Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Ariclaim (duloxetine) – Fuljett ta’ tagħrif - N06AX21

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaAriclaim
Kodiċi ATCN06AX21
Sustanzaduloxetine
ManifatturEli Lilly Nederland B.V.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

ARICLAIM 30 mg kapsuli gastro-reżistenti ibsin

ARICLAIM 60 mg kapsuli gastro-reżistenti ibsin

Duloxetine (bħala hydrochloride)

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu ARICLAIM u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu ARICLAIM

3.Kif għandek tieħu ARICLAIM

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen ARICLAIM

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu ARICLAIM u għalxiex jintuża

ARICLAIM fih is-sustanza attiva duloxetine. ARICLAIM iżid il-livelli ta’ serotonin u ta’ noradrenaline fis-sistema nervuża.

Fl-adulti, ARICLAIM jintuża bħala kura għal kundizzjoni li tissejjaħ uġigħ newropatiku tad-dijabete (ħafna drabi deskritt bħala wieħed ta’ ħruq, penetranti, ta’ tingiż, li jxoqq l-għadam jew oppressiv jew bħal xokk elettriku. Jista’ jkun hemm telf ta’ sensibbilità fil-parti milquta jew is-sensazzjonijiet bħal ħass, sħana, kesħa jew tagħfis jistgħu jkunu kawża ta’ wġigħ).

F’nies b’uġigħ newropatiku tad-dijabete, jistgħu jgħaddu xi ftit ġimgħat qabel ma tħossok aħjar. Kellem lit-tabib tiegħek jekk wara xahrejn ma tħossokx aħjar.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu ARICLAIM

TIĦUX ARICLAIM jekk

-inti allerġiku/a għal duloxetine jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

-għandek mard tal-fwied.

-għandek mard serju tal-kliewi.

-qiegħed/qiegħda tieħu jew ħadt f’dawn l-aħħar erbatax-il ġurnata, xi mediċina oħra magħrufa bħala inibituri ta’ monoamine oxidase (MAOI) (ara ‘Mediċini oħra u ARICLAIM’).

-qiegħed/qiegħda tieħu fluvoxamine li normalment jintuża għall-kura tad-depressjoni,ciprofloxacin jew enoxacin li jintużaw għall-kura ta’ xi infezzjonijiet.

-qiegħed/qiegħda tieħu mediċini oħra li fihom duloxetine (ara ‘Mediċini oħra u ARICLAIM’).

Tkellem mat-tabib tiegħek jekk tbati minn pressjoni għolja fid-demm jew minn mard tal-qalb. It-tabib se jgħidlek jekk għandekx tieħu ARICLAIM.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Li ġejjin huma raġunijiet għaliex ARICLAIM jista’ ma jkunx tajjeb għalik. Kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu ARICLAIM jekk:

-qiegħed/qiegħda tieħu mediċini biex tikkura d-depressjoni (ara ‘Mediċini oħra u ARICLAIM’).

-qiegħed/qiegħda tieħu St.John’s Wort, kura bbażata fuq il-ħxejjex (Hypericum perforatum)

-għandek mard tal-kliewi.

-għandek passat ta' aċċessjonijiet.

-għandek passat ta’ manija

-tbati minn mard bipolari.

-għandek problemi f'għajnejk bħal xi tip ta' glawkoma (pressjoni għolja fl-għajn).

-għandek passat ta' emorraġija (tendenza li tiżviluppa tbenġil).

-qiegħed/qiegħda f’riskju li jitbaxxielek il-livell ta’ sodium(per eżempju jekk qiegħed/qiegħda tieħu d-dijuretiċi, speċjalment jekk inti anzjan/anzjana)

-qiegħed/qiegħda tirċievi fl-istess waqt kura b’mediċina oħra li tista’ tikkawżalek ħsara fil- fwied.

-qiegħed/qiegħda tieħu mediċini oħra li fihom duloxetine(ara ‘Mediċini oħra u ARICLAIM’)

ARICLAIM jista’ jikkawża sensazzjoni ta’ irrekwitezza jew l-inkapaċità li wieħed joqgħod mingħajr ma jiċċaqlaq. Għandek tgħid lit-tabib jekk jiġrilek hekk.

Ħsibijiet ta’ suwiċidju u d-dipressjoni tmur għall-agħar jew problemi ta’ansjetà.

Għalkemm ARICLAIM mhuwiex indikat għall-kura tad-depressjoni, l-ingredjent attiv tiegħu (duloxetine) jintuża bħala mediċina antidipressiva. Jekk tbati mid-dipressjoni u/jew għandek problemi ta’ ansjetà, xi kultant jista’ jkollok xi ħsibijiet li tweġġa’ jew toqtol lilek innifsek. Dawn jistgħu jiżdiedu fil-bidu li tibda tieħu l-antidipressivi, peress li dawn il-mediċini kollha jieħdu ż-żmien biex jibdew jaħdmu, issoltu xi ġimgħatejn iżda xi kultant iżjed.

Wisq probabbli taħseb iżjed b’dan il-mod jekk:

diġà kellek xi ħsibijiet biex toqtol jew tweġġa’ lilek innifsek

inti adult/a żgħir/a. Tagħrif minn studji kliniċi wera li hemm żieda fir-riskju ta’ mġiba suwiċidali f’adulti li għandhom inqas minn 25 sena, bi problemi psikjatriċi u li kienu kkurati b’antidipressivi.

Jekk f’xi kwalunkwe mument kellek xi ħsibijiet li tweġġa’ jew toqtol lilek innifsek, tkellem mat- tabib tiegħek jew mur minnufih l-isptar.

Tista’ tkun ta’ għajnuna li tgħid lil xi ħadd li jiġi minnek jew lil xi ħabib tal-qalb li inti qed/a tbati mid- dipressjoni jew li għandek xi problema ta’ ansjetà, u għidilhom biex jaqraw dan il-fuljett. Tista’ tgħidilhom biex jgħidulek jekk jaħsbux li d-dipressjoni u l-ansjetà tiegħek m’humiex sejrin għall-agħar jew jekk huma inkwetati dwar tibdil fl-imġiba tiegħek.

Tfal jew adolexxenti taħt it-tmintax-il sena

Normalment ARICLAIM m’għandux jintuza fit-tfal u f’adolexxenti taħt it-tmintax-il sena. Għandek tkun taf ukoll li pazjenti taħt it-18 għandhom riskju ogħla ta’ effetti sekondarji bħal tentattiv ta’ suwiċidju, ħsibijiet suwiċidali u ostilità (l-iżjed aggressjoni, imġiba konfrontali u rabja) meta jieħdu dan it-tip ta’ medicini. Madankollu, it-tabib tiegħek jista’ jordna ARICLAIM lil pazjenti taħt it-18 għax jiddeċiedi/tiddeċiedi li huwa fl-aħjar interess għalihom. Jekk it-tabib ordna ARICLAIM għal pazjent taħt it-18 u tixtieq xi spjegazzjonijiet, jekk jogħġbok erġa’ mur għand it-tabib tiegħek. Għandek tavża lit-tabib tiegħek jekk jiżviluppaw jew jiggravaw xi sintomi li ssemmew hawn fuq, meta pazjenti taħt it-18 ikunu qegħdin jieħdu ARICLAIM. Barra minn hekk, f’dan il-grupp ta’ età, l-effetti tas-sigurtà fit-tul ta’ ARICLAIM għadhom ma ġewx ippruvati, f’dak li għandu x’jaqsam l-iżvilupp tal-

ġisem, il-maturazzjoni, u l-iżvilupp kemm konjittiv kif ukoll tal-mod ta’ komportament.

Mediċini oħra u ARICLAIM

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed/qiegħda tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra, anki dawk ta’ mingħajr riċetta.

Is-sustanza l-aktar importanti f’ARICLAIM, duloxetine, hija wżata f’medicini oħra għall- kundizzjonijiet oħra:

depressjoni, ansjetà u inkontinenza awrinarja

L-użu ta’ iżjed minn wieħed minn dawn il-mediċini fl-istess żmien għandu jkun evitat. Ara mat-tabib tiegħek jekk qiegħed/qiegħda diġà tieħu xi medicini oħra li fihom duloxetine.

It-tabib tiegħek irid jiddeċiedi jekk għandekx tieħu ARICLAIM ma’ mediċini oħra. Tibdiex tieħu jew twaqqaf xi mediċini, inklużi dawk mixtrija mingħajr riċetta tat-tabib u mediċini magħmula mill-ħxejjex, qabel ma taċċerta ruħek mat-tabib

tiegħek.

Għandek ukoll tgħid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed/qiegħda tieħu xi wieħed minn dawn li ġejjin:

Inibituri ta’ monoamine oxidase (MAOI): M’għandekx tieħu ARICLAIM jekk qiegħed/qiegħda tieħu jew ħadt dan l-aħħar (f’dawn l-aħħar 14-il ġurnata) xi mediċina kontra d-dipressjoni msejħa inibitur ta’ monamine oxidase (MAOI). Eżempji ta’ MAOIs jinkludu moclobemide (antidipressiv) u linezolid (antibijotiku). It-teħid ta' xi MAOI flimkien ma' ħafna mill-mediċini mogħtija bir-riċetta, inkluż ARICLAIM, jista’ jikkawża effetti sekondarji serji jew li jkunu ta’ periklu għall-ħajja. Għandek tistenna ta' l-anqas 14-il ġurnata wara li tkun waqaft tieħu xi MAOI biex tkun tista' tieħu ARICLAIM. Għandek bżonn ukoll tistenna ta' l-anqas 5 ijiem wara li tieqaf tieħu ARICLAIM biex tkun tista' tieħu xi MAOI.

Mediċini li jikkawża l-irqad: Dawn jinkludu mediċini miktuba mit-tabib tiegħek li jinkludu benzodiazepines, antidolorifiċi qawwijin, anti-psikotiċi, phenobarbital u anti-istaminiċi.

Mediċini li jżidu l-livell ta’ serotonin: Triptans, tramadol, tryptophan, SSRIs (bħal paroxetine u fluoxetine), SNRIs (bħal venlafaxine), antidipressivi triċikliċi (bħal clomipramine,amitriptyline), pethidine, St.John’s Wort u MAOIs (bħal moclobemide u linezolid). Dawn il-mediċini jżidu r-riskju ta’ effetti sekondarji; jekk ikollok xi sintomu li mhux mistenni meta qiegħed/qiegħda tieħu xi mediċini minn dawn flimkien ma’ ARICLAIM, għandek tmur għand it-tabib tiegħek.

Antikoagulanti orali jew sustanzi li jaħdmu kontra l-plejtlits: Mediċini li jraqqu d-demm jew li ma jħallux li d-demm jifforma f’ċapep. Dawn il-mediċini jistgħu jżidu r-riskju ta’ fsada.

ARICLAIM mal-ikel, max-xorb u mal-alkoħol

ARICLAIM jista' jittieħed ma' l-ikel jew fuq stonku vojt. Għandek toqgħod iżjed attent jekk tixrob l- alkoħol waqt li tkun qiegħed/qiegħda tieħu ARICLAIM.

Tqala u Treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew ta’ l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Għid lit-tabib tiegħek jekk:issir tqila jew qiegħda tipprova ssir tqila, waqt li qiegħda tieħu ARICLAIM.. Għandek biss tuża ARICLAIM wara li tkun iddiskutejt mat-tabib tiegħek il- benefiċċji possibbli u kull riskju possibbli għat-tarbija li għada ma twelditx.

Kun ċert li l-qabla u/jew it-tabib/a jafu li qiegħda fuq ARICLAIM. Meta jittieħdu waqt it-tqala, mediċini simili (SSRIs) jistgħu jżidu r-riskju ta’ kundizzjoni serja fit-trabi li tissejjaħ ipertensjoni pulmonarja persistenti fit-tarbija tat-twelid (PPHN), li ġġiegħel it-tarbija tieħu n- nifs aktar malajr u jkollha kulur blu. Dawn is-sintomi normalment jibdew waqt l-ewwel

24 siegħa mit-twelid tat-tarbija. Jekk dan iseħħ lit-tarbija tiegħek, ikkuntattja lit-tabib/a jew lill- qabla tiegħek immedjatament.

Jekk tieħu ARICLAIM lejn tmiem it-tqala, it-tarbija tiegħek jista’ jkollha xi sintomi meta titwieled. Dawn normalment jibdew mat-twelid jew fi ftit ġranet mit-twelid tat-tarbija. Dawn is- sintomi jistgħu jinkludu muskoli dgħajfin, tregħid, nervożità, ma tkunx tista’ tieħu l-ħalib sew, diffikultà biex tieħu n-nifs u aċċessjonijiet. Jekk it-tarbija tiegħek ikollha xi wieħed minn dawn is-sintomi jew jekk qiegħda tinkwieta dwar is-saħħa tat-tarbija tiegħek , ikkuntattja lit-tabib/a jew lill-qabla tiegħek li jkunu jistgħu jgħidulek x’għandek tagħmel.

Għid lit-tabib/a tiegħek jekk qiegħda tredda’. Mhuwiex rakkomandat l-użu ta’ ARICLAIM waqt it-treddigħ. Għandek titlob il-parir tat-tabib jew ta’ l-ispiżjar tiegħek

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Tista’ tħossok bi ngħas jew sturdut minħabba ARICLAIM. Issuqx u tagħmilx użu minn għodda jew tħaddem magni sakemm tkun taf b’liema mod jaffettwak ARICLAIM..

ARICLAIM fih s-sucrose

ARICLAIM fih s-sucrose. Jekk ġejt mgħarraf mit-tabib tiegħek li għandek xi intolleranza għal xi tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu dan il-prodott mediċinali.

3.Kif għandek tieħu ARICLAIM

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

ARICLAIM għandu jittieħed mill-ħalq. Għandek tibla’ l-kapsula tiegħek sħiħa, ma' tazza ilma.

Id-doża ta’ ARICLAIM li ssoltu tingħata hija ta’ 60 mg darba kuljum, iżda t-tabib jiktiblek ricetta skond id-doza li tgħodd għalik.

Biex tiftakar tieħu ARICLAIM, tista’ ssibha aktar faċli li teħodha kuljum fl-istess ħinijiet.

Tkellem mat-tabib tiegħek dwar kemm trid iddum tieħu ARICLAIM.Tiqafx tieħu ARICLAIM jew tbiddel id-doża tiegħek, mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek. Li tikkura d-distrub li għandek b’mod korrett huwa importanti biex jgħinek tiġi għall-aħjar. Jekk mhijiex kkurata, il-kundizzjoni tiegħek tista’ ma tmurx u tista’ ssir aktar serja u diffiċli biex tikkuraha.

Jekk tieħu ARICLAIM aktar milli suppost

Ċempel immedjatament lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk tieħu aktar ammont ta' ARICLAIM minn kemm ordnalek it-tabib. Sintomi ta’ doża eċċessiva jinkludu ngħas, koma, is-sindromu ta’ serotonin (reazzjoni rari li tista’ tikkawża sensazzjonijiet ta’ kuntentezza kbira, ħedla, guffaġni, irrekwitezza, sensazzjoni bħallikieku fis-sakra, deni, muskoli riġidi jew għarqana), aċċessjonijiet, rimettar u l-qalb tħabbat b’mod mgħaġġel.

Jekk tinsa tieħu ARICLAIM

Jekk tinsa tieħu doża, ħudha eżatt kif tiftakar. Madankollu, jekk sar il-ħin għad-doża li jmissek, aqbeż id-doża li nsejt tieħu u ħu doża waħda biss bħas-soltu. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għad dożi li tkun insejt tieħu.Tieħux iżjed mill-ammont ta' ARICLAIM li ordnalek it-tabib għal ġurnata waħda.

Jekk tieqaf tieħu ARICLAIM

TIEQAFX tieħu l-kapsuli tiegħek mingħajr ma tieħu l-parir tat-tabib anki jekk tħossok aħjar. Jekk it- tabib tiegħek jaħseb li m'għadx għandek bżonn tieħu ARICLAIM hu jew hi se jgħidulek biex tnaqqas id-doża fuq perijodu ta’ għallinqas ġimgħatejn qabel ma twaqqaf għal kollox il-kura.

Xi pazjenti li waqqfu jieħdu ARICLAIM f'daqqa wara iżjed minn ġimgħa ta’ kura kellhom sintomi bħal:

• sturdament, sensazzjonijiet ta’ tniggiż jew sensazzjonijiet bħal meta tieħu xokk elettriku (speċjalment fir-ras), problemi ta’ irqad (ħolm stramb, ħmar il-lejl, ma tkunx tista’ torqod), għeja, tħossok li trid torqod, tħossok irrekwet u aġitat, tħossok ansjuż, tħossok ħażin (dardir) jew jagħmillek ħażin (rimettar), ċaqliq (tregħid), uġigħ ta' ras, uġigħ fil-muskoli, tħossok irritabbli, dijarea, għaraq esaġerat jew vertigo.

Normalment dawn is-sintomi mhumiex serji u jisparixxu fi ftit ġranet, imma jekk għandek sintomi li qegħdin idejquk għandek issaqsi lit-tabib tiegħek għal parir.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd. Normalment dawn l-effetti huma ħfief għal moderati u ħafna drabi jisparixxu wara ftit

ġimgħat.

Efetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iżjed minn persuna 1 minn kull 10)

uġigħ ta’ ras, tħossok bi ngħas

tħossok ma tiflaħx (tqalligħ), nixfa fil-ħalq

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10)

imurlek l-aptit

problemi biex torqod, tħossok aġitat, tnaqqis fil-ħajra għas-sess, ansjetà, diffikultà jew nuqqas li tesperjenza orgażmu, ħolm mhux tas-soltu

sturdament, tħossok mitluq, rogħda, tirżiħ, inkluż it-tirżiħ, it-tingiż jew it-tnemnin tal-ġilda

vista mċajpra

tinnitus (is-sensazzjoni ta’ ħsejjes fil-widnejn meta m’hemm ebda ħoss madwarek)

tħoss il-qalb tħabbat f’sidrek

żieda fil-pressjoni tad-demm, ħmura fil-wiċċ

tittewweb iżjed mis-soltu

stitikezza, dijarea, uġigħ fl-istonku, tħossok ma tiflaħx (rimettar), ħruq ta’ l-istonku jew indiġestjoni, tgħaddi l-arja

tegħreq iżjed, raxx (bil-ħaqq)

uġigħ fil-muskoli, spażmu fil-muskolu

uġigħ meta tgħaddi l-awrina, tgħaddi l-awrina ta’ spiss

problemi biex ikollok erezzjoni u tibdil fl-eġakulazzjoni

waqgħat (l-iżjed fl-anzjani), għeja

tnaqqis fil-piż

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100)

infjammazzjoni tal-gerżuma li ġġagħlek tinħanaq

ħsibijiet ta’ suwiċidju, diffikultà biex torqod, tgħażiż tas-snien, tħossok diżorjentat, nuqqas ta’ motivazzjoni

kontrazzjoni jew ġbid f’daqqa involontarju tal-muskoli, sensazzjoni ta’ rrekwitezza jew l- inkapaċità li wieħed joqgħod mingħajr ma jiċċaqlaq, tħossok nervuż, diffikultà biex tikkonċentra, ttiegħem l-affarijiet differenti mis-soltu, diffikultà biex tikkontrolla l-movimenti eż. nuqqas ta’ koordinazzjoni jew movimenti involontarji tal-muskoli, is-sindromu ta’ rrekwitezza fis-saqajn, kwalità hażina ta’ irqad

il-ħabba ta’ l-għajn tkun kbira (iċ-centru skur ta’ l-għajnejn), problemi ta’vista

sensazzjoni ta’ surdament jew ‘spinning’ (vertiġini), uġigħ fil-widnejn

tħabbit mgħaġġel u/jew irregolari tal-qalb

ħass ħażin, sturdament,tħossok se tistordi jew tistordi meta tqum bil-wieqfa, ikollok is-swaba’ ta’ idejk u ta’ saqajk kisħin

rassa fil-gerżuma, tinfaraġ

tirremetti d-demm, jew l-ippurgar (il-feċi) ikun iswed bħall-qatran, gastro-enterite, tfewwiq, diffikultà biex tibla’

infjammazzjoni tal-fwied li tista’ tkun il-kawża ta’ uġigħ addominali u li l-ġilda u l-abjad tal- għajnejn jisfaru

tegħreq matul il-lejl, urtikarja, l-għaraq ixoqq għalik, sensittività għad-dawl tax-xemx, tendenza ogħla li titbenġel

ġbid fil-muskoli, kontrazzjoni involontarja tal-muskoli

diffikultà jew inabbiltà biex tgħaddi l-awrina, diffikulta’ biex tibda tgħaddi l-awrina, jew ikun hemm tnaqqis fil-fluss ta’ l-awrina, il-bżonn li tgħaddi l-awrina matul il-lejl, il-bżonn li tgħaddi iżjed awrina mis-soltu, il-fluss tal-awrina jonqos

demm mhux tas-soltu mill-vaġina, pirjids mhux tas-soltu, li jinkludu pirjids b’ħafna demm, bl- uġigħ, irregolari jew li jdumu, pirjids li jinqabżu jew li jkunu aktar ħfief mis-soltu, uġigħ fit- testikoli jew fl-iskrotu

uġigħ fis-sider, tħossok kiesaħ, għatxan, tirtogħod, tħossok sħun, il-mixi ma jkunx normali

żieda fil-piż

Ariclaim jista’ jkollu effetti li ma tkunx taf dwarhom bħal żidiet fl-enzimi tal-fwied jew fil- livelli tal-potassju, tal-creatine phosphokinase, taz-zokkor jew tal-kolesterol fid-demm

Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1000)

reazzjoni allerġika serja li tikkawża diffikultà biex tieħu n-nifs jew sturdament b’nefħa tal- ilsien u tax-xufftejn, reazzjonijiet allerġiċi

tnaqqis fl-attività tal-glandola tat-tirojde li tista’ tikkawża għeja jew ġieda fil-piż

deidratazzjoni, livelli baxxi ta’ sodium fid-demm (l-iżjed f’pazjenti anzjani; is-sintomi jistgħu jinkludu li tħossok sturdut, debboli, konfuż, bi ngħas jew għajjien ħafna jew tħossok jew tkun imdardar, sintomi aktar serji huma li jkollok ħass ħażin, aċċessjonijiet jew waqgħat), is- sindromu ta’ sekrezzjoni mhux f’loka tal-ormon anti-dijuretiku (SIADH).

imġiba suwiċidali, manija (tkun attiv iżżejjed, ikollok ħsibijiet li jiġru bik u jonqos il-bżonn ta’ l-irqad), alluċinazzjonijiet, tħossok aggressiv u rrabjat

“Is-Sindromu ta’ Serotonin” (reazzjoni rari li tista’ tikkawza sensazzjonijiet ta’ kuntentezza kbira, ħedla, guffaġni, irrekwitezza, sensazzjoni bħallikieku fis-sakra, deni, muskoli riġidi jew għarqana), aċċessjonijiet

żieda tal-pressjoni fl-għajnejn (glawkoma)

infjammazzjoni fil-ħalq, tgħaddi demm ta’ kulur aħmar qawwi mal-ippurgar, riħa ħażina fil-

ħalq, infjammazzjoni tal-musrana l-kbira (li twassal għad-dijarea).

insuffiċjenza epatika, il-ġilda jew l-abjad tal-għajnejn jisfaru (suffejra)

is-sindromu ta’ Stevens-Johnson (marda serja fejn ikollok ħafna nfafet fuq il-ġilda, fil-ħalq, fl- għajnejn u fuq il-ġenitali), reazzjoni allerġika serja li tista’ tikkawża nefħa tal-wiċċ jew tal- gerżuma (anġjoedima)

kontrazzjoni tal-muskolu tax-xedaq

l-awrina jkollha riħa mhux tas-soltu

sintomi tal-menopawża, produzzjoni li mhijiex normali ta’ ħalib mis-sider fl-irġiel u fin-nisa

Effetti sekondarji rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10,000)

Infjammazzjoni tal-arterji u tal-vini fil-ġilda (vaskulite kutanea)

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen ARICLAIM

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kartuna.

Żomm fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità. Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih ARICLAIM:

Is-sustanza attiva hi duloxetine.

Kull kapsula fiha 30 jew 60 mg ta’ duloxetine (bħala hydrochloride).

Is-sustanzi l-oħra huma :

Kontenut tal-kapsula: hypromellose, hypromellose acetate succinate, sucrose, sferi taz-zokkor, talkum,titanium dioxide (E171), triethyl citrate. (Ara fl-aħħar ta’ sezzjoni 2 għal aktar informazzjoni dwar sucrose).

Il-Qoxra tal-kapsula: ġelatina, sodium lauryl sulphate, titanium dioxide (E171), indigo carmine (E132), iron oxide isfar (E172) (għas-60 mg biss) u inkjostru aħdar li jittiekel (30 mg) jew inkjostru abjad li jittiekel (60 mg).

Inkjostru aħdar li jittiekel: iron oxide iswed sintetiku (E172), iron oxide isfar sintetiku (E172), propylene glycol, shellac.

Inkjostru abjad li jittiekel: titanium dioxide (E171), propylene glycol, shellac, povidone.

Id-dehra ta’ARICLAIM u l-kontenuti tal-pakkett:

ARICLAIM issibu bħala kapsula gastro-reżistenti, iebsa. Kull kapsula ta’ ARICLAIM fiha pritkuni ta’ duloxetine hydrochloride b’kisja sabiex tipproteġihom mill-aċtu ta’ l-istonku.

ARICLAIM issibu f’2 dożi: 30 mg u 60 mg

Il-kapsuli ta’ 30 mg huma blu u bojod u huma stampati b’’30 mg’ u l-kodiċi ‘9543’. Il-kapsuli ta’ 60 mg huma blu u bojod u huma stampati b’’60 mg’ u l-kodiċi ‘9542’.

ARICLAIM 30 mg issibu f’pakketti ta’ 7, 28 u 98 kapsula

ARICLAIM 60 mg issibu f’pakketti ta’ 28 u 98 kapsula.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur:

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq: Eli Lilly Nederland B.V., Papendorpseweg 83, 3528 BJ Utrecht, L-Olanda.

Manifattur: Lilly S.A., Avda. De la Industria, 30, 28108 Alcobendas, Madrid, Spanja.

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

 

 

 

 

 

 

 

 

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

Eli Lilly

Holdings Limited atstovybė

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Tel. +370 (5) 2649600

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

България

Luxembourg/Luxemburg

ТП "Ели

Лили Недерланд" Б.В. - България

 

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

 

 

 

тел. + 359 2 491 41 40

 

 

 

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Česká republika

Magyarország

ELI LILLY ČR,

s.r.o.

 

 

Lilly Hungária

Kft.

 

 

Tel: + 420 234 664 111

 

Tel: + 36 1 328 5100

 

Danmark

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Malta

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Eli Lilly

Danmark A/S

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Charles

 

 

de Giorgio Ltd.

 

 

 

 

 

 

 

Tlf: +45 45 26 60 00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: + 356 25600 500

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Deutschland

Nederland

Lilly Deutschland GmbH

 

 

 

 

 

 

 

 

Eli Lilly

Nederland B.V.

 

 

 

 

 

 

Tel. + 49-(0) 6172 273 2222

 

 

 

 

 

Tel: + 31-(0) 30 60 25 800

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Eesti

Norge

Eli Lilly Holdings Limited Eesti filiaal

 

 

 

Eli Lilly Norge A.S.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +372 6 817 280

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tlf: + 47 22 88 18 00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ελλάδα

Österreich

ΦΑΡΜΑΣΕΡΒ-ΛΙΛΛΥ Α.Ε.Β.Ε.

 

 

 

Eli Lilly

Ges.m.b.H.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Τηλ: +30 210 629 4600

 

 

 

 

 

 

 

Tel: + 43-(0) 1 711

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

España

Polska

Dista S.A..

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Eli Lilly Polska Sp. z o.o.

 

 

 

Tel: + 34 91 623 17 32

 

 

 

 

 

 

Tel: +48 22 440 33 00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

France

Portugal

Lilly France SAS

 

 

 

 

 

 

 

 

Lilly Portugal Produtos Farmacêuticos, Lda

Tél: +33-(0) 1 55

49 34 34

 

 

 

Tel: + 351-21-4126600

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Hrvatska

România

Eli Lilly

Hrvatska d.o.o.

 

 

 

 

Eli Lilly

România S.R.L.

 

 

 

Tel: +385 1 2350 999

 

 

 

 

 

Tel: + 40 21 4023000

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ireland

Slovenija

Eli Lilly

 

and Company (Ireland) Limited

 

 

Eli Lilly

farmacevtska družba, d.o.o.

 

Tel: + 353-(0) 1 661 4377

 

 

 

Tel: +386 (0)1 580 00 10

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ísland

Slovenská republika

Icepharma hf.

 

 

 

 

Eli Lilly Slovakia, s.r.o.

 

 

Sími + 354 540 8000

 

 

 

Tel: + 421 220 663 111

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Italia

Suomi/Finland

Eli Lilly Italia S.p.A.

 

 

 

Oy Eli Lilly Finland Ab

 

 

Tel: + 39- 055 42571

 

 

 

Puh/Tel: + 358-(0) 9 85

45 250

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Κύπρος

Sverige

Phadisco

Ltd

 

 

 

Eli Lilly

Sweden AB

 

 

 

Τηλ: +357 22

 

 

Tel: + 46-(0) 8 7378800

 

 

 

 

 

 

 

 

Latvija

United Kingdom

Eli Lilly

Holdings Limited pārstāvniecība Latvijā

 

Eli Lilly and Company Limited

 

Tel: +371 67364000

 

 

Tel: + 44-(0) 1256 315000

 

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati