Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Anoro (umeclidinium bromide / vilanterol trifenatate) – Fuljett ta’ tagħrif - R03AL03

Updated on site: 15-Sep-2017

Isem tal-MediċinaAnoro
Kodiċi ATCR03AL03
Sustanzaumeclidinium bromide / vilanterol trifenatate
ManifatturGlaxo Group Ltd

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

ANORO 55 mikrogramma/22 mikrogramma trab li jittieħed man-nifs, lest minn qabel umeclidinium/vilanterol

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu ANORO u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża ANORO

3.Kif għandek tuża ANORO

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen ANORO

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra Struzzjonijiet għall-użu

1. X’inhu ANORO u għalxiex jintuża

X’inhu ANORO

ANORO fih żewġ sustanzi attivi msejħa umeclidinium u vilanterol. Dawn jagħmlu parti minn grupp ta’ mediċini msejħa bronkodilaturi.

Għalxiex jintuża ANORO

ANORO jintuża għall-kura ta’ mard kroniku ostruttiv tal-pulmuni (COPD) fl-adulti. COPD hija kundizzjoni fit-tul ikkaratterizzata minn diffikultajiet fit-teħid tan-nifs li tmur bil-mod il-mod għall-agħar.

F’COPD il-muskoli madwar il-passaġġi tal-arja jissikkaw. Din il-mediċina timblokka l-issikkar ta’ dawn il- muskoli fil-pulmun, li jagħmilha aktar faċli għall-arja biex tidħol u toħroġ mill-pulmun. Meta jintuża regolarment, jista' jgħin jikkontrollalek id-diffikultajiet fit-teħid tan-nifs tiegħek u jnaqqas l-effetti ta’ COPD fuq il-ħajja tiegħek ta’ kuljum.

ANORO m’għandux jintuża biex itaffi attakk f’daqqa ta’ qtugħ ta’ nifs jew tħarħir. Jekk jagħtik dan it-tip ta’ attakk, inti għandek tuża inalatur li jaħdem malajr (bħal salbutamol).

2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża ANORO

Tużax ANORO:

-jekk inti allerġiku għal umeclidinium, vilanterol jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

Jekk taħseb li dan japplika għalik, tużax din il-mediċina qabel ma tivverifika mat-tabib tiegħek.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tuża din il-mediċina jekk għandek:

-jekk għandek l-ażżma (Tużax ANORO biex tikkura l-ażżma)

-jekk għandek problemi fil-qalb jew pressjoni għolja tad-demm

-jekk għandek problema fl-għajnejn imsejħa glawkoma tal-angolu dejjaq

-jekk għandek prostata mkabbra, diffikultà biex tgħaddi l-awrina jew imblokk fil-bużżieqa tal- awrina tiegħek.

-jekk tbati minn epilessija

-jekk għandek problemi fil-glandola tat-tirojde

-jekk għandek id-dijabete

-jekk għandek problemi severi fil-fwied

Iċċekkja mat-tabib tiegħek jekk taħseb li xi waħda minn dawn tista’ tapplika għalik.

Diffikultajiet immedjati biex tieħu n-nifs

Jekk tħoss rassa f’sidrek, sogħla, tħarħir jew qtugħ ta’ nifs immedjatament wara li tuża l-inalatur ANORO tiegħek:

Ieqaf tieħu din il-mediċina u fittex għajnuna medika immedjatament, billi jista’ jkollok kondizzjoni serja magħrufa bħala bronkospażmu paradossali.

Problemi fl-għajnejn

Jekk ikollok uġigħ jew skumdità fl-għajnejn, tiċpir temporanju tal-vista, dbabar fil-vista jew immaġini kkuluriti b’rabta ma’ għajnejn ħomor waqt kura b’ANORO:

Ieqaf uża din il-mediċina u fittex għajnuna medika immedjatament, dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ attakk akut ta’ glawkoma b’angolu dejjaq.

Tfal u adolexxenti

Din il-mediċina m’għandhiex tingħata lil tfal jew adolexxenti ta’ taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra u ANORO

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Xi mediċini jistgħu jaffettwaw il-mod kif din il-mediċina taħdem , jew jagħmluha aktar probabbli li jkollok effetti sekondarji. Dawn jinkludu:

-mediċini msejħa imblokkaturi beta (bħal propranolol), għall-kura tal-pressjoni għolja tad-demm jew problemi fil-qalb oħrajn

-ketoconazole jew itraconazole, għall-kura ta’ infezzjonijiet fungali

-clarithromycin jew telithromycin, għall-kura ta’ infezzjonijiet batteriċi

-ritonavir, għall-kura ta’ infezzjoni tal-HIV

-mediċini li jbaxxu l-ammont ta’ potassju fid-demm tiegħek, bħal xi dijuretiċi (pilloli tal-awrina)

-mediċini oħra li jaħdmu fit-tul simili għal din il-mediċina li jintużaw għall-kura ta’ problemi tan-nifs, eż. tiotropium, indacaterol. Tużax ANORO jekk diġà qiegħed tuża dawn il-mediċini.

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini.

Tqala, treddigħ u fertilità

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat- tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tuża din il-mediċina. Tużax din il-mediċina jekk inti tqila sakemm it- tabib tiegħek ma jgħidlekx li tista' tagħmel dan.

Mhux magħruf jekk is-sustanzi ta’ ANORO jistgħux jgħaddu għal ġol-ħalib tas-sider. Jekk qed tredda’, inti għandek tiċċekkja mat-tabib tiegħek qabel tuża ANORO. Tużax din il-mediċina jekk qed tredda sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx li tista' tagħmel dan.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Mhuwiex probabbli li ANORO se jaffettwa l-ħila tiegħek biex issuq jew tħaddem magni.

ANORO fih il-lactose

Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tuża din il-mediċina.

3.Kif għandek tuża ANORO

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rakkomandata hija inalazzjoni waħda kuljum, fl-istess ħin tal-ġurnata. Għandek bżonn inalazzjoni waħda biss kuljum minħabba li l-effett ta’ din il-mediċina jdum għal 24 siegħa.

Tużax aktar minn kemm jgħidlek tuża t-tabib tiegħek.

Uża ANORO b’mod regolari

Huwa importanti ħafna li tuża ANORO kuljum, kif jgħidlek it-tabib. Dan jgħin biex iżommok ħieles mis- sintomi matul il-ġurnata u billejl.

ANORO m’għandux jintuża biex itaffi attakk f’daqqa ta’ qtugħ ta’ nifs jew tħarħir. Jekk jagħtik dan it- tip ta’ attakk, inti għandek tuża inalatur li jaħdem malajr (bħal salbutamol)

Kif tuża l-inalatur

Ara l-‘Istruzzjonijiet pass wara pass’ f’dan il-fuljett għal informazzjoni sħiħa.

Biex tuża ANORO, tiġbdu għal ġol-pulmuni tiegħek minn ħalqek billi tuża l-inalatur ELLIPTA.

Jekk is-sintomi tiegħek ma jitjibux

Jekk is-sintomi tal-COPD tiegħek (qtugħ ta’ nifs, tħarħir, sogħla) ma jitjibux jew imorru għall-agħar, jew jekk qed tuża l-inalatur tiegħek li jaħdem malajr aktar ta’ spiss:

ikkuntattja lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli.

Jekk tuża ANORO aktar milli suppost

Jekk aċċidentalment tuża wisq minn din il-mediċina, ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek għal parir minnufih peress li tista' tkun teħtieġ attenzjoni medika. Jekk ikun possibbli, urihom l-inalatur , il- pakkett jew dan il-fuljett. Tista’ tinnota li qalbek qiegħda tħabbat aktar mgħaġġel mis-soltu, tħossok instabbli, ikollok disturbi fil-vista, ikollok ħalq xott, jew ikollok uġigħ ta’ ras.

Jekk tinsa tuża ANORO

M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu. Sempliċement ħu d-doża li jmissek fil-ħin tas-soltu.

Jekk tibda tħarħar jew taqta’ nifsek, uża l-inalatur tiegħek li jaħdem malajr (bħal salbutamol), imbagħad fittex parir mediku.

Jekk tieqaf tuża ANORO

Uża din il-mediċina sakemm jirrakkomandalek it-tabib tiegħek. Huwa se jkun effettiv biss sakemm tużah. Tiqafx tużah sakemm it-tabib tiegħek ma jagħtikx parir biex tagħmel dan, anki jekk tħossok aħjar, billi s- sintomi tiegħek jistgħu jmorru għall-agħar.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Ir-reazzjonijiet allerġiċi għal ANORO mhumiex komuni (jaffettwaw inqas minn persuna 1 minn kull 100). Jekk ikollok kwalunkwe wieħed mis-sintomi li ġejjin wara li tieħu ANORO waqqaf din il-mediċina u għid lit-tabib tiegħek minnufih.

raxx tal-ġilda (ħorriqija) jew ħmura

nefħa, xi kultant tal-wiċċ jew tal-ħalq (anġjoedema)

ikollok ħafna tħarħir man-nifs, sogħla jew ikollok diffikultà biex tieħu n-nifs

tħossok għajjien jew sturdut f’daqqa (dan jista’ jwassal għal ħass ħażin jew li tintilef minn sensik)

Diffikultajiet immedjati biex tieħu n-nifs

Diffikultajiet immedjati biex tieħu n-nifs wara l-użu ta’ ANORO huma rari (dawn jaffettwaw inqas minn persuna 1 minn kull 1000). Jekk tħoss rassa f’sidrek, sogħla, tħarħir jew qtugħ ta’ nifs immedjatament wara li tuża din il-mediċina:

Ieqaf uża din il-mediċina u fittex għajnuna medika immedjatament peress li jista’ jkollok kundizzjoni serja magħrufa bħala bronkospażmu paradossali.

Effetti sekondarji komuni

Dawn jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni:

awrina frekwenti u bl-uġigħ (jistgħu jkunu sinjali ta’ infezzjoni fl-apparat urinarju)

kombinazzjoni ta’ wġigħ fil-griżmejn u mnieħer inixxi

uġigħ fil-griżmejn

sensazzjoni ta’ pressjoni jew uġigħ fil-ħaddejn u l-ġbin (jistgħu jkunu sinjali ta’ infjammazzjoni tas- sinus imsejħa sinusite)

uġigħ ta’ ras

sogħla

uġigħ u irritazzjoni fil-parti ta’ wara tal-ħalq u tal-gerżuma

stitikezza

ħalq xott

infezzjoni fil-parti ta’ fuq tal-passaġġi tal-arja

Effetti sekondarji mhux komuni

Dawn jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna:

taħbita tal-qalb irregolari

taħbita tal-qalb aktar mgħaġġla

tkun konxju tar-rata ta’ taħbit tal-qalb (palpitazzjonijiet)

raxx

rogħda

disturb fit-togħma

ħanqa.

Effetti sekondarji rari

Dawn jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 persuna:

vista mċajpra

żieda fil-pressjoni tal-għajn imkejla

tnaqqis fil-vista jew uġigħ f’għajnejk minħabba pressjoni għolja (sinjali possibbli ta’ glawkoma).

diffikultà u uġigħ meta tgħaddi l-awrina - dawn jistgħu jkunu sinjali ta 'ostruzzjoni tal-bużżieqa tal- awrina jew ta ' ritenzjoni tal-awrina.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament

permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji

tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen ANORO

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna, it-trej u l-inalatur wara ‘JIS’. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fit-trej issiġillat sabiex tilqa’ mill-umdità u tiftaħx l-għatu tal-fojl qabel ma jkun lest għall-ewwel użu. Wara li t-trej jinfetaħ, l-inalatur jista’ jintuża sa 6 ġimgħat, mid-data meta jinfetaħ it-trej. Ikteb id-data meta l-inalatur għandu jintrema fuq it-tikketta fl-ispazju pprovdut. Id-data għandha tinkiteb malli l-inalatur jitneħħa mit-trej.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

Jekk taħżnu fi friġġ, ħalli l-inalatur jiġi lura għat-temperatura tal-kamra għal mill-anqas siegħa qabel l-użu.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih ANORO

Is-sustanzi attivi huma umeclidinium bromide u vilanterol.

Kull inalazzjoni waħdanija tipprovdi doża mogħtija (id-doża li toħroġ mill-biċċa tal-ħalq) ta’

55 mikrogramma ta’ umeclidinium (ekwivalenti għal 65 mikrogramma ta’ umeclidinium bromide) u 22 mikrogramma ta’ vilanterol (bħala trifenatate)

Is-sustanzi l-oħra huma lactose monohydrate u magnesium stearate.

Kif jidher ANORO u l-kontenut tal-pakkett

L-inalatur innifsu jikkonsisti minn korp tal-plastik griż ċar, għatu tal-biċċa tal-ħalq aħmar u counter tad-dożi. Jiġi ppakkjat fi trej tal-laminat tal-fojl b’għatu tal-fojl li jista’ jitneħħa. It-trej fih qartas b’dessikant, biex inaqqas l-umdità fil-pakkett.

Is-sustanzi attivi huma preżenti bħala trab abjad f’folji separati fl-inalatur. Kull inalatur fih jew 7 jew

30 doża. Huma disponibbli wkoll pakketti multipli li fihom 90 (3 inalaturi ta’ 30) doża. Jista’ jkun li mhux id-daqsijiet kollha tal-pakketti jkunu disponibbli fil-pajjiż tiegħek.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur:

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq: Glaxo Group Limited

980 Great West Road Brentford

Middlesex

TW8 9GS Ir-Renju Unit

Manifattur:

Glaxo Operations UK Limited (jinnegozja bħala Glaxo Wellcome Operations)

Priory Street

Ware

Hertfordshire

SG12 0DJ

Ir-Renju Unit

Glaxo Operations UK Limited (jinnegozja bħala Glaxo Wellcome Operations)

Harmire Road

Barnard Castle

County Durham

DL12 8DT

Ir-Renju Unit

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal- Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

GlaxoSmithKline Pharmaceuticals s.a./n.v.

GlaxoSmithKline Lietuva UAB

Tél/Tel: + 32 (0) 10 85 52 00

Tel: + 370 5 264 90 00

 

info.lt@gsk.com

България

Luxembourg/Luxemburg

ГлаксоСмитКлайн ЕООД

GlaxoSmithKline Pharmaceuticals s.a./n.v.

Teл.: + 359 2 953 10 34

Belgique/Belgien

 

Tél/Tel: + 32 (0) 10 85 52 00

Česká republika

Magyarország

GlaxoSmithKline, s.r.o.

GlaxoSmithKline Kft.

Tel: + 420 222 001 111

Tel.: + 36 1 225 5300

cz.info@gsk.com

 

Danmark

Malta

GlaxoSmithKline Pharma A/S

GlaxoSmithKline (Malta) Limited

Tlf: + 45 36 35 91 00

Tel: + 356 21 238131

dk-info@gsk.com

 

Deutschland

Nederland

GlaxoSmithKline GmbH & Co. KG

GlaxoSmithKline BV

Tel.: + 49 (0)89 36044 8701

Tel: + 31 (0)30 6938100

produkt.info@gsk.com

nlinfo@gsk.com

Eesti

Norge

GlaxoSmithKline Eesti OÜ

GlaxoSmithKline AS

Tel: + 372 6676 900

Tlf: + 47 22 70 20 00

estonia@gsk.com

Österreich

Ελλάδα

GlaxoSmithKline A.E.B.E.

GlaxoSmithKline Pharma GmbH

Τηλ: + 30 210 68 82 100

Tel: + 43 (0)1 97075 0

 

at.info@gsk.com

España

Polska

GlaxoSmithKline, S.A.

GSK Services Sp. z o.o.

Tel: + 34 902 202 700

Tel.: + 48 (0)22 576 9000

es-ci@gsk.com

 

France

Portugal

Laboratoire GlaxoSmithKline

GlaxoSmithKline – Produtos Farmacêuticos, Lda.

Tél: + 33 (0)1 39 17 84 44

Tel: + 351 21 412 95 00

diam@gsk.com

FI.PT@gsk.com

Hrvatska

România

GlaxoSmithKline d.o.o.

GlaxoSmithKline (GSK) S.R.L.

Tel: + 385 1 6051 999

Tel: + 4021 3028 208

Ireland

Slovenija

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited

GlaxoSmithKline d.o.o.

Tel: + 353 (0)1 4955000

Tel: + 386 (0)1 280 25 00

 

medical.x.si@gsk.com

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

GlaxoSmithKline Slovakia s. r. o.

Sími: + 354 535 7000

Tel: + 421 (0)2 48 26 11 11

 

recepcia.sk@gsk.com

Italia

Suomi/Finland

GlaxoSmithKline S.p.A.

GlaxoSmithKline Oy

Tel: + 39 (0)45 9218 111

Puh/Tel: + 358 (0)10 30 30 30

 

Finland.tuoteinfo@gsk.com

Κύπρος

Sverige

GlaxoSmithKline (Cyprus) Ltd

GlaxoSmithKline AB

Τηλ: + 357 22 397000

Tel: + 46 (0)8 638 93 00

gskcyprus@gsk.com

info.produkt@gsk.com

Latvija

United Kingdom

GlaxoSmithKline Latvia SIA

GlaxoSmithKline UK Ltd

Tel: + 371 67312687

Tel: + 44 (0)800 221441

lv-epasts@gsk.com

customercontactuk@gsk.com

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

 

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

 

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Istruzzjonijiet pass wara pass

X’inhu l-inalatur?

L-ewwel darba li tuża ANORO m'għandekx bżonn tiċċekkja li l-inalatur qed jaħdem sew; fih dożi mkejla minn qabel u huwa lest biex jintuża minnufih.

Il-kartuna tal-inalatur tiegħek Anoro fiha

Għatu tat-trej

Kartuna

Inalatur

Dan il-fuljett

Dessikant

Trej

L-inalatur huwa ppakkjat fi trej li fih. Tiftaħx it-trej sakemm tkun lest biex tiġbed doża tal-mediċina tiegħek. Meta tkun lest biex tuża l-inalatur tiegħek, iġbed l-għatu lura biex tiftaħ it-trej. It-trej fih qartas b’dessikant, sabiex inaqqas l-umdità. Armi dan il-qartas b’dessikant – m’għandekx tiftħu, tieklu jew tiġbdu man-nifs.

Dessikant

Meta toħroġ l-inalatur mill-kaxxa tiegħu (trej issiġillat), dan se jkun fil-pożizzjoni ‘magħluq’. Tiftħax l- inalatur sakemm tkun lest biex tiġbed man-nifs doża tal-mediċina. Meta t-trej jinfetaħ, ikteb id-data “Armi sa” fuq it-tikketta tal-inalatur fl-ispazju pprovdut. Id-data “Armi sa” hija 6 ġimgħat mid-data meta tiftaħ it-trej. Wara din id-data, l-inalatur ma għandux jintuża aktar. It-trej jista' jintrema wara li jinfetaħ l- ewwel darba.

L-istruzzjonijiet pass murija hawn taħt għall-inalatur Ellipta ta’ 30 doża (provvista ta’ 30 jum) japplikaw ukoll għall-inalatur b’7 dożi (provvista ta '7 ijiem).

L-istruzzjonijiet ipprovduti hawn taħt għall-użu tal-inalatur jistgħu jintużaw jew għall-inalatur ta’ 30 doża jew għall-inalatur ta’ 7 dożi.

Aqra dan qabel tibda

Jekk tiftaħ u tagħlaq l-għatu mingħajr ma tiġbed man-nifs il-mediċina, titlef id-doża.

Id-doża mitlufa tinżamm b’mod sigur fl-inalatur, iżda ma tkunx aktar disponibbli.

Mhuwiex possibbli li b’mod aċċidentali tieħu mediċina żejda jew doża doppja f’inalazzjoni waħda.

Il-Counter tad- dożi

Dan juri kemm dożi tal-mediċina jitħallew fl- inalatur.

Qabel ma jintuża l-inalatur, din turi eżattament 30 doża.

Kull darba li l-għatu jinfetaħ, il-counter jonqos b’1.

Meta jkun għad baqa’ inqas minn 10 dożi nofs il- counter isir aħmar.

Wara l-użu tal-aħħar doża, nofs il-counter jkun aħmar u juri n-numru 0. Issa l-inalatur ikun vojt.

Jekk l‐għatu jerġa’ jinfetaħ, il‐counter isir minn nofsu aħmar, għal aħmar kollu.

L-Għatu

Kull darba li jinfetaħ, tipprepara doża waħda tal‐mediċina

1) Ipprepara doża

Stenna biex tiftaħ l-għatu sakemm tkun lest biex tieħu d-doża tiegħek. Tħawwadx l-inalatur.

Żerżaq l-għatu ’l isfel sakemm tisma’ “klikk”.

Parti tal-ħalq

Fetħa tal-arja

Il-mediċina tiegħek issa hija lesta biex tinġibed man-nifs.

Il-counter tad-dożi jnaqqas b’1 biex tikkonferma.

Jekk il-counter tad-dożi ma jnaqqasx b’1 malli tisma’ l-“klikk”, l-inalatur ma jagħtikx il- mediċina.

Ħudu lura għand l-ispiżjar għal parir.

2)Iġbed man-nifs il-mediċina tiegħek

Waqt li żżomm l-inalatur ’il bogħod minn ħalqek, ħu nifs ’il barra sakemm huwa komdu. Tiħux nifs ’il barra fl-inalatur.

Poġġi l-biċċa tal-ħalq bejn xofftejk, u agħlaq xofftejk b’mod sod madwarha. Timblukkax il-fetħa tal-arja b’subgħajk.

Poġġi l‐biċċa tal‐ħalq bejn xofftejk, u agħlaq xofftejk b’mod sod madwarha.Timblukkax il‐ fetħa tal‐arja b’subgħajk.

Ħu nifs twil u sod fil-fond ’il ġewwa. Żomm dan in-nifs kemm tista’ (mill-inqas 3-4 sekondi).

Neħħi l-inalatur minn ħalqek.

Ħu nifs ’il barra bil-mod u b’ġentilezza.

Għandek mnejn ma tkunx tista’ ttiegħem jew tħoss il-mediċina, anki meta tuża l-inalatur sewwa. Jekk trid tnaddaf il-biċċa tal-ħalq, uża tissue niexfa, qabel ma tagħlaq l-għatu.

3)Agħlaq l-inalatur

Żerżaq l-għatu ’l fuq safejn jasal, biex tgħatti l-biċċa tal-ħalq.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati