Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Aripiprazole Mylan Pharma (Aripiprazole Pharmathen) (aripiprazole) – Fuljett ta’ tagħrif - N05AX12

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaAripiprazole Mylan Pharma (Aripiprazole Pharmathen)
Kodiċi ATCN05AX12
Sustanzaaripiprazole
ManifatturMylan S.A.S

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Aripiprazole Mylan Pharma 5 mg tablets Aripiprazole Mylan Pharma 10 mg tablets Aripiprazole Mylan Pharma 15 mg tablets Aripiprazole Mylan Pharma 30 mg tablets aripiprazole

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok b żonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Din il-medi ċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabi b jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Aripiprazole Mylan Pharma u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Aripiprazole Mylan Pharma

3.Kif għandek tieħu Aripiprazole Mylan Pharma

4.Effetti sekondarji possibbli

5 Kif taħżen Aripiprazole Mylan Pharma

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhuma l-pilloli Aripiprazole Mylan Pharma u għalxiex jintużaw

Aripiprazole Mylan Pharma fih is-sustanza attiva aripiprazole u jappartjeni għal grupp ta’ medi ċini msejħa antipsikotiċi. Jintuża biex jiġu kkurati adulti u adolexxenti li għandhom 15-il sena jew aktar li jbatu minn marda kkaratterizzata minn sintomi bħalma huma smigħ, viżta jew ħass ta’ affarijiet li mhumiex hemm, suspetti, ħsieb ħażin, diskors li ma jiftehimx u mġiba mħawwda u mingħajr emozzjoni. Nies li jbatu b’din il-kundizzjoni jistgħu wkoll iħossuhom imdejqin, ħatja, u b’tensjoni.

Aripiprazole Mylan Pharma jintuża biex jikkura adulti u adolexxenti li għandhom 13-il sena jew aktar li jsofru minn kundizzjoni b’sintomi bħalma huma li wieħed iħossu ferħan iżżejjed, ikollu ammonti eċċessivi ta’ enerġija, jeħtieġ ferm inqas irqad min-normal, jitkellem malajr ħafna b’ideat li jiġu malajr ħafna u xi kultant b’irritabilità severa. Fl-adulti, jipprevjeni wkoll din il-kundizzjoni milli terġa’ ti ġi lura f’pazjenti li jkunu rrispondew għat-trattament b’ Aripiprazole Mylan Pharma.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu l-pilloli Aripiprazole Mylan Pharma

Tiħux il-pilloli Aripiprazole Mylan Pharma

jekk inti aller ġiku għal aripiprazole jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-medi ċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu l-pilloli Aripiprazole Mylan Pharma jekk tbati minn

livell għoli ta’ zokkor fid-demm (ikkaratterizzat minn sintomi bħal għatx eċċessiv, il- produzzjoni ta’ ammonti kbar ħafna ta’ awrina, żieda fl-aptit u tħossok dgħajjef) jew storja ta’ dijabete fil-familja tiegħek

konvul żjoni

movimenti irregoli, involontarji tal-muskoli, b’m od speċjali fil-wiċċ

mard kardjovaskulari, storja familjari ta’ mard k ardjovaskulari, puplesija jew “mini” puplesija,

pressjoni tad-demm mhux normali

emboli tad-demm, jew storja medika fil-familja ta’ emboli tad-demm, peress li medi ċini antipsikotiċi ġew assoċjati mal-formazzjoni ta’ emboli tad-demm

esperjenza ta’ log ħob tal-azzard eċċessiv fil-passat

Jekk tara li qed ittella’ l-pi ż, tiżviluppa movimenti mhux tas-soltu, ikollok ngħas li jfixkel l-attivitajiet normali ta’ kuljum, xi diffikultà biex tibla’ jew s intomi ta’ allerġija, jekk jogħġbok avża lit-tabib tiegħek.

Jekk inti pazjent anzjan li qed issofri minn dimensja (telf ta’ memorja u ta’ abbiltajiet mentali o ħra), inti jew minn jieħu ħsiebek/qarib tiegħek għandkom tgħidu lit-tabib tiegħek jekk qattx kellek puplesija jew “mini” puplesija.

Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk qed jgħaddulek ħsibijiet jew aptit li tweġġa’ lilek innifsek. Ħsibijiet u imġiba ta’ suwi ċidju ġew irrapportati matul trattament b’aripiprazole.

Avża lit-tabib tiegħek minnufih jekk issofri minn ebusija jew nuqqas ta’ flessibilità tal-muskoli b’deni għoli, għaraq, stat mentali li jinbidel, jew taħbit tal-qalb rapidu ħafna jew irregolari.

Tfal u adolexxenti

Mhux magħruf jekk hix sikura u effettiva f’dawn il-pazjenti.

Mediċini oħra u l-pilloli Aripiprazole Mylan Pharma

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra, li jinkludu dawk miksuba mingħajr riċetta tat-tabib.

Mediċini li jbaxxu l-pressjoni tad-demm: l-pilloli Aripiprazole Mylan Pharma jista’ jqawwi l-effett tal- mediċini li jintużaw biex

ibaxxu l-pressjoni. Aċċerta ruħek li tgħid lit-tabib jekk inti qiegħed/qegħda tieħu pilloli tal-pressjoni.

It-teħid ta’ l-pilloli Aripiprazole Mylan Pharma ma’ xi medi ċini jista’ jeħtieġ bidla fid-doża tal- l- pilloli’ Aripiprazole Mylan Pharma. Huwa importanti ferm li inti ssemmi dawn li ġejjin lit-tabib tiegħek:

Medi ċini li jikkoreġu r-rittmu tal-qalb

Antidipressanti jew rimedju bi ħxejjex użati sabiex jittrattaw dipressjoni u ansjetà

A ġenti antifungali

Ċerti mediċini sabiex jittrattaw infezzjoni ta’ HIV

Antikonvul żanti wżati għat-trattament ta’ l-epilepsija

Mediċini li jgħollu l-livell ta’ serotonin: triptans, tramadol, tryptophan, SSRIs (bħal paroxetine u fluoxetine), triċikliċi (bħal clomipramine, amitriptyline), pethidine, St John’s Wort u venlafaxine. Dawn il-mediċini jgħollu r-riskju ta’ effetti sekondarji; jekk ikollok xi sintomu mhux tas-soltu meta tieħu dawn il-mediċini flimkien ma’ Aripiprazole Mylan Pharma, inti għandek tara t-tabib tiegħek.

l-pilloli Aripiprazole Mylan Pharma ma’ ikel, xorb u alkoħol

l-pilloli Aripiprazole Mylan Pharma m’għandux għalfejn jittieħed ma’ l-ikel. Alkoħol għandu jiġi evitat.

.

Tqala, treddigħ u fertilità

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Is-sintomi li ġejjin jistgħu jseħħu fi trabi tat-twelid, ta’ ommijiet li użaw Aripiprazole Mylan Pharma fl-

aħħar trimestru

(l-aħħar tliet xhur tat-tqala tagħhom): rogħda, għebusija u/jew dgħjufija tal-muskoli, ħedla, aġitazzjoni, problemi bit-teħid tan-nifs, u diffikultà biex jerdg ħu. Jekk it-tarbija tiegħek tiżviluppa xi wieħed minn dawn is-sintomi, jista’ jkollok bżonn tikkuntattja lit-tabib tiegħek. Għid lit-tabib tiegħek mill-ewwel jekk qegħda tredda’. Jekk qed tieħu l-pilloli Aripiprazole Mylan Pharma, m’għandekx tredda’.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

M’għandekx tagħmel użu minn għodda jew tħaddem magni, sakemm issir taf kif Aripiprazole Mylan Pharma jaffettwak.

Il-pilloli Aripiprazole Mylan Pharma fihom lactose

Jekk ġejt mgħarraf mit-tabib tiegħek li għandek intolleranza għal xi zokkrijiet, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu din il-mediċina.

3.Kif għandek tieħu Aripiprazole Mylan Pharma

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rakkomandata għall-adulti hija 15 mg darba kuljum. Iżda t-tabib tiegħek jista’ jiktiblek doża ogħla jew iktar baxxa, sa massimu ta’ 30 mg kuljum.

Użu fit-tfal u fl-adolexxenti

Dan il-prodott mediċinali Aripiprazole Mylan Pharma jista’ jinbeda f’do ża baxxa bil-forma ta’ soluzzjoni (likwidu) orali.

Id-doża tista’ ti żdied gradwalment għad-doża rakkomandata għall-adolexxenti ta’ 10 mg darba kuljum. Madankollu, it- tabib tiegħek jista’ jagħtik riċetta għal doża aktar baxxa jew ogħla sa massimu ta’ 30 mg darba kuljum.

Jekk tħoss li l-effett tal-pilloli-’ Aripiprazole Mylan Pharma huwa qawwi wisq jew dgħajjef wisq, kellem lit-tabib jew spiżjar tiegħek.

Ipprova ħu l-pilloli Aripiprazole Mylan Pharma tiegħek fl-istess ħin tal fl-istess ħin tal-

ġurnata kuljum. Ma jimpurtax jekk tieħu l-pillola ma’ l-ikel jew fuq stonku vojt. Dejjem ħu l- pillola ma’ l-ilma u iblagħha sħiħa.

Anke jekk tħossok aħjar, ara li ma tbiddilx id-doża ta’ Aripiprazole Mylan Pharma jew tieqaf milli tieħu l-pilloli Aripiprazole Mylan Pharma

qabel ma tieħu parir mit-tabib tiegħek.

Jekk tieħu pilloli Aripiprazole Mylan Pharma aktar milli suppost

Jekk tinduna li ħadt iktar pilloli Aripiprazole Mylan Pharma milli qallek it-tabib (jew jekk taħseb li xi ħadd ħadlek xi pilloli ta’ Aripiprazole Mylan Pharma tiegħek), kellem lit-tabib tiegħek mill-ewwel. Jekk ma tistax issib lit-tabib, mur l-isptar l- iżjed qrib tiegħek u ħu l-pakkett tal-pilloli miegħek.

Jekk tinsa tieħu l-pilloli Aripiprazole Mylan Pharma tiegħek

Jekk tinsa’ tieħu doża, ħudha malli tiftakar iżda m’għandekx tieħu żewġ dożi f’ ġurnata waħda.

Jekk tieqaf tieħu l-pilloli Aripiprazole Mylan Pharma

M’għandekx twaqqaf it-trattament tiegħek għax sempliċiment tħossok aħjar. Huwa importanti li inti tkompli tieħu l-pilloli Aripiprazole Mylan Pharma sakemm it-tabib tiegħek ikun qallek li għandek tkompli teħodhom.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-medi ċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kul ħadd.

Effetti sekondarji komuni (li jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’10):

dijabete mellitus,

diffikultà biex torqod,

tħossok ansjuż,

tħossok bla kwiet u ma tkunx tista’ toqgħod ma titħarrikx, diffikultà biex toqg ħod bilqiegħda u ma titħarrikx,

movimenti ta’ t ħarrik, kontrazzjonijiet mhux kontrollabbli, jew movimenti bl-iskossi li ma jistgħux jiġu kkontrollati, saqajn bla kwiet,

rogħda,

uġigħ ta’ ras,

għeja,

ngħas,

sturdament,

rogħda u vista mċajpra,

tnaqqis fil-frekwenza ta’ ppurgar, jew diffikultà b iex tipporga,

indiġestjoni,

tħossok imdardar,

aktar bżieq fil-ħalq minn normal,

remettar,

tħossok għajjien.

Effetti sekondarji mhux komuni (li jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’100):

żieda fil-livelli tal-ormon prolactin fid-demm,

livell eċċessiv ta’ zokkor fid-demm,

depressjoni,

movimenti inkontrollabbli tal-ħalq, ilsien u r-riġlejn/dirgħajn (diskinesija tardiva),

disturb tal-muskoli li jikkawża movimenti ta’ liwi (distonija),

vista doppja,

taħbit tal-qalb mgħaġġel,

tnaqqis fil-pressjoni tad-demm malli tqum bilwieqfa li tikkawża sturdament, mejt jew ħass ħażin,

sulluzzu.

L-effetti sekondarji li ġejjin kienu rrappurtati sa minn meta aripiprazole orali beda jinbiegħ, iżda l- frekwenza li bihom iseħħu mhijiex magħrufa:

livelli baxxi ta’ ċelluli bojod tad-demm,

livelli baxxi ta’ plejtlits tad-demm,

reazzjoni allerġika (eż. nefħa fil-ħalq, ilsien, wiċċ u gerżuma, ħakk, urtikarja);

bidu jew aggravar tad-dijabete, ketoaċidożi (ketoni fid-demm u fl-awrina) jew koma,

livell għoli ta’ zokkor fid-demm,

ma jkunx hemm biżżejjed sodium fid-demm,

telf ta’ aptit (anoreksja),

telf fil-piż,

żieda fil-piż,

ħsibijiet ta’ suwi ċidju, tentattiv ta’ suwiċidju, suwiċidju

logħob eċċessiv tal-ażżard,

tħossok aggressiv,

aġitazzjoni,

nervożità,

kombinazzjoni ta’ deni, ebusija tal-muskoli, teħid tan-nifs aktar mgħaġġel, ħruġ ta’ għaraq, nuqqas ta’ konoxxenza u tibdil f’daqqa fil-pressjon i tad-demm u fir-rata tat-tħabbit tal-qalb; ħass ħażin (sindrome malinn newrolettiku),

puplesija,

sindromu ta’ serotonin (reazzjoni li tista’ tikkaw ża lil persuna tħossha ferħana ħafna, ħedla, imbarazzat, b’irrikwitezza, t ħossok xurban, bid- deni, bl-għaraq jew muskolu riġidi),

disturbi fid-diskors,

mewt għall-għarrieda inspjegabbli,

taħbit irregolari tal-qalb ta’ theddida għall-ħajja,

attakk tal-qalb,

taħbit tal-qalb aktar bil-mod,

emboli tad-demm fil-vini speċjalment fir-riġlejn (is- sintomi jinkludu nefħa, uġigħ u ħmura fir- riġel), li jistgħu jimxu minn ġol-vini/arterji għall-pulmun, u jikkawżaw uġigħ fis-sider u diffikultà biex tie ħu n-nifs (jekk tinnota xi wieħed minn dawn is-sintomi, fittex parir mediku immedjatament),

pressjoni għolja,

ħass ħażin,

ġbid aċċidentali tal-ikel ġol-pajp tan-nofs b’riskju ta’ pnewmonja (infezzjoni tal-pulmun),

spażmi tal-muskoli madwar il-kaxxa vokali,

infjammazzjoni tal-frixa

diffikulta biex tibla’,

dijarea

skonfort addominali,

skonfort fl-istonku,

insuffiċjenza tal-fwied,

infjammazzjoni tal-fwied,

sfurija tal-ġilda u tal-parti bajda tal-għajnejn,

rapporti ta’ valuri anormali ta’ testijiet tal-fwie d;

raxx tal-ġilda,

sensittività g ħad-dawl,

ix-xagħar jaqa’,

għaraq eċċessiv,

distruzzjoni mhu normali tal-muskoli li tista’ twassal għall-problemi tal-kliewi,

uġigħ fil-muskoli,

ebusija,

telf involontarju ta’ awrina (inkontinenza),

diffikultà biex tg ħaddi l-awrina

sintomi ta’ meta persuna tieqaf tieħu l-mediċina fi trabi tat-twelid f’każ ta’ esponiment matul

it-tqala,

twebbes mdewwem tal-pene u/jew bl-uġigħ;

diffikultà fil-kontroll tat-temperatura tal- ġisem jew sħana eċċessiva

uġigħ fis-sider

nefħa fl-idejn, l-għekiesi jew is-saqajn,

fit-testijiet tad-demm: livell ta’ zokkor fid-demm li jvarja, żieda f’emoglobina glycosylated.

F’pazjenti anzjani bid-dimenzja, każijiet aktar fatali ġew irrappurtati waqt it-teħid ta’ aripiprazole. Barra minn hekk, każijiet ta’ puplesija jew puplesija “ ħafifa” ġew irrappurtati.

Effetti sekondarji addizzjonali fit-tfal u l-adolexxenti

Adolexxenti li kellhom 13-il sena jew aktar, kellhom effetti sekondarji li kienu simili fil-frekwenza u fit-tip għal dawk fl-adulti, ħlief li l-irqad, kontrazzjonijiet jew movimenti bl-iskossi li ma setgħux jiġu kkontrollati, ma kellhomx kwiet f’ġisimhom u għeja kienu komuni ħafna (aktar minn 1 f’kull

10 pazjenti) u wġigħ fil-parti ta’ fuq tal-addome, ħalq xott, żieda fir-rata ta’ taħbit tal-qalb, żieda fil- piż, żieda fl-aptit, kontrazzjonijiet tal-muskoli, movimenti mhux ikkontrollati tad-dirgħajn u tas- saqajn, u sensazzjoni ta’ sturdament, speċjalment meta tqum bilwieqfa meta tkun mimdud/a jew

bilqiegħda, kienu komuni (aktar minn 1 f’kull 100 pazjenti).

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imni żżla f’Appendi ċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen il-pilloli Aripiprazole Mylan Pharma

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja u l-kaxxa wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdita’.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Aripiprazole Mylan Pharma

Is-sustanza attiva hi aripiprazole. Kull pillola ta '5, 10, 15, 30 mg fihom 5, 10, 15, 30 mg ta' aripiprazole rispettivament.

Is-sustanzi l-oħra għall-5 mg huma maltosju kristallin, microcrystalline cellulose, lamtu

ġelatinizzat minn qabel, croscarmellose sodium, indigo carmine (E132) u magnesium stearate.

Is-sustanzi l-oħra għal 10, 30 mg huma maltosju kristallin, microcrystalline cellulose, lamtu ġelatinizzat minn qabel, croscarmellose sodium, iron oxide red (E172) u magnesium stearate.

Is-sustanzi l-oħra għal 15 mg huma maltosju kristallin, microcrystalline cellulose, lamtu

ġelatinizzat minn qabel, croscarmellose sodium, isfar ossidu tal-ħadid (E172) u magnesium stearate.

Kif jidher Aripiprazole Mylan Pharma u l-kontenut tal-pakkett

Pilloli Aripiprazole Mylan Pharma 5 mg huma blu, tondi u bikonvessi tal 6.1mm fid-dijametru, imnaqqxa bil "5" fuq naħa waħda.

Pilloli Aripiprazole Mylan Pharma 10 mg huma roża, tondi u bikonvessi tal 8.1mm fid-dijametru, imnaqqxa bil "10" fuq naħa waħda.

Pilloli Aripiprazole Mylan Pharma 15 mg huma sofor, tondi u bikonvessi ta 10.1mm fid-dijametru, imnaqqxa bil "15" fuq naħa waħda.

Pilloli Aripiprazole Mylan Pharma 30 mg huma roża, ovali u bikonvessi ta 17.1mm fit-tul, 8.1mm fil-wisa ', imnaqqxa bil "30" fuq naħa waħda.

Huma fornuti fi PA fojl / Alu / PVC-Aluminium folji mtaqqbin ppakkjati f'kaxxa tal-kartun li fiha 14, 28, 56 jew 98, 28 x1 pillola.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Mylan S.A.S,

117, Allée des Parcs, 69800 Saint-Priest, Franza

Manifattur

Pharmathen International S.A. Industrial Park Sapes,

Rodopi Prefecture, Block No 5,

Rodopi 69300, Greece

or

Pharmathen S.A.

6, Dervenakion

Pallini 15351

Attiki,

Greece

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Mylan bvba/sprl

BGP Products UAB

Tél/Tel: + 32 02 658 61 00

Tel: +370 5 205 1288

България

Luxembourg/Luxemburg

Майлан ЕООД

Mylan bvba/sprl

Тел: +359 2 44 55 400

Tel: + 32 02 658 61 00

 

(Belgique/Belgien)

Česká republika

Magyarország

Mylan Pharmaceuticals.s.r.o.

Mylan EPD Kft

Tel: +420 222 004 400

Tel: + 36 1 465 2100

Danmark

Malta

Mylan AB

V.J. Salomone Pharma Ltd

Tlf: + 46 855 522 750

Tel: + 356 21 22 01 74

(Sverige)

 

Deutschland

Nederland

Mylan dura GmbH

Mylan BV

Tel: + 49-(0) 6151 9512 0

Tel: + 31 33 299 7080

Eesti

Norge

BGP Products Switzerland GmbH Eesti

Mylan AB

filiaal

Tel: + 46 855 522 750

Tel: + 372 6363 052

(Sverige)

Ελλάδα

Österreich

Generics Pharma Hellas ΕΠΕ

Arcana Arzneimittel GmbH

Τηλ: +30 210 993 6410

Tel: +43 1 416 2418

España

Polska

Mylan Pharmaceuticals, S.L

Mylan Sp. z.o.o.

Tel: + 34 900 102 712

Tel: + 48 22 546 64 00

France

Portugal

Mylan S.A.S

Mylan, Lda.

Tel: +33 4 37 25 75 00

Tel: + 351 21 412 72 56

Hrvatska

România

Mylan Hrvatska d.o.o.

A&G Med Trading SRL

Tel: +385 1 23 50 599

Tel: + 4021 332 49 91

Ireland

Slovenija

Generics [UK] Ltd.

GSP Proizvodi d.o.o.

Tel: + 44 1707 853000

Tel: + 386 1 236 31 85

(United Kingdom)

 

Ísland

Slovenská republika

Mylan AB

Mylan s.r.o.

Tel: + 46 855 522 750

Tel: +421 2 326 04 910 / +421 917 206 274

(Svíþjóð)

 

Italia

Suomi/Finland

Mylan S.p.A

Mylan OY

Tel: + 39 02 612 46921

Puh/Tel: + 358 9-46 60 03

Κύπρος

Sverige

Pharmaceutical Trading Co. Ltd.

Mylan AB

Τηλ: + 357 99403969

Tel: + 46 855 522 750

Latvija

United Kingdom

BGP Products SIA

Generics [UK] Ltd

Tel: +371 676 055 80

Tel: +44 1707 853000

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati