Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Azopt (brinzolamide) – Fuljett ta’ tagħrif - S01EC04

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaAzopt
Kodiċi ATCS01EC04
Sustanzabrinzolamide
ManifatturNovartis Europharm Limited

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

AZOPT 10 mg/ml qtar għall-għajnejn, suspensjoni

Brinzolamide

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu AZOPT u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża AZOPT

3.Kif għandek tuża AZOPT

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen AZOPT

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu AZOPT u għalxiex jintuża

AZOPT fih brinzolamide li jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini li jissejħu inibituri ta’ carbonic anhydrase. Huwa jnaqqas il-pressjoni ġewwa l-għajn.

Il-qtar tal-għajnejn AZOPT huwa użat għal kura ta’ pressjoni għolja fl-għajnejn. Din il-pressjoni għolja tista’ twassal għal marda li tisejjaħ glawkoma.

Jekk il-pressjoni fl-għajn tkun għolja wisq, tista’ tagħmel ħsara lill-vista tiegħek.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża AZOPT

Tużax AZOPT

-jekk għandek problemi severi fil-kliewi

-jekk inti allerġiku għal xi sustanzi ta’ AZOPT. Għal-lista kompleta ta’ sustanzi jekk jogħġbok ara sezzjoni 6.

-jekk inti allerġiku għall-mediċini li jissejħu sulfonamides. Eżempji jinkludu mediċini wżati għall-kura tad-dijabete u infezzjonijiet, kif ukoll dijuretiċi (pilloli tal-awrina). Azopt jista’ jikkawża l-istess tip ta’ allerġija.

-jekk għandek aċidità żejda fid-demm tiegħek (kondizzjoni li tissejjaħ aċidożi iperklorimika)

Jekk għandek aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib tiegħek għall-parir.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tuża AZOPT:

-jekk għandek problemi fil-kliewi jew fil-fwied.

-Jekk għandek għajnejk xotti jew għandek xi problemi fil-korneja.

-jekk qed tieħu mediċini sulphonamide oħra

-jekk għandek forma speċifika ta’ glawkoma li fiha l-pressjoni ġewwa l-għajn togħla minħabba depożiti li jimblukkaw fluwidu li jnixxi ’l barra (glawkoma psewdoeksfoljattiva jew glawkoma

pigmentarja) jew forma speċifika ta’ glawkoma li fiha l-pressjoni ġewwa l-għajn tiżdied (xi kultant malajr ħafna) minħabba li l-għajn toħroġ ’il barra u timblokka fluwidu li jnixxi ’l barra (glawkoma ta’ angolu dejjaq)

Tfal u adolexxenti

AZOPT m’għandux jintuża minn trabi, tfal jew adolexxenti taħt l-età ta’ 18–il sena, ħlief fuq il-parir tat-tabib tiegħek.

Mediċini oħra u AZOPT

Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta.

Jekk qed tieħu xi inibitur ieħor ta’ carbonic anhydrase (acetazolamide jew dorzolamide, ara sezzjoni 1, X’inhu AZOPT u għalxiex jintuża), kellem lit-tabib tiegħek.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il- parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tuża din il-mediċina.

Nisa li jistgħu joħorġu tqal huma avżati biex jużaw kontraċezzjoni effettiva waqt kura b’AZOPT. L- użu ta’ AZOPT mhux irrakkomandat waqt it-tqala jew it-treddigħ. Tużax AZOPT jekk ma jkunx indikat b’mod ċar mit-tabib tiegħek.

Itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

M’għandekx issuq jew tħaddem magni qabel il-vista tiegħek tiċċara. Għandek mnejn tinnota li l-vista tiegħek tkun imċajpra għal xi ħin hekk kif tuża AZOPT.

AZOPT jista’ jnaqqas il-ħila li twettaq xogħol li jeħtieġ viġilanza mentali u/jew koordinazzjoni fiżika. Jekk jaffettwak hekk hu ħsieb meta ssuq jew tħaddem magni.

AZOPT fih benzalkonium chloride

AZOPT fih preservattiv (benzalkonium chloride) li jista’ jikkawża rritazzjoni fl-għajnejn u huwa magħruf li jbiddel il-kulur ta’ lentijiet tal-kuntatt rotob. Kuntatt ma’ lentijiet tal-kuntatt rotob għandu jiġi evitat. Jekk tilbes lentijiet tal-kuntatt għandek tneħħihom qabel ma tapplika AZOPT u stenna mill- inqas 15-il minuta wara l-applikazzjoni tad-doża qabel ma terġa’ tpoġġi l-lentijiet tal-kuntatt lura f’għajnejk.

3.Kif għandek tuża AZOPT

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Uża AZOPT għal għajnejk biss. Tiblax u tinjettax.

Id-doża rakkomandata hija qatra waħda ġol-għajn jew għajnejn affettwati, darbtejn kuljum: filgħodu u filgħaxija.

Uża din id-doża sakemm ma jgħidlekx mod ieħor it-tabib tiegħek. Għandek tuża AZOPT f’għajnejk it- tnejn biss jekk jgħidlek it-tabib. Uża għal kemm qallek it-tabib.

Kif għandek tuża

Aqbad il-flixkun ta’ AZOPT u mera.

Aħsel idejk.

Ħawwad il-flixkun u neħħilu l-għatu. Wara li jitneħħa l-għatu, jekk iċ-ċirku li juri li għadu ssiġillat u li jinqata’ jkun maħlul, neħħieħ qabel tuża l-prodott.

Żomm il-flixkun wiċċu ’l isfel bejn subgħajk il-kbir u subgħajk tan-nofs.

Itfa’ rasek naqra lura. B’saba’ nadif, niżżel il-kappell tan-naħa t’isfel ta’ għajnejk sakemm jifforma spazju bejn il-kappell t’għajnejk u l-għajn. Il-qatra ser tidħol hawn ġew (stampa 1).

Ġib il-qattara tal-flixkun viċin tal-għajn. Uża l-mera, tkun ta’ għajnuna.

Tmissx għajnejk jew il-kappell t’għajnejk, jew xi parti qrib ta’ għajnejk jew xi superfiċji oħra bil-qattara tal-flixkun. Dan jista’ jikkontamina l-qtar li jkun fadal fil-flixkun.

Imbotta bil-mod il-qiegħ tal-flixkun biex tinżel qatra waħda ta’AZOPT.

Tagħfasx il-flixkun. Il-flixkun huwa magħmul biex meta timbotta l-qiegħ tniżżel qatra waħda

(stampa 2).

Wara li tqattar AZOPT, għafas b’subgħajk il-kantuniera ta’ għajnejk fin-naħħa ta’ mnieħrek (stampa 3) għal mill-inqas minuta. Dan ser jgħin biex iwaqqaf lil AZOPT milli jidħol fil-bqija ta’ ġismek.

Jekk qed tuża l-qtar f’għajnejk it-tnejn, erġa’ rrepeti l-proċeduri hawn fuq imsemija għal għajnek l-oħra.

Għalaq il-flixkun sewwa x’ħin tispiċċa.

Uża flixkun wieħed qabel ma’ tiftaħ ieħor.

Jekk qatra ma’ tidħolx f’għajnejk, erġa pprova.

Jekk qed tuża qtar tal-għajnejn oħra, stenna mill-anqas 5 minuti bejn l-użu ta’ AZOPT u l-użu tal-qtar l-oħra. Ingwent għall-għajnejn għandu jingħata l-aħħar.

Jekk tuża AZOPT aktar milli suppost

Jekk jinżlu ħafna qtar ta’ AZOPT ġewwa għajnejk, laħalħu l-barra b’ilma fietel. Terġax tqattar sakemm jasallek il-ħin tad-doża li jmiss.

Jekk tinsa tuża AZOPT

Għamel qatra waħda malli tiftakkar, imbagħad erġa’ lura għal kif kont qed tqattar qabel. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tuża AZOPT

Jekk tieqaf tuża AZOPT mhux fuq il-parir tat-tabib tiegħek, il-pressjoni f’għajnejk tista’ ma tkunx ikkontrollata, u dan jista’ jwassal għal telf tal-vista.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

L-effetti sekondarji li ġejjin kienu osservati b’AZOPT.

Effetti sekondarji komuni

(jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10)

-Effetti fl-għajn: vista mċajpra, irritazzjoni fl-għajn, uġigħ fl-għajn, tnixxija mill-għajn, ħakk fl- għajn, l-għajn tinħass xotta, sensazzjoni mhux normali fl-għajn, ħmura fl-għajn.

-Effetti sekondarji ġenerali: togħma ħażina.

Effetti sekondarji mhux komuni

(jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100)

-Effetti fl-għajn: sensittività għad-dawl, infjammazzjoni jew infezzjoni tal-konġuntiva, nefħa fl- għajn, ħakk, ħmura jew nefħa fil-kappell tal-għajn, depożiti fl-għajn, leħħa, sensazzjoni ta’ ħruq, bħal qoxra fuq il-wiċċ tal-għajn, żjieda fil-pigmentazzjoni tal-għajn, għeja fl-għajn, qoxra fuq il-kappell tal-għajn, żjieda fid-dmugħ

-Effetti sekondarji ġenerali: funzjoni tal-qalb imnaqqsa, taħbit tal-qalb qawwi li jista’ jkun mgħaġġel ħafna jew irregolari, rata ta’ taħbit tal-qalb imnaqqsa, diffikultà biex tieħu n-nifs, qtugħ ta’ nifs, tnaqqis fl-għadd ta’ ċelluli ħomor fid-demm, żjieda fil-livelli ta’ chlorine fid- demm, sturdament, diffikultà bil-memorja, depressjoni, nervi, nuqqas ta’ interess emozzjonali,

ħmar il-lejl, indebboliment ġeneralizzat, tħossok mhux normali, uġigħ, problemi ta’ ċaqliq, tnaqqis fil-ħajra sesswali, diffikultà sesswali fl-irġiel, sintomi ta’ riħ, konġestjoni fis-sider, infezzjoni fis-sinus, irritazzjoni fil-griżmejn, uġigħ fil-griżmejn, sensazzjoni mhux normali jew imnaqqsa fil-ħalq, infjammazzjoni tal-kisja ta’ ġewwa ta’ l-esofagu, uġigħ ta’ żaqq, dardir, rimettar, stonku mdardar, purgar frekwenti, dijarea, gass fl-imsaren, disturbi fis-sistema diġestiva, uġigħ fil-kliewi, uġigħ fil-muskoli, spażmi fil-muskoli, uġigħ ta’ dahar, fsada mill-imnieħer, imnieħer iqattar, imnieħer misdud, għatis, raxx, sensazzjoni mhux normali fil-ġilda, ħakk, raxx lixx tal-ġilda jew ħmura miksija b’ponot imqabżin, ġilda miġbuda, uġigħ ta’ ras, ħalq xott, frak fl-għajn.

Effetti sekondarji rari

(jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1,000)

Effetti fl-għajn: nefħa fil-korneja, vista doppja jew imnaqqsa, vista mhux normali, leħħ ta’ dawl fil- kamp viżiv, sensazzjoni fl-għajn imnaqqsa, nefħa madwar l-għajn, żieda tal-pressjoni fl-għajn, ħsara lill-nerv ottiku.

Effetti sekondarji ġenerali: indeboliment fil-memorja, ngħas, uġigħ fis-sider, konġestjoni fl-apparat respiratorju ta’ fuq, konġestjoni fis-sinus, konġestjoni fl-imnieħer, imnieħer xott, żarżir fil-widnejn, telf ta’ xagħar, ħakk ġeneralizzat, tħossok nervuż, irritabilità, rata ta’ taħbit tal-qalb irregolari, dgħufija tal-ġisem, diffikultà biex torqod, tħarħir, raxx bil-ħakk.

Mhux magħruf (ma jistgħux jiġu stmati mid-dejta disponibbli):

-Effetti fl-għajn: anormalità fil-kappell tal-għajn, disturb fil-vista, disturb fil-korneja, allerġija fl-għajn, tnaqqis fit-tkabbir jew fl-ammont ta’ xagħar ta’ xfar l-għajnejn, ħmura fil-kappell tal- għajn.

-Effetti sekondarji ġenerali: żieda fis-sintomi allerġiċi, sensazzjoni mnaqqsa, rogħda, telf tas- sensazzjoni tat-togħma jew sensazzjoni tat-togħma mnaqqsa, tnaqqis fil-pressjoni, żieda fil- pressjoni, rata ta’ taħbit tal-qalb aktar mgħaġġla, uġigħ fil-ġogi, ażżma, uġigħ fl-estremitajiet, ħmura, infjammazzjoni, jew ħakk fil-ġilda, testijiet tad-demm tal-fwied mhux normali, nefħa fl-estremitajiet, awrina frekwenti, tnaqqis fl-aptit, tħossok ma tiflaħx.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament

permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V*. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen AZOPT

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-flixkun u l-kartuna wara “EXP”. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar,

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Biex tevita infezzjonijiet, għandek tarmi l-flixkun erba’ ġimgħat wara li tkun ftaħtu l-ewwel darba. Niżżel id-data li fiha tkun ftaħt kull flixkun fl-ispazju taħt u fl-ispazju fuq it-tikketta tal-flixkun u l-kartuna. Għall-pakkett li fih flixkun wieħed, niżżel data waħda biss.

Infetaħ (1):

Infetaħ (2):

Infetaħ (3):

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6 Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih AZOPT

-Is-sustanza attiva hi brinzolamide. Kull millilitru fih 10 mg ta’ brinzolamide.

-Is-sustanzi l-oħra huma benzalkonium chloride, carbomer 974P, edetate disodium, mannitol (E421), ilma ppurifikat, sodium chloride, tyloxapol. Jiġu miżjuda ammonti żgħar ta’ hydrochloric acid jew sodium hydroxide biex iżommu normali l-livelli ta’ l-aċidità (livelli tal- pH).

Kif jidher Azopt u l-kontenut tal-pakkett

AZOPT huwa likwidu qisu ħalib (suspensjoni) disponibbli f’pakkett li fih flixkun tal-plastik

(droptainer) ta’ 5 ml jew 10 ml b’għatu tal-kamin, jew f’pakkett li fih tlett ifliexken tal-plastik (droptainer) ta’ 5 ml b’għotjien tal-kamin. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis- suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni

Il-Manifattur

 

 

Il-Manifattur

 

 

 

għat-Tqegħid fis-Suq

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Novartis Europharm Limited,

S.A. Alcon-Couvreur N.V.,

 

Alcon Cusí, S.A.,

 

Frimley Business Park

Rijksweg 14,

 

 

Camil Fabra 58,

 

Camberley GU16 7SR

B-2870 Puurs,

 

08320 El Masnou,

Ir-Renju Unit.

Il-Belġju

 

Spanja

 

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Novartis Pharma N.V.

Novartis Pharma Services Inc.

Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Tel: +370 5 269 16 50

България

Luxembourg/Luxemburg

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Pharma N.V.

Тел.: +359 2 489 98 28

Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Česká republika

Magyarország

Novartis s.r.o.

Novartis Hungária Kft.

Tel: +420 225 775 111

Tel.: +36 1 457 65 00

Danmark

Malta

Novartis Healthcare A/S

Novartis Pharma Services Inc.

Tlf: +45 39 16 84 00

Tel: +356 2122 2872

Deutschland

Nederland

Novartis Pharma GmbH

Novartis Pharma B.V.

Tel: +49 911 273 0

Tel: +31 26 37 82 111

Eesti

Norge

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Norge AS

Tel: +372 66 30 810

Tlf: +47 23 05 20 00

Ελλάδα

Österreich

Novartis (Hellas) A.E.B.E.

Novartis Pharma GmbH

Τηλ: +30 210 281 17 12

Tel: +43 1 86 6570

España

Polska

Novartis Farmacéutica, S.A.

Novartis Poland Sp. z o.o.

Tel: +34 93 306 42 00

Tel.: +48 22 375 4888

France

Portugal

Novartis Pharma S.A.S.

Novartis Farma - Produtos Farmacêuticos, S.A.

Tél: +33 1 55 47 66 00

Tel: +351 21 000 8600

Hrvatska

România

Novartis Hrvatska d.o.o.

Novartis Pharma Services Romania SRL

Tel. +385 1 6274 220

Tel: +40 21 31299 01

Ireland

Slovenija

Novartis Ireland Limited

Novartis Pharma Services Inc.

Tel: +353 1 260 12 55

Tel: +386 1 300 75 50

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

Novartis Slovakia s.r.o.

Sími: +354 535 7000

Tel: + 421 2 5542 5439

Italia

Suomi/Finland

Novartis Farma S.p.A.

Novartis Finland Oy

Tel: +39 02 96 54 1

Puh/Tel: +358 (0)10 6133 200

Κύπρος

Sverige

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Sverige AB

Τηλ: +357 22 690 690

Tel: +46 8 732 32 00

Latvija

United Kingdom

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Pharmaceuticals UK Ltd.

Tel: +371 67 887 070

Tel: +44 1276 698370

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati