Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Altargo (retapamulin) – Fuljett ta’ tagħrif - D06AX13

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaAltargo
Kodiċi ATCD06AX13
Sustanzaretapamulin
ManifatturGlaxo Group Ltd

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Ingwent Altargo 10 mg/g

Retapamulin

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il- ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Altargo u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Altargo

3.Kif għandek tuża Altargo

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Altargo

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Altargo u gћalxiex jintuża

Ingwent Altargo fih antibijotiku msejjaħ retapamulin, li jintuża fuq il-ġilda.

Altargo jintuża fit-trattament ta’ infezzjonijiet batteriċi li jaffettwaw partijiet żgħar tal-ġilda. Infezzjonijiet li jistgħu jiġu ttrattati jinkludu impetigo (li tikkawża qoxra niexfa fuq partijiet infettati), qtugħ, brix u feriti meħjuta.

Altargo qiegħed għal adulti u tfal ta’ 9 xhur jew akbar.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Altargo

Tużax Altargo

Jekk inti allerġiku għal retapamulin jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tuża Altargo.

Jekk tara li l-infezzjoni qed tiħżien jew jekk tiżdiedlek il-ħmura, l-irritazzjoni jew xi sinjali jew sintomi o ħra fil-parti fejn tapplikah m’għandekx tkompli tuża Altargo u għid lit-tabib tiegħek. Ara wkoll is-sezzjoni 4 ta’ dan il-fuljett.

Jekk ma tarax titjib fl-infezzjoni tiegħek wara jumejn jew tlieta ta’ trattament kellem lit-tabib tiegħek.

Tfal

Altargo m’għandux jintuża fi tfal b’età inqas minn disa’ xhur.

Mediċini oħra u Altargo

M’għandekx tapplika ingwenti, kremi jew xi mediċini likwidi oħra fil-parti trattata b’Altargo sakemm ma jkunx qallek speċifikament tagħmel hekk it-tabib tiegħek.

Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu, użajt dan l-aħħar jew tista’ tuża xi mediċina oħra.

Jekk il-pazjent huwa tifel jew tifla b’età inqas minn sentejn huwa spe ċjalment importanti li tgħid lit-tabib tiegħek dwar xi mediċini oħra li t-tifel jew tifla qed jingħata, inkluż mediċini li nxtraw mingħajr riċetta. Huwa possibbli li l-użu ta’ Altargo fi tfal li qed jieħdu ċertu mediċini (bħal xi mediċini użati biex jikkuraw infezzjonijiet mill-moffa) jista’ jirriżulta f’konċentrazzjonijiet ta’ Altargo fid-demm li huma ogħla mis-soltu. Dan jista’ jwassal għall-effetti sekondarji. It-tabib tiegħek se jiddeċiedi jekk Altargo jistax jintuża għal tfal b’età inqas minn sentejn li qed jieħdu mediċini oħra.

Tqala u Treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat- tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tuża din il-mediċina. It-tabib tiegħek se jiddeċiedi jekk din il-kura hix tajba għalik.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Altargo mhux mistenni li jaffettwa l-ħila tiegħek biex issuq jew tħaddem magni.

Altargo fih butylated hydroxytoluene (E321)

Jista’ jikkawża reazzjonijiet lokali fil-ġilda (eż. dermatite tal-kuntatt), jew irritazzjoni tal-għajnejn u tal- membrani mukużi.

3.Kif għandek tuża Altargo

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Kif tapplika Altargo

Normalment, saff irqiq ta’ ingwent jitqiegħed fuq il-ġilda nfettata darbtejn kuljum għal ħamest ijiem. Wara li tapplika l-ingwent tiegħek, tista’ tgħatti l-parti kkurata b’faxxa sterilizzata jew b’garża, sakemm it- tabib ma jkunx qallek biex tħalliha mikxufa.

Ibqa’ uża Altargo għal kemm jgħidlek it-tabib tiegħek.

Altargo qiegħed għal użu fuq il-ġilda biss. M’għandux jintuża fuq l-għajnejn, fil-ħalq jew fuq ix-xofftejn, fl- imnieħer jew ġewwa l-parti ġenitali tal-mara. Jekk l-ingwent imiss aċċidentalment ma’ dawn il-partijiet, aħsel il-parti affettwata bl-ilma u kellem lit-tabib tiegħek jekk tħoss xi uġigħ ħafif. Jekk aċċidentalment tuża

Altargo ġewwa mnieħrek tista’ tinfaraġ.

Aħsel idejk qabel u wara li tuża l-ingwent.

Jekk tuża Altargo aktar milli suppost

Imsaħ b’attenzjoni l-ingwent żejjed

Jekk tinsa tuża Altargo

Idlek l-ingwent malli tiftakar, u idlek id-doża li jmiss fil-ħin normali.

Jekk aċċidentalment tibla’ Altargo

Kellem lit-tabib jew spiżjar tiegħek għal parir.

Jekk tieqaf tuża Altargo

Jekk tieqaf tuża Altargo kmieni wisq, il-batterja tista’ tibda tikber mill-ġdid u l-infezzjoni tiegħek tista’ terga’ lura. Tieqafx tuża din il-mediċina qabel tkellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Kondizzjonijiet li għandek toqgħod attent/a għalihom

Reazzjonijiet severi fil-ġilda jew allerġiji (frekwenza mhux magħrufa)

Jekk tiżviluppa reazzjoni severa fil-ġilda jew allerġija: (eż. ħakk qawwi jew raxx sever, nefħa tal-wiċċ, xufftejn, jew ilsien):

ieqaf uża Altargo

neħħi l-ingwent billi timsaħ b’attenzjoni

kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek minnufih.

Dawn l-effetti sekondarji li ġejjin seħħew fuq il-ġilda fejn Altargo kien applikat:

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10):

-irritazzjoni tal-ġilda

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100):

-uġigħ, ħakk, ħmura jew raxx (dermatite minn kuntatt)

Effetti sekondarji oħra (frekwenza mhux magħrufa, ma tistax tittieħed stima mid-dejta disponibbli):

-sensazzjoni ta’ ħruq

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Altargo

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kaxxa wara ‘EXP’. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25° Ċ

Armi t-tubi 7 ijiem wara li tkun ftaħthom, anke jekk ma jkunux vojta. M’għandhomx jinżammu għall-użu futur.

Tarmix mediċini mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Altargo:

-Is-sustanza attiva hi retapamulin. Kull gramma ta’ ingwent fiha 10 milligrammi ta’ retapamulin.

-Is-sustanzi l-oħra huma paraffin ħafif u abjad u butylated hydroxytoluene (E321), priservattiv.

Kif jidher Altargo u l-kontenut tal-pakkett

Altargo hu ingwent lixx u bajdani. Jinbiegħ f’tubu ta’ l-aluminju b’tapp tal-plastik, li jkun fih 5 grammi, 10 grammi jew 15-il gramma ingwent, jew f’qartas ta’ l-aluminju li jkun fih 0.5g t’ingwent.

Pakkett ta’ tubu wieħed.

Pakkett ta’ 12-il qartas.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq fil-pajjiż tiegħek.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur:

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-

Manifattur

Suq

 

Glaxo Group Ltd

Glaxo Operations UK, Ltd, (trading bħala Glaxo

980 Great West Road

Wellcome Operations)

Brentford

Harmire Road

Middlesex TW8 9GS

Barnard Castle

Ir-Renju Unit

County Durham

 

DL12 8DT

Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Luxembourg/Luxemburg

GlaxoSmithKline Pharmaceuticals s.a./n.v.

GlaxoSmithKline Pharmaceuticals s.a./n.v.

Tél/Tel: + 32 (0)10 85 52 00

Belgique/Belgien

 

Tél/Tel: + 32 (0)10 85 52 00

България

Magyarország

ГлаксоСмитКлайн ЕООД

GlaxoSmithKline Kft.

Teл.: + 359 2 953 10 34

Tel.: + 36 1 225 5300

Česká republika

Malta

GlaxoSmithKline s.r.o.

GlaxoSmithKline Malta(Malta) Limited

Tel: + 420 222 001 111

Tel: + 356 21 238131

cz.info@gsk.com

 

Danmark

Nederland

GlaxoSmithKline Pharma A/S

GlaxoSmithKline BV

Tlf: + 45 36 35 91 00

Tel: + 31 (0)30 6938100

dk-info@gsk.com

nlinfo@gsk.com

Deutschland

Norge

GlaxoSmithKline GmbH & Co. KG

GlaxoSmithKline AS

Tel.: + 49 (0)89 36044 8701

Tlf: + 47 22 70 20 00

produkt.info@gsk.com

firmapost@gsk.no

Eesti

Österreich

GlaxoSmithKline Eesti OÜ

GlaxoSmithKline Pharma GmbH

Tel: + 372 6676 900

Tel: + 43 (0)1 97075 0

estonia@gsk.com

at.info@gsk.com

Ελλάδα

Polska

GlaxoSmithKline A.E.B.E.

GSK Services Sp. z o.o.

Τηλ: + 30 210 68 82 100

Tel.: + 48 (0)22 576 9000

España

Portugal

Stiefel Farma, S.A.

GlaxoSmithKline – Produtos Farmacêuticos, Lda

Tel: + 34 902 202 700

Tel: + 351 21 412 95 00

es-ci@gsk.com

FI.PT@gsk.com

France

România

Laboratoire GlaxoSmithKline

GlaxoSmithKline (GSK) S.R.L.

Tél.: + 33 (0)1 39 17 84 44

Tel: + 4021 3028 208

diam@gsk.com

 

Hrvatska

Slovenija

GlaxoSmithKline d.o.o.

GlaxoSmithKline d.o.o.

Tel: + 385 1 6051 999

Tel: + 386 (0)1 280 25 00

 

medical.x.si@gsk.com

Ireland

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited

Tel: + 353 (0)1 4955000

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

GlaxoSmithKline Slovakia s. r. o.

Simi: + 354 535 7000

Tel: + 421 (0)2 48 26 11 11

 

recepcia.sk@gsk.com

Italia

Suomi/Finland

GlaxoSmithKline S.p.A.

GlaxoSmithKline Oy

Tel: + 39 (0)45 9218 111

Puh/Tel: + 358 (0)10 30 30 30

 

Finland.tuoteinfo@gsk.com

Κύπρος

Sverige

GlaxoSmithKline Cyprus Ltd

GlaxoSmithKline AB

Τηλ: + 357 22 89 95 01

Tel: + 46 (0)8 638 93 00

gskcyprus@gsk.com

info.produkt@gsk.com

Latvija

United Kingdom

GlaxoSmithKline Latvia SIA

GlaxoSmithKline UK

Tel: + 371 67312687

Tel: + 44 (0)800 221441

lv-epasts@gsk.com

customercontactuk@gsk.com

Lietuva

 

GlaxoSmithKline Lietuva UAB

 

Tel: + 370 5 264 90 00

 

info.lt@gsk.com

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

 

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

_______________________________________________________________________________________

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati