

Dermatite minn kuntatt

 

tessuti ta’ taħt il-ġilda

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi ġenerali u

Reazzjonijiet fis-sit tal-

Reazzjonijiet fis-sit tal-

Reazzjonijiet fis-sit tal-

kondizzjonijiet ta’ mnejn

applikazzjoni

applikazzjoni

applikazzjoni

jingħata

 

 

(inkluż sensazzjoni ta’

 

Irritazzjoni

Uġigħ

ħruq)

 

 

Ħakk

 

 

 

Eritema

 

 

 

 

 

Popolazzjoni pedjatrika

 

 

 

Il-frekwenza, tip u severità tar-reazzjonijiet avversi fil-popolazzjoni pedjatrika huma l-istess bħal fl-adulti.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Kull sinjal jew sintomu ta’ doża eċċessiva, kemm topikament u kemm jekk jinbela’ aċċidentalment, għandu jiġi trattat sintomatikament

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Antibijotiċi u kimoterapewtiċi għall-użu dermatoloġiku, Antibijotiċi għall- użu topiku. Kodiċi ATC: DO6AX13

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Retapamulin hu derivattiv semi-sintetiku tal-kompost plewromutilin, li jiġi iżolat permezz ta’ fermentazzjoni mill- Clitopilus passeckerianus (li qabel kien Pleurotus passeckerianus).

Retapamulin selettivament jimpedixxi is-sinteżi tal-proteini batteriċi billi jaħdem f’sit uniku fis-subunita` 50S tar-ribosoma batterika li hija distinta mis-siti li jwaħħlu ta’ aġenti oħra antibatteriċi mhux plewromutilini li ma jaqblux mar-ribosoma.

Informazzjoni miġbura tindika li s-sit li jwaħħal jinvolvi proteini L3 tar-ribosoma u li qiegħed fir-reġjun tas- sit P tar-ribosoma u ċ-ċentru tal- peptidyl transferase. Billi jeħlu ma’ dan is-sit, plewromutilini jimpedixxi t- trasferiment ta’ peptidyl, u hekk jimblukkaw parzjalment interazzjonijiet fis-sit P, u ma jħallux il- formazzjoni normali ta’ sub-unitajiet attivi tar-ribosoma 50S. Għalhekk il-plewromutilini jidher li jfixklu s- sinteżi ta’ proteini batteriċi b’mekkaniżmi multipli.

Retapalumin hu fil-biċċa l-kbira batterjostatiku kontra S. aureus u S. pyogenes.

Mekkaniżmu ta’ reżistenza

Minħabba l-mod distint ta’ azzjoni tiegħu, target specific cross-resistance ma’ klassijiet oħra ta’ aġenti antibatteriċi hija rari.

In vitro, tliet mekkaniżmi ġew identifikati li jnaqqsu s-suxxettibilta` għal retapamulin. Wieħed jinvolvi tibdil fil-proteina L3 tar-ribosoma, it-tieni huwa mekkaniżmu effluss mhux speċifiku (ABC transporter vgaAv). Dan il-mekkaniżmu effluss mhux speċifiku wera wkoll li jnaqqas l-attivita` in vitro ta’ streptogramin A.

Suxxettibiltà għal pleuromutilins tista’ wkoll tiġi affettwata permezz ta’ Cfr rRNA methyltransferase, li jagħti cross-resistance għall-phenicols, il-lincosamides u l-istreptogramin A fl-istaphylococci.

MICs ta’ 2-64 µg/ml ta’ retapamulin ġew irrappurtati għal iżolati kliniċi ta’ S. aureus li kellhom il- mekkaniżmi ta’ reżistenza ta’ effluss jew inkella ta’ cfr li huma imfissra hawn fuq. G ħall-iżolati ta’ S. aureus b’mutazzjonijiet magħmula fil-laboratorju fil-proteina L3 tar-ribosoma, l- MICs ta’ retapamulin kienu minn 0.25-4 µg/ml. Filwaqt li l-limitu tal-valur epidemjoloġiku ta’ S. aureus għal retapamulin huwa ta’ 0.5 µg/ml, is-sinifikat kliniku tal-iżolati b’MICs ta’ retapamulin għoljin m’huwiex magħruf minħabba li jista’ jkun hemm konċentrazzjonijiet lokali kbar (20,000 µg/ml) ta’ retapamulin fuq il-ġilda.

L-ebda żvilupp ta’ reżistenza ma ġie osservat waqt trattament b’retapamulin fil-programm ta’ studju kliniku u l-iżolati kliniċi kollha kienu mfixkla minn konċentrazzjonijiet ta’ <2 g/ml ta’ retapamulin.

Spettru antibatteriku

Il-prevalenza ta’ reżistenza akkwistata tista’ tvarja ġeografikament u biż-żmien fi speċi magħżula, u informazzjoni lokali dwar reżistenza hi mixtieqa, partikolarment fit-trattament ta’ infezzjonijiet serji. Skond il-bżonn, ikun meħtieġ il-parir ta’ espert meta l-prevalenza lokali ta’ reżistenza hi hekk li l-utilita` ta’ l-aġent għallinqas f’ċerti tipi ta’ infezzjoni ma tkunx hekk li wieħed jista’ joqgħod fuqha.

Speċi komunement suxxettibbli

Staphylococcus aureus*$

Streptococcus pyogenes*

Streptococcus agalactiae

Organiżmi reżistenti minnhom infushom

Enterobacteriaceae

Pseudomonas aeruginosa

Enterococcus faecalis

$ In vitro, retapamulin kien attiv l-istess kontra razez ta’ S. aureus suxxettibbli u reżistenti għal metiċillina.

Madankollu, ara sezzjoni 4.4 u hawn taħt dwar effikaċja klinika kontra MRSA. Retapamulin m’għandux jintuża fit-trattament ta’ infezzjonijiet magħrufa li ġew ikkawżati jew aktarx li kienu kkawżati minn MRSA.

*ġiet osservata attivita` sodisfaċenti fi studji kliniċi.

Effikaċja klinika u sigurtà

Ftit MRSA ġew iżolati fi studji dwar impetigo u kollha kienu suċċessi kliniċi (100%: 8/8).

Fi studji dwar impetigo u f’żewġ studji dwar feriti miftuħa infettati sekondarjament (SIOW), rati ta’ suċċessi kliniċi kienu għolja għal retapalumin f’pazjenti b’ S. aureus reżistenti għal mupiroċina (100%: 11/11) jew S. aureus reżistenti għal aċidu fusidiku (96.7%: 29/30). Madankollu, fiż-żewġ studji li rreġistraw pazjenti bl- SIOW l-effikaċja ta’ retapamulin f’infezzjoni kawżati minn MRSA ma kenitx adegwata (75.7%). Ma ġietx osservata l-ebda differenza fl-attivita` in vitro ta’ retapamulin kontra S. aureus kemm jekk l-iżolati kienu suxxettibbli jew jekk dawn kienu reżistenti għal methicillin.

L-ispjega għall-inqas effikaċja klinika kontra MRSA f’SIOW mhijiex ċara u setgħet ġiet influwenzata mill- preżenza ta’ klonu partikolari ta’ MRSA. Fil-każ ta’ falliment tat-trattament assoċjat ma’ S. aureus, il- preżenza ta’ razez li jkollhom fatturi virulenti addizzjonali (bħal Panton-Valentine Leukocidin) għandha tkun ikkunsidrata.

Rati ta’ Suċċessi Kliniċi wara t-Trattament ta’ Pazjenti b’SIOW b’

S. aureus

 

Fenotip/Tip PFGE

 

RETAPAMULIN

Cephalexin

 

 

n/N

Rata ta’

95% Exact

n/N

Rata ta’

 

 

 

suċċess

CI

 

suċċess

 

 

 

(%)

 

 

(%)

 

S.aureus (kollha)

337/379

88.9%

(85.3,91.9)

155/186

83.3

 

MRSA $

28/37

75.7%

(58.8,88.2)

21/26

80.8

 

MSSA

309/342

90.4

(86.7,93.3)

133/159

83.6

 

CI:confidence interval.

CI eżatt huwa kalkolat bl-użu tal-metodu

ta’ distribuzzjoni F.

$ : ir-rata ta’ rispons kontra MRSA kkawżata minn PVL+ MRSA kienet ta’ 8/13 (62%)

Studju randomised, double-blind, multiċentriku, qabbel l-effikaċja tal-ingwent retapamulin ma’ ingwent plaċebo għall-kura ta’ SIOW. L-istudju, fi tmiemu, ma laħaqx l-iskop primarju li kien ir-rata ta’ suċċess klinku meta individwi ġew segwiti (jum 12-14) fil-popolazzjoni Klinika Intenzjoni li Tikkura (ara t-Tabella hawn taħt).

Rispons kliniku meta l-individwi Ġew Segwiti (jum 12-14), permezz ta’ popolazzjoni ta’ Analiżi

 

Retapamulin

 

 

Plaċebo

 

Differenza

95% CI (%)

Popolazzjoni

n/N

Rata

ta’

n/N

Rata ta’

fir-rati ta’

 

ta’Analiżi

 

suċċess

 

 

suċċess

suċċess (%)

 

ITTC

184/246

74.8

 

75/113

66.4

8.4

(-1.6, 18.4)

PPC

170/215

79.1

 

72/97

74.2

4.8

(-5.2, 14.8)

ITTB

139/182

76.4

 

54/84

64.3

12.1

(0.6, 23.6)

PPB

128/158

81.0

 

51/69

73.9

7.1

(-4.4, 18.6)

CI: intervall ta’ kunfidenza. L-Intervall ta’ kunfidenza ma kienx aġġustat għall -moltipiċità.

ITTC- Popolazzjoni ta’ Effikaċja Primarja Klinika Intenzjoni li Tikkura; PPC – Popolazzjoni ta’ Effikaċja Primarja Klinika Skont il-Protokoll; ITTB- Popolazzjoni ta’ Effikaċja Primarja Klinika Intenzjoni li Tikkura evalwabbli b’mod

Batterjoloġiku; PPB – Popolazzjoni ta’ Effikaċja Primarja Klinika Skont il-Protokoll evalwabbli b’mod Batterjoloġiku.

Madankollu, meta kienet aġġustata għall -karatteristiċi tal-ferita fil-linja bażi inkluż il-patoġenu, id-daqs u s- severità tal-ferita, ir-rata ta’ suċċess kliniku ta’ retapamulin kienet superjuri għall -plaċebo għall-iskop finali ta’ effikaċja primarja (p=0.0336). Il-feriti ta’ individwi kkurati b’retapamulin fiequ aktar malajr sal-vista talA ħħar tal-kura (jum 7-9), bi tnaqqis fil-daqs tal-feriti b’77.3% meta mqabbel ma’ 43.5%ħalg individwi kkurati bi plaċebo. Madankollu saż-żmien tal-vista meta Ġew Segwiti din id-differnza kienet anqas tispikka, (88.6% vs, 81% għal individwi kkurati b’retapamulin u bi plaċebo rispettivament).

Fil-popolazzjoni Intenzjoni li Tikkura evalwabbli b’mod Batterjoloġiku, ir-rata ta’ suċċess kliniku ta’ retapamulin (76.4%: 139/182) kienet superjuri b’mod statistiku g ħal dik ta’ plaċebo (64.3%; 54/84). Din id- differenza kienet il-biċċa l-kbira minħabba rata ogħla ta’ suċċess osservata fl-individwi kkurati b’retapamulin b’infezzjonijiet ikkawżati bi S. aureus meta mqabbla ma’ individwi kkurati bi plaċebo (ara t- Tabella t’hawn taħt). Madankollu, retapamulin ma wera l-ebda vantaġġ fuq il-plaċebo f’individwi li kellhom

SIOW bi S. pyogenes.

Rati ta’ Suċċess Klinku meta ġew Segwiti individwi li kellhom SIOW bi S. aureus u

S. pyogenes

fil- popolazzjoni Intenzjoni li Tikkura Evalwabbli b’mod Batterjoloġiku

Patoġenu

 

Retapamulin

Plaċebo

 

 

n/N

Rata ta’

95% CI Preċiż

n/N

Rata ta’

 

 

suċċess

 

 

suċċess

 

 

(%)

 

 

(%)

S. aureus (kollha)

117/147

79.6

72.2,85.8

43/65

66.2

MRSA

15/24

62.5

40.6,81.2

25.0

MSSA

102/123

82.9

75.1,89.1

41/57

71.9

S. pyogenes

29/36

80.6

64.0,91.8

12/15

80.0

CI: intervall ta’ kunfidenza. CI preċiż jiġi kkalkulat bil-metodu tad-distribuzzjoni F

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Adulti b’saħħithom

Fi studju li twettaq fuq suġġetti adulti f’saħħithom, ingwent b’10 mg/g retapamulin indilek kuljum fuq ġilda intatta u oħra bi brix f’okklużjoni sa sebgħat ijiem. Esponiment sistemiku wara applikazzjoni topika ta’ retapamulin minn ġilda intatta kien baxx ħafna. Il-valur ġeometriku medju Cmax fi plażma wara applikazzjoni fuq 200 ċm2 ta’ ġilda mibruxa kien ta’ 9.75 ng/ml fl-ewwel ġurnata u 8.79 ng/ml fis-seba’

ġurnata u l-ogħla esponiment sistemiku (Cmax) individwali rreġistrat kien 22.1 ng/ml.

Pazjenti b’età minn sentejn ’l fuq

Kampjuni ta’ plażma waħedhom ġew miksuba minn 516 adulti u pazjenti pedjatriċi li kienu ħadu trattament topiku b’ingwent ta’ 10 mg/g retapamulin darbtejn kuljum għal 5 jiem għat-trattament ta’ feriti trawmatiċi infettati sekondarjament. Kampjuni ttieħdu qabel id-doża minn suġġetti adulti f’jum 3 u 4, u bejn 0-12-il siegħa wara l-aħħar applikazzjoni minn suġġetti pedjatriċi fit-tielet jew ir-raba’ jum. Il-maġġoranza tal- kampjuni (89%) kienu taħt il-limitu t’isfel ta’ kwantitazzjoni (0.5 ng/ml). Mill-kampjuni li kellhom konċentrazzjonijiet li jistgħu jitkejlu 90% kellhom konċentrazzjonijiet ta’ retapamulin ta’ inqas minn 2.5 ng/ml. L-ogħla konċentrazzjoni ta’ plażma mkejla ta’ retapamulin kienet 10.7 ng/ml fl-adulti u 18.5 ng/ml f’pazjenti pedjatriċi (età minn 2 sa 17-il sena).

Pazjenti b’età minn xahrejn sa 24 xahar

Inkisbu kampjuni waħdanin mill-plażma madwar 4-8 sigħat wara l-ewwel applikazzjoni fi ġranet 3 jew 4 minn pazjenti b’età minn xahrejn sa sentejn b’impetigo jew b’feriti trawmati ċi infettati b’mod sekondarju jew b’dermatożi (innota li retapamulin mhux indikat għall-użu f’dermatożi infettata b’mod sekondarju).

Konċentrazzjonijiet ta’ retapamulin setgħu jitkejlu f’46% (36/79) tal-kampjuni (firxa 0.52 sa 177.3 ng/ml) iżda l-maġġoranza ta’ dawn il-kampjuni (27/36; 75%) kellhom < 5.0 ng/ml.

Fost it-tfal b’età minn 9 xhur sa sentejn il-konċentrazzjonijiet ta’ retapamulin fil-plażma setgħu jitkejlu f’32% (16/50) tal-kampjuni. Konċentrazzjoni waħda ta’ retapamulin (95.1 ng/ml) qabżet l-ogħla konċentrazzjoni osservata f’pazjenti b’età minn 2 sa 17-il sena (18.5 ng/ml). Din il-konċentrazzjoni fil- plażma kienet osservata f’tifel b’dermatożi infettata b’mod sekondarju, li għaliha retapamulin mhux indikat għall-użu.

Retapamulin mhux irrakkomandat għall-użu fi tfal b’età inqas minn 9 xhur. Fi tfal b’età minn xahrejn sa 9 xhur il-konċentrazzjonijiet ta’ retapamulin fil-plażma setgħu jitkejlu f’69% (20/29) tal-kampjuni. Erba’ konċentrazzjonijiet ta’ retapamulin fil-plażma (26.9, 80.3, 174.3, u 177.3 ng/ml) qabżu l-ogħla konċentrazzjoni osservata f'pazjenti b’età minn 2 sa 17-il sena (18.5 ng/ml).

Distribuzzjoni

Minħabba l-esponimenti sistemiċi verament baxxi, id-distribuzzjoni f’ tessuti ta’ retapamulin ma ġietx investigata fil-bniedem.

In vitro, retapamulin wera li kien substrat u impeditur ta’ P-glycoprotein (Pgp). Madankollu, l-ogħla esponiment sistemiku individwali fil-bniedem wara applikazzjoni topika ta’ ingwent ta’ 10 mg/g fuq 200 ċm2 ta’ ġilda mibruxa (Cmax= 22 ng/ml; AUC(0-24) = 238 ng.h/ml) kien 660 darba inqas mill-IC50 ta’ retapamulin għal inibizzjoni Pgp.

Madwar 94% ta’ retapamulin jeħel ma’ proteini tal-plażma fil-bniedem.

Bijotrasformazzjoni

Il-metaboliżmu ossidattiv in vitro ta’ retapamulin f’mikorosomi tal-fwied fil-bniedem kien primarjament medjat b’CYP3A4 b’kontribuzzjonijiet żgħar minn CYP2C8 u CYP2D6 (ara sezzjoni 4.5).

Eliminazzjoni

L-eliminazzjoni ta’ retapamulin mill-bniedem ma ġietx investigata.

Popolazzjonijiet ta’ speċjali

Ma hawn ebda tagħrif farmakokinetiku f’ pazjenti b’indeboliment tal-kliewi jew tal-fwied. Madankollu, minħabba l-livelli baxxi sistemiċi ta’ plażma li ġew osservati, ebda problemi ta’ sigurta` m’huma previsti.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tossiċità minn dożi ripetuti

Fi studji mifruxa fuq 14-il ġurnata (50, 150 jew 450 mg/kg) dwar tossiċita` orali fi ġrieden kien hemm evidenza ta’ tibdiliet adattivi fil-fwied u fit-tirojde. Ebda waħda minn dawn il-konklużjonijiet ma hi ta’ rilevanza klinika.

F’xadini li ngħataw dożi (50, 150 jew 450 mg/kg) mill-ħalq għal 14-il ġurnata kien hemm emesi relatata mad-dożi.

Karċinoġenesi, mutaġenesi, tossiċità riproduttiva

Ma sarux studji fit-tul b’retapamulin fuq annimali biex jiġi evalwat il-potenzjal karċinoġeniku.

Ma kienx hemm sinjali ta’ ġenotossiċita` meta evalwata in vitro għal tibdil ta’ ġene u/jew effetti kromosomali fil-lymphoma cell assay fil-ġrieden, f’limfoċiti kkultivati periferali tad-demm uman, jew meta evalwati in vitro għal effetti kromosomali f’test mikronukleu fuq ġurdien.

Ma kienx hemm sinjali ta’ indeboliment ta’ fertilita` fi ġrieden irġiel jew nisa b’dożi mill-ħalq ta’ 50, 150 jew 450 mg/kg/kuljum, li irriżulta f’marġni ta’ esponiment sa 5 darbiet aktar mill-ogħla esponiment stmat tal-bniedem (applikazzjoni totali fuq 200 ċm2 ta’ ġilda mibruxa: AUC 238 ng.h/ml).

Fi studju dwar embrijotossiċita` fil-ġrieden, tossiċita` ta’ l-iżvilupp (tnaqqis fil-pis tal-fetu u dewmien fl- ossifikazzjoni skeltrali) ġiet osservata b’dożi orali ta’ ≥ 150 mg/kg/kuljum li jikkorrispondu għal ≥ 3 darbiet aktar mill-ogħla esponiment stmat tal-bniedem (ara hawn fuq). Ma kienx hemm deformazzjonijiet relatati mat-trattament fil-grieden.

Retapamulin ingħata bħala infużjoni kontinwa ġol-vini lil fniek fi tqala mis-7 sad-19-il jum ta’ ġestazzjoni. Tossiċita` materna dehret f’dożaġġi ta’ ≥ 7.2 mg/kg/kuljum li jikkorrispondu għal ≥ 8 darbiet aktar mill-

ogħla esponiment stmat fil-bniedem (ara hawn fuq). Ma kien hemm ebda effett relatat mat-trattament fuq l- iżvilupp embrijo-fetali.

Ma saru ebda studji biex jiġu evalwati l-effetti ta’ retapamulin fuq l-iżvilupp ta’ qabel jew wara t-twelid. Madankollu ma’ kien hemm l-ebda effett sistemiku f’ġrieden żgħar wara l-applikazzjoni ta’ l-ingwent retapamulin fuq il-ġilda.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Paraffin abjad u ħafif

Butylated hydroxytoluene (E321)

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Tubu u qartas mhux miftuħ: Sentejn.

Tubu waqt l-użu: 7 ġranet.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°Ċ.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

0.5 g qartas magħmula minn folja ta’ l-aluminju. Pakkett ta’ 12-il qartas.

Tubi ta’ l-aluminju tal-5g, 10g u 15g b’tapp tal-plastik bil-kamin. Pakkett ta’ tubu 1.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

Kull ma jifdal mill-ingwent meta jispiċċa t-trattament għandu jintrema.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Glaxo Group Ltd

980 Great West Road

Brentford

Middlesex TW8 9GS

Ir-Renju Unit

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/07/390/001

EU/1/07/390/002

EU/1/07/390/003

EU/1/07/390/004

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 24 ta’ Mejju 2007

Data tal-aħħar tiġdid: 20 ta’ April 2012

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini (EMA) http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati