Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Atosiban SUN (atosiban acetate) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - G02CX01

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaAtosiban SUN
Kodiċi ATCG02CX01
Sustanzaatosiban acetate
ManifatturSun Pharmaceutical Industries Europe B.V.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Atosiban SUN 6.75 mg/0.9 ml soluzzjoni għall-injezzjoni

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull kunjett ta’ 0.9 ml soluzzjoni fih 6.75 mg atosiban (bħala acetate).

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Soluzzjoni għall-injezzjoni (injezzjoni).

Soluzzjoni trasparenti bla lewn u mingħajr frak.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Atosiban hu indikat biex jittardja ħlas imminenti qabel iż-żmien f’nisa adulti tqal b’:

-kontrazzjonijiet regolari tal-utru twal mill-inqas 30 sekonda b’rata ta’ ≥ 4 kull 30 minuta

-fetħa ċervikali minn 1 sa 3 cm (0-3 nulliparas) u effacement ta’ ≥ 50%

-tqala minn 24 sa 33 ġimgħa magħluqa

-rata tal-qalb tal-fetu normali

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożolġija

Il-kura b’atosiban għandha tinbeda u titkompla minn tabib bl-esperjenza fil-kura tal-ħlas qabel iż- żmien.

Atosiban jingħata ġol-vina fi tliet stadji wara xulxin: doża tal-bidu f’daqqa (6.75 mg), b’soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ atosiban 6.75 mg/0.9 ml, u eżatt wara infużjoni kontinwa ta’ doża qawwija (infużjoni tal-bidu ta’ 300 mikrogramma/min) ta’ atosiban 37.5 mg/5 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni għal tliet sigħat, u wara doża iktar baxxa ta’ atosiban 37.5 mg/5 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni (infużjoni ta’ wara 100 mikrogramma/min) sa 45 siegħa. Il-kura m’għandhiex iddum iktar minn 48 siegħa. Id-doża totali li tingħata waqt kors sħiħ ta’ terapija preferibbilment m’għandhiex tkun iktar minn 330.75 mg ta’ atosiban.

It-terapija ġol-vina bl-użu tal-injezzjoni f’daqqa tal-bidu għandha tinbeda kemm jista’ jkun malajr wara dijanjosi tal-ħlas qabel iż-żmien. Ladarba l-injezzjoni f’daqqa tkun saret, kompli bl-infużjoni (Ara Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott ta’ Atosiban SUN 37.5 mg/5 ml, konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni). F’każ li l-kontrazzjonijiet tal-utru ma jiqfux waqt il-kura b’atosiban, għandha titqies terapija alternattiva.

It-tabella li ġejja turi l-pożoloġija sħiħa tal-injezzjoni f’daqqa segwita mill-infużjoni:

Pass

Kors

Rata ta’ infużjoni

Doża ta’ atosiban

0.9 ml injezzjoni f’daqqa

Mhux applikabbli

6.75 mg

 

injezzjoni mogħtija f’temp ta’

 

 

 

minuta

 

 

3 sigħat ta’ infużjoni tal-bidu

24 ml/siegħa (300 μg/min)

54 mg

 

ġol-vina

 

 

 

infużjoni

 

 

Sa 45 siegħa sussegwenti

8 ml/siegħa (100 μg/min)

Sa 270 mg

 

infużjoni ġol-vina

 

 

Kura ripetuta

F’każ li jkun hemm bżonn kura ripetuta b’atosiban, din għandha tibda wkoll b’injezzjoni f’daqqa ta’ 6.75 mg/0.9 ml soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ atosiban, u wara infużjoni ta’ konċentrat ta’ soluzzjoni għall-infużjoni ta’ 37.5 mg/5 ml ta’ atosiban.

Pazjenti b’indeboliment tal-kliewi jew tal-fwied

M’hemmx esperjenza bit-terapija ta’ atosiban f’pazjenti b’indeboliment fil-funzjoni tal-fwied jew tal- kliewi. Indeboliment tal-kliewi x’aktarx mhux se jkun jeħtieġ aġġustament tad-doża, u dan għaliex ammont żgħir ta’ atosiban jitneħħa fl-awrina. F’pazjenti b’indeboliment fil-funzjoni tal-fwied, atosiban għandu jintuża b’kawtela.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ atosiban f’nisa tqal li jkollhom inqas minn 18-il sena ma ġewx determinati s’issa. Dejta mhux disponibbli.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Għal struzzjonijiet fuq il-preparazzjoni tal-prodott mediċinali qabel l-amministrazzjoni, ara sezzjoni 6.6.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Atosiban m’għandux jintuża f’dawn il-kondizzjonijiet:

-Tqala ta’ inqas minn 24 ġimgħa jew f’dik ta’ iktar minn 33 ġimgħa magħluqa

-L-ilma jinfaqa’ qabel iż-żmien > 30 ġimgħa tqala

-Taħbit mhux normali tal-qalb tal-fetu

-Emorraġija tal-utru qabel il-ħlas li teħtieġ ħlas mal-ewwel

-Eklampsja u preeklampsja severa li teħtieġ il-ħlas

-Mewt tal-fetu fil-ġuf

-Suspett ta’ infezzjoni fil-ġuf

-Plaċenta praevia

-Abruptio plaċenta

-Xi kondizzjoni oħra tal-omm jew tal-fetu li minħabba fiha t-tkomplija tat-tqala tkun perikoluża

-Sensitività eċċessiva għas-sustanza attiva jew jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Meta atosiban jintuża f’pazjenti li dwarhom ma jistax jiġi eskluż li l-ilma jinfaqa’ qabel iż-żmien, il- benefiċċji tad-dewmien fil-ħlas iridu jitkejlu kontra r-riskju potenzjali ta’ chorioamnionitis.

M’hemmx esperjenza bit-terapija ta’ atosiban f’pazjenti b’indeboliment fil-funzjoni tal-fwied jew tal- kliewi. Indeboliment tal-kliewi x’aktarx mhux se jkun jeħtieġ aġġustament tad-doża, u dan għaliex

ammont żgħir ta’ atosiban jitneħħa fl-awrina. F’pazjenti b’indeboliment fil-funzjoni tal-fwied, atosiban għandu jintuża b’kawtela (ara sezzjonijiet 4.2 u 5.2).

Ftit hemm tagħrif kliniku dwar l-użu ta’ atosiban fi tqala b’iktar minn fetu wieħed jew fi tqala ta’ bejn l-24 u s-27 ġimgħa, minħabba li n-numru ta’ pazjenti kkurati kien żgħir. Għalhekk il-benefiċċju ta’ atosiban f’dawn il-gruppi mhux ċar.

Għalkemm atosiban tista’ tarġa’ tużah għall-kura, għad hemm esperjenza klinika limitata meta dan jintuża għal aktar minn darba sa tliet darbiet wara (ara sezzjoni 4.2).

F’każ ta’ nuqqas fl-iżvilupp ġol-utru, id-deċiżjoni jekk għandhiex titkompla jew terġa’ tibda l-għoti ta’ atosiban tiddependi minn kif titqies il-maturità tal-fetu.

Għandu jitqies il-monitoraġġ tal-kontrazzjonijiet tal-utru u tar-rata tal-qalb tal-fetu waqt li qed jingħata atosiban u f’każ ta’ kontrazzjonijiet persistenti tal-utru.

Billi atosiban jaħdem kontra oxytocin, teoretikament jista’ jgħin ir-rilassament tal-utru u d-dmija wara l-ħlas, għalhekk għandu jsir monitoraġġ tad-dmija wara l-ħlas. Madankollu fi provi kliniċi ma ġewx osservati wara l-ħlas kontrazzjonijiet mhux adegwati tal-utru.

Tqala multipla u prodotti mediċinali b’attività tokolitika bħal imblokkaturi tal-kanal tal-calcium u betamimetiċi huma magħrufa li huma assoċjati ma’ riskju miżjud ta’ edema pulmonari. Għalhekk, atosiban għandu jintuża b’kawtela f’każ ta’ tqaliet multipli u/jew l-għoti fl-istess ħin ta’ prodotti mediċinali b’attività tokolitika (ara sezzjoni 4.8).

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Mhux probabbli li atosiban hu involut f’interazzjonijiet bejn prodotti mediċinali permezz taċ-ċitokrom P450, billi investigazzjonijiet in vitro wrew li atosiban mhux substrat għas-sistema taċ-ċitokrom P450, u ma jwaqqafx l-enzimi taċ-ċitokrom P450 li jimmetabolizzaw prodotti mediċinali.

Saru studji ta’ interazzjoni ma’ labetalol u betamethasone f’voluntiera nisa b’saħħithom. Ma nstabet lebda interazzjoni klinika rilevanti bejn atosiban u betamethasone jew labetalol.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Atosiban għandu jintuża biss meta twelid prematur jiġi dijanjostikat bejn l-24 u t-33 ġimgħa magħluqa ta’ tqala.

Treddigħ

Jekk waqt it-tqala l-omm tkun diġà qed tredda’ tarbija oħra li kellha qabel, it-treddigħ ghandu jitwaqqaf waqt it-trattament bi atosiban, dan għaliex ir-rilaxx ta’ oxytocin waqt it-treddigħ jista’ jżzid il-kontrazzjonijiet tal-utru, u jista’ jaħdem kontra l-effett tat-terapija tokolitika.

Fil-provi kliniċi ta’ atosiban ma ġewx osservati effetti fuq it-treddigħ. Deher biss li ammonti żgħar ta’ atosiban għaddew mill-plażma għall-ħalib tal-omm li qed tredda’.

Fertilità

Studji tossiċi fuq embrijofetali ma wrewx effetti tossiċi ta’ atosiban. Ma sar ebda studju dwar il- fertilità u l-iżvilupp bikri tal-embriju (ara taqsima 5.3).

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Mhux rilevanti.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Waqt provi kliniċi deher li seta’ kien hemm xi effetti mhux mixtieqa għall-omm waqt l-użu ta’ atosiban. B’kollox 48% tal-pazjenti mogħtija atosiban kellhom effetti mhux mixtieqa waqt il-provi kliniċi. Ir-reazzjonijiet mhux mixtieqa li ġew osservati b’mod ġenerali ma kinux severi. L-aktar effett mhux mixtieq li kien komuni fl-omm kien dardir (14%).

It-testijiet kliniċi ma wrew ebda effetti speċifiċi mhux mixtieqa ta’ atosiban fit-tarbija li għadha kemm twieldet. Meta fit-trabi kien hemm reazzjonijiet avversi, dawn kienu fil-medda normali ta’ varjazzjoni, u setgħu jitqabblu tajjeb mad-drabi li ġraw bl-użu tal-plaċebo u tal-grupp betamimetiku.

Il-freqwenza ta’ reazzjonijiet mhux mixtieqa li qegħdin fil-lista li ġejja hawn taħt huma definiti billi tuża l-konvenzjoni li ġejja: Komuni ħafna (≥1/10); Komuni (≥1/100 sa <1/10); Mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100); Rari (≥1/10,000 sa <1/1,000). F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa huma mniżżla skont is-serjetà tagħhom, bl-aktar serji jitniżżlu l-ewwel.

Sistema tal-Klassifika tal-

Komuni

Komuni

Mhux

Rari

Organi MedDRA (SOC)

ħafna

 

komuni

 

Disturbi fis-sistema immuni

 

 

 

Reazzjoni allerġika

Disturbi fil-metaboliżmu u n-

 

Ipergliċemija

 

 

nutrizzjoni

 

 

 

 

Disturbi psikjatriċi

 

 

Nuqqas ta’

 

 

 

 

rqad

 

Disturbi fis-sistema nervuża

 

Uġigħ ta’ ras,

 

 

 

 

Sturdament

 

 

Disturbi fil-qalb

 

Takikardija

 

 

Disturbi vaskulari

 

Pressjoni baxxa,

 

 

 

 

Fwawar

 

 

Disturbi gastro-intestinali

Dardir

Rimettar

 

 

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti

 

 

Ħakk, Raxx

 

ta’ taħt il-ġilda

 

 

 

 

Disturbi fis-sistema

 

 

 

Emorraġija fl-utru, Il-

riproduttiva u fis-sider

 

 

 

muskolatura tal-utru

 

 

 

 

titlef is-saħħa

Disturbi ġenerali u

 

Reazzjoni fil-post

Deni

 

kondizzjonijiet ta’ mnejn

 

tal-injezzjoni

 

 

jingħata

 

 

 

 

Esperjenza wara t-tqegħid fis-suq

Każijiet respiratorji bħal qtugħ ta’ nifs u edema pulmonari, partikularment b’rabta mal-għoti fl-istess ħin ta’ prodotti mediċinali b’attività tokolitika bħal antagonisti tal-calcium u betamimetiċi u/jew f’nisa bi tqala multipla, ġew irrappurtati wara t-tqegħid fis-suq.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz

ADR Reporting

The Medicines Authority

Post-Licensing Directorate

203 Level 3, Rue D'Argens GŻR-1368 Gżira

Website: www.medicinesauthority.gov.mt

e-mail: postlicensing.medicinesauthority@gov.mt.

4.9Doza eċċessiva

Kien hemm ftit każi rrappurtati li seħħew ta’ doża eċċessiva ta’ atosiban, mingħajr ebda sinjal jew sintomi speċifiċi. Mhux magħruf x’kura speċifika hemm f’każ ta’ doża eċċessiva.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Ġinekoloġiċi oħra, Kodiċi ATC: G02CX01

Atosiban SUN fih atosiban (INN), peptide sintetiku ([Mpa1, D-Tyr(Et)2, Thr4,Orn8]-oxytocin) li jikkompeti ma’ oxytocin għar-riċetturi fil-bniedem. Fil-firien u l-fniek tal-Indi, atosiban intwera li jingħaqad mar-riċetturi ta’ oxytocin, biex inaqqas il-frekwenza tal-kontrazzjonijiet u s-sodizza tal- muskoli tal-utru, bir-riżultat li jnaqqas il-kontrazzjonijiet tal-utru. Intwera wkoll li atosiban jingħaqad mar-riċettur ta’ vasopressin, u b’hekk itellef l-effett ta’ vasopressin. Fl-annimali atosiban ma kellux effetti kardjovaskulari.

Fit-tqala qabel iż-żmien fil-bnedmin, meta atosiban jittieħed fid-doża rakkomandata, jaħdem kontra l- kontrazzjonijiet tal-utru u jikkalma l-utru. Wara l-għoti ta’ atosiban, l-utru malajr jistrieħ, billi f’10 minuti l-kontrazzjonijiet tal-utru jonqsu sew ħalli tintlaħaq stabbiltà fl-utru (≤ 4 kontrazzjonijiet/siegħa) għal 12-il siegħa.

Provi kliniċi tal-Fażi III (studji CAP-001) jinkludu tagħrif minn 742 mara li kellhom djanjosi ta’ ħlas qabel iż-żmien fit-23-33 ġimgħa tat-tqala u tqassmu bl-addoċċ biex jingħataw atosiban (skont din ittikketta) jew β-agonist (dose-titrated).

Primary endpoint: ir-riżultat ewlieni tal-effikaċja tal-prodott kien il-proporzjon ta’ nisa li jibqgħu ma jeħilsux u li ma jkollhomx bżonn tokolisi alternattiva fi żmien 7 ijiem wara li tinbeda l-kura. It-tagħrif juri li 59.6% (n=201) u 47.7% (n=163) min-nisa li ngħataw atosiban u β-agonist (p=0.0004), rispettivament, ma welldux u ma kellhomx bżonn tokolisi alternattiva fi żmien 7 ijiem wara li tinbeda l-kura. Il-biċċa l-kbira tad-drabi meta falliet il-kura f’CAP-001 kien minħabba li l-prodott ma kienx ittollerat sew. Il-fallimenti tal-kura għax ma kienx effikaċi biżżejjed kienu iktar frekwenti b’mod sinifikanti (p=0.0003) fin-nisa li ngħataw atosiban (n=48, 14.2%) milli fin-nisa li ngħataw β-agonist (n=20, 5.8%).

Fl-istudji CAP-001 il-probabbilità li ma jkunx hemm ħlas u ma jkunx hemm bżonn tokolitiċi alternattivi fi żmien 7 ijiem wara l-bidu tal-kura, kienet simili għan-nisa bi tqala ta’ bejn 24-28 ġimgħa li ngħataw atosiban jew il-betamimetiċi. Madankollu, dan it-tagħrif inħadem fuq numru żgħir ħafna

(n=129 pazjenta).

Secondary endpoints: il-parametri sekondarji tal-effikaċja tal-prodott inkludew il-proporzjon ta’ nisa li baqgħu ma ħelsux 48 siegha wara l-bidu tal-kura. F’dan il-kuntest ma kienx hemm differenza bejn atosiban u l-gruppi betamimetiċi.

Iż-żmien medju (SD) tat-tqala meta sar il-ħlas kien l-istess fiż-żewġ gruppi: 35.6 (3.9) u 35.3 (4.2)

ġimgħa għall-gruppi ta’ atosiban u tal-β-agonist, rispettivament (p=0.37). Ir-rata ta’ dħul f’dipartiment ta’ kura intensiva tat-trabi (NICU) kien l-istess għaż-żewġ gruppi (bejn wieħed u ieħor 30%), u dan jgħodd ukoll għal kemm it-trabi damu għall-kura u għall-użu tat-terapija tal-ventilazzjoni. Il-piz medju (SD) fit-twelid kien ta’ 2491 (813) gramma fil-grupp ta’ atosiban, u 2461 (831) gramma fil-grupp tal- β-agonist (p=0.58).

Ma kienx hemm differenza bejn il-grupp ta’ atosiban u dak tal-β-agonist fejn kellhom x’jaqsmu il-fetu u l-omm, imma l-istudji kliniċi ma kinux tajba biżżejjed biex jeskludu l-possibbilità li hemm xi differenzi.

Mit-361 mara li ngħataw il-kura ta’ atosiban fi studji ta’ fażi III, 73 ngħataw mill-inqas kura waħda ripetuta, 8 ngħataw mill-inqas 2 kuri ripetuti u 2 ngħataw 3 kuri ripetuti (ara sezzjoni 4.4).

Billi, fi studji kkontrollati miġbura bl-addoċċ, għadha ma ġietx stabbilita s-sigurtà u l-effikaċja ta’ atosiban f’nisa bi tqala ta’ inqas minn 24 ġimgħa magħluqa, il-kura b’atosiban lil dan il-grupp ta’ pazjenti mhix rakkomandata (ara sezzjoni 4.3).

Fi studju kkontrollat bil-plaċebo, ir-rata ta’ mwiet tal-fetu jew tat-trabi kienet ta’ 5/295 (1.7%) fil- grupp tal-plaċebo u 15/288 (5.2%) fil-grupp ta’ atosiban, li minnhom żewġt imwiet seħħew wara ħames u tmien xhur ta’ ħajja. Ħdax mill-15-il mewt fil-grupp ta’ atosiban seħħew fit-tqala ta’ bejn l-20 u l-24 ġimgħa, għalkemm id-distribuzzjoni ta’ dawn il-pazjenti skont il-grupp ta’ kura ma kinitx l- istess (19-il mara fuq atosiban, 4 nisa fuq il-plaċebo). Għan-nisa li kellhom tqala ta’ iktar minn 24

ġimgħa ma kienx hemm differenza fir-rata ta’ mwiet (1.7% fil-grupp tal-plaċebo u 1.5% fil-grupp ta’ atosiban).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

F’nisa f’saħħithom mhux tqal li ngħataw infużjonijiet ta’ atosiban (minn 10 sa 300 mikrogramma/min fuq medda ta’ 12-il siegħa), il-konċentrazzjonijiet fissi fil-plażma żdiedu proporzjonalment mad-doża.

Instab li t-tneħħija, il-volum tad-distribuzzjoni u l-half-life ma jiddependux mid-doża.

Assorbiment

F’nisa bi ħlas qabel iż-żmien li kienu qed jingħataw atosiban bl-infużjoni (300 mikrogramma/min għal bejn 6 sa 12-il siegħa), il-konċentrazzjonijiet fissi tal-plażma ntlaħqu siegħa wara l-bidu tal-infużjoni

(medja ta’ 442 ± 73 ng/ml, medda ta’ 298 sa 533 ng/ml).

Wara li ntemmet l-infużjoni, il-konċentrazzjoni fil-plażma reġgħet niżlet malajr b’valuri tal-half-life tal-bidu (tα) u l-half-life terminali (tβ) ta’ 0.21 ± 0.01 u 1.7 ± 0.3 sigħat, rispettivament. Il-volum medju tat-tneħħija kien ta’ 41.8 ± 8.2 litri/siegħa.

Distribuzzjoni

Il-valur medju tal-volum tad-distribuzzjoni kien ta’ 18.3 ± 6.8 litri.

L-ammont ta’ rbit ta’ atosiban mal-proteina tal-plażma huwa ta’ 46 sa 48% f’nisa tqal. Mhux magħruf jekk il-parti mhix marbuta fl-omm jew fil-fetu hix differenti b’mod sostanzjali. Atosiban ma jinqasamx fiċ-ċelluli ħomor tad-demm.

Atosiban jgħaddi mill-plaċenta. Wara infużjoni ta’ 300 mikrogramma/min f’nisa tqal f’saħħithom fl- aħħar tat-tqala, il-proporzjon ta’ konċentrazzjoni ta’ atosiban bejn il-fetu u l-omm kien ta’ 0.12.

Bijotrasformazzjoni

Ġew identifikati żewġ metaboliti fil-plażma u l-awrina tal-bnedmin. Il-proporzjonijiet tal-metobolit prineipali M1 (des-(Orn8, Gly-NH2 9) -29)-[Mpa1, D-Tyr(Et)2, Thr4]-oxytocin) għall- konċentrazzjonijiet ta’ atosiban fil-plażma kienu ta’ 1.4 u 2.8 wara sagħtejn u fl-aħħar tal-infużjoni rispettivament. Mhux magħruf jekk il-metabolit M1 jakkumulax fit-tessut.

Eliminazzjoni

Atosiban instab biss f’ammonti żgħar fl-awrina, il-konċentrazzjoni fl-awrina kienet 50 darba inqas minn dik ta’ l-M1. Il-proporzjon ta’ atosiban eliminat fl-ippurgar mhux magħruf. Il-metabolit

prinċipali M1 huwa bejn wieħed u ieħor 10 darbiet inqas b’saħħtu minn atosiban biex iwaqqaf il- kontrazzjonijiet ta’ l-utru kkaġunati minn oxytocin in vitro. Il-metabolit M1 jitneħħa fil-ħalib (ara sezzjoni 4.6).

Pazjenti b’indeboliment tal-kliewi jew tal-fwied

M’hemmx esperjenza bit-terapija ta’ atosiban f’pazjenti b’indeboliment fil-funzjoni tal-fwied jew tal- kliewi. Indeboliment tal-kliewi x’aktarx mhux se jkun jeħtieġ aġġustament tad-doża, u dan għaliex ammont żgħir ta’ atosiban jitneħħa fl-awrina. F’pazjenti b’indeboliment fil-funzjoni tal-fwied, atosiban għandu jintuża b’kawtela (ara sezzjonijiet 4.2 u 4.4).

X’aktarx li atosiban mhux se jwaqqaf l-isoformi ta’ ċitokrom P450 tal-fwied fil-bnedmin (ara sezzjoni 4.5).

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Ma deherx li kien hemm effetti tossiċi sistemiċi waqt studji ta’ ġimagħtejn dwar it-tossicità li fihom il- prodott ingħata ġol-vina (fil-firien u l-klieb) b’dożi li kienu bejn wieħed u ieħor 10 darbiet ogħla mid- doża terapewtika għall-bnedmin, kif ukoll waqt studji ta’ tliet xhur dwar it-tossiċità fil-firien u l-klieb (sa 20 mg/kg kuljum s.c.). L-ikbar doża subkutanja ta’ atosiban li ma kellhiex effetti avversi kienet bejn wieħed u ieħor darbtejn id-doża terapewtika li tingħata lill-bnedmin.

Ma sar ebda studju dwar il-fertilità u l-iżvilupp bikri tal-embriju. Studji dwar tossiċità riproduttiva ma wrew l-ebda effett fuq l-ommijiet jew il-feti, meta ngħataw dożi mill-bidu sa l-aħħar stadji tat-tqala. Il- fetu tal-far kien espost għal bejn wieħed u ieħor erba’ darbiet id-doża li jiġi espost għaliha l-fetu uman waqt infużjonijiet ġol-vina fin-nisa. Studji fuq l-annimali wrew li kien hemm waqfien fil-produzzjoni tal-ħalib kif inhu mistenni meta titwaqqaf l-azzjoni ta’ oxytocin.

Atosiban ma kellux effett onkoġeniku u lanqas mutaġeniku f’testijiet in vitro u in vivo.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Mannitol

Hydrochloric acid 1M

Ilma għall-injezzjonijiet

6.2Inkompatibbiltajiet

Fin-nuqqas ta’ studji ta’ kompatibbiltà, dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Sentejn.

Ladarba jinfetaħ il-kunjett, il-prodott għandu jintuża fil-pront.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fi friġġ (2°C – 8°C).

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

6.5In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Kunjett ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni fih 0.9 ml ta’ soluzzjoni, li jikkorrispondi għal 6.75 mg atosiban. Kunjett tal-ħġieġ tubulari bla kulur (tip I) b’tapp griż tal-lastku flange tal-bromobutyl u ssiġillat b’siġill tal-aluminju flip off vjola.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Qabel ma tuża l-prodott agħti daqqa ta’ għajn lill-kunjetti għal xi frak li jista’ jkun fihom jew xi bidla fil-lewn.

Kif tipprepara l-ewwel injezzjoni għal ġol-vina:

Iġbed soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 0.9 ml minn kunjett ta’ 0.9 ml bit-tikketta atosiban

6.75 mg/0.9 ml, u agħtiha bil-mod ġol-vina f’doża waħda f’medda ta’ minuta, taħt superviżjoni medika xierqa f’dipartiment ostetriku. Is-soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ atosiban 6.75 mg/0.9 ml għandha tintuża fil-pront.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Sun Pharmaceutical Industries Europe B.V.

Polarisavenue 87

2132 JH Hoofddorp

L-Olanda

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/13/852/001

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 31 ta’ Lulju, 2013

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

1. ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Atosiban SUN 37.5 mg/5 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

2. GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull kunjett ta’ 5 ml soluzzjoni fih 37.5 mg atosiban (bħala acetate).

Kull ml ta’ soluzzjoni fih 7.5 mg atosiban.

Wara li jiġi dilwit, il-konċentrazzjoni ta’ atosiban issir 0.75 mg/ml.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni (konċentrat sterili).

Soluzzjoni trasparenti bla lewn u mingħajr frak.

4. TAGĦRIF KLINIKU

4.1 Indikazzjonijiet terapewtiċi

Atosiban hu indikat biex jittardja ħlas imminenti qabel iż-żmien f’nisa adulti tqal b’:

-kontrazzjonijiet regolari tal-utru twal mill-inqas 30 sekonda b’rata ta’ ≥ 4 kull 30 minuta

-fetħa ċervikali minn 1 sa 3 cm (0-3 nulliparas) u effacement ta’ ≥ 50%

-tqala minn 24 sa 33 ġimgħa magħluqa

-rata tal-qalb tal-fetu normali

4.2 Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożolġija

Il-kura b’atosiban għandha tinbeda u titkompla minn tabib bl-esperjenza fil-kura tal-ħlas qabel iż-

żmien.

Atosiban jingħata ġol-vina fi tliet stadji wara xulxin: doża tal-bidu f’daqqa (6.75 mg), b’soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ atosiban 6.75 mg/0.9 ml, u eżatt wara infużjoni kontinwa ta’ doża qawwija (infużjoni tal-bidu ta’ 300 mikrogramma/min) ta’ atosiban 37.5 mg/5 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni għal tliet sigħat, u wara doża iktar baxxa ta’ atosiban 37.5 mg/5 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni (infużjoni ta’ wara 100 mikrogramma/min) sa 45 siegħa. Il-kura m’għandhiex iddum iktar minn 48 siegħa. Id-doża totali li tingħata waqt kors sħiħ ta’ terapija preferibbilment m’għandhiex tkun iktar minn 330.75 mg ta’ atosiban.

It-terapija fil-vina bl-użu tal-injezzjoni f’daqqa tal-bidu ta’ atosiban 6.75 mg/0.9 ml, soluzzjoni għall- infużjoni (ara s-Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott) għandha tinbeda kemm jista’ jkun malajr wara dijanjosi tal-ħlas qabel iż-żmien. Ladarba l-injezzjoni f’daqqa tkun saret, kompli bl-infużjoni. F’każ li l-kontrazzjonijiet tal-utru ma jiqfux waqt il-kura b’atosiban, għandha titqies terapija alternattiva.

It-tabella li ġejja turi l-pożoloġija sħiħa tal-injezzjoni f’daqqa segwita mill-infużjoni:

Pass

Kors

Rata ta’ infużjoni

Doża ta’ atosiban

0.9 ml injezzjoni f’daqqa

Mhux applikabbli

6.75 mg

 

injezzjoni mogħtija f’temp ta’

 

 

 

minuta

 

 

3 sigħat ta’ infużjoni tal-bidu

24 ml/siegħa (300 μg/min)

54 mg

 

ġol-vina

 

 

 

infużjoni

 

 

Sa 45 siegħa sussegwenti

8 ml/siegħa (100 μg/min)

Sa 270 mg

 

infużjoni ġol-vina

 

 

Kura ripetuta

F’każ li jkun hemm bżonn kura ripetuta b’atosiban, din għandha tibda wkoll b’injezzjoni f’daqqa ta’ 6.75 mg/0.9 ml soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ atosiban, u wara infużjoni ta’ konċentrat ta’ soluzzjoni għall-infużjoni ta’ 37.5 mg/5 ml ta’ atosiban.

Pazjenti b’indeboliment tal-kliewi jew tal-fwied

M’hemmx esperjenza bit-terapija ta’ atosiban f’pazjenti b’indeboliment fil-funzjoni tal-fwied jew tal- kliewi. Indeboliment tal-kliewi x’aktarx mhux se jkun jeħtieġ aġġustament tad-doża, u dan għaliex ammont żgħir ta’ atosiban jitneħħa fl-awrina. F’pazjenti b’indeboliment fil-funzjoni tal-fwied, atosiban għandu jintuża b’kawtela.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ atosiban f’nisa tqal li jkollhom inqas minn 18-il sena ma ġewx determinati s’issa. Dejta mhux disponibbli.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Għal struzzjonijiet fuq il-preparazzjoni tal-prodott mediċinali qabel l-amministrazzjoni, ara sezzjoni 6.6.

4.3 Kontraindikazzjonijiet

Atosiban m’għandux jintuża f’dawn il-kondizzjonijiet:

-Tqala ta’ inqas minn 24 ġimgħa jew f’dik ta’ iktar minn 33 ġimgħa magħluqa

-L-ilma jinfaqa’ qabel iż-żmien > 30 ġimgħa tqala

-Taħbit mhux normali tal-qalb tal-fetu

-Emorraġija tal-utru qabel il-ħlas li teħtieġ ħlas mal-ewwel

-Eklampsja u preeklampsja severa li teħtieġ il-ħlas

-Mewt tal-fetu fil-ġuf

-Suspett ta’ infezzjoni fil-ġuf

-Plaċenta praevia

-Abruptio plaċenta

-Xi kondizzjoni oħra tal-omm jew tal-fetu li minħabba fiha t-tkomplija tat-tqala tkun perikoluża

-Sensitività eċċessiva għas-sustanza attiva jew jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

4.4 Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Meta atosiban jintuża f’pazjenti li dwarhom ma jistax jiġi eskluż li l-ilma jinfaqa’ qabel iż-żmien, il- benefiċċji tad-dewmien fil-ħlas iridu jitkejlu kontra r-riskju potenzjali ta’ chorioamnionitis.

M’hemmx esperjenza bit-terapija ta’ atosiban f’pazjenti b’indeboliment fil-funzjoni tal-fwied jew tal- kliewi. Indeboliment tal-kliewi x’aktarx mhux se jkun jeħtieġ aġġustament tad-doża, u dan għaliex

ammont żgħir ta’ atosiban jitneħħa fl-awrina. F’pazjenti b’indeboliment fil-funzjoni tal-fwied, atosiban għandu jintuża b’kawtela (ara sezzjonijiet 4.2 u 5.2).

Ftit hemm tagħrif kliniku dwar l-użu ta’ atosiban fi tqala b’iktar minn fetu wieħed jew fi tqala ta’ bejn l-24 u s-27 ġimgħa, minħabba li n-numru ta’ pazjenti kkurati kien żgħir. Għalhekk il-benefiċċju ta’ atosiban f’dawn il-gruppi mhux ċar.

Għalkemm atosiban tista’ tarġa’ tużah għall-kura, għad hemm esperjenza klinika limitata meta dan jintuża għal aktar minn darba sa tliet darbiet wara (ara sezzjoni 4.2).

F’każ ta’ nuqqas fl-iżvilupp ġol-utru, id-deċiżjoni jekk għandhiex titkompla jew terġa’ tibda l-għoti ta’ atosiban tiddependi minn kif titqies il-maturità tal-fetu.

Għandu jitqies il-monitoraġġ tal-kontrazzjonijiet tal-utru u tar-rata tal-qalb tal-fetu waqt li qed jingħata atosiban u f’każ ta’ kontrazzjonijiet persistenti tal-utru.

Billi atosiban jaħdem kontra oxytocin, teoretikament jista’ jgħin ir-rilassament tal-utru u d-dmija wara l-ħlas, għalhekk għandu jsir monitoraġġ tad-dmija wara l-ħlas. Madankollu fi provi kliniċi ma ġewx osservati wara l-ħlas kontrazzjonijiet mhux adegwati tal-utru.

Tqala multipla u prodotti mediċinali b’attività tokolitika bħal imblokkaturi tal-kanal tal-calcium u betamimetiċi huma magħrufa li huma assoċjati ma’ riskju miżjud ta’ edema pulmonari. Għalhekk, atosiban għandu jintuża b’kawtela f’każ ta’ tqaliet multipli u/jew l-għoti fl-istess ħin ta’ prodotti mediċinali b’attività tokolitika (ara sezzjoni 4.8).

4.5 Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Mhux probabbli li atosiban hu involut f’interazzjonijiet bejn prodotti mediċinali permezz taċ-ċitokrom

P450, billi investigazzjonijiet in vitro wrew li atosiban mhux substrat għas-sistema taċ-ċitokrom P450, u ma jwaqqafx l-enzimi taċ-ċitokrom P450 li jimmetabolizzaw prodotti mediċinali.

Saru studji ta’ interazzjoni ma’ labetalol u betamethasone f’voluntiera nisa b’saħħithom. Ma nstabet lebda interazzjoni klinika rilevanti bejn atosiban u betamethasone jew labetalol.

4.6 Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Atosiban għandu jintuża biss meta twelid prematur jiġi dijanjostikat bejn l-24 u t-33 ġimgħa magħluqa ta’ tqala.

Treddigħ

Jekk waqt it-tqala l-omm tkun diġà qed tredda’ tarbija oħra li kellha qabel, it-treddigħ ghandu jitwaqqaf waqt it-trattament bi atosiban, dan għaliex ir-rilaxx ta’ oxytocin waqt it-treddigħ jista’ jżzid il-kontrazzjonijiet tal-utru, u jista’ jaħdem kontra l-effett tat-terapija tokolitika.

Fil-provi kliniċi ta’ atosiban ma ġewx osservati effetti fuq it-treddigħ. Deher biss li ammonti żgħar ta’ atosiban għaddew mill-plażma għall-ħalib tal-omm li qed tredda’.

Fertilità

Studji tossiċi fuq embrijofetali ma wrewx effetti tossiċi ta’ atosiban. Ma sar ebda studju dwar il- fertilità u l-iżvilupp bikri tal-embriju (ara taqsima 5.3).

4.7 Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Mhux rilevanti.

4.8 Effetti mhux mixtieqa

Waqt provi kliniċi deher li seta’ kien hemm xi effetti mhux mixtieqa għall-omm waqt l-użu ta’ atosiban. B’kollox 48% tal-pazjenti mogħtija atosiban kellhom effetti mhux mixtieqa waqt il-provi kliniċi. Ir-reazzjonijiet mhux mixtieqa li ġew osservati b’mod ġenerali ma kinux severi. L-aktar effett mhux mixtieq li kien komuni fl-omm kien dardir (14%).

It-testijiet kliniċi ma wrew ebda effetti speċifiċi mhux mixtieqa ta’ atosiban fit-tarbija li għadha kemm twieldet. Meta fit-trabi kien hemm reazzjonijiet avversi, dawn kienu fil-medda normali ta’ varjazzjoni, u setgħu jitqabblu tajjeb mad-drabi li ġraw bl-użu tal-plaċebo u tal-grupp betamimetiku.

Il-freqwenza ta’ reazzjonijiet mhux mixtieqa li qegħdin fil-lista li ġejja hawn taħt huma definiti billi tuża l-konvenzjoni li ġejja: Komuni ħafna (≥1/10); Komuni (≥1/100 sa <1/10); Mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100); Rari (≥1/10,000 sa <1/1,000). F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa huma mniżżla skont is-serjetà tagħhom, bl-aktar serji jitniżżlu l-ewwel.

Sistema tal-Klassifika tal-

Komuni

Komuni

Mhux

Rari

Organi MedDRA (SOC)

ħafna

 

komuni

 

Disturbi fis-sistema immuni

 

 

 

Reazzjoni allerġika

Disturbi fil-metaboliżmu u n-

 

Ipergliċemija

 

 

nutrizzjoni

 

 

 

 

Disturbi psikjatriċi

 

 

Nuqqas ta’

 

 

 

 

rqad

 

Disturbi fis-sistema nervuża

 

Uġigħ ta’ ras,

 

 

 

 

Sturdament

 

 

Disturbi fil-qalb

 

Takikardija

 

 

Disturbi vaskulari

 

Pressjoni baxxa,

 

 

 

 

Fwawar

 

 

Disturbi gastro-intestinali

Dardir

Rimettar

 

 

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti

 

 

Ħakk, Raxx

 

ta’ taħt il-ġilda

 

 

 

 

Disturbi fis-sistema

 

 

 

Emorraġija fl-utru, Il-

riproduttiva u fis-sider

 

 

 

muskolatura tal-utru

 

 

 

 

titlef is-saħħa

Disturbi ġenerali u

 

Reazzjoni fil-post

Deni

 

kondizzjonijiet ta’ mnejn

 

tal-injezzjoni

 

 

jingħata

 

 

 

 

Esperjenza wara t-tqegħid fis-suq

Każijiet respiratorji bħal qtugħ ta’ nifs u edema pulmonari, partikularment b’rabta mal-għoti fl-istess ħin ta’ prodotti mediċinali b’attività tokolitika bħal antagonisti tal-calcium u betamimetiċi u/jew f’nisa bi tqala multipla, ġew irrappurtati wara t-tqegħid fis-suq.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz

ADR Reporting

The Medicines Authority

Post-Licensing Directorate

203 Level 3, Rue D'Argens GŻR-1368 Gżira

Website: www.medicinesauthority.gov.mt

e-mail: postlicensing.medicinesauthority@gov.mt.

4.9 Doza eċċessiva

Kien hemm ftit każi rrappurtati li seħħew ta’ doża eċċessiva ta’ atosiban, mingħajr ebda sinjal jew sintomi speċifiċi. Mhux magħruf x’kura speċifika hemm f’każ ta’ doża eċċessiva.

5. PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1 Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Ġinekoloġiċi oħra, Kodiċi ATC: G02CX01

Atosiban SUN fih atosiban (INN), peptide sintetiku ([Mpa1, D-Tyr(Et)2, Thr4,Orn8]-oxytocin) li jikkompeti ma’ oxytocin għar-riċetturi fil-bniedem. Fil-firien u l-fniek tal-Indi, atosiban intwera li jingħaqad mar-riċetturi ta’ oxytocin, biex inaqqas il-frekwenza tal-kontrazzjonijiet u s-sodizza tal- muskoli tal-utru, bir-riżultat li jnaqqas il-kontrazzjonijiet tal-utru. Intwera wkoll li atosiban jingħaqad mar-riċettur ta’ vasopressin, u b’hekk itellef l-effett ta’ vasopressin. Fl-annimali atosiban ma kellux effetti kardjovaskulari.

Fit-tqala qabel iż-żmien fil-bnedmin, meta atosiban jittieħed fid-doża rakkomandata, jaħdem kontra l- kontrazzjonijiet tal-utru u jikkalma l-utru. Wara l-għoti ta’ atosiban, l-utru malajr jistrieħ, billi f’10 minuti l-kontrazzjonijiet tal-utru jonqsu sew ħalli tintlaħaq stabbiltà fl-utru (≤ 4 kontrazzjonijiet/siegħa) għal 12-il siegħa.

Provi kliniċi tal-Fażi III (studji CAP-001) jinkludu tagħrif minn 742 mara li kellhom djanjosi ta’ ħlas qabel iż-żmien fit-23-33 ġimgħa tat-tqala u tqassmu bl-addoċċ biex jingħataw atosiban (skont din ittikketta) jew β-agonist (dose-titrated).

Primary endpoint: ir-riżultat ewlieni tal-effikaċja tal-prodott kien il-proporzjon ta’ nisa li jibqgħu ma jeħilsux u li ma jkollhomx bżonn tokolisi alternattiva fi żmien 7 ijiem wara li tinbeda l-kura. It-tagħrif juri li 59.6% (n=201) u 47.7% (n=163) min-nisa li ngħataw atosiban u β-agonist (p=0.0004), rispettivament, ma welldux u ma kellhomx bżonn tokolisi alternattiva fi żmien 7 ijiem wara li tinbeda l-kura. Il-biċċa l-kbira tad-drabi meta falliet il-kura f’CAP-001 kien minħabba li l-prodott ma kienx ittollerat sew. Il-fallimenti tal-kura għax ma kienx effikaċi biżżejjed kienu iktar frekwenti b’mod sinifikanti (p=0.0003) fin-nisa li ngħataw atosiban (n=48, 14.2%) milli fin-nisa li ngħataw β-agonist (n=20, 5.8%).

Fl-istudji CAP-001 il-probabbilità li ma jkunx hemm ħlas u ma jkunx hemm bżonn tokolitiċi alternattivi fi żmien 7 ijiem wara l-bidu tal-kura, kienet simili għan-nisa bi tqala ta’ bejn 24-28 ġimgħa li ngħataw atosiban jew il-betamimetiċi. Madankollu, dan it-tagħrif inħadem fuq numru żgħir ħafna

(n=129 pazjenta).

Secondary endpoints: il-parametri sekondarji tal-effikaċja tal-prodott inkludew il-proporzjon ta’ nisa li baqgħu ma ħelsux 48 siegha wara l-bidu tal-kura. F’dan il-kuntest ma kienx hemm differenza bejn atosiban u l-gruppi betamimetiċi.

Iż-żmien medju (SD) tat-tqala meta sar il-ħlas kien l-istess fiż-żewġ gruppi: 35.6 (3.9) u 35.3 (4.2) ġimgħa għall-gruppi ta’ atosiban u tal-β-agonist, rispettivament (p=0.37). Ir-rata ta’ dħul f’dipartiment ta’ kura intensiva tat-trabi (NICU) kien l-istess għaż-żewġ gruppi (bejn wieħed u ieħor 30%), u dan jgħodd ukoll għal kemm it-trabi damu għall-kura u għall-użu tat-terapija tal-ventilazzjoni. Il-piz medju (SD) fit-twelid kien ta’ 2491 (813) gramma fil-grupp ta’ atosiban, u 2461 (831) gramma fil-grupp tal- β-agonist (p=0.58).

Ma kienx hemm differenza bejn il-grupp ta’ atosiban u dak tal-β-agonist fejn kellhom x’jaqsmu il-fetu u l-omm, imma l-istudji kliniċi ma kinux tajba biΏΏejjed biex jeskludu l-possibbilità li hemm xi differenzi.

Mit-361 mara li ngħataw il-kura ta’ atosiban fi studji ta’ fażi III, 73 ngħataw mill-inqas kura waħda ripetuta, 8 ngħataw mill-inqas 2 kuri ripetuti u 2 ngħataw 3 kuri ripetuti (ara sezzjoni 4.4).

Billi, fi studji kkontrollati miġbura bl-addoċċ, għadha ma ġietx stabbilita s-sigurtà u l-effikaċja ta’ atosiban f’nisa bi tqala ta’ inqas minn 24 ġimgħa magħluqa, il-kura b’atosiban lil dan il-grupp ta’ pazjenti mhix rakkomandata (ara sezzjoni 4.3).

Fi studju kkontrollat bil-plaċebo, ir-rata ta’ mwiet tal-fetu jew tat-trabi kienet ta’ 5/295 (1.7%) fil- grupp tal-plaċebo u 15/288 (5.2%) fil-grupp ta’ atosiban, li minnhom żewġt imwiet seħħew wara ħames u tmien xhur ta’ ħajja. Ħdax mill-15-il mewt fil-grupp ta’ atosiban seħħew fit-tqala ta’ bejn l-20 u l-24 ġimgħa, għalkemm id-distribuzzjoni ta’ dawn il-pazjenti skont il-grupp ta’ kura ma kinitx l- istess (19-il mara fuq atosiban, 4 nisa fuq il-plaċebo). Għan-nisa li kellhom tqala ta’ iktar minn 24 ġimgħa ma kienx hemm differenza fir-rata ta’ mwiet (1.7% fil-grupp tal-plaċebo u 1.5% fil-grupp ta’ atosiban).

5.2 Tagħrif farmakokinetiku

F’nisa f’saħħithom mhux tqal li ngħataw infużjonijiet ta’ atosiban (minn 10 sa 300 mikrogramma/min fuq medda ta’ 12-il siegħa), il-konċentrazzjonijiet fissi fil-plażma żdiedu proporzjonalment mad-doża.

Instab li t-tneħħija, il-volum tad-distribuzzjoni u l-half-life ma jiddependux mid-doża.

Assorbiment

F’nisa bi ħlas qabel iż-żmien li kienu qed jingħataw atosiban bl-infużjoni (300 mikrogramma/min għal bejn 6 sa 12-il siegħa), il-konċentrazzjonijiet fissi tal-plażma ntlaħqu siegħa wara l-bidu tal-infużjoni

(medja ta’ 442 ± 73 ng/ml, medda ta’ 298 sa 533 ng/ml).

Wara li ntemmet l-infużjoni, il-konċentrazzjoni fil-plażma reġgħet niżlet malajr b’valuri tal-half-life tal-bidu (tα) u l-half-life terminali (tβ) ta’ 0.21 ± 0.01 u 1.7 ± 0.3 sigħat, rispettivament. Il-volum medju tat-tneħħija kien ta’ 41.8 ± 8.2 litri/siegħa.

Distribuzzjoni

Il-valur medju tal-volum tad-distribuzzjoni kien ta’ 18.3 ± 6.8 litri.

L-ammont ta’ rbit ta’ atosiban mal-proteina tal-plażma huwa ta’ 46 sa 48% f’nisa tqal. Mhux magħruf jekk il-parti mhix marbuta fl-omm jew fil-fetu hix differenti b’mod sostanzjali. Atosiban ma jinqasamx fiċ-ċelluli ħomor tad-demm.

Atosiban jgħaddi mill-plaċenta. Wara infużjoni ta’ 300 mikrogramma/min f’nisa tqal f’saħħithom fl- aħħar tat-tqala, il-proporzjon ta’ konċentrazzjoni ta’ atosiban bejn il-fetu u l-omm kien ta’ 0.12.

Bijotrasformazzjoni

Ġew identifikati żewġ metaboliti fil-plażma u l-awrina tal-bnedmin. Il-proporzjonijiet tal-metobolit prineipali M1 (des-(Orn8, Gly-NH2 9) -29)-[Mpa1, D-Tyr(Et)2, Thr4]-oxytocin) għall- konċentrazzjonijiet ta’ atosiban fil-plażma kienu ta’ 1.4 u 2.8 wara sagħtejn u fl-aħħar tal-infużjoni rispettivament. Mhux magħruf jekk il-metabolit M1 jakkumulax fit-tessut.

Eliminazzjoni

Atosiban instab biss f’ammonti żgħar fl-awrina, il-konċentrazzjoni fl-awrina kienet 50 darba inqas minn dik ta’ l-M1. Il-proporzjon ta’ atosiban eliminat fl-ippurgar mhux magħruf. Il-metabolit

prinċipali M1 huwa bejn wieħed u ieħor 10 darbiet inqas b’saħħtu minn atosiban biex iwaqqaf il- kontrazzjonijiet ta’ l-utru kkaġunati minn oxytocin in vitro. Il-metabolit M1 jitneħħa fil-ħalib (ara sezzjoni 4.6).

Pazjenti b’indeboliment tal-kliewi jew tal-fwied

M’hemmx esperjenza bit-terapija ta’ atosiban f’pazjenti b’indeboliment fil-funzjoni tal-fwied jew tal- kliewi. Indeboliment tal-kliewi x’aktarx mhux se jkun jeħtieġ aġġustament tad-doża, u dan għaliex ammont żgħir ta’ atosiban jitneħħa fl-awrina. F’pazjenti b’indeboliment fil-funzjoni tal-fwied, atosiban għandu jintuża b’kawtela (ara sezzjonijiet 4.2 u 4.4).

X’aktarx li atosiban mhux se jwaqqaf l-isoformi ta’ ċitokrom P450 tal-fwied fil-bnedmin (ara sezzjoni 4.5).

5.3 Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Ma deherx li kien hemm effetti tossiċi sistemiċi waqt studji ta’ ġimagħtejn dwar it-tossicità li fihom il- prodott ingħata ġol-vina (fil-firien u l-klieb) b’dożi li kienu bejn wieħed u ieħor 10 darbiet ogħla mid- doża terapewtika għall-bnedmin, kif ukoll waqt studji ta’ tliet xhur dwar it-tossiċità fil-firien u l-klieb (sa 20 mg/kg kuljum s.c.). L-ikbar doża subkutanja ta’ atosiban li ma kellhiex effetti avversi kienet bejn wieħed u ieħor darbtejn id-doża terapewtika li tingħata lill-bnedmin.

Ma sar ebda studju dwar il-fertilità u l-iżvilupp bikri tal-embriju. Studji dwar tossiċità riproduttiva ma wrew l-ebda effett fuq l-ommijiet jew il-feti, meta ngħataw dożi mill-bidu sa l-aħħar stadji tat-tqala. Il- fetu tal-far kien espost għal bejn wieħed u ieħor erba’ darbiet id-doża li jiġi espost għaliha l-fetu uman waqt infużjonijiet ġol-vina fin-nisa. Studji fuq l-annimali wrew li kien hemm waqfien fil-produzzjoni tal-ħalib kif inhu mistenni meta titwaqqaf l-azzjoni ta’ oxytocin.

Atosiban ma kellux effett onkoġeniku u lanqas mutaġeniku f’testijiet in vitro u in vivo.

6. TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1 Lista ta’ eċċipjenti

Mannitol

Hydrochloric acid 1M

Ilma għall-injezzjonijiet

6.2 Inkompatibbiltajiet

Fin-nuqqas ta’ studji ta’ kompatibbiltà, dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn żlief dawk imsemmija f’sezzjoni 6.6.

6.3 Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Sentejn.

Ladarba jinfetaħ il-kunjett, id-dilwizzjoni trid issir fil-pront.

Is-soluzzjoni dilwita li tingħata fil-vina għandha tintuża fi żmien 24 siegħa minn meta tiġi ppreparata.

6.4 Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fi friġġ (2°C – 8°C).

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

6.5 In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Kunjett ta’ konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni fih 5 ml ta’ soluzzjoni, li jikkorrispondu għal

37.5 mg ta’ atosiban.

Kunjett tal-ħġieġ tubulari bla kulur (tip I) b’tapp griż tal-lastku flange tal-bromobutyl u ssiġillat b’siġill tal-aluminju flip off vjola.

6.6 Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Qabel ma tuża l-prodott agħti daqqa ta’ għajn lill-kunjetti għal xi frak li jista’ jkun fihom jew xi bidla fil-lewn.

Kif tipprepara s-soluzzjoni għall-infużjoni għal ġol-vina:

Għal infużjoni għal ġol-vina, wara li tingħata d-doża f’daqqa, atosiban 37.5/5 ml, konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni għandu jkun dilwit ma’ waħda minn dawn is-soluzzjonijiet:

-sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) soluzzjoni għall-injezzjoni

-soluzzjoni ta’ Ringer’s lactate

-5% w/v soluzzjoni ta’ glucose.

Iġbed soluzzjoni ta’ 10 ml minn borża għall-infużjoni tal-100 ml u armi. Minflokha ixħet 10 ml atosiban 37.5 mg/5 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni minn żewġ kunjetti ta’ 5 ml biex ikollok konċentrazzjoni ta’ 75 mg ta’ atosiban f’100 ml.

Il-prodott rikostitwit huwa ċar, trasparenti u mingħjr frak.

L-infużjoni tal-bidu tingħata billi ssir infużjoni ta’ 24 ml/siegħa (i.e. 18 mg/siegħa) tas-soluzzjoni li tkun ġiet ippreparata, fuq medda ta’ tliet sigħat taħt superviżjoni medika xierqa f’dipartiment ostetriku. Wara tliet sigħat, ir-rata ta’ l-infużjoni titnaqqas għal 8 ml/siegħa.

Ipprepara boroż ġodda tal-100 ml bl-istess mod kif imfisser biex l-infużjoni tkun tista’ titkompla.

Jekk tintuża borża tal-infużjoni b’volum differenti, għandu jsir kalkolu proporzjonat fil-preparazzjoni.

Biex id-doża tkun eżatta, hu rakkomandat l-użu ta’ strument li jikkontrolla r-rata ta’ l-infużjoni ta’ qtar filminuta. Microdrip chamber ġol-vina jista’ jipprovdi medda konvenjenti ta’ rati ta’ infużjoni fil- limiti tad-dożi rakkomandati għal atosiban.

Jekk hemm bżonn li jingħataw prodotti oħra mediċinali ġol-vina fl-istess ħin, il-kannula ġol-vina tista’ tintuża għal iktar minn prodott wieħed jew jista’ jintuża post ieħor għall-għoti ġol-vina. Dan jippremetti li jkun hemm kontroll indipendenti tar-rata ta’ l-infużjoni.

7. DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Sun Pharmaceutical Industries Europe B.V.

Polarisavenue 87

2132 JH Hoofddorp

L-Olanda

8. NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SU

EU/1/13/852/002

9. DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 31 ta’ Lulju, 2013

10. DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati