Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Apidra (insulin glulisine) – Fuljett ta’ tagħrif - A10AB06

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaApidra
Kodiċi ATCA10AB06
Sustanzainsulin glulisine
Manifattursanofi-aventis Deutschland GmbH

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Apidra 100 Unità/ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’kunjett

Insulina glulisine

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara Sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Apidra u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Apidra

3.Kif għandek tuża Apidra

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Apidra

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Apidra u għalxiex jintuża

Apidra huwa sustanza mediċinali kontra d-dijabete, użata biex tnaqqas il-livell taz-zokkor għoli fid- demm f’pazjenti li jbatu bid-dijabete mellitus: dan jista’ jingħata lill-adulti, l-adoloxxenti u t-tfal ta’ 6 snin jew akbar. Id-dijabete mellitus hija marda fejn ġismek ma jagħmilx biżżejjed insulina biex jikkontrolla l-livell taz-zokkor fid-demm.

Hija magħmula permezz tal-bijoteknoloġija.Tibda taħdem malajr fi żmien 10-20 minuta u ddum taħdem għal perijodu qasir ta’ madwar 4 sigħat.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Apidra

Tużax Apidra

-Jekk inti allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għall-insulina glulisine jew sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6)..

-Jekk il-livell taz-zokkor f’demmek huwa baxx wisq (ipogliċemija), segwi l-gwida għall- ipogliċemija (ara l-kaxxa li ssib fi tmiem ta’ dan il-fuljett).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib,l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tuża Apidra

Segwi sew l-istruzzjonijiet dwar id-doża, l-immoniterjar (testijiet tad-demm), id-dieta u l-attività fiżika (xogħol fiżiku u eżerċizzju), kif spjegalek it-tabib tiegħek.

Gruppi speċjali ta’ pazjenti

Jekk għandek problemi fil-fwied jew fil-kliewi, tkellem mat-tabib tiegħek għax jista’ jkollok bżonn tnaqqis fid-doża.

M’hemmx biżżejjed informazzjoni klinika adegwata dwar l-użu ta’ Apidra fit-tfal taħt 6 snin.

Safar

Qabel tivvjaġġa kellem lit-tabib tiegħek. Għandu mnejn ikollok tiddiskuti fuq

id-disponibbiltà ta’ l-insulina tiegħek fil-pajjiż li qiegħed iżżur,

il-forniment ta’ l-insulina, siringi eċċ

il-ħażna korretta ta’ l-insulina tiegħek waqt l-ivvjaġġar

il-ħin ta’ l-ikel u t-teħid ta’ l-insulina waqt l-ivvjaġġar,

l-effetti possibbli fit-tibdil minn żona ta’ ħin għal oħra differenti

il-possibiltà ta’ riskji ġodda għal saħħtek fil-pajjiż li tkun qiegħed żżur,

x’għandek tagħmel f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza meta ma tħossokx tajjeb jew timrad.

Mard u feriti

F’dawn is-sitwazzjonijiet li ġejjin, l-immaniġġar tad-dijabete tiegħek, jista’ jkollha bżonn attenzjoni aktar milli suppost:

-Jekk ma tiflaħx jew għandek xi ferita serja, il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla (ipergliċemija)

-Jekk m’intix qed tiekol biżżejjed, il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jinżel iżżejjed (ipogliċemija).

Fil-parti l-kbira tal-każijiet ikollok bżonn tabib. Kun ċert li tkellem tabib kmieni.

Jekk għandek id-dijabete tat-tip 1 (dijabete mellitus dipendenti fuq l-insulina), twaqqafx l-insulina tiegħek u kompli ħu biżżejjed karboidrati. Dejjem għid lin-nies li qegħdin jieħdu ħsiebek jew li qegħdin jikkurawk li għandek bżonn l-insulina.

Xi pazjenti, li ilhom għal tul ta’ żmien ibatu mid-dijabete mellitus tat-tip 2 u mill-mard tal-qalb jew kellhom xi attakk preċedenti ta’ puplesija u li ġew ikkurati bi pioglitazone u l-insulina, kellhom l- iżvilupp ta’ insuffiċjenza kardijaka. Għarraf lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli jekk tinduna b’xi sinjali ta’ insuffiċjenza kardijaka bħal qtugħ ta’ nifs mhux tas-soltu jew żieda ta’ malajr fil-piż jew xi nefħa lokalizzata (edima).

Mediċini oħra u Apidra

Xi mediċini jikkawżaw tibdil fil-livell taz-zokkor fid-demm (tnaqqis, żieda jew it-tnejn li huma, skont iċ-ċirkostanzi). F’kull każ, jista’ jkun meħtieġ li taġġusta d-doża tiegħek ta’ l-insulina biex tevita livelli taz-zokkor fid-demm li jkunu baxxi wisq jew għoljin wisq. Oqgħod attent/a meta tibda jew tieqaf tieħu xi mediċina oħra.

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.. Qabel tieħu xi mediċina staqsi lit-tabib tiegħek jekk tistax teffettwalek il-livell tiegħek taz- zokkor fid-demm, u x’għandek tagħmel, jekk meħtieġ.

Il-mediċini li jistgħu jbaxxu l-livell taz-zokkor f’demmek (ipogliċemija) jinkludu:

-il-mediċini l-oħra kollha użati għall-kura tad-dijabete,

-l-inibituri ta’ l-enzima li tikkonverti angiotensin (ACE) (użati għall-kura ta’ ċerti - kundizzjonijiet tal-qalb jew ta’ pressjoni għolja fid-demm)

-disopyramide (użat għall-kura ta’ ċerti kundizzjonijiet tal-qalb)

-fluoxetine (użat għall-kura tad-depressjoni)

-fibrates (użati biex ibaxxu l-livelli għoljin tal-lipidi fid-demm)

-l-inibituri ta’ monoamine oxidase (MAO) (użati għall-kura tad-depressjoni)

-pentoxifylline, propoxyphene, salicylates (bħall-aspirina, użata biex ittaffi l-uġigħ u tbaxxi d- deni)

-l-antibijotiċi sulfonamidi.

Il-mediċini li jistgħu jgħollu l-livell taz-zokkor f’demmek (ipergliċemija) jinkludu:

-l-kortikosterojdi (bħal "cortisone", użat għall-kura ta’ l-infjammazzjoni)

-danazol (mediċina li taħdem fuq l-ovulazzjoni),

-diazoxide (użat għall-kura ta’ pressjoni għolja fid-demm),

-id-dijuretiċi (użati għall-kura ta’ pressjoni għolja fid-demm jew l-akkumulazzjoni eċċessiva ta’ fluwidi),

-glukagon (ormon tal-frixa użat għall-kura ta’ ipogliċemija severa),

-isoniazid (użat għall-kura tat-tuberkulożi),

-l-estroġeni u l-proġesteni (bħal fil-pillola kontraċettiva, użata għall-kontroll tat-twelid),

-id-derivattivi ta’ phenothiazine (użati għall-kura ta’ disturbi psikjatriċi),

-somatropin (ormon tat-tkabbir),

-il-mediċini simpatomimetiċi (bħal epinephrine [adrenaline] jew salbutamol, terbutaline użat għall-kura ta’ l-ażma),

-ormoni tat-tirojde (użati għall-kura ta’ disturbi fil-glandola tat-tirojde),

-l-inibituri ta’ protease (użati għall-kura ta’ l-HIV)

-l-mediċini hekk imsejjħa atipiċi kontra l-psikożi (bħal olanzapine u clozapine).

Il-livell taz-zokkor f’demmek jista’ jogħla jew jinżel jekk tieħu:

-imblokkaturi tar-riċetturi beta (użati għall-kura ta’ pressjoni għolja fid-demm),

-clonidine (użat għall-kura ta’ pressjoni għolja fid-demm)

-is-sustanzi tal-lithium (użati għall-kura ta’ disturbi psikjatriċi)

Pentamidine (użat għall-kura ta’ xi infezzjonijiet ikkawżati mill-parassiti) jista’ jikkawża l- ipogliċemija li kultant tkun segwita mill-ipergliċemija.

L-imblokkaturi tar-riċetturi beta, bħall-mediċini oħra simpatolitiċi, (bħal clonidine, guanethidine, u reserpine) jistgħu jdgħajjfu jew jaħbu kompletament l-ewwel sintomi ta’ twissija li jgħinuk tagħraf xi ipogliċemija.

Jekk m’intix ċert/a jekk intix qed tieħu waħda minn dawn il-mediċini staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Apidra ma’ alkoħol

Il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek jistgħu jogħlew jew jinżlu jekk tixrob l-alkoħol

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Għarraf lit-tabib tiegħek jekk inti qed tippjana toħroġ tqila, jew diġà tqila b’tarbija. Id-doża tiegħek ta’ l-insulina għandu mnejn jeħtieġ li jinbidel waqt it-tqala u wara li twelled. Il-kontroll bil-ħsieb tad- dijabete tiegħek, u l-prevenzjoni ta’ l-ipogliċemija, huma importanti għas-saħħa tat-tarbija tiegħek.

It-tagħrif dwar l-użu ta’ Apidra fin-nisa tqal huwa nieqes jew limitat.

Jekk int qed tredda’, iddiskutiha mat-tabib tiegħek għax jista’ jagħti l-każ li teħtieġ tibdiliet fid-dożi ta’ l-insulina u d-dieta tiegħek.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

L-abbiltà tiegħek biex tikkonċentra u tirreaġixxi tista’ tonqos jekk:

-għandek l-ipogliċemija(livelli baxxi ta’ zokkor fid-demm)

-għandek l-ipergliċemija (livelli għoljin ta’ zokkor fid-demm)

Żomm din il-problema f’moħħok f’kull sitwazzjoni fejn tista’ tpoġġi lilek innifsek jew lil ħaddieħor f’riskju (bħal fis-sewqan ta’ karozza jew fl-użu ta’ magni).

Għandek tikkuntatja lit-tabib tiegħek għal parir fuq is-sewqan jekk:

-għandek ġrajjiet spissi ta’ ipogliċemija,

-l-ewwel sintomi ta’ twissija li jgħinuk tagħraf ipogliċemija huma ridotti jew m’humiex preżenti.

Tagħrif importanti dwar xi wħud mis-sustanzi ta’ Apidra

Għal kull doża din il- mediċina fiha inqas minn 1mmol (23 mg) ta’ sodium , i.e tista’ tgħid li huwa ‘ħieles minn sodium’.

Apidra fih metacresol

Apidra fih metacresol , li jista’ jikkawża reazzjonijiet allerġiċi.

3.Kif għandek tuża Apidra

Dożaġġ

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Skont l-istil tal-ħajja tiegħek u r-riżultati tat-testijiet taz-zokkor (glukosju) fid-demm u l-użu preċedenti ta’ l-insulina, it-tabib tiegħek ser jikkalkula kemm ser ikollok bżonn Apidra

Apidra huwa insulina li taħdem fuq perijodu qasir. It-tabib tiegħek jista’ jagħtik parir biex tieħdu flimkien ma’ insulina li taħdem fuq perijodu intermedju twil, ma’ insulina bażika, jew ma’ pilloli użati għall-kura ta’ livelli għoljin ta’ zokkor fid-demm.

Jekk taqleb minn insulina oħra għall-insulina glulisine, id-dożaġġ tiegħek jista’ jkollu jiġi aġġustat mit-tabib tiegħek.

Hemm ħafna fatturi li jistgħu jeffettwaw il-livelli taz-zokkor f’demmek. Għandek tkun taf liema huma biex tkun tista’ tirreaġixxi kif suppost meta jkun hemm tibdil fil-livell taz-zokkor f’demmek u biex ma tħallihx jogħla jew jitbaxxa wisq. Ara l-informazzjoni f’kaxxa li ssib fi tmiem ta’ dan il-fuljett għal aktar dettalji.

Mod ta’ kif jingħata

Apidra għandu jingħata b’injezzjoni taħt il-ġilda. Jista’ jingħata wkoll minn ġol-vini minn professjonisti fl-kura tas-saħħa taħt is-sorveljanza mill-viċin ta’ tabib.

It-tabib tiegħek ser jurik fl-liema parti tal-ġilda tista’ tinjetta Apidra. Apidra tista’ tkun injettata fiż- żaqq, fil-koxxa jew fil-parti ta’ fuq tad-driegħ, jew permezz ta’ infużjoni kontinwa taħt il-ġilda taż- żaqq. L-effett ta’ l-insulina jkun iktar mgħaġġel jekk tingħata taħt il-ġilda taż-żaqq. Bħal ma jsir fl- insulini kollha, il-postijiet ta’ l-injezzjoni u l-infużjoni f’parti partikolari (iż-żaqq, il-koxxa few id- deltoid), għandhom jinbidlu minn injezzjoni għall-oħra.

Kemm-il darba jingħata

Apidra għandu jittieħed ftit (0-15-il minuta) qabel jew wara l-ikel.

Istruzzjonijiet dwar l-użu tajjeb

Kif timmaniġġa l-kunjetti

Il-kunjetti ta’ Apidra huma għall-użu ma’ siringi ta’ l-insulina bi skala ta’ unità korrispondenti u għall- użu ma’ sistema ta’ pompa ta’ l-insulina..

Ifli l-kunjett qabel ma tużah. Użah biss jekk is-soluzzjoni hija ċara, mingħajr kulur u m’għandhiex frak vizibbli fiha.

M’għandekx tħawdu jew tħalltu qabel ma tużah.

Dejjem uża kunjett ġdid jekk tinduna li f’daqqa waħda l-kontroll taz-zokkor fid-demm tiegħek imur għall-agħar.Dan jista’ jkun minħabba li l-insulina tkun tilfet xi ftit mill-qawwa tagħha. Jekk taħseb li għandek xi problema b’Apidra, ħudu għand it-tabib jew l-ispiżjar tiegħek biex jeżaminah

Jekk għandek zewġ tipi ta’ insulina biex tħallat

Apidra m’għandux jitħallat ma’ ebda preparat ieħor ħlief għall-insulina NPH umana.

Jekk Apidra jitħallat ma’ l-insulina NPH umana, Apidra għandu jitella’ l-ewwel fis-siringa. L- injezzjoni għandha tingħata immedjatament wara li titħallat.

Kif timmaniġġa sistema ta’ infużjoni bil-pompa

Qabel ma tuża Apidra fis-sistema tal-pompa għandek tkun ġejt mogħti istruzzjonijiet dettaljati dwar kif għandek tuża s-sistema tal-pompa. Barra minn hekk, għandek tkun ġejt ipprovdut b’informazzjoni dwar x’għandek tagħmel f’każ ta’ mard jew jekk iz-zokkor ikun għoli wisq jew baxx wisq fid-demm jew jekk is-sistema tal-pompa jkollha l-ħsara.

Uża s-sistema ta’ pompa li irrakkomandalek it-tabib. Aqra u segwi l-istruzzjonijiet li jiġu mal-pompa tiegħek għall-infużjoni tal-insulina. Segwi l-istruzzjonijiet tat-tabib dwar ir-rata bażilari tal-infużjoni u d-doża bolus ta’ insulina li trid tittieħed fil-ħin tal-ikel. Biex taċċerta ruħek li qed tieħu l-benefiċċju tal-infużjoni tal-insulina u biex tkun ċert li l-pompa qiegħda taħdem sew, trid tiċċekja l-livell taz- zokkor fid-demm tiegħek regolarment.

Biddel is-sett tal-infużjoni u r-riżervwar għallinqas kull 48 siegħa permezz ta’ teknika asettika. Dawn l-istruzzjonijiet jistgħu jvarjaw mill-istruzzjonijiet li jiġu mal-pompa tiegħek għall-infużjoni tal- insulina. Meta tuża Apidra fis-sistema tal-pompa, huwa importanti li dejjem issegwi dawn l- istruzzjonijiet speċifiċi. Li tonqos milli ssegwi dawn l-istruzzjonijiet speċifiċi jista’ jwassal għal avveniment avversi serji.

Apidra qatt m’għandu jitħallat b’dilwenti jew xi tip ta’ insulina oħra meta jintuża f’pompa.

X’għandu jsir fil-każ li s-sistema tal-pompa jkollha l-ħsara jew meta l-pompa tintuża b’mod mhux korrett

Problemi fil-pompa jew fis-sett tal-infużjoni jew l-użu mhux korrett tal-pompa jistgħu jkunu l-kawża li ma tkunx qed/a tieħu biżżejjed insulina. Dan malajr jista’ jwassal li jkollok livell għoli ta’ zokkor fid-demm jew il-ketoaċidożi dijabetika (akkumulazzjoni ta’ aċtu fid-demm minħabba li l-ġisem ikun qed ikisser ix-xaħam minflok iz-zokkor).

Jekk il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jibda jogħla, għamel kuntatt mat-tabib, mal-ispiżjar jew mal-infermier tiegħek mill-aktar fis possibbli.

Huma se jgħidulek x’hemm bżonn li jsir.

Jista’ jkollok bżonn tuża Apidra b’siringi jew pinen. Għandu dejjem ikollok sistema alternattiva ta’ għoti tal-insulina li tingħata bħala injezzjoni minn taħt il-ġilda fil-każ li s-sistema tal-pompa jkollha l-

ħsara.

Jekk tuża Apidra aktar milli suppost

- Jekk injettajt aktar Apidra milli meħtieġ, il-livell taz-zokkor tiegħek fid-demm jista’ jitbaxxa wisq

(ipogliċemija). Iċċekkja spiss iz-zokkor f’demmek. Ġeneralment, biex tevita l-ipogliċemija għandek tiekol aktar u timmoniterja z-zokkor f’demmek. Għal informazzjoni fuq il-kura ta’ l-ipogliċemija, ara l-kaxxa fit-tmiem ta’ dan il-fuljett.

Jekk tinsa tuża Apidra

-Jekk tlift doża ta’ Apidra jew jekk ma injettajtx biżżejjed insulina, il-livell tiegħek taz-zokkor fid- demm jista’ jogħla wisq (ipergliċemija). Iċċekkja spiss iz-zokkor f’demmek. Għal informazzjoni fuq il-kura ta’ l-ipergliċemija, ara l-kaxxa li tinsab fit-tmiem ta’ dan il-fuljett.

-Tieħux doża doppja biex tpatti għal dik li nsejt.

Jekk tieqaf tuża Apidra

Dan jista’ jwassal għal ipergliċemija severa (livell għoli ħafna ta’ zokkor fid-demm) u ketoaċidożi (jogħla l-livell ta’ aċidu fid-demm minħabba li l-ġisem qiegħed ikisser x-xaħam minflok iz-zokkor). Tieqafx tieħu Apidra mingħajr ma tkun tkellimt ma’ tabib, li se jgħidlek x’għandek tagħmel.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.

Taħlit fl-Insulini

Biex jiġu evitati taħlit fil-medikazzjoni bejn Apidra u l-insulini l-oħra, għandek dejjem tiċċekkja it- tikketta ta’ l-insulina qabel kull injezzjoni.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Effetti sekondarji serji

L-ipogliċemija (livell baxx ta’ zokkor fid-demm) tista’ tkun serja ħafna. L-ipogliċemija hija effett sekondarja rrapportata b’mod komuni ħafna (tista’ taffettwa aktar minn 1 minn kull 10 persuni). L- ipogliċemija (livell baxx ta’ zokkor fid-demm) tfisser li ma jkollokx biżżejjed zokkor fid-demm.

Jekk il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jinżel wisq tista’ tintilef minn sensik. Ipogliċemija serja tista’ tikkawża ħsara fil-moħħ u jista’ jkun hemm ir-riskju li titlef ħajtek. Jekk għandek sintomi li juru li l-livell ta’ zokkor fid-demm huwa baxx, ħu dawk l-azzjonijiet li jżidu b’mod immedjat il-livell taz- zokkor fid-demm. Ara l-kaxxa fl-aħħar ta’ dan il-fuljett għal aktar informazzjoni importanti dwar l- ipogliċemija u l-kura tagħha.

Jekk ikollok dawn is-sintomi li ġejjien, ikkuntattja b’mod immedjat it-tabib tiegħek: Reazzjonijiet allerġiċi sistemiċi huma effetti sekondarji rrapportati b’mod mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna). Allerġija ġeneralizzata għall-insulina: Is-sintomi tagħha jinkludu reazzjonijiet tal-ġilda fuq skala kbira (raxx u ħakk mal-ġisem kollu), nefħa severa fil-ġilda jew fil-membrana mukuża (anġioedema), qtugħ ta’ nifs, taqa’ l-pressjoni fid-demm, taħbit tal-qalb mgħaġġel jew tibda tegħreq. Dawn jistgħu jkunu sintomi ta’ każijiet serji ta’ allerġija ġeneralizzata għall-insulina, inkluża r-reazzjoni anafilattika, li tista’ tkun fatali.

L-ipergliċemija (livell għoli ta’ zokkor fid-demm) tfisser li hemm wisq zokkor fid-demm. Il- frekwenza tal-ipergliċemija ma tistax tiġi stmata. Jekk il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek huwa għoli wisq, dan ifisser li jista’ jkollok bżonn iżjed insulina milli injettajt.

L-ipergliċemija tista’ tikkawża l-ketoaċidożi dijabetika (akkumulazzjoni ta’ aċtu fid-demm minħabba l-ġisem ikun qed ikisser ix-xaħam minflok iz-zokkor).

Dawn huma effetti sekondarji serji.

Dawn il-kondizzjonijiet jistgħu jseħħu meta jkun hemm problemi bil-pompa tal-infużjoni jew meta s-sistema tal-pompa ma tkunx qeda tintuża b’mod korrett.

Dan ifisser li mhux dejjem tkun qed/a tirċievi biżżejjed insulina biex tikkura d-dijabete tiegħek. Jekk jiġri hekk trid tfittex għajnuna medika b’mod urġenti. Għandu dejjem ikollok sistema alternattiva ta’ għoti tal-insulina li tingħata bħala injezzjoni minn taħt il-ġilda (ara sezzjoni 3 taħt “Kif timmanġġja sistema ta’ infużjoni bil-pompa” u “X’għandu jsir fil-każ li s-sistema tal-pompa jkollha l-ħsara jew meta l-pompa tintuża b’mod mhux korrett”).

Għal aktar informazzjoni dwar is-sinjali u s-sintomi tal-ipergliċemija ara l-kaxxa fit-tmiem ta’ dan il- fuljett.

Effetti sekondarji oħra

Effetti sekondarji rrapportati b’mod komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni)

Reazzjonijiet tal-ġilda u dawk allerġiċi fis-sit tal-injezzjoni

Jistgħu jseħħu reazzjonijiet fis-sit ta’ l-injezzjoni (bħal ħmura, uġigħ qawwi mhux tas-soltu meta ssir l-injezzjoni, ħakk, urtikarja, nefħa jew infjammazzjoni). Dawn jistgħu wkoll jinfirxu madwar is-sit ta’ l-injezzjoni. Il-biċċa l-kbira tar-reazzjonijiet żgħar għall-insulini normalment jgħaddu fi żmien ftit jiem sa ftit ġimgħat.

Effett sekondarju rrapportat b’mod rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 persuni)

Tibdiliet fil-ġilda fis-sit tal-injezzjoni (lipodistrofija)

Jekk tinjetta l-insulina tiegħek spiss wisq fl-istess sit tal-ġilda; it-tessut xaħmi taħt il-ġilda f’dan is-sit jista’ jogħlob jew jeħxien. L-insulina li tinjetta f’dan is-sit tista’ ma taħdimx tajjeb bizzejjed. Jekk tibdel is-sit tal-injezzjoni ma’ kull injezzjoni dan jgħin biex tilqa’ kontra dawn it-tibdiliet fil-ġilda.

Effetti sekondarji fejn il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli

Reazzjonijiet fl-għajnejn

Bidla sostanzjali (titjib jew deterjorament) fil-kontroll taz-zokkor tiegħek fid-demm tista’ tiddisturba il-vista tiegħek temporanjament. Jekk qed tbati minn retinopatija proliferattiva (marda ta’ l-għajnejn relatata mad-dijabete) attakki severi tal-ipogliċemija jistgħu jirriżultaw f’telf temporanju tal-vista.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen Apidra

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi, li tidher fuq il-kaxxa u fuq it-tikketta tal-kunjett wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Kunjetti mhux miftuħa

Aħżen fi friġġ (2°Ċ – 8°Ċ).

Tagħmlux fil-friża.

Apidra m’għandux jitpoġġa viċin il-kompartiment tal-friża jew viċin xi pakkett tal-friża. Żomm il-kunjett fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.

Kunjetti miftuħa

Ġaladarba fl-użu, il-kunjett jista’ jinħażen sa massimu ta’ 4 ġimgħat fil-kartuna ta’ barra f’temperatura taħt 25°Ċ u ’l bogħod mis-sħana diretta jew mid-dawl dirett.

Tużax il-kunjett wara dan il-perijodu ta’ żmien.

Huwa rrakkomandat li d-data ta’ l-ewwel użu titniżżel fuq it-tikketta.

Tużax din il-mediċina jekk tinnota li mhux ċar u li m’għadux mingħajr kulur.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għal protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakett u informazzjoni oħra

X’fih Apidra

-Is-sustanza attiva hi insulina glulisine. Kull ml ta’ soluzzjoni fih 100 Unità tas-sustanza attiva insulina glulisine (ekwivalenti għal 3.49 mg). Kull ml fih 10ml ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni, ekwivalenti għal 1000 Unità.

-Is-sustanzi l-oħra huma: metacresol (ara sezzjoni 2 taħt “Apidra fih metacresol”), sodium chloride (ara sezzjoni 2 taħt “ Tagħrif importanti dwar xi wħud mis-sustanzi ta’ Apidra”), trometamol, polysorbate 20, hydrochloric acid ikkonċentrat, sodium hydroxide, ilma għall- injezzjonijiet.

Kif jidher Apidra u l-kontenut tal-pakkett:

Apidra 100 Unità/ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’kunjett, hija soluzzjoni fl-ilma ċara, mingħajr kulur u bla frak viżibbli.

Kull kunjett fih soluzzjoni ta’10 ml (1000 Unità). Pakketti ta’ 1, 2, 4 u 5 kunjetti huma disponibbli. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Sanofi-Aventis Deutschland GmbH

D-65926 Frankfurt am Main

Il-Ġermanja

Manifattur:

Sanofi-Aventis Deutschland GmbH

Industriepark Höchst, D-65926 Frankfurt

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Sanofi Belgium

UAB “SANOFI-AVENTIS LIETUVA”

Tél/Tel: +32 (0)2 710 54 00

Tel: +370 5 2755224

България

Luxembourg/Luxemburg

SANOFI BULGARIA EOOD

Sanofi Belgium

Тел.: +359 (0)2 970 53 00

Tél/Tel: +32 (0)2 710 54 00 (Belgique/Belgien)

Česká republika

Magyarország

sanofi-aventis, s.r.o.

SANOFI-AVENTIS Zrt

Tel: +420 233 086 111

Tel.: +36 1 505 0050

Danmark

Malta

sanofi-aventis Denmark A/S

Sanofi Malta Ltd.

Tlf: +45 45 16 70 00

Tel: +356 21493022

Deutschland

Nederland

Sanofi-Aventis Deutschland GmbH

sanofi-aventis Netherlands B.V.

Tel: +49 (0)180 2 222010

Tel: +31 (0)182 557 755

Eesti

Norge

sanofi-aventis Estonia OÜ

sanofi-aventis Norge AS

Tel: +372 627 34 88

Tlf: +47 67 10 71 00

Ελλάδα

Österreich

sanofi-aventis AEBE

sanofi-aventis GmbH

Τηλ: +30 210 900 16 00

Tel: +43 1 80 185 – 0

España

Polska

sanofi-aventis, S.A.

sanofi-aventis Sp. z o.o.

Tel: +34 93 485 94 00

Tel.: +48 22 280 00 00

France

Portugal

sanofi-aventis France

Sanofi - Produtos Farmacêuticos, Lda.

Tél: 0 800 222 555

Tel: +351 21 35 89 400

Appel depuis l’étranger : +33 1 57 63 23 23

 

Hrvatska

România

sanofi-aventis Croatia d.o.o.

Sanofi Romania SRL

Tel: +385 1 600 34 00

Tel: +40 (0) 21 317 31 36

Ireland

Slovenija

sanofi-aventis Ireland Ltd. T/A SANOFI

sanofi-aventis d.o.o.

Tel: +353 (0) 1 403 56 00

Tel: +386 1 560 48 00

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

sanofi-aventis Pharma Slovakia s.r.o.

Sími: +354 535 7000

Tel: +421 2 33 100 100

Italia

Suomi/Finland

Sanofi S.p.A.

Sanofi Oy

Tel: 800 13 12 12 (domande di tipo tecnico)

Puh/Tel: +358 (0) 201 200 300

800 536389 (altre domande)

 

Κύπρος

Sverige

 

sanofi-aventis Cyprus Ltd.

Sanofi AB

Τηλ: +357 22 871600

Tel: +46

(0)8 634 50 00

Latvija

United Kingdom

sanofi-aventis Latvia SIA

Sanofi

 

Tel: +371 67 33 24 51

Tel: +44

(0) 845 372 7101

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

IPERGLIĊEMIJA U IPOGLIĊEMIJA

Dejjem ġorr miegħek xi zokkor (għallinqas 20 gramma)

Ġorr miegħek xi informazzjoni biex turi li inti persuna bid-dijabete.

IPERGLIĊEMIJA (livell għoli ta’ zokkor fid-demm)

Jekk iz-zokkor f’demmek huwa għoli wisq (ipergliċemija), għandu mnejn ma injettajtx biżżejjed insulina

Għaliex isseħħ l-ipergliċemija? Eżempji jinkludu:

-int ma injettajtx l-insulina tiegħek jew ma injettajtx biżżejjed, jew jekk saret anqas effettiva, per eżempju minħabba ħażna ħażina,

-int qiegħed tagħmel anqas eżerċizzju fiżiku mis-soltu, jew int qiegħed taħt stress (inkwiet, eċitament), jew għandek xi ferita, saritlek xi operazzjoni, għandek xi infezzjoni jew għandek id- deni.

-int qiegħed tieħu jew ħadt ċerti mediċini oħrajn (ara sezzjoni 2, “Mediċini oħra u Apidra”).

Sintomi ta’ twissija ta’ ipergliċemija

Għatx, il-bżonn akbar biex tgħaddi l-awrina, għeja, ġilda xotta, ħmura tal-wiċċ, nuqqas ta’ aptit, pressjoni baxxa tad-demm, il-qalb tħabbat mgħaġġla u glukosju u ketoni fl-awrina. Uġigħ fl-istonku, in-nifs mgħaġġel u fil-fond, ngħas u anki telf mis-sensi jistgħu jkunu sinjali ta’ kundizzjoni serja (kitoaċidożi) li tkun ikkaġunata minn nuqqas ta’ insulina.

X’għandek tagħmel f’każ ta’ ipergliċemija?

Ittestja l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek u l-awrina tiegħek għall-ketoni hekk kif iseħħ xi wieħed mis-sintomi t’hawn fuq. L-ipergliċemija severa jew il-kitoaċidożi għandhom dejjem ikunu ikkurati minn tabib, normalment fi sptar.

IPOGLIĊEMIJA (livell baxx ta’ zokkor fid-demm)

Jekk il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jinżel wisq tista’ tintilef minn sensik.Ipogliċemija serja tista’ tkun il-kawża ta’ attakk ta’ qalb jew ta’ ħsara fil-moħħ u tista’ tkun fatali. Normalment għandek tinduna li l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek huwa baxx wisq sabiex tkun tista’ tieħu dawk ir- rimedji li jkun hemm bżonn.

Għaliex isseħħ l-ipogliċemija?

Eżempji jinkludu:

-int tinjetta wisq insulina,

-int taqbeż l-ikliet jew teħodhom aktar tard mis-soltu,

-int ma tiekolx biżżejjed, jew qed tiekol ikel li fih anqas karboidrati minn normal, (zokkor u sustanzi simili għaz-zokkor jissejjħu karboidrati; madankollu, l-ħlewwiet artifiċjali

M’HUMIEX karboidrati),

-int qed titlef il-karboidrati dovut għar-remettar jew id-dijarea,

-int qed tixrob l-alkoħol, speċjalment jekk m’intix tiekol wisq,

-int qiegħed tagħmel aktar eżerċizzju fiżiku mis-soltu jew xi eżerċizzju fiżiku differenti,

-int qed tirkupra minn xi inċident fejn weġġajt jew xi operazzjoni jew xi stress ieħor,

-int qed tirkupra minn marda jew mid-deni

-int qed tieħu jew waqaft tieħu ċerti mediċini oħra (ara sezzjoni 2, “Mediċini oħra u Apidra”).

L-ipogliċemija hija wkoll aktar probabbli li sseħħ jekk:

-int għadek tibda t-trattament bl-insulina jew qlibt għal preparat ieħor ta’ insulina,

-int għandek il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek kważi normali jew mhux stabbli,

-int bdilt iż-żona tal-ġilda fejn tinjetta l-insulina (per eżempju mill-koxxa għall-parti ta’ fuq tad- driegħ),

-int issofri minn mard sever tal-kliewi jew mard tal-fwied, jew xi marda oħra bħal ipotirojdiżmu

Sintomi ta’ twissija ta’ ipogliċemija

- Fil-ġisem tiegħek.

Eżempji ta’ sintomi li juruk li l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek qed jaqa’ wisq, jew qiegħed jinżel wisq malajr : għaraq żejjed, ġilda twaħħal, l-ansjetà, il-qalb tħabbat mgħaġġla, pressjoni għolja tad- demm, palpitazzjonijiet u l-qalb tħabbat b’mod irregolari. Dawn is-sintomi ta’ spiss jiżviluppaw qabel is-sintomi dovuti għal livell baxx taz-zokkor fil-moħħ.

- F’moħħok.

Ezempji ta’ sintomi li jindikaw livell baxx taz-zokkor fil-moħħ:: uġigħ ta’ ras, ġuħ kbir, dardir, remettar, għeja, ngħas, disturbi fl-irqad, nuqqas ta’ kwiet, mġieba aggressiva, nuqqas ta’ konċentrazzjoni, reazzjonijiet imfixklin, depressjoni, konfużjoni mentali, taħwid fid-diskors, (xi drabi it-telf komplet tad-diskors), indeboliment tal-vista, rogħda, paralisi, tnemnim (parasteżija), sensazzjoni mtarrxa u tnemnim fir-reġjun tal-ħalq, sturdament, inabbiltà li trażżan lilek innifsek, inabbiltà li tieħu ħsieb tiegħek innifsek, aċċessjonijiet u t-telf mis-sensi.

L-ewwel sintomi li jagħtuk indikazzjoni li ser tiżviluppa l-ipogliċemija (“sintomi ta’ twissija”) jistgħu jinbidlu, jiddgħajfu jew ikunu nieqsin għal kollox, jekk:

-int anzjan,

-int kellek id-dijabete għal żmien twil,

-inti tbati minn ċertu tip ta’ mard tas-sistema nervuża (newropatija awtonomika dijabetika),

-int batejt dan l-aħħar mill-ipogliċemija (per eżempju il-jum ta’ qabel) jew jekk tiżviluppa bil- mod,

-int għandek livelli ta’ zokkor fid-demm li huma kważi normali jew, ta’ l-inqas, marru għall- aħjar ħafna,

-int qed tieħu jew ħadt ċerti mediċini oħrajn (ara sezzjoni 2, “Mediċini oħra u Apidra”).

F’dan il-kaz, tista’ tiżviluppa ipogliċemija severa (u anki jħossok ħażin) qabel tintebaħ bil-problema. Kun familjari mas-sintomi ta’ twissija tiegħek. Jekk hemm bżonn, it-testijiet aktar spissi għaz-zokkor fid-demm jistgħu jgħinuk biex tintebaħ bi ġrajjiet ta’ l-ipogliċemija ħafifa li altrimenti jista’ jkun ma kontx tinduna bihom. Jekk m’intix kunfidenti li tagħraf is-sintomi ta’ twissija, evita sitwazzjonijiet (bħal issuq karozza) fejn l-ipogliċemija tpoġġi f’riskju lilek jew lill-oħrajn.

X’għandek tagħmel f’każ ta’ ipogliċemija?

1.Tinjettax l-insulina. Immedjatament ħu madwar 10 sa 20 g zokkor, bħal glukosju, dadi taz- zokkor, jew xi xarba ħelwa li fiha z-zokkor. Attent: Ħlewwiet artifiċjali u ikel bi ħlewwiet artifiċjali (bħal xarbiet tad-dieta) m’għandhom ebda valur fil-kura ta’ l-ipogliċemija.

2.Wara kul xi ħaġa li għandha effett fit-tul li tgħolli z-zokkor fid-demm (bħall-ħobż jew l-għaġin). Suppost it-tabib jew l-infermier tiegħek kienu iddiskutu din il-ħaġa miegħek qabel.

3.Jekk l-ipogliċemija terga’ tfeġġ erġa’ ħu minn 10 sa 20 g ta’ zokkor.

4.Kellem tabib immedjatament jekk m’intix kapaċi tikkontrolla l-ipogliċemija jew din terġa’ titfaċċa.

Għid lill-qrabatek, ħbiebek u l-kollegi qrib tiegħek b’dan li ġej:

Jekk int ma tistax tibla’ jew jekk int mitluf minn sensik, int teħtieġ injezzjoni tal-glukosju jew tal- glukagon (mediċina li tgħolli l-livell taz-zokkor fid-demm). Dawn l-injezzjonijiet huma ġustifikati anki jekk mhux ċert li għandek l-ipogliċemija.

Huwa irrakkomandat li tittestja l-livell tiegħek taz-zokkor fid-demm, immedjatament wara li tieħu l- glukosju biex tiċċekkja li tassew għandek l-ipogliċemija.

IT-TAGĦRIF LI ĠEJ HU INTENZJONAT BISS GĦAL PROFFESSJONISTI MEDIĊI U

DAWK FIL-KURA TAS-SAĦĦA:

Apidra jista’ jingħata minn ġol-vini u dan għandu jsir minn professjonisti fil-kura tas-saħħa.

Istruzzjonijiet għall-għoti minn ġol-vini

Apidra għandu jintuża f’konċentrazzjoni ta’ unità 1/ml ta’ insulin glulisine f’sistemi ta’ infużjoni b’soluzzjoni għall-infużjoni ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9 %) li jista’ jkollu jew ma jkollux 40 mmol/l ta’ potassium chloride u fejn jintużaw boroż tal-infużjoni tal-plastik magħmula mill- estrużjoni flimkien ta’ polyolefin/polyamide b’linja ta’ infużjoni għal tal-apposta. F’temperatura ambjentali, insulin glulisine għall-użu minn ġol-vini f’konċentrazzjoni ta’ unità 1/ml huwa stabbli għal 48 siegħa.

Wara d-dilwizzjoni biex tingħata minn ġol-vini, qabel ma tingħata, is-soluzzjoni, għandha tiġi eżaminta b’mod viżwali għal xi frak. Qatt m’għandek tuża s-soluzzjoni jekk issir mċajpra jew jkun fiha xi frak; użaha biss jekk hija ċara u bla kulur.

Instab li Apidra mhuwiex kompatibbli ma’ soluzzjoni ta’ 5% ta’ Glukosju u mas-soluzzjoni Ringer u għalhekk m’għandux jintuża ma’ dawn il-fluwidi ta’ soluzzjoni. L-użu ta’ soluzzjonijiet oħra ma ġiex studjat.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Apidra 100 Unità/ml soluzzjoni għall-injezzjoni fi skartoċċ

Insulina glulisine

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel ma tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik. L-istruzzjonijiet dwar l-użu tal-pinna ta’ l-insulina huma pprovduti mal- pinna ta’ l-insulina tiegħek. Irreferi għalihom qabel ma tuża l-mediċina tiegħek.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara Sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Apidra u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Apidra

3.Kif għandek tuża Apidra

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Apidra

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Apidra u għalxiex jintuża

Apidra huwa sustanza mediċinali kontra d-dijabete, użata biex tnaqqas il-livell taz-zokkor għoli fid- demm f’pazjenti li jbatu bid-dijabete mellitus: dan jista’ jingħata lill-adulti, l-adoloxxenti u t-tfal ta’ 6 snin jew akbar. Id-dijabete mellitus hija marda fejn ġismek ma jagħmilx biżżejjed insulina biex jikkontrolla l-livell taz-zokkor fid-demm.

Hija magħmula permezz tal-bijoteknoloġija. Tibda taħdem malajr fi żmien 10-20 minuta u ddum taħdem għal perijodu qasir ta’ madwar 4 sigħat.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Apidra

Tużax Apidra

-Jekk inti allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għall-insulina glulisine jew sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6)..

-Jekk il-livell taz-zokkor f’demmek huwa baxx wisq (ipogliċemija), segwi l-gwida għall- ipogliċemija (ara l-kaxxa li ssib fi tmiem ta’ dan il-fuljett).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib,l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tuża Apidra

Segwi sew l-istruzzjonijiet dwar id-doża, l-immoniterjar (testijiet tad-demm), id-dieta u l-attività fiżika (xogħol fiżiku u eżerċizzju), kif spjegalek it-tabib tiegħek.

Gruppi speċjali ta’ pazjenti

Jekk għandek problemi fil-fwied jew fil-kliewi, tkellem mat-tabib tiegħek għax jista’ jkollok bżonn tnaqqis fid-doża.

M’hemmx biżżejjed informazzjoni klinika adegwata dwar l-użu ta’ Apidra fit-tfal taħt 6 snin.

Safar

Qabel tivvjaġġa tkellem mat-tabib tiegħek. Għandu mnejn ikollok tiddiskuti fuq

id-disponibbiltà ta’ l-insulina tiegħek fil-pajjiż li qiegħed iżżur,

il-forniment ta’ l-insulina, siringi eċċ

il-ħażna korretta ta’ l-insulina tiegħek waqt l-ivvjaġġar

il-ħin ta’ l-ikel u t-teħid ta’ l-insulina waqt l-ivvjaġġar,

l-effetti possibbli fit-tibdil minn żona ta’ ħin għal oħra differenti

il-possibiltà ta’ riskji ġodda għal saħħtek fil-pajjiż li tkun qiegħed żżur,

x’għandek tagħmel f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza meta ma tħossokx tajjeb jew timrad.

Mard u feriti

F’dawn is-sitwazzjonijiet li ġejjin, l-immaniġġar tad-dijabete tiegħek, jista’ jkollha bżonn attenzjoni aktar milli suppost:

-Jekk ma tiflaħx jew għandek xi ferita serja, il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla (ipergliċemija)

-Jekk m’intix qed tiekol biżżejjed, il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jinżel iżżejjed (ipogliċemija).

Fil-parti l-kbira tal-każijiet ikollok bżonn tabib. Kun ċert li tkellem tabib kmieni.

Jekk għandek id-dijabete tat-tip 1 (dijabete mellitus dipendenti fuq l-insulina), twaqqafx l-insulina tiegħek u kompli ħu biżżejjed karboidrati. Dejjem għid lin-nies li qegħdin jieħdu ħsiebek jew li qegħdin jikkurawk li għandek bżonn l-insulina.

Xi pazjenti, li ilhom għal tul ta’ żmien ibatu mid-dijabete mellitus tat-tip 2 u mill-mard tal-qalb jew kellhom xi attakk preċedenti ta’ puplesija u li ġew ikkurati bi pioglitazone u l-insulina, kellhom l- iżvilupp ta’ insuffiċjenza kardijaka. Għarraf lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli jekk tinduna b’xi sinjali ta’ insuffiċjenza kardijaka bħal qtugħ ta’ nifs mhux tas-soltu jew żieda ta’ malajr fil-piż jew xi nefħa lokalizzata (edima).

Mediċini oħra u Apidra

Xi mediċini jikkawżaw tibdil fil-livell taz-zokkor fid-demm (tnaqqis, żieda jew it-tnejn li huma, skont iċ-ċirkostanzi). F’kull każ, jista’ jkun meħtieġ li taġġusta d-doża tiegħek ta’ l-insulina biex tevita livelli taz-zokkor fid-demm li jkunu baxxi wisq jew għoljin wisq. Oqgħod attent/a meta tibda jew tieqaf tieħu xi mediċina oħra.

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra. Qabel tieħu xi mediċina staqsi lit-tabib tiegħek jekk tistax teffettwalek il-livell tiegħek taz- zokkor fid-demm, u x’għandek tagħmel, jekk meħtieġ.

Il-mediċini li jistgħu jbaxxu l-livell taz-zokkor f’demmek (ipogliċemija) jinkludu:

-il-mediċini l-oħra kollha użati għall-kura tad-dijabete,

-l-inibituri ta’ l-enzima li tikkonverti angiotensin (ACE) (użati għall-kura ta’ ċerti - kundizzjonijiet tal-qalb jew ta’ pressjoni għolja fid-demm)

-disopyramide (użat għall-kura ta’ ċerti kundizzjonijiet tal-qalb)

-fluoxetine (użat għall-kura tad-depressjoni)

-fibrates (użati biex ibaxxu l-livelli għoljin tal-lipidi fid-demm)

-l-inibituri ta’ monoamine oxidase (MAO) (użati għall-kura tad-depressjoni)

-pentoxifylline, propoxyphene, salicylates (bħall-aspirina, użata biex ittaffi l-uġigħ u tbaxxi d- deni)

-l-antibijotiċi sulfonamidi.

Il-mediċini li jistgħu jgħollu l-livell taz-zokkor f’demmek (ipergliċemija) jinkludu:

-l-kortikosterojdi (bħal "cortisone", użat għall-kura ta’ l-infjammazzjoni)

-danazol (mediċina li taħdem fuq l-ovulazzjoni),

-diazoxide (użat għall-kura ta’ pressjoni għolja fid-demm),

-id-dijuretiċi (użati għall-kura ta’ pressjoni għolja fid-demm jew l-akkumulazzjoni eċċessiva ta’ fluwidi),

-glukagon (ormon tal-frixa użat għall-kura ta’ ipogliċemija severa),

-isoniazid (użat għall-kura tat-tuberkulożi),

-l-estroġeni u l-proġesteni (bħal fil-pillola kontraċettiva, użata għall-kontroll tat-twelid),

-id-derivattivi ta’ phenothiazine (użati għall-kura ta’ disturbi psikjatriċi),

-somatropin (ormon tat-tkabbir),

-il-mediċini simpatomimetiċi (bħal epinephrine [adrenaline] jew salbutamol, terbutaline użat għall-kura ta’ l-ażma),

-ormoni tat-tirojde (użati għall-kura ta’ disturbi fil-glandola tat-tirojde),

-l-inibituri ta’ protease (użati għall-kura ta’ l-HIV)

-l-mediċini hekk imsejjħa atipiċi kontra l-psikożi (bħal olanzapine u clozapine).

Il-livell taz-zokkor f’demmek jista’ jogħla jew jinżel jekk tieħu

-imblokkaturi tar-riċetturi beta (użati għall-kura ta’ pressjoni għolja fid-demm),

-clonidine (użat għall-kura ta’ pressjoni għolja fid-demm)

-is-sustanzi tal-lithium (użati għall-kura ta’ disturbi psikjatriċi)

Pentamidine (użat għall-kura ta’ xi infezzjonijiet ikkawżati mill-parassiti) jista’ jikkawża l- ipogliċemija li kultant tkun segwita mill-ipergliċemija.

L-imblokkaturi tar-riċetturi beta, bħall-mediċini oħra simpatolitiċi, (bħal clonidine, guanethidine, u reserpine) jistgħu jdgħajjfu jew jaħbu kompletament l-ewwel sintomi ta’ twissija li jgħinuk tagħraf xi ipogliċemija.

Jekk m’intix ċert/a jekk intix qed tieħu waħda minn dawn il-mediċini staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Apidra ma’ alkoħol

Il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek jistgħu jogħlew jew jinżlu jekk tixrob l-alkoħol

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Għarraf lit-tabib tiegħek jekk inti qed tippjana toħroġ tqila, jew diġà tqila b’tarbija. Id-doża tiegħek ta’ l-insulina għandu mnejn jeħtieġ li jinbidel waqt it-tqala u wara li twelled. Il-kontroll bil-ħsieb tad- dijabete tiegħek, u l-prevenzjoni ta’ l-ipogliċemija, huma importanti għas-saħħa tat-tarbija tiegħek.

It-tagħrif dwar l-użu ta’ Apidra fin-nisa tqal huwa nieqes jew limitat.

Jekk int qed tredda’, iddiskutiha mat-tabib tiegħek għax jista’ jagħti l-każ li teħtieġ tibdiliet fid-dożi ta’ l-insulina u d-dieta tiegħek.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

L-abbiltà tiegħek biex tikkonċentra u tirreaġixxi tista’ tonqos jekk:

-għandek l-ipogliċemija(livelli baxxi ta’ zokkor fid-demm)

-għandek l-ipergliċemija(livelli għoljin ta’ zokkor fid-demm)

Żomm din il-problema f’moħħok f’kull sitwazzjoni fejn tista’ tpoġġi lilek innifsek jew lil ħaddieħor f’riskju (bħal fis-sewqan ta’ karozza jew fl-użu ta’ magni). Għandek tikkuntatja lit-tabib tiegħek għal parir fuq is-sewqan jekk:

-għandek ġrajjiet spissi ta’ ipogliċemija,

-l-ewwel sintomi ta’ twissija li jgħinuk tagħraf ipogliċemija huma ridotti jew m’humiex preżenti.

Tagħrif importanti dwar xi wħud mis-sustanzi ta’ Apidra

Għal kull doża din il- mediċina fiha inqas minn 1mmol (23 mg) ta’ sodium , i.e tista’ tgħid li huwa ‘ħieles minn sodium’.

Apidra fih metacresol

Apidra fih metacresol , li jista’ jikkawża reazzjonijiet allerġiċi.

3. Kif għandek tuża Apidra

Dożaġġ

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Skont l-istil tal-ħajja tiegħek u r-riżultati tat-testijiet taz-zokkor (glukosju) fid-demm u l-użu preċedenti ta’ l-insulina, it-tabib tiegħek ser jikkalkula kemm ser ikollok bżonn Apidra

Dejjem għandek tuża Apidra skont il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Apidra huwa insulina li taħdem fuq perijodu qasir. It-tabib tiegħek jista’ jagħtik parir biex tieħdu flimkien ma’ insulina li taħdem fuq perijodu intermedju twil, ma’ insulina bażika, jew ma’ pilloli użati għall-kura ta’ livelli għoljin ta’ zokkor fid-demm.

Jekk taqleb minn insulina oħra għall-insulina glulisine, id-dożaġġ tiegħek jista’ jkollu jiġi aġġustat mit-tabib tiegħek.

Hemm ħafna fatturi li jistgħu jeffettwaw il-livelli taz-zokkor f’demmek. Għandek tkun taf liema huma biex tkun tista’ tirreaġixxi kif suppost meta jkun hemm tibdil fil-livell taz-zokkor f’demmek u biex ma tħallihx jogħla jew jitbaxxa wisq. Ara l-informazzjoni f’kaxxa li ssib fi tmiem ta’ dan il- fuljett għal aktar dettalji.

Mod ta’ kif jingħata

Apidra huwa injettat taħt il-ġilda (b’mod subkutaneju).

It-tabib tiegħek ser jurik f’liema parti tal-ġilda għandek tinjetta Apidra. Apidra tista’ tkun injettata fiż- żaqq, fil-koxxa, l-parti ta’ fuq tad driegħ, jew permezz ta’ infużjoni kontinwa fiż-żaqq. L-effett ikun ftit aktar malajr jekk tinjetta fiż-żaqq. Bħal ma jsir fl-insulini kollha, s-siti ta’ l-injezzjonijiet u l- infużjonijiet, f’żona partikolari (żaqq, koxxa u l-parti ta’ fuq tad-driegħ), għandhom jinbidlu minn injezzjoni għall-oħra.

Kemm-il darba jingħata

Apidra għandu jittieħed ftit (0-15-il minuta) qabel jew wara l-ikel.

Istruzzjonijiet dwar l-użu tajjeb

Kif timmaniġġa l-iskartoċċi

Biex taċċerta ruħek li qed tieħu d-doża t-tajba, l-skartoċċi ta’ Apidra għandhom jintużaw biss ma’ dawn il-pinen li ġejjin:

-JuniorSTAR li tagħti dożi f’żidiet ta’ 0.5 unitajiet

-OptiPen, ClikSTAR, Tactipen, Autopen 24, AllStar jew AllStar PRO li kollha jagħtu dożi f’żidiet ta’ unità 1.

Jista’ jkun li dawn il-pinen mhux kollha jkunu fis-suq fil-pajjiż tiegħek.

Il-pinna għandha tintuża skont kif irrakkomandat fil-fuljett ta’ tagħrif ipprovdut mill-manifattur tal- pinna.

L-istruzzjonijiet tal-manifattur dwar l-użu tal-pinna għandhom ikunu segwiti bir-reqqa bħal kif iddaħħal l-iskartoċċ, titwaħħal il-labra, u tingħata l-injezzjoni.

Qabel ma jiddaħħal l-iskartoċċ fil-pinna , li terġa’ tintuża, l-iskartoċċ għandu jinżamm f’temperatura tal-kamra għal minn siegħa sa sagħtejn.

Eżamina l-iskartoċċ qabel ma tużah. Użah biss jekk is-soluzzjoni hija ċara, mingħajr kulur u m’għandux frak viżibbli fiha.

M’għandekx tħawdu jew tħalltu qabel l-użu.

Attenzjoni speċjali qabel l-injezzjoni

Il-bżieżaq ta’ l-arja jridu jitneħħew mill-iskartoċc qabel l-injezzjoni (ara l-istruzzjonijiet dwar l-użu tal-pinna). L-iskartoċċi vojta m’għandhomx jerġgħu jimtlew.

Biex telimina kull tip ta’ kontaminazzjoni, il-pinna li terġa’ tintuża, għandha tintuża minnek biss.

Għandek problemi bil-pinna ta’ l-insulina?

Jekk jogħġbok, ara l-istruzzjonijiet tal-manifattur dwar l-użu tal-pinna.

Jekk il-pinna ta’ l-insulina għandha l-ħsara jew m’hijiex taħdem tajjeb (minħabba xi difetti mekkaniċi) għandha tintrema u tintuża pinna ta’ l-insulina ġdida.

Jekk il-pinna ma taħdimx tajjeb, is-soluzzjoni tista’ tinġibed lura mill-iskartoċċ ġewwa siringa għall- injezzjoni. Għalhekk għandu jkollok kemm siringi għall-injezzjoni kif ukoll labar. Madankollu, uża biss siringi għall-injezzjoni li huma magħmulin għal insulina b’konċentrazzjoni ta’ 100 Unità għal kull millilitru.

Jekk tuża Apidra aktar milli suppost

- Jekk injettajt aktar Apidra milli meħtieġ, il-livell taz-zokkor tiegħek fid-demm jista’ jitbaxxa wisq

(ipogliċemija). Iċċekkja spiss iz-zokkor f’demmek. Ġeneralment, biex tevita l-ipogliċemija għandek tiekol aktar u timmoniterja z-zokkor f’demmek. Għal informazzjoni fuq il-kura ta’ l-ipogliċemija, ara l-kaxxa fit-tmiem ta’ dan il-fuljett.

Jekk tinsa tuża Apidra

- Jekk tlift doża ta’ Apidra jew jekk ma injettajtx biżżejjed insulina, il-livell tiegħek taz-zokkor fid- demm jista’ jogħla wisq (ipergliċemija). Iċċekkja spiss iz-zokkor f’demmek. Għal informazzjoni fuq il-kura ta’ l-ipergliċemija, ara l-kaxxa li tinsab fit-tmiem ta’ dan il-fuljett.

- Tieħux doża doppja biex tpatti għal dik li nsejt.

Jekk tieqaf tuża Apidra

Dan jista’ jwassal għal ipergliċemija severa (livell għoli ħafna ta’ zokkor fid-demm) u ketoaċidożi (jogħla l-livell ta’ aċidu fid-demm minħabba li l-ġisem qiegħed ikisser x-xaħam minflok iz-zokkor). Tieqafx tieħu Apidra mingħajr ma tkun tkellimt ma’ tabib, li se jgħidlek x’għandek tagħmel.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.

Taħlit fl-Insulini

Biex jiġu evitati taħlit fil-medikazzjoni bejn Apidra u l-insulini l-oħra, għandek dejjem tiċċekkja it- tikketta ta’ l-insulina qabel kull injezzjoni.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Effetti sekondarji serji

L-ipogliċemija (livell baxx ta’ zokkor fid-demm) tista’ tkun serja ħafna. L-ipogliċemija hija effett sekondarja rrapportata b’mod komuni ħafna (tista’ taffettwa aktar minn 1 minn kull 10 persuni). L- ipogliċemija (livell baxx ta’ zokkor fid-demm) tfisser li ma jkollokx biżżejjed zokkor fid-demm.

Jekk il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jinżel wisq tista’ tintilef minn sensik. Ipogliċemija serja tista’ tikkawża ħsara fil-moħħ u jista’ jkun hemm ir-riskju li titlef ħajtek. Jekk għandek sintomi li juru li l-livell ta’ zokkor fid-demm huwa baxx, ħu dawk l-azzjonijiet li jżidu b’mod immedjat il-livell taz- zokkor fid-demm. Ara l-kaxxa fl-aħħar ta’ dan il-fuljett għal aktar informazzjoni importanti dwar l- ipogliċemija u l-kura tagħha.

Jekk ikollok dawn is-sintomi li ġejjien, ikkuntattja b’mod immedjat it-tabib tiegħek: Reazzjonijiet allerġiċi sistemiċi huma effetti sekondarji rrapportati b’mod mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna). Allerġija ġeneralizzata għall-insulina: Is-sintomi tagħha jinkludu reazzjonijiet tal-ġilda fuq skala kbira (raxx u ħakk mal-ġisem kollu), nefħa severa fil-ġilda jew fil-membrana mukuża (anġioedema), qtugħ ta’ nifs, taqa’ l-pressjoni fid-demm, taħbit tal-qalb mgħaġġel jew tibda tegħreq. Dawn jistgħu jkunu sintomi ta’ każijiet serji ta’ allerġija ġeneralizzata għall-insulina, inkluża r-reazzjoni anafilattika, li tista’ tkun fatali.

L-ipergliċemija (livell għoli ta’ zokkor fid-demm) tfisser li hemm wisq zokkor fid-demm. Il- frekwenza tal-ipergliċemija ma tistax tiġi stmata. Jekk il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek huwa għoli wisq, dan ifisser li jista’ jkollok bżonn iżjed insulina milli injettajt. Dan jista’ jkun serju jekk il- livell taz-zokkor fid-demm ikun għoli wisq.

Għal aktar informazzjoni dwar is-sinjali u s-sintomi tal-ipergliċemija ara l-kaxxa fit-tmiem ta’ dan il- fuljett.

Effetti sekondarji oħra

Effetti sekondarji rrapportati b’mod komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni)

Reazzjonijiet tal-ġilda u dawk allerġiċi fis-sit tal-injezzjoni

Jistgħu jseħħu reazzjonijiet fis-sit ta’ l-injezzjoni (bħal ħmura, uġigħ qawwi mhux tas-soltu meta ssir l-injezzjoni, ħakk, urtikarja, nefħa jew infjammazzjoni). Dawn jistgħu wkoll jinfirxu madwar is-sit ta’ l-injezzjoni. Il-biċċa l-kbira tar-reazzjonijiet żgħar għall-insulini normalment jgħaddu fi żmien ftit jiem sa ftit ġimgħat.

Effett sekondarju rrapportat b’mod rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 persuni)

Tibdiliet fil-ġilda fis-sit tal-injezzjoni (lipodistrofija)

Jekk tinjetta l-insulina tiegħek spiss wisq fl-istess sit tal-ġilda; it-tessut xaħmi taħt il-ġilda f’dan is-sit jista’ jogħlob jew jeħxien. L-insulina li tinjetta f’dan is-sit tista’ ma taħdimx tajjeb bizzejjed. Jekk tibdel is-sit tal-injezzjoni ma’ kull injezzjoni dan jgħin biex tilqa’ kontra dawn it-tibdiliet fil-ġilda.

Effetti sekondarji fejn il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli

Reazzjonijiet fl-għajnejn

Bidla sostanzjali (titjib jew deterjorament) fil-kontroll taz-zokkor tiegħek fid-demm tista’ tiddisturba il-vista tiegħek temporanjament. Jekk qed tbati minn retinopatija proliferattiva (marda ta’ l-għajnejn relatata mad-dijabete) attakki severi ta’ l-ipogliċemija jistgħu jirriżultaw f’telf temporanju tal-vista.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5. Kif taħżen Apidra

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi, li tidher fuq il-kaxxa u fuq it-tikketta tal-kunjett wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Skartoċċi mhux miftuħa Aħżen fi friġġ (2°Ċ – 8°Ċ). Tagħmlux fil-friża.

Apidra m’għandux jitpoġġa viċin il-kompartiment tal-friża jew viċin xi pakkett tal-friża. Żomm l-iskartoċċ fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.

Skartoċċi fl-użu

Skartoċċi fl-użu (ġol-pinna ta’ l-insulina) jistgħu jinħażnu sa massimu ta’ 4 ġimgħat f’temperatura taħt 25°Ċ ’l bogħod mis-sħana diretta jew mid-dawl dirett u m’għandhomx jinħażnu fi friġġ.

Tużahomx wara dan il-perijodu ta’ żmien.

Tużax din il-mediċina jekk tinnota li mhux ċar u li m’għadux mingħajr kulur.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għal protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakett u informazzjoni oħra

X’fih Apidra:

-Is-sustanza attiva hi insulina glulisine. Kull ml ta’ soluzzjoni fih 100 Unità tas-sustanza attiva insulina glulisine (ekwivalenti għal 3.49 mg). Kull skartoċċ fih 3ml ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni, ekwivalenti għal 300 Unità.

-Is-sustanzi l-oħra huma: metacresol, (ara sezzjoni 2 taħt “Apidra fih metacresol”), sodium chloride (ara sezzjoni 2 taħt “ Tagħrif importanti dwar xi wħud mis-sustanzi ta’ Apidra”),

trometamol, polysorbate 20, hydrochloric acid ikkonċentrat, sodium hydroxide, ilma għall- injezzjonijiet.

Kif jidher Apidra u l-kontenut tal-pakkett:

Apidra 100 Unità/ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’skartoċċ, li hija soluzzjoni fl-ilma ċara, mingħajr kulur u bla frak viżibbli.

Kull skartoċċ fih soluzzjoni ta’ 3 ml (300 Unità). Pakketti ta’ 1, 3, 4, 5, 6, 8, 9 u 10 skartoċċi huma disponibbli. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Sanofi-Aventis Deutschland GmbH

D-65926 Frankfurt am Main

Il-Ġermanja

Manifattur:

Sanofi-Aventis Deutschland GmbH

Industriepark Höchst, D-65926 Frankfurt

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq.

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Sanofi Belgium

UAB “SANOFI-AVENTIS LIETUVA”

Tél/Tel: +32 (0)2 710 54 00

Tel: +370 5 2755224

България

Luxembourg/Luxemburg

SANOFI BULGARIA EOOD

Sanofi Belgium

Тел.: +359 (0)2 970 53 00

Tél/Tel: +32 (0)2 710 54 00 (Belgique/Belgien)

Česká republika

Magyarország

sanofi-aventis, s.r.o.

SANOFI-AVENTIS Zrt

Tel: +420 233 086 111

Tel.: +36 1 505 0050

Danmark

Malta

sanofi-aventis Denmark A/S

Sanofi Malta Ltd.

Tlf: +45 45 16 70 00

Tel: +356 21493022

Deutschland

Nederland

Sanofi-Aventis Deutschland GmbH

sanofi-aventis Netherlands B.V.

Tel: +49 (0)180 2 222010

Tel: +31 (0)182 557 755

Eesti

Norge

sanofi-aventis Estonia OÜ

sanofi-aventis Norge AS

Tel: +372 627 34 88

Tlf: +47 67 10 71 00

Ελλάδα

Österreich

sanofi-aventis AEBE

sanofi-aventis GmbH

Τηλ: +30 210 900 16 00

Tel: +43 1 80 185 – 0

España

Polska

sanofi-aventis, S.A.

sanofi-aventis Sp. z o.o.

Tel: +34 93 485 94 00

Tel.: +48 22 280 00 00

France

Portugal

sanofi-aventis France

Sanofi - Produtos Farmacêuticos, Lda.

Tél: 0 800 222 555

Tel: +351 21 35 89 400

Appel depuis l’étranger : +33 1 57 63 23 23

 

Hrvatska

România

sanofi-aventis Croatia d.o.o.

Sanofi Romania SRL

Tel: +385 1 600 34 00

Tel: +40 (0) 21 317 31 36

Ireland

Slovenija

sanofi-aventis Ireland Ltd. T/A SANOFI

sanofi-aventis d.o.o.

Tel: +353 (0) 1 403 56 00

Tel: +386 1 560 48 00

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

sanofi-aventis Pharma Slovakia s.r.o.

Sími: +354 535 7000

Tel: +421 2 33 100 100

Italia

Suomi/Finland

Sanofi S.p.A.

Sanofi Oy

Tel: 800 13 12 12 (domande di tipo tecnico)

Puh/Tel: +358 (0) 201 200 300

800 536389 (altre domande)

 

Κύπρος

Sverige

sanofi-aventis Cyprus Ltd.

Sanofi AB

Τηλ: +357 22 871600

Tel: +46 (0)8 634 50 00

Latvija

United Kingdom

sanofi-aventis Latvia SIA

Sanofi

Tel: +371 67 33 24 51

Tel: +44 (0) 845 372 7101

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

IPERGLIĊEMIJA U IPOGLIĊEMIJA

Dejjem ġorr miegħek xi zokkor (għallinqas 20 gramma) Ġorr miegħek xi informazzjoni biex turi li inti persuna bid-dijabete.

IPERGLIĊEMIJA (livell għoli ta’ zokkor fid-demm)

Jekk iz-zokkor f’demmek huwa għoli wisq (ipergliċemija), għandu mnejn ma injettajtx biżżejjed insulina

Għaliex isseħħ l-ipergliċemija? Eżempji jinkludu:

-int ma injettajtx l-insulina tiegħek jew ma injettajtx biżżejjed, jew jekk saret anqas effettiva, per eżempju minħabba ħażna ħażina,

-int qiegħed tagħmel anqas eżerċizzju fiżiku mis-soltu, jew int qiegħed taħt stress (inkwiet, eċitament), jew għandek xi ferita, saritlek xi operazzjoni, għandek xi infezzjoni jew għandek id- deni.

-int qiegħed tieħu jew ħadt ċerti mediċini oħrajn (ara sezzjoni 2, “Mediċini oħra u Apidra”).

Sintomi ta’ twissija ta’ ipergliċemija

Għatx, il-bżonn akbar biex tgħaddi l-awrina, għeja, ġilda xotta, ħmura tal-wiċċ, nuqqas ta’ aptit,

pressjoni baxxa tad-demm, il-qalb tħabbat mgħaġġla u glukosju u ketoni fl-awrina. Uġigħ fl-istonku, in-nifs mgħaġġel u fil-fond, ngħas u anki telf mis-sensi jistgħu jkunu sinjali ta’ kundizzjoni serja (kitoaċidożi) li tkun ikkaġunata minn nuqqas ta’ insulina.

X’għandek tagħmel f’każ ta’ ipergliċemija?

Ittestja l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek u l-awrina tiegħek għall-ketoni hekk kif iseħħ xi wieħed mis-sintomi t’hawn fuq. L-ipergliċemija severa jew il-kitoaċidożi għandhom dejjem ikunu ikkurati minn tabib, normalment fi sptar.

IPOGLIĊEMIJA (livell baxx ta’ zokkor fid-demm)

Jekk il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jinżel wisq tista’ tintilef minn sensik.Ipogliċemija serja tista’ tkun il-kawża ta’ attakk ta’ qalb jew ta’ ħsara fil-moħħ u tista’ tkun fatali. Normalment għandek tinduna li l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek huwa baxx wisq sabiex tkun tista’ tieħu dawk ir- rimedji li jkun hemm bżonn.

Għaliex isseħħ l-ipogliċemija?

Eżempji jinkludu:

-int tinjetta wisq insulina,

-int taqbeż l-ikliet jew teħodhom aktar tard mis-soltu,

-int ma tiekolx biżżejjed, jew qed tiekol ikel li fih anqas karboidrati minn normal, (zokkor u sustanzi simili għaz-zokkor jissejjħu karboidrati; madankollu, l-ħlewwiet artifiċjali M’HUMIEX karboidrati),

-int qed titlef il-karboidrati dovut għar-remettar jew id-dijarea,

-int qed tixrob l-alkoħol, speċjalment jekk m’intix tiekol wisq,

-int qiegħed tagħmel aktar eżerċizzju fiżiku mis-soltu jew xi eżerċizzju fiżiku differenti,

-int qed tirkupra minn xi inċident fejn weġġajt jew xi operazzjoni jew xi stress ieħor,

-int qed tirkupra minn marda jew mid-deni

-int qed tieħu jew waqaft tieħu ċerti mediċini oħra (ara sezzjoni 2, “Mediċini oħra u Apidra”).

L-ipogliċemija hija wkoll aktar probabbli li sseħħ jekk:

-int għadek tibda t-trattament bl-insulina jew qlibt għal preparat ieħor ta’ insulina,

-int għandek il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek kważi normali jew mhux stabbli,

-int bdilt iż-żona tal-ġilda fejn tinjetta l-insulina (per eżempju mill-koxxa għall-parti ta’ fuq tad- driegħ),

-int issofri minn mard sever tal-kliewi jew mard tal-fwied, jew xi marda oħra bħal ipotirojdiżmu.

Sintomi ta’ twissija ta’ ipogliċemija?

- Fil-ġisem tiegħek.

Eżempji ta’ sintomi li juruk li l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek qed jaqa’ wisq, jew qiegħed jinżel wisq malajr : għaraq żejjed, ġilda twaħħal, l-ansjetà, il-qalb tħabbat mgħaġġla, pressjoni għolja tad- demm, palpitazzjonijiet u l-qalb tħabbat b’mod irregolari. Dawn is-sintomi ta’ spiss jiżviluppaw qabel is-sintomi dovuti għal livell baxx taz-zokkor fil-moħħ.

- F’moħħok.

Ezempji ta’ sintomi li jindikaw livell baxx taz-zokkor fil-moħħ:: uġigħ ta’ ras, ġuħ kbir, dardir, remettar, għeja, ngħas, disturbi fl-irqad, nuqqas ta’ kwiet, mġieba aggressiva, nuqqas ta’ konċentrazzjoni, reazzjonijiet imfixklin, depressjoni, konfużjoni mentali, taħwid fid-diskors, (xi drabi it-telf komplet tad-diskors), indeboliment tal-vista, rogħda, paralisi, tnemnim (parasteżija), sensazzjoni mtarrxa u tnemnim fir-reġjun tal-ħalq, sturdament, inabbiltà li trażżan lilek innifsek, inabbiltà li tieħu ħsieb tiegħek innifsek, aċċessjonijiet u t-telf mis-sensi.

L-ewwel sintomi li jagħtuk indikazzjoni li ser tiżviluppa l-ipogliċemija (“sintomi ta’ twissija”) jistgħu jinbidlu, jiddgħajfu jew ikunu nieqsin għal kollox, jekk:

-int anzjan,

-int kellek id-dijabete għal żmien twil,

-inti tbati minn ċertu tip ta’ mard tas-sistema nervuża (newropatija awtonomika dijabetika),

-int batejt dan l-aħħar mill-ipogliċemija (per eżempju il-jum ta’ qabel) jew jekk tiżviluppa bil- mod,

-int għandek livelli ta’ zokkor fid-demm li huma kważi normali jew, ta’ l-inqas, marru għall- aħjar ħafna,

-int qed tieħu jew ħadt ċerti mediċini oħrajn (ara sezzjoni 2, “Mediċini oħra u Apidra”).

F’dan il-kaz, tista’ tiżviluppa ipogliċemija severa (u anki jħossok ħażin) qabel tintebaħ bil-problema. Kun familjari mas-sintomi ta’ twissija tiegħek. Jekk hemm bżonn, it-testijiet aktar spissi għaz-zokkor fid-demm jistgħu jgħinuk biex tintebaħ bi ġrajjiet ta’ l-ipogliċemija ħafifa li altrimenti jista’ jkun ma kontx tinduna bihom. Jekk m’intix kunfidenti li tagħraf is-sintomi ta’ twissija, evita sitwazzjonijiet (bħal issuq karozza) fejn l-ipogliċemija tpoġġi f’riskju lilek jew lill-oħrajn.

X’għandek tagħmel f’każ ta’ ipogliċemija

1.Tinjettax l-insulina. Immedjatament ħu madwar 10 sa 20 g zokkor, bħal glukosju, dadi taz- zokkor, jew xi xarba ħelwa li fiha z-zokkor. Attent: Ħlewwiet artifiċjali u ikel bi ħlewwiet artifiċjali (bħal xarbiet tad-dieta) m’għandhom ebda valur fil-kura ta’ l-ipogliċemija.

2.Wara kul xi ħaġa li għandha effett fit-tul li tgħolli z-zokkor fid-demm (bħall-ħobż jew l-għaġin). Suppost it-tabib jew l-infermier tiegħek kienu iddiskutu din il-ħaġa miegħek qabel.

3.Jekk l-ipogliċemija terga’ tfeġġ erġa’ ħu minn 10 sa 20 g ta’ zokkor.

4.Kellem tabib immedjatament jekk m’intix kapaċi tikkontrolla l-ipogliċemija jew din terġa’ titfaċċa.

Għid lill-qrabatek, ħbiebek u l-kollegi qrib tiegħek b’dan li ġej:

Jekk int ma tistax tibla’ jew jekk int mitluf minn sensik, int teħtieġ injezzjoni tal-glukosju jew tal- glukagon (mediċina li tgħolli l-livell taz-zokkor fid-demm). Dawn l-injezzjonijiet huma ġustifikati anki jekk mhux ċert li għandek l-ipogliċemija.

Huwa irrakkomandat li tittestja l-livell tiegħek taz-zokkor fid-demm, immedjatament wara li tieħu l- glukosju biex tiċċekkja li tassew għandek l-ipogliċemija.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Apidra SoloStar 100 Unità/ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest

Insulina glulisine

Aqra bir-reqqa dan il-fuljett kollu inklużi l-Istruzzjonijiet dwar l-Użu ta’Apidra SoloStar, pinna mimlija għal-lest, qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara Sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Apidra u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Apidra

3.Kif għandek tuża Apidra

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Apidra

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Apidra u għalxiex jintuża

Apidra huwa sustanza mediċinali kontra d-dijabete, użata biex tnaqqas il-livell taz-zokkor għoli fid- demm f’ pazjenti li jbatu bid-dijabete mellitus: dan jista’ jingħata lill-adulti, l-adoloxxenti u t-tfal ta’ 6 snin jew akbar. Id-dijabete mellitus hija marda fejn ġismek ma jagħmilx biżżejjed insulina biex jikkontrolla l-livell taz-zokkor fid-demm.

Hija magħmula permezz tal-bijoteknoloġija. Tibda taħdem malajr fi żmien 10-20 minuta u ddum taħdem għal perijodu qasir ta’ madwar 4 sigħat.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Apidra

Tużax Apidra

-Jekk inti allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għall-insulina glulisine jew sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

-Jekk il-livell taz-zokkor f’demmek huwa baxx wisq (ipogliċemija), segwi l-gwida għall- ipogliċemija (ara l-kaxxa li ssib fi tmiem ta’ dan il-fuljett).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib,l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tuża Apidra

Segwi bil-preċiż l-istruzzjonijiet dwar id-doża, l-immoniterjar (testijiet tad-demm), id-dieta u l-attività fiżika (xogħol fiżiku u eżerċizzju), kif spjegalek it-tabib tiegħek.

Gruppi speċjali ta’ pazjenti

Jekk għandek problemi fil-fwied jew fil-kliewi, tkellem mat-tabib tiegħek għax jista’ jkollok bżonn tnaqqis fid-doża.

M’hemmx informazzjoni klinika adegwata dwar l-użu ta’ Apidra fit-tfal u l-adolexxenti. Safar

Qabel tivjaġġa tkellem mat-tabib tiegħek. Għandu mnejn ikollok tiddiskuti fuq

id-disponibbiltà ta’ l-insulina tiegħek fil-pajjiż li qiegħed iżżur,

il-forniment ta’ l-insulina, siringi eċċ

il-ħażna korretta ta’ l-insulina tiegħek waqt l-ivvjaġġar

il-ħin ta’ l-ikel u t-teħid ta’ l-insulina waqt l-ivvjaġġar,

l-effetti possibbli fit-tibdil minn żona ta’ ħin għal oħra differenti

il-possibiltà ta’ riskji ġodda għal saħħtek fil-pajjiż li tkun qiegħed żżur,

x’għandek tagħmel f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza meta ma tħossokx tajjeb jew timrad.

Mard u feriti

F’dawn is-sitwazzjonijiet li ġejjin, l-immaniġġar tad-dijabete tiegħek, jista’ jkollha bżonn attenzjoni aktar milli suppost:

-Jekk ma tiflaħx jew għandek xi ferita serja, il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla (ipergliċemija)

-Jekk m’intix qed tiekol biżżejjed, il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jinżel iżżejjed (ipogliċemija).

Fil-parti l-kbira tal-każijiet ikollok bżonn tabib. Kun ċert li tkellem tabib kmieni.

Jekk għandek id-dijabete tat-tip 1 (dijabete mellitus dipendenti fuq l-insulina), twaqqafx l-insulina tiegħek u kompli ħu biżżejjed karboidrati. Dejjem għid lin-nies li qegħdin jieħdu ħsiebek jew li qegħdin jikkurawk li għandek bżonn l-insulina.

Xi pazjenti, li ilhom għal tul ta’ żmien ibatu mid-dijabete mellitus tat-tip 2 u mill-mard tal-qalb jew kellhom xi attakk preċedenti ta’ puplesija u li ġew ikkurati bi pioglitazone u l-insulina, kellhom l- iżvilupp ta’ insuffiċjenza kardijaka. Għarraf lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli jekk tinduna b’xi sinjali ta’ insuffiċjenza kardijaka bħal qtugħ ta’ nifs mhux tas-soltu jew żieda ta’ malajr fil-piż jew xi nefħa lokalizzata (edima).

Mediċini oħra u Apidra

Xi mediċini jikkawżaw tibdil fil-livell taz-zokkor fid-demm (tnaqqis, żieda jew it-tnejn li huma, skont iċ-ċirkostanzi). F’kull każ, jista’ jkun meħtieġ li taġġusta d-doża tiegħek ta’ l-insulina biex tevita livelli taz-zokkor fid-demm li jkunu baxxi wisq jew għoljin wisq. Oqgħod attent/a meta tibda jew tieqaf tieħu xi mediċina oħra.

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.. Qabel tieħu xi mediċina staqsi lit-tabib tiegħek jekk tistax teffettwalek il-livell tiegħek taz- zokkor fid-demm, u x’għandek tagħmel, jekk meħtieġ.

Il-mediċini li jistgħu jbaxxu l-livell taz-zokkor f’demmek (ipogliċemija) jinkludu:

-il-mediċini l-oħra kollha użati għall-kura tad-dijabete,

-l-inibituri ta’ l-enzima li tikkonverti angiotensin (ACE) (użati għall-kura ta’ ċerti - kundizzjonijiet tal-qalb jew ta’ pressjoni għolja fid-demm)

-disopyramide (użat għall-kura ta’ ċerti kundizzjonijiet tal-qalb)

-fluoxetine (użat għall-kura tad-depressjoni)

-fibrates (użati biex ibaxxu l-livelli għoljin tal-lipidi fid-demm)

-l-inibituri ta’ monoamine oxidase (MAO) (użati għall-kura tad-depressjoni)

-pentoxifylline, propoxyphene, salicylates (bħall-aspirina, użata biex ittaffi l-uġigħ u tbaxxi d- deni)

-l-antibijotiċi sulfonamidi.

Il-mediċini li jistgħu jgħollu l-livell taz-zokkor f’demmek (ipergliċemija) jinkludu:

-l-kortikosterojdi (bħal "cortisone", użat għall-kura ta’ l-infjammazzjoni)

-danazol (mediċina li taħdem fuq l-ovulazzjoni),

-diazoxide (użat għall-kura ta’ pressjoni għolja fid-demm),

-id-dijuretiċi (użati għall-kura ta’ pressjoni għolja fid-demm jew l-akkumulazzjoni eċċessivata’ fluwidi),

-glukagon (ormon tal-frixa użat għall-kura ta’ ipogliċemija severa),

-isoniazid (użat għall-kura tat-tuberkulożi),

-l-estroġeni u l-proġesteni (bħal fil-pillola kontraċettiva, użata għall-kontroll tat-twelid),

-id-derivattivi ta’ phenothiazine (użati għall-kura ta’ disturbi psikjatriċi),

-somatropin (ormon tat-tkabbir),

-il-mediċini simpatomimetiċi (bħal epinephrine [adrenaline] jew salbutamol, terbutaline użat għall-kura ta’ l-ażma),

-ormoni tat-tirojde (użati għall-kura ta’ disturbi fil-glandola tat-tirojde),

-l-inibituri ta’ protease (użati għall-kura ta’ l-HIV)

-l-mediċini hekk imsejjħa atipiċi kontra l-psikożi (bħal olanzapine u clozapine).

Il-livell taz-zokkor f’demmek jista’ jogħla jew jinżel jekk tieħu

-imblokkaturi tar-riċetturi beta (użati għall-kura ta’ pressjoni għolja fid-demm),

-clonidine (użat għall-kura ta’ pressjoni għolja fid-demm)

-is-sustanzi tal-lithium (użati għall-kura ta’ disturbi psikjatriċi)

Pentamidine (użat għall-kura ta’ xi infezzjonijiet ikkawżati mill-parassiti) jista’ jikkawża l- ipogliċemija li kultant tkun segwita mill-ipergliċemija.

L-imblokkaturi tar-riċetturi beta, bħall-mediċini oħra simpatolitiċi, (bħal clonidine, guanethidine, u reserpine) jistgħu jdgħajjfu jew jaħbu kompletament l-ewwel sintomi ta’ twissija li jgħinuk tagħraf xi ipogliċemija.

Jekk m’intix ċert/a jekk intix qed tieħu waħda minn dawn il-mediċini staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Apidra ma’ alkoħol

Il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek jistgħu jogħlew jew jinżlu jekk tixrob l-alkoħol

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Għarraf lit-tabib tiegħek jekk inti qed tippjana toħroġ tqila, jew diġà tqila b’tarbija. Id-doża tiegħek ta’ l-insulina għandu mnejn jeħtieġ li jinbidel waqt it-tqala u wara li twelled. Il-kontroll bil-ħsieb tad- dijabete tiegħek, u l-prevenzjoni ta’ l-ipogliċemija, huma importanti għas-saħħa tat-tarbija tiegħek.

It-tagħrif dwar l-użu ta’ Apidra fin-nisa tqal huwa nieqes jew limitat.

Jekk int qed tredda’, iddiskutiha mat-tabib tiegħek għax jista’ jagħti l-każ li teħtieġ tibdiliet fid-dożi ta’ l-insulina u d-dieta tiegħek.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

L-abbiltà tiegħek biex tikkonċentra u tirreaġixxi tista’ tonqos jekk:

-għandek l-ipogliċemija(livelli baxxi ta’ zokkor fid-demm)

-għandek l-ipergliċemija(livelli għoljin ta’ zokkor fid-demm)

Żomm din il-problema f’moħħok f’kull sitwazzjoni fejn tista’ tpoġġi lilek innifsek jew lil ħaddieħor f’riskju (bħal fis-sewqan ta’ karozza jew fl-użu ta’ magni). Għandek tikkuntatja lit-tabib tiegħek għal parir fuq is-sewqan jekk:

-għandek ġrajjiet spissi ta’ ipogliċemija,

-l-ewwel sintomi ta’ twissija li jgħinuk tagħraf ipogliċemija huma ridotti jew m’humiex preżenti.

Tagħrif importanti dwar xi wħud mis-sustanzi ta’ Apidra

Għal kull doża din il- mediċina fiha inqas minn 1 mmol (23 mg) ta’ sodium , i.e tista’ tgħid li huwa

‘ħieles minn sodium’.

Apidra fih metacresol

Apidra fih metacresol , li jista’ jikkawża reazzjonijiet allerġiċi.

3. Kif għandek tuża Apidra

Dożaġġ

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Skont l-istil tal-ħajja tiegħek u r-riżultati tat-testijiet taz-zokkor (glukosju) fid-demm u l-użu preċedenti ta’ l-insulina, it-tabib tiegħek ser jikkalkula kemm ser ikollok bżonn Apidra

Apidra huwa insulina li taħdem fuq perijodu qasir. It-tabib tiegħek jista’ jagħtik parir biex tieħdu flimkien ma’ insulina li taħdem fuq perijodu intermedju twil, ma’ insulina bażika, jew ma’ pilloli użati għall-kura ta’ livelli għoljin ta’ zokkor fid-demm.

Jekk taqleb minn insulina oħra għall-insulina glulisine, id-dożaġġ tiegħek jista’ jkollu jiġi aġġustat mit-tabib tiegħek.

Hemm ħafna fatturi li jistgħu jeffettwaw il-livelli taz-zokkor f’demmek. Għandek tkun taf liema huma biex tkun tista’ tirreaġixxi kif suppost meta jkun hemm tibdil fil-livell taz-zokkor f’demmek u biex ma tħallihx jogħla jew jitbaxxa wisq. Ara l-informazzjoni f’kaxxa li ssib fi tmiem ta’ dan il-fuljett, għal aktar dettalji.

Mod ta’ kif jingħata

Apidra huwa injettat taħt il-ġilda (b’mod subkutaneju).

It-tabib tiegħek ser jurik f’liema parti tal-ġilda għandek tinjetta Apidra. Apidra tista’ tkun injettata fiż- żaqq, il-koxxa, l-parti ta’ fuq tad driegħ, jew permezz ta’ infużjoni kontinwa fiż-żaqq. L-effett ikun ftit aktar malajr jekk tinjetta fiż-żaqq. Bħal ma jsir fl-insulini kollha, s-siti ta’ l-injezzjonijiet u l- infużjonijiet, f’żona partikolari (żaqq, koxxa u l-parti ta’ fuq tad-driegħ), għandhom jinbidlu minn injezzjoni għall-oħra.

Kemm-il darba jingħata

Apidra għandu jittieħed ftit (0-15-il minuta) qabel jew wara l-ikel.

Istruzzjonijiet dwar l-użu tajjeb

Kif timmaniġġa SoloStar

SoloStar hija pinna li hija mimlija għal-lest, li tintrema wara li tinħela u li fiha l-insulina glulisine.

Aqra sew “Struzzjonijiet dwar l-użu ta’ SoloStar” li jinsabu f’dan il-fuljett ta’ tagħrif. Għandek tuża l-pinna kif deskritt f’ dawn l-Istruzzjonijiet dwar l-użu.

Biex tevita l-possibbilità tat-trasmissjoni tal-mard, kull pinna għandha tintuża minn pazjent wieħed biss.

Qabel l-użu dejjem waħħal labra ġdida, u agħmel test ta’ sigurtà. Uża biss labar li huma approvati għall-użu b’SoloStar (ara “Struzzjonijiet dwar l-użu ta’ SoloStar”).

Eżamina l-iskartoċċ issiġillat fil-pinna, li tintrema wara li tinħela, fil-parti tagħha li ttaqqab, qabel ma tużaha. Użaha biss jekk is-soluzzjoni hija ċara, mingħajr kulur u m’għandhiex frak vizibbli fiha. M’għandekx tħawdu jew tħalltu qabel l-użu.

Dejjem uża pinna ġdida jekk tinnota li l-kontroll taz-zokkor f’demmek qed jiggrava bla mistenni. Jekk taħseb li jista’ jkun hemm problema b’SoloStar, jekk jogħġbok, kellem lill-Professjonist tiegħek fil- Qasam tas-Saħħa.

Jekk tuża Apidra aktar milli suppost

- Jekk injettajt aktar Apidra milli meħtieġ, il-livell taz-zokkor tiegħek fid-demm jista’ jitbaxxa wisq

(ipogliċemija).

Iċċekkja spiss iz-zokkor f’demmek. Ġeneralment, biex tevita l-ipogliċemija għandek tiekol aktar u timmoniterja z-zokkor f’demmek. Għal informazzjoni fuq il-kura ta’ l-ipogliċemija, ara l-kaxxa fit- tmiem ta’ dan il-fuljett.

Jekk tinsa tuża Apidra

-Jekk tlift doża ta’ Apidra jew jekk ma injettajtx biżżejjed insulina, il-livell tiegħek taz-zokkor fid- demm jista’ jogħla wisq (ipergliċemija). Iċċekkja spiss iz-zokkor f’demmek. Għal informazzjoni fuq il-kura ta’ l-ipergliċemija, ara l-kaxxa li tinsab fit-tmiem ta’ dan il-fuljett.

-Tieħux doża doppja biex tpatti għal dik li nsejt.

Jekk tieqaf tuża Apidra

Dan jista’ jwassal għal ipergliċemija severa (livell għoli ħafna ta’ zokkor fid-demm) u ketoaċidożi (jogħla l-livell ta’ aċidu fid-demm minħabba li l-ġisem qiegħed ikisser x-xaħam minflok iz-zokkor). Tieqafx tieħu Apidra mingħajr ma tkun tkellimt ma’ tabib, li se jgħidlek x’għandek tagħmel.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.

Taħlit fl-Insulini

Biex jiġu evitati taħlit fil-medikazzjoni bejn Apidra u l-insulini l-oħra, għandek dejjem tiċċekkja it- tikketta ta’ l-insulina qabel kull injezzjoni.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Effetti sekondarji serji

L-ipogliċemija (livell baxx ta’ zokkor fid-demm) tista’ tkun serja ħafna. L-ipogliċemija hija effett sekondarja rrapportata b’mod komuni ħafna (tista’ taffettwa aktar minn 1 minn kull 10 persuni). L- ipogliċemija (livell baxx ta’ zokkor fid-demm) tfisser li ma jkollokx biżżejjed zokkor fid-demm.

Jekk il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jinżel wisq tista’ tintilef minn sensik. Ipogliċemija serja tista’ tikkawża ħsara fil-moħħ u jista’ jkun hemm ir-riskju li titlef ħajtek. Jekk għandek sintomi li juru li l-livell ta’ zokkor fid-demm huwa baxx, ħu dawk l-azzjonijiet li jżidu b’mod immedjat il-livell taz- zokkor fid-demm. Ara l-kaxxa fl-aħħar ta’ dan il-fuljett għal aktar informazzjoni importanti dwar l- ipogliċemija u l-kura tagħha.

Jekk ikollok dawn is-sintomi li ġejjien, ikkuntattja b’mod immedjat it-tabib tiegħek: Reazzjonijiet allerġiċi sistemiċi huma effetti sekondarji rrapportati b’mod mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna). Allerġija ġeneralizzata għall-insulina: Is-sintomi tagħha jinkludu reazzjonijiet tal-ġilda fuq skala kbira (raxx u ħakk mal-ġisem kollu), nefħa severa fil-ġilda jew fil-membrana mukuża (anġioedema), qtugħ ta’ nifs, taqa’ l-pressjoni fid-demm, taħbit tal-qalb mgħaġġel jew tibda tegħreq. Dawn jistgħu jkunu sintomi ta’ każijiet serji ta’ allerġija ġeneralizzata għall-insulina, inkluża r-reazzjoni anafilattika, li tista’ tkun fatali.

L-ipergliċemija (livell għoli ta’ zokkor fid-demm) tfisser li hemm wisq zokkor fid-demm. Il- frekwenza tal-ipergliċemija ma tistax tiġi stmata. Jekk il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek huwa għoli wisq, dan ifisser li jista’ jkollok bżonn iżjed insulina milli injettajt. Dan jista’ jkun serju jekk il- livell taz-zokkor fid-demm ikun għoli wisq.

Għal aktar informazzjoni dwar is-sinjali u s-sintomi tal-ipergliċemija ara l-kaxxa fit-tmiem ta’ dan il- fuljett.

Effetti sekondarji oħra

Effetti sekondarji rrapportati b’mod komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni)

Reazzjonijiet tal-ġilda u dawk allerġiċi fis-sit tal-injezzjoni

Jistgħu jseħħu reazzjonijiet fis-sit ta’ l-injezzjoni (bħal ħmura, uġigħ qawwi mhux tas-soltu meta ssir l-injezzjoni, ħakk, urtikarja, nefħa jew infjammazzjoni). Dawn jistgħu wkoll jinfirxu madwar is-sit ta’ l-injezzjoni. Il-biċċa l-kbira tar-reazzjonijiet żgħar għall-insulini normalment jgħaddu fi żmien ftit jiem sa ftit ġimgħat.

Effett sekondarju rrapportat b’mod rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 persuni)

Tibdiliet fil-ġilda fis-sit tal-injezzjoni (lipodistrofija)

Jekk tinjetta l-insulina tiegħek spiss wisq fl-istess sit tal-ġilda; it-tessut xaħmi taħt il-ġilda f’dan is-sit jista’ jogħlob jew jeħxien. L-insulina li tinjetta f’dan is-sit tista’ ma taħdimx tajjeb bizzejjed. Jekk tibdel is-sit tal-injezzjoni ma’ kull injezzjoni dan jgħin biex tilqa’ kontra dawn it-tibdiliet fil-ġilda.

Effetti sekondarji fejn il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli

Reazzjonijiet fl-għajnejn

Bidla sostanzjali (titjib jew deterjorament) fil-kontroll taz-zokkor tiegħek fid-demm tista’ tiddisturba il-vista tiegħek temporanjament. Jekk qed tbati minn retinopatija proliferattiva (marda ta’ l-għajnejn relatata mad-dijabete) attakki severi ta’ l-ipogliċemija jistgħu jirriżultaw f’telf temporanju tal-vista.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-

effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5. Kif taħżen Apidra

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi, li tidher fuq il-kaxxa u fuq it-tikketta tal-pinna wara “JIS”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Pinen mhux fl-użu

Aħżen fi friġġ (2°Ċ – 8°Ċ). Tagħmlux fil-friża.

Tagħmilx SoloStar viċin il-kompartiment tal-friża jew viċin pakkett tal-friża. Żomm il-pinna mimlija għal-lest fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.

Pinen fl-użu

Pinen mimlijin għal-lest (fl-użu: jew li qed jinġarru bħala riżerva) jistgħu jinħażnu għal massimu ta’ 4 ġimgħat f’temperatura taħt 25°C u ’l bogħod mis-sħana diretta jew mid-dawl dirett. Il-pinna m’għandhiex tinħażen fi friġġ.

Tużahiex wara dan il-perijodu ta’ żmien.

Tużax din il-mediċina jekk tinnota li mhux ċar u li m’għadux mingħajr kulur.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għal protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakett u informazzjoni oħra

X’fih Apidra:

-Is-sustanza attiva hi insulina glulisine. Kull ml ta’ soluzzjoni fih 100 Unità tas-sustanza attiva insulina glulisine (ekwivalenti għal 3.49 mg).

-Is-sustanzi l-oħra huma: metacresol (ara sezzjoni 2 taħt “Apidra fih metacresol”), sodium chloride (ara sezzjoni 2 taħt “ Tagħrif importanti dwar xi wħud mis-sustanzi ta’ Apidra”), trometamol, polysorbate 20, hydrochloric acid ikkonċentrat, sodium hydroxide, ilma għall- injezzjonijiet.

Kif jidher Apidra u l-kontenuti tal-pakkett:

Apidra SoloStar 100 Unità/ml, soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest. Hija soluzzjoni fl-ilma ċara, mingħajr kulur u bla frak viżibbli.

Kull pinna fiha soluzzjoni ta’ 3 ml ekwivalenti għal 300 Unità. Pakketti ta’ 1, 3, 4, 5, 6, 8, 9 u 10 pinen mimlija għal-lest, huma disponibbli. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Sanofi-Aventis Deutschland GmbH

D-65926 Frankfurt am Main

Il-Ġermanja

Il-Manifattur:

Sanofi-Aventis Deutschland GmbH

Industriepark Höchst, D-65926 Frankfurt

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Sanofi Belgium

UAB “SANOFI-AVENTIS LIETUVA”

Tél/Tel: +32 (0)2 710 54 00

Tel: +370 5 2755224

България

Luxembourg/Luxemburg

SANOFI BULGARIA EOOD

Sanofi Belgium

Тел.: +359 (0)2 970 53 00

Tél/Tel: +32 (0)2 710 54 00 (Belgique/Belgien)

Česká republika

Magyarország

sanofi-aventis, s.r.o.

SANOFI-AVENTIS Zrt

Tel: +420 233 086 111

Tel.: +36 1 505 0050

Danmark

Malta

sanofi-aventis Denmark A/S

Sanofi Malta Ltd.

Tlf: +45 45 16 70 00

Tel: +356 21493022

Deutschland

Nederland

Sanofi-Aventis Deutschland GmbH

sanofi-aventis Netherlands B.V.

Tel: +49 (0)180 2 222010

Tel: +31 (0)182 557 755

Eesti

Norge

sanofi-aventis Estonia OÜ

sanofi-aventis Norge AS

Tel: +372 627 34 88

Tlf: +47 67 10 71 00

Ελλάδα

Österreich

sanofi-aventis AEBE

sanofi-aventis GmbH

Τηλ: +30 210 900 16 00

Tel: +43 1 80 185 – 0

España

Polska

sanofi-aventis, S.A.

sanofi-aventis Sp. z o.o.

Tel: +34 93 485 94 00

Tel.: +48 22 280 00 00

France

Portugal

sanofi-aventis France

Sanofi - Produtos Farmacêuticos, Lda.

Tél: 0 800 222 555

Tel: +351 21 35 89 400

Appel depuis l’étranger : +33 1 57 63 23 23

 

Hrvatska

România

sanofi-aventis Croatia d.o.o.

Sanofi Romania SRL

Tel: +385 1 600 34 00

Tel: +40 (0) 21 317 31 36

Ireland

Slovenija

sanofi-aventis Ireland Ltd. T/A SANOFI

sanofi-aventis d.o.o.

Tel: +353 (0) 1 403 56 00

Tel: +386 1 560 48 00

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

sanofi-aventis Pharma Slovakia s.r.o.

Sími: +354 535 7000

Tel: +421 2 33 100 100

Italia

Suomi/Finland

Sanofi S.p.A.

Sanofi Oy

Tel: 800 13 12 12 (domande di tipo tecnico)

Puh/Tel: +358 (0) 201 200 300

800 536389 (altre domande)

 

Κύπρος

Sverige

sanofi-aventis Cyprus Ltd.

Sanofi AB

Τηλ: +357 22 871600

Tel: +46 (0)8 634 50 00

Latvija

United Kingdom

sanofi-aventis Latvia SIA

Sanofi

Tel: +371 67 33 24 51

Tel: +44 (0) 845 372 7101

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

IPERGLIĊEMIJA U IPOGLIĊEMIJA

Dejjem ġorr miegħek xi zokkor (għallinqas 20 gramma)

Ġorr miegħek xi informazzjoni biex turi li inti persuna bid-dijabete.

IPERGLIĊEMIJA (livell għoli ta’ zokkor fid-demm)

Jekk iz-zokkor f’demmek huwa għoli wisq (ipergliċemija), għandu mnejn ma injettajtx biżżejjed insulina

Għaliex isseħħ l-ipergliċemija? Eżempji jinkludu:

-int ma injettajtx l-insulina tiegħek jew ma injettajtx biżżejjed, jew jekk saret anqas effettiva, per eżempju minħabba ħażna ħażina,

-int qiegħed tagħmel anqas eżerċizzju fiżiku mis-soltu, jew int qiegħed taħt stress (inkwiet, eċitament), jew għandek xi ferita, saritlek xi operazzjoni, għandek xi infezzjoni jew għandek id- deni.

-int qiegħed tieħu jew ħadt ċerti mediċini oħrajn (ara sezzjoni 2, “Mediċini oħra u Apidra”).

Sintomi ta’ twissija ta’ ipergliċemija

Għatx, il-bżonn akbar biex tgħaddi l-awrina, għeja, ġilda xotta, ħmura tal-wiċċ, nuqqas ta’ aptit,

pressjoni baxxa tad-demm, il-qalb tħabbat mgħaġġla u glukosju u ketoni fl-awrina. Uġigħ fl-istonku, in-nifs mgħaġġel u fil-fond, ngħas u anki telf mis-sensi jistgħu jkunu sinjali ta’ kundizzjoni serja (kitoaċidożi) li tkun ikkaġunata minn nuqqas ta’ insulina.

X’għandek tagħmel f’każ ta’ ipergliċemija?

Ittestja l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek u l-awrina tiegħek għall-ketoni hekk kif iseħħ xi wieħed mis-sintomi t’hawn fuq. L-ipergliċemija severa jew il-kitoaċidożi għandhom dejjem ikunu ikkurati minn tabib, normalment fi sptar.

IPOGLIĊEMIJA (livell baxx ta’ zokkor fid-demm)

Jekk il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jinżel wisq tista’ tintilef minn sensik.Ipogliċemija serja tista’ tkun il-kawża ta’ attakk ta’ qalb jew ta’ ħsara fil-moħħ u tista’ tkun fatali. Normalment għandek tinduna li l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek huwa baxx wisq sabiex tkun tista’ tieħu dawk ir- rimedji li jkun hemm bżonn.

Għaliex isseħħ l-ipogliċemija?

Eżempji jinkludu:

-int tinjetta wisq insulina,

-int taqbeż l-ikliet jew teħodhom aktar tard mis-soltu,

-int ma tiekolx biżżejjed, jew qed tiekol ikel li fih anqas karboidrati minn normal, (zokkor u sustanzi simili għaz-zokkor jissejjħu jissejjħu karboidrati; madankollu, l-ħlewwiet artifiċjali

M’HUMIEX karboidrati),

-int qed titlef il-karboidrati dovut għar-remettar jew id-dijarea,

-int qed tixrob l-alkoħol, speċjalment jekk m’intix tiekol wisq,

-int qiegħed tagħmel aktar eżerċizzju fiżiku mis-soltu jew xi eżerċizzju fiżiku differenti,

-int qed tirkupra minn xi inċident fejn weġġajt jew xi operazzjoni jew xi stress ieħor,

-int qed tirkupra minn marda jew mid-deni

-int qed tieħu jew waqaft tieħu ċerti mediċini oħra (ara sezzjoni 2, “Mediċini oħra u Apidra”).

L-ipogliċemija hija wkoll aktar probabbli li sseħħ jekk:

-int għadek tibda t-trattament bl-insulina jew qlibt għal preparat ieħor ta’ insulina,

-int għandek il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek kważi normali jew mhux stabbli,

-int bdilt iż-żona tal-ġilda fejn tinjetta l-insulina (per eżempju mill-koxxa għall-parti ta’ fuq tad- driegħ),

-int issofri minn mard sever tal-kliewi jew mard tal-fwied, jew xi marda oħra bħal ipotirojdiżmu.

Sintomi ta’ twissija ta’ ipogliċemija

- Fil-ġisem tiegħek.

Eżempji ta’ sintomi li juruk li l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek qed jaqa’ wisq, jew qiegħed jinżel wisq malajr : għaraq żejjed, ġilda twaħħal, l-ansjetà, il-qalb tħabbat mgħaġġla, pressjoni għolja tad- demm, palpitazzjonijiet u l-qalb tħabbat b’mod irregolari. Dawn is-sintomi ta’ spiss jiżviluppaw qabel is-sintomi dovuti għal livell baxx taz-zokkor fil-moħħ.

- F’moħħok.

Ezempji ta’ sintomi li jindikaw livell baxx taz-zokkor fil-moħħ:: uġigħ ta’ ras, ġuħ kbir, dardir, remettar, għeja, ngħas, disturbi fl-irqad, nuqqas ta’ kwiet, mġieba aggressiva, nuqqas ta’ konċentrazzjoni, reazzjonijiet imfixklin, depressjoni, konfużjoni mentali, taħwid fid-diskors, (xi drabi it-telf komplet tad-diskors), indeboliment tal-vista, rogħda, paralisi, tnemnim (parasteżija), sensazzjoni mtarrxa u tnemnim fir-reġjun tal-ħalq, sturdament, inabbiltà li trażżan lilek innifsek, inabbiltà li tieħu ħsieb tiegħek innifsek, aċċessjonijiet u t-telf mis-sensi.

L-ewwel sintomi li jagħtuk indikazzjoni li ser tiżviluppa l-ipogliċemija (“sintomi ta’ twissija”) jistgħu jinbidlu, jiddgħajfu jew ikunu nieqsin għal kollox, jekk:

-int anzjan,

-int kellek id-dijabete għal żmien twil,

-inti tbati minn ċertu tip ta’ mard tas-sistema nervuża (newropatija awtonomika dijabetika),

-int batejt dan l-aħħar mill-ipogliċemija (per eżempju il-jum ta’ qabel) jew jekk tiżviluppa bil- mod,

-int għandek livelli ta’ zokkor fid-demm li huma kważi normali jew, ta’ l-inqas, marru għall- aħjar ħafna,

-int qed tieħu jew ħadt ċerti mediċini oħrajn (ara sezzjoni 2, “Mediċini oħra u Apidra”).

F’dan il-kaz, tista’ tiżviluppa ipogliċemija severa (u anki jħossok ħażin) qabel tintebaħ bil-problema. Kun familjari mas-sintomi ta’ twissija tiegħek. Jekk hemm bżonn, it-testijiet aktar spissi għaz-zokkor fid-demm jistgħu jgħinuk biex tintebaħ bi ġrajjiet ta’ l-ipogliċemija ħafifa li altrimenti jista’ jkun ma kontx tinduna bihom. Jekk m’intix kunfidenti li tagħraf is-sintomi ta’ twissija, evita sitwazzjonijiet (bħal issuq karozza) fejn l-ipogliċemija tpoġġi f’riskju lilek jew lill-oħrajn.

X’għandek tagħmel f’każ ta’ ipogliċemija?

1.Tinjettax l-insulina. Immedjatament ħu madwar 10 sa 20 g zokkor, bħal glukosju, dadi taz- zokkor, jew xi xarba ħelwa li fiha z-zokkor. Attent: Ħlewwiet artifiċjali u ikel bi ħlewwiet artifiċjali (bħal xarbiet tad-dieta) m’għandhom ebda valur fil-kura ta’ l-ipogliċemija.

2.Wara kul xi ħaġa li għandha effett fit-tul li tgħolli z-zokkor fid-demm (bħall-ħobż jew l-għaġin). Suppost it-tabib jew l-infermier tiegħek kienu iddiskutu din il-ħaġa miegħek qabel.

3.Jekk l-ipogliċemija terga’ tfeġġ erġa’ ħu minn 10 sa 20 g ta’ zokkor.

4.Kellem tabib immedjatament jekk m’intix kapaċi tikkontrolla l-ipogliċemija jew din terġa’ titfaċċa.

Għid lill-qrabatek, ħbiebek u l-kollegi qrib tiegħek b’dan li ġej:

Jekk int ma tistax tibla’ jew jekk int mitluf minn sensik, int teħtieġ injezzjoni tal-glukosju jew tal- glukagon (mediċina li tgħolli l-livell taz-zokkor fid-demm). Dawn l-injezzjonijiet huma ġustifikati anki jekk mhux ċert li għandek l-ipogliċemija.

Huwa irrakkomandat li tittestja l-livell tiegħek taz-zokkor fid-demm, immedjatament wara li tieħu l- glukosju biex tiċċekkja li tassew għandek l-ipogliċemija.

Apidra SoloStar soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest. ISTRUZZJONIJIET DWAR L-UŻU

SoloStar hija pinna mimlija għal-lest, għall-injezzjoni ta’ l-insulina. Mill-mod kif timmaniġġa s- SoloStar, it-tabib tiegħek iddeċieda li SoloStar hija adattata għalik. Tkellem mat-tabib, mal-ispiżjar jew mal-infermier tiegħek dwar it-teknika korretta ta’ l-injezzjoni qabel tuża SoloStar.

Aqra dawn l-istruzzjonijiet bir-reqqa qabel tuża s-SoloStar tiegħek. Jekk m’intix kapaċi issegwi l- istruzzjonijiet kollha waħdek, uża SoloStar biss jekk issib għajnuna minn persuna oħra li tista’ ssegwi l-istruzzjonijiet. Żomm il-pinna kif hi murija f’dan il-fuljett. Biex tkun ċert li qed taqra id-doża b’ mod korrett, żomm il-pinna f’pożżizzjoni oriżontali, bil-labra fuq ix-xellug u l-mekkaniżmu għas- selezzjoni fuq il-lemin kif murija fl-immaġini hawn taħt

Int tista’ tissettja d-doża minn unità waħda sa 80 unità f’qabżiet ta’ unita waħda. Kull pinna fiha aktar minn doża waħda.

Żomm dan il-fuljett għax għandek mnejn tkun tixtieq terġa’ taqrah ’il quddiem.

Jekk għandek xi diffikultajiet dwar l-użu ta’ SoloStar jew id-dijabete tiegħek, staqsi lit-tabib, lill- ispiżjar jew lill-infermier tiegħek jew ċempel fuq in-numru lokali ta’ Sanofi-Aventis, li ssib fuq il- faċċata ta’ dan il-fuljett.

Kappa tal-Pinna

 

 

Labra tal-Pinna (m’hux inkluża)

 

 

 

 

 

Il-Pinna Propja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

It-

Tieqa tad-

 

 

 

 

 

Siġill Protettiv

 

 

 

Riżervwar ta’ l-Insulina

 

 

 

 

 

 

 

Il-Kappa

ta’

 

 

 

 

 

 

 

Doża

 

 

 

Il-kappa ta’

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Il-Buttun ta’

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Barra tal-

 

Ġewwa tal-Labra

 

 

Woxer tal-lastiku

Is-Selettur tad-

 

 

l-Injezzjoni

 

 

 

Labra

 

Labra

 

 

 

 

 

Dożaġġ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Dijagramma skematika tal-pinna

Tagħrif importanti dwar l-użu ta’ SoloStar:

Dejjem waħħal labra ġdida qabel kull darba li tintużha. Uża biss labar li huma konpatibbli ma’ l-użu ta’ SoloStar.

M’għandekx tagħżel doża u / jew tagħfas il-buttuna tal-injezzjoni mingħajr ma jkollok labra mwaħħla.

Dejjem agħmel test ta’ sigurtà qabel kull injezzjoni (ara Pass Nru 3).

Din il-pinna hija għall-użu tiegħek biss. Taqsamhiex ma’ ħaddieħor.

Jekk l-injezzjoni tiegħek tingħata minn persuna oħra, għandha tittieħed il-kawtela speċjali minn din il-persuna biex tevita li tweġġa’ aċċidentalment bil-labra u titrasmetti l-infezzjoni.

Qatt m’għandek tuża SoloStar jekk tkun bil-ħsara jew jekk m’intix ċert li qed taħdem sew.

Dejjem żomm SoloStar żejda f’każ li s-SoloStar tiegħek tintilef jew jiġrilha l-hsara.

Pass Nru. 1 Iċċekkja l-insulina

A. Iċċekkja t-tikketta tas-SoloStar tiegħek biex tiżgura ruħek li għandek l-insulina adatta. L-Apidra SoloStar hija ta’ kulur ikħal. Għandha buttun ta’ l-injezzjoni ikħal skur b’ċirku imqabbeż fil- parti ta’fuq.

B. N

eħħi l-kappa mill-pinna.

Ċ. Iċċekkja

d-dehera ta’ l-insulina tiegħek. Apidra hija insulina ċara. Tużax din is-SoloStar jekk l- insulina hija mdardra, ikkulurita jew għandha xi frak.

Pass Nru. 2

Twaħħal il-labra

Dejjem uża labra sterili u ġdida għal-kull injezzjoni. Dan jgħin biex tevita l-kontaminazzjoni, u s-sadd potenzjali tal-labra.

A. Neħħi

s-siġill protettiv mil-labra l-ġdida.

B. Żomm

il-labra f’linja dritta mal-pinna, u żommha dritta waqt li qed tqabbadha (bil-kamin jew b’għafsa, skont it-tip ta’ labra).

Jekk il-labra ma tinżammx dritta waqt li tkun qed tqabbadha, din tista’ tagħmel ħsara l-woxer tal-lastku, u bħala riżultat ta’ dan, il-pinna tibda tqattar, jew tinkiser il-labra.

Pass Nru. 3 Agħmel test ta’ sigurtà

Dejjem agħmel test ta’ sigurtà qabel kull injezzjoni. Dan jiżgura li d-doża tkun preċiza billi:

tkun żgur li l-pinna u l-labra qed jaħdmu sew.

tneħħi l-bżieżaq ta’ l-arja.

A. Agħżel doża ta’ żewġ unitajiet billi ddawwar is-selettur tad-dożaġġ.

B. l-kappa

Neħħi ta’ barra tal-labra u żommha biex tkun tista’ tneħħi l-labra użata biha wara l- injezzjoni. Neħħi l-kappa ta’ ġewwa tal-labra u armiha.

Żomm Armi

C. Żomm

il-pinna bil-labra ippuntata ’l fuq.

D. Taptap

ir-riżervwar ta’ l-insulina biex jekk hemm xi bżieżaq ta’ l-arja dawn jitilgħu ’l fuq lejn il-labra.

E. Agħfas il-buttun ta’ l-injezzjoni ’l ġewwa kollu. Iċċekkja li l-insulina qed toħroġ mill-ponta tal- labra.

Għandu mnejn ikollok tagħmel it-test ta’ sigurta’ diversi drabi qabel ma titfaċċa l-insulina.

Jekk ebda insulina ma toħroġ, iċċekkja għall-preżenza ta’ bżieżaq ta’ l-arja u irrepeti t-test ta’ sigurtà darbtejn jew aktar biex tneħħihom.

Jekk xorta ma toħroġx l-insulina, l-labra tista’ tkun miżduda. Biddel il-labra u erġa’ pprova.

Jekk ebda insulina ma toħroġ wara li tibdel il-labra, s-SoloStar tiegħek tista’ tkun bil-ħsara. Tużax din is-SoloStar.

Pass Nru. 4

Tagħzel id-doża

Tista’ tissettja d-doża f’qabżiet ta’ unità waħda, minn minimu ta’ unità waħda sa massimu ta’ 80 unità. Jekk tinħtieġ doża akbar minn 80 unità, trid teħodha f’żewġ injezzjonijiet jew aktar.

A. Iċċekkja li t-tieqa tad-dożaġġ turi “0” wara li tkun għamilt it-test ta’ sigurtà.

B. Agħżel id-doża meħtieġa (fl-eżempju hawn taħt, id-doża magħżula hija 30 unità). Jekk tiskorri d-doża tiegħek waqt li qed iddawwar, tista’ terġa tiġi lura.

Timbuttax il-buttun ta’ l-injezzjoni waqt li qed iddawwar, għax inkella l-insulina toħroġ.

Ma tistax iddawwar is-selettur tad-dożaġġ ’l hinn minn numru ta’ unitajiet li fadal fil-pinna. Tisforzax is-selettur tad-dożaġġ billi ddawwru. F’dan il-każ, jew tista’ tinjetta dak li fadal fil- pinna u tkompli bid-doża tiegħek b’pinna ġdida SoloStar, jew tuża SoloStar ġdida għad-doża sħiha.

Pass Nru. 5

Tinjetta d-doża

A. Uża l-metodu ta’ l-injezzjoni li urik it-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

B. Daħħal il-labra fil-ġilda.

Ċ. Ħu d-doża billi tagħfas il-buttun ta’ l-injezzjoni it-tul kollu. In-numru fit-tieqa li turi d-doża għandu jerġa’ lura għal “0” waqt li tinjetta.

10 sek

D. Żomm il-buttun ta’ l-injezzjoni magħfus sa ġewwa. Għodd bil-mod sa 10 qabel ma tiġbed il- labra lura u barra mill-ġilda. Dan jiżgura li tkun ħadt id-doża sħiħa.

Il-planġer tal-pinna jiċċaqlaq ma kull doża. Meta it-total ta’ 300 unita’ ta’ insulina jiġu wżati, il- planġer jilħaq it-tarf ta’ l-iskartoċċ.

Pass Nru. 6 Tneħħi u tarmi l-labra

Dejjem neħħi l-labra wara kull injezzjoni u aħżen SoloStar mingħajr labra mwaħħla. Dan jgħin biex tevita:

Il-kontaminazzjoni u/jew l-infezzjoni

Id-dħul ta’ l-arja fir-riżervwar ta’ l-insulina u li l-insulina tqattar mill-pinna, li jistgħu jikkawżaw dożaġġ li mhux eżatt.

A. Poġġi

l-kappa ta’ barra lura fuq il-labra, u użaha biex tħoll il-labra mill-pinna. Biex jonqos ir- riskju li wieħed iweġġa’ aċċidentalment bil-labra, qatt m’għandek tpoġġi lura l-kappa ta’ ġewwa tal-labra.

Jekk l-injezzjoni tiegħek ser tingħata minn persuna oħra jew jekk ser tagħti l-injezzjoni lil xi persuna oħra, għandha tittieħed il-kawtela speċjali minn din il-persuna waqt li tneħħi u tarmi l- labra. Segwi l-miżuri rakkomandati ta’ sigurtà għat-tneħħija u r-rimi tal-labar (e.ż. ikkuntattja lit tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek) biex b’hekk jonqos ir-riskju li wieħed iweġġa’ aċċidentalment bil-labra u jkun trasmess l-mard infettiv.

B. Armi

l-labra mingħajr periklu, kif spjegalek it-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

Ċ. Qiegħed il-kappa tal-pinna lura f’postha, u wara aħżen il-pinna sa l-injezzjoni li jmissek tieħu.

Istruzzjonijiet dwar il-ħażna

Jekk jogħġbok ara l-faċċata ta’ wara (ta’ l-insulina) ta’ dan il-fuljett għal struzzjonijiet dwar il-ħażna ta’ SoloStar.

Jekk is-SoloStar tiegħek hija maħzuna fil-kesħa, oħroġha minn siegħa sa sagħtejn qabel tinjetta biex tħalliha tisħon u tilħaq it-temperatura tal-kamra. L-insulina kiesħa tweġġa’ aktar biex tinjettha.

Armi s-SoloStar użata tiegħek kif jitolbu l-liġijiet lokali.

Manutenzjoni

Żomm is-SoloStar tiegħek ’il bogħod mit-trab u l-ħmieġ.

Tista’ tnaddaf is-SoloStar tiegħek minn barra billi timsaħħa b’ċaruta niedja.

Ixxarrabx, taħsilx u anqas m’għandek tillubrika l-pinna għax dawn jistgħu jagħmlulha l-ħsara.

Is-SoloStar tiegħek hija magħmula biex taħdem bi preċiżjoni u sigurtà. Għandha tkun immaniġġata bir-reqqa. Evita sitwazzjonijiet fejn is-SoloStar jista’ jiġrilha l-ħsara. Jekk int qed tinkwieta li s-

SoloStar tiegħek seta’ ġralha xi ħsara, armiha u uża waħda ġdida.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati