Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Benlysta (belimumab) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - L04AA26

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaBenlysta
Kodiċi ATCL04AA26
Sustanzabelimumab
ManifatturGlaxo Group Ltd.

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata. Ara sezzjoni 4.8 dwar kif għandhom jiġu rappurtati reazzjonijiet avversi.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Benlysta 120 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni.

Benlysta 400 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni.

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Benlysta 120 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni.

Kull kunjett fih 120 mg ta’ belimumab. Wara r-rikostituzzjoni, is-soluzzjoni jkun fiha 80 mg ta’ belimumab f’kull ml.

Benlysta 400 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni.

Kull kunjett fih 400 mg ta’ belimumab. Wara r-rikostituzzjoni, is-soluzzjoni jkun fiha 80 mg ta’ belimumab f’kull ml.

Belimumab huwa antikorp monoklonali IgG1λ uman, magħmul f’linja ta’ ċelluli mammiferi (NS0) permezz ta’ teknoloġija rikombinanti tad-DNA.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni.

Trab minn abjad sa offwajt.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Benlysta huwa indikat bħala terapija miżjuda ma’ oħrajn f’pazjenti adulti li għandhom lupus erythematosus sisitemiku (SLE) attiv u pożittiv għal awtoantikorpi bi grad għoli ta’ attività tal-marda (eż. pożittiv għal anti-dsDNA u b’kompliment baxx) minkejja terapija standard (ara sezzjoni 5.1).

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Kura b’Benlysta għandha tinbeda u tiġi ssorveljata minn tabib ikkwalifikat b’esperjenza fid-dijanjosi u l-kura ta’ SLE. Infużjonijiet ta’ Benlysta għandhom jingħataw minn professjonist fil-qasam tal-kura tas-saħħa kkwalifikat u mħarreġ biex jagħti terapija b’infużjoni.

L-għoti ta’ Benlysta jista’ jwassal għal reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva u reazzjonijiet għall-infużjoni severi jew ta’ periklu għal ħajja. Kien hemm rapporti ta’ pazjenti li żviluppaw sintomi ta’ sensittività eċċessiva akuta diversi sigħat wara l-għoti tal-infużjoni. Kienet osservata wkoll rikorrenza ta’ reazzjonijiet klinikament sinifikanti wara kura xierqa tal-bidu tas-sintomi (ara sezzjoni 4.4 u 4.8). Għalhekk, Benlysta għandu jingħata f’ambjent fejn hemm riżorsi disponibbli immedjatament biex jimmaniġġaw reazzjonijiet bħal dawn. Il-pazjenti għandhom jibqgħu taħt superviżjoni klinika għal perjodu ta’ żmien twil (għal diversi

sigħat), wara tal-inqas l-ewwel żewġ infużjonijiet, b’konsiderazzjoni tal-possibbiltà ta’ reazzjoni b’bidu ttardjat.

Pazjenti kkurati b’Benlysta għandhom jiġu mgħarrfa dwar ir-riskju potenzjali ta’ sensittività eċċessiva severa jew ta’ periklu għall-ħajja u l-possibbiltà li s-sintomi jibdew jew jerġgħu iseħħu tard. Il-fuljett ta’ tagħrif għandu jiġi pprovdut lill-pazjent kull darba li jingħata Benlysta (ara sezzjoni 4.4).

Pożoloġija

Premedikazzjoni inkluż dik b’antiistamin, flimkien ma’ mediċina kontra d-deni jew mingħajrha, tista’ tingħata qabel l-infużjoni ta’ Benlysta (ara sezzjoni 4.4).

L-iskeda ta’ għoti ta’ dożi rrakkomandata hija ta’ 10 mg/kg ta’ Benlysta fil-Jiem 0, 14 u 28, u kull 4 ġimgħat minn hemm ’il quddiem. Il-kundizzjoni tal-pazjent għandha tiġi stmata kontinwament. Għandu jiġi kkunsidrat it-twaqqif tal-kura b’Benlysta jekk ma jkun hemm l-ebda titjib fil-kontroll tal-marda wara 6 xhur ta’ kura.

Popolazzjonijiet speċjali

Anzjani (>65 sena)

L-effikaċja u s-sigurtà ta’ Benlysta fl-anzjani għadhom ma ġewx stabbiliti. Dejta f’pazjenti li għandhom

>65 sena hija limitata għal <1.6% tal-popolazzjoni studjata. Għalhekk, l-użu ta’ Benlysta f’pazjenti anzjani mhuwiex rrakkomandat ħlief jekk il-benefiċċji huma mistennija li jkunu aktar mir-riskji. Fil-każ li l-għoti ta’ Benlysta lil pazjenti anzjani jkun meqjus bħala meħtieġ, mhuwiex meħtieġ aġġustament fid-doża (ara sezzjoni 5.2).

Indeboliment tal-kliewi

Belimumab ġie studjat f’numru limitat ta’ pazjenti li għandhom SLE u indeboliment tal-kliewi.

Fuq bażi tal-informazzjoni disponibbli, mhuwiex meħtieġ aġġustament fid-doża f’pazjenti b’indeboliment ħafif, moderat jew qawwi tal-kliewi. Madankollu hija rrakkomadata l-kawtela f’pazjenti b’indeboliment qawwi tal-kliewi minħabba nuqqas ta’ dejta (ara sezzjoni 5.2).

Indeboliment tal-fwied

Ma saru l-ebda studji speċifiċi b’Benlysta f’pazjenti li kellhom indeboliment tal-fwied. Pazjenti b’indeboliment tal-fwied x’aktarx ma jkollhomx bżonn aġġustament fid-doża (ara sezzjoni 5.2).

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Benlysta fit-tfal u l-adolexxenti (ta’ taħt it-18-il sena) ma ġewx determinati s’issa. Dejta mhux disponibbli.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Benlysta jingħata fil-vina permezz ta’ infużjoni, u għandu jiġi rrikostitwit u ddilwit qabel ma jingħata. Għal struzzjonijiet fuq ir-rikostituzzjoni, id-dilwizzjoni, u l-ħażna tal-prodott mediċinali qabel l-amministrazzjoni, ara sezzjoni 6.6.

L-infużjoni ta’ Benlysta għandha tingħata fuq perijodu ta’ siegħa.

Benlysta m’għandux jingħata bħala injezzjoni f’daqqa ġol-vina.

Ir-rata tal-infużjoni tista’ ssir aktar bil-mod jew titwaqqaf jekk il-pazjent jiżviluppa reazzjoni għall-infużjoni.

L-infużjoni għandha titwaqqaf minnufih jekk il-pazjent jkollu reazzjoniji avversa li tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.8).

4.3Kontra-indikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Benlysta ma ġiex studjat fil-gruppi ta’ pazjenti li ġejjin, u mhux rrakkomandat meta jkun hemm:

lupus attiv u qawwi fis-sistema nervuża ċentrali

nefrite attiva u qawwija tal-lupus (ara sezzjoni 5.1)

HIV

epatite B jew Ċ fil-passat jew kurrenti

ipogammaglobulinimja (IgG <400 mg/dl) jew defiċjenza ta’ IgA (IgA <10 mg/dl)

storja ta’ trapjant ta’ organu prinċipali jew trapjant ematopojetiku tal-istem/taċ-ċellula/tal- mudullun jew trapjant tal-kliewi.

L-użu flimkien ma’ terapija mmirata lejn iċ-ċelluli B jew cyclophosphamide

Benlysta ma ġiex studjat flimkien ma’ terapija mmirata lejn iċ-ċelluli B jew ma’ cyclophosphamide minn ġol-vini. Għandha tintuża l-kawtela jekk Benlysta jingħata flimkien ma’ terapija oħra mmirata lejn iċ-ċelluli

B jew ma’ cyclophosphamide.

Reazzjonijiet għall-infużjoni u sensittività eċċessiva

L-għoti ta’ Benlysta jista’ jwassal għal reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva u reazzjonijiet għall-infużjoni li jistgħu jkunu severi, u fatali. F’każ ta’ reazzjoni qawwija, l-għoti ta’ Benlysta għandu jitwaqqaf u għandha tingħata terapija medika xierqa (ara sezzjoni 4.2). Ir-riskju ta’ reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva huwa l- akbar mal-ewwel żewġ infużjonijiet; madankollu r-riskju għandu jiġi kkunsidrat għal kull infużjoni li tingħata. Pazjenti bi storja ta’ allerġiji jew ta’ sensittivtà eċċessiva sinifikanti għal ħafna mediċini jistgħu jkunu f’riskju akbar.

Premedikazzjoni inkluż dik b’antiistamin, flimkien ma’ mediċina kontra d-deni jew mingħajrha, tista’ tingħata qabel l-infużjoni ta’ Benlysta. M’hemmx tagħrif biżżejjed biex jiġi determinat jekk medikazzjoni minn qabel tistax tnaqqas il-frekwenza jew is-severità ta’ reazzjonijiet għall-infużjoni.

Fi studji kliniċi, reazzjonijiet serji għall-infużjoni u ta’ sensittività eċċessiva affettwaw madwar 0.9% tal- pazjenti, u kienu jinkludu, reazzjoni anafilattika, bradikardija, pressjoni baxxa, anġjoedima, u qtugħ ta’ nifs.

Reazzjonijiet għall-infużjoni seħħew b’mod aktar frekwenti waqt l-ewwel żewġ infużjonijiet u kien hemm tendenza li jonqsu ma infużjonijiet sussegwenti (ara sezzjoni 4.8). Kien hemm rapporti ta’ pazjenti li żviluppaw sintomi ta’ sensittività eċċessiva akuta diversi sigħat wara l-għoti tal-infużjoni. Kienet osservata wkoll rikorrenza ta’ reazzjonijiet klinikament sinifikanti wara kura xierqa tal-bidu tas-sintomi (ara sezzjoni 4.2 u 4.8). Għalhekk, Benlysta għandu jingħata f’ambjent fejn riżorsi għall-immaniġġar ta’ reazzjonijiet bħal dawn ikunu disponibbli b’mod immedjat. Il-pazjenti għandhom jibqgħu taħt superviżjoni klinika għal perjodu ta’ żmien twil (għal diversi sigħat), wara tal-inqas l-ewwel żewġ infużjonijiet, b’konsiderazzjoni tal- possibbiltà ta’ reazzjoni b’bidu ttardjat. Il-pazjenti għandhom jiġu avżati li reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva huma possibbli fil-jum tal-infużjoni, jew fil-jum ta’ wara l-infużjoni, u għandhom jiġu mgħarrfa dwar sinjali u sintomi potenzjali u l-possibbiltà ta’ rikorrenza. Il-pazjenti għandhom jingħataw parir biex ifittxu attenzjoni medika immedjata jekk ikollhom esperjenza ta’ xi sintomi minn dawn. Il-fuljett ta’ tagħrif għandu jiġi pprovdut lill-pazjent kull darba li jingħata Benlysta (ara sezzjoni 4.2).

Ġew osservati wkoll reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva tat-tip li jieħdu ż-żmien biex joħorġu, mhux akuti u li inkludew sintomi bħal raxx, nawsja, għejja, mijalġja, uġigħ ta’ ras, u edima fil-wiċċ.

Infezzjonijiet

Il-mod ta’ kif jaħdem belimumab jista’ jżid ir-riskju għall-iżvilupp ta’ infezzjonijiet, inkluż infezzjonijiet opportunistiċi. Infezzjonijiet severi, inkluż każijiet fatali, ġew irrapportati f’pazjenti b’SLE li kienu qegħdin jirċievu terapija immunosoppressiva, inkluż belimumab (ara sezzjoni 4.8). It-tobba għandhom jaġixxu b’kawtela meta jikkunsidraw l-użu ta’ Benlysta f’pazjenti b’infezzjonijiet severi jew kroniċi jew bi storja ta’ infezzjoni rikorrenti. Pazjenti li jiżviluppaw infezzjoni waqt li jkunu qed jieħdu kura b’Benlysta għandhom jiġu mmonitorjati mill-qrib u għandha tingħata konsiderazzjoni b’reqqa għall-interruzzjoni ta’ terapija immunosoppressanti inkluż belimumab sakemm l-infezzjoni tiġi riżolta. Ir-riskju li wieħed juża Benlysta f’pazjenti b’tuberkulożi attiva jew mingħajr sintomi mhuwiex magħruf.

Lewkoenċefalopatija multifokali progressiva

Lewkoenċefalopatija multifokali progressiva (PML - progressive multifocal leukoencephalopathy) ġiet irrappurtata b’kura b’Benlysta għal SLE. It-tobba għandhom ikunu attenti b’mod partikolari għal sintomi li jissuġġerixxu PML li l-pazjenti jistgħu ma jinnutawx (eż. sintomi jew sinjali konoxxittivi, newroloġiċi jew psikjatriċi). Il-pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati għal kwalunkwe wieħed minn dawn is-sintomi ġodda jew li qed imorru għall-agħar, u jekk dawn is-sintomi/sinjali jseħħu, għandu jitqies li wieħed jirreferi l- pazjent għand newroloġista u għandhom jitqiesu miżuri dijanjostiċi xierqa għal PML. Jekk tiġi ssusspettata PML, aktar għoti ta’ dożi għandu jitwaqqaf sakemm PML tiġi eskluża.

Tilqim

Tilqim ħaj m’għandux jingħata sa 30 jum qabel jew flimkien ma’ Benlysta, minħabba li s-sigurtà klinika ma ġietx stabbilita. M’hemm l-ebda dejta disponibbli dwar it-trasmissjoni sekondarja ta’ infezzjonijiet minn persuni li qed jirċievu tilqim ħaj lil pazjenti li qed jirċievu Benlysta.

Minħabba l-mod ta’ kif jaħdem, belimumab jista’ jfixkel ir-rispons għat-tilqim. Madankollu, fi studju żgħir li evalwa r-rispons għall-vaċċin pnewmokokkali 23- valenti, risponsi immuni globali għas-serotipi differenti kienu simili f'pazjenti SLE li jirċievu Benlysta meta mqabbla ma’ dawk li jirċievu kura immunosoppressiva standard fil-ħin tal-vaċċinazzjoni . M’hemmx biżżejjed tagħrif biex tiġbed konklużjonijiet dwar rispons għal tilqim ieħor.

Dejta limitata tissuġġerixxi li Benlysta ma jaffettwax b’mod sinifikanti il-ħila li wieħed iżomm ir-rispons immuni protettiv għal tilqim li ttieħed qabel l-għoti ta’ Benlysta. F’sottostudju, grupp żgħir ta’ pazjenti li qabel kienu rċivew tilqim tat-tetnu, tal-pneumococcus jew tal-influenza instabu li żammew titres protettivi wara kura b’Benlysta.

Mard malinn u disturbi limfoproliferattivi

Prodotti mediċinali immunomodulatorji, inkluż belimumab, jistgħu jżidu r-riskju ta’ mard malinn. Għandu jkun hemm kawtela meta wieħed jikkunsidra terapija b’belimumab f’pazjenti bi storja ta’ mard malinn jew meta jiġi kkunsidrat li titkompla l-kura f’pazjenti li jiżviluppaw mard malinn. Pazjenti b’neoplażmu malinn f’dawn l-aħhar 5 snin għadhom ma ġewx studjati, bl-eċċezzjoni ta’ dawk b’kanċer taċ-ċelluli basal jew squamous tal-ġilda, jew kanċer taċ-ċerviċi tal-utru, li tneħħa kompletament jew ġie kkurat b’mod xieraq.

Kontenut tas-sodium

Dan il-prodott mediċinali għandu mill-anqas 1 mmol ta’ sodium (23 mg) għal kull doża, jiġifieri essenzjalment huwa ‘mingħajr sodium’.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ma twettaq l-ebda studju ta’ interazzjoni.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Nisa f’età li jista’ jkollhom it-tfal/Kontraċezzjoni fl-irġiel u n-nisa

Nisa f’età li jista’ jkollhom it-tfal għandhom jużaw kontraċezzjoni effettiva waqt kura b’Benlysta u għal mill-anqas 4 xhur wara li tingħata l-aħħar kura.

Tqala

Hemm dejta limitata dwar l-użu ta’ Benlysta f’nisa tqal. Ma saru l-ebda studji formali. Barra mill-effett farmakoloġiku mistenni i.e tnaqqis fiċ-ċelluli B, studji tal-annimali fix-xadini ma jindikaw l-ebda effett dirett jew indirett ta’ ħsara marbuta ma’ tossiċità riproduttiva (ara sezzjoni 5.3).

Benlysta m’għandux jingħata waqt it-tqala ħlief jekk il-benefiċċju potenzjali jiġġustifika r-riskju potenzjali għall-fetu.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk Benlysta jiġix eliminat mill-ħalib tas-sider tal-bniedem jew jekk jiġix assorbit b’mod sistemiku wara li jittieħed. Madankollu, belimumab instab f’ammonti li setgħu jitkejlu fil-ħalib ta’ xadini nisa li ngħataw 150 mg/kg kull ġimagħtejn.

Minħabba li antikorpi (IgG) tal-omm jiġu eliminati fil-ħalib tas-sider, huwa rrakkomandat li tittieħed deċiżjoni jekk il-mara twaqqafx it-treddigħ jew twaqqafx it-trattament b’Benlysta, wara li jiġi kkunsidrat il- benefiċċju ta’ treddigħ għat-tarbija u l-benefiċċju ta’ trattament għall-mara.

Fertilità

M’hemm l-ebda dejta dwar l-effetti ta’ belumimab fuq il-fertilità umana. Effetti fuq il-fertilità fl-irġiel u fin- nisa għadhom ma ġewx evalwati b’mod formali fi studji fl-annimali (ara sezzjoni 5.3).

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma saru l-ebda studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Ma huma mbassra l-ebda effetti ta’ ħsara fuq attivitajiet bħal dawn mill-farmakoloġija ta’ Benlysta. Wieħed għandu jżomm quddiem għajnejh l-istat kliniku tal-individwu u l-profil tar-reazzjonijiet avversi ta’ Benlysta meta jqis il-ħila tal- pazjent li jagħmel affarijiet li jeħtieġu ġudizzju, u ħiliet motorji u konoxxittivi.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurtà

Is-sigurta` ta’ Benlysta f’pazjenti b’SLE ġiet evalwata fi tliet studji kkontrollati bi plaċebo.

Id-dejta deskritta hawn taħt tirrifletti l-esponiment għal 10 mg/kg ta’ Benlysta f’674 pazjent b’SLE, inkluż

472 esposti għal mill-anqas 52 ġimgħa. Id-dejta ta’ sigurtà tinkludi dejta aktar mit-52 Ġimgħa f’xi wħud mill-pazjenti. Dejta minn rapporti ta’ wara t-tqegħid fis-suq hija inkluża wkoll.

Il-pazjenti ngħataw 10 mg/kg ta’ Benlysta minn ġol-vini fuq perijodu ta’ siegħa fil-Jiem 0, 14, 28, imbagħad kull 28 jum għal 52 ġimgħa.

Il-biċċa l-kbira tal-pazjenti kienu qed jirċievu wkoll wieħed jew aktar minn dawn il-kuri konkomitanti għal SLE li ġejjin: kortikosterojdi, prodotti mediċinali immunomodulatorji, mediċini kontra l-malarja, prodotti mediċinali antiinfjammatorji mhux sterojdi.

Reazzjonijiet avversi kienu rrappurtati fi 93% tal-pazjenti kkurati b’Benlysta u fi 92% tal-pazjenti kkurati bi plaċebo. L-aktar reazzjonijiet avversi rrappurtati b’mod frrekwenti (≥10% tal-pazjenti b’SLE kkurati b’Benlysta flimkien ma’ kura standard u b’rata ta’ ≥1% ogħla mill-plaċebo) kienu nawsja, dijarea, u deni. Il- proporzjon ta’ pazjenti li ma komplewx il-kura minħabba reazzjonijiet avversi kien ta’ 7% kemm għal pazjenti kkurati b’Benlysta kif ukoll għal dawk ikkurati bi plaċebo.

Lista ta’ reazzjonijiet avversi miġbura f’tabella

Reazzjonijiet avversi huma elenkati hawn taħt skont il-klassi tas-sistemi u tal-organi MedDRA u l- frekwenza. Il-kategoriji ta’ frekwenza li ntużaw huma:

Komuni ħafna

> 1/10

Komuni

≥1/100 sa <1/10

Mhux komuni

≥1/1,000 sa <1/100

Rari

>1/10,000 sa <1/1000

F’kull grupp ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa huma preżentati skont is-serjetà tagħhom b’dawk l-aktar serji mniżżlin l-ewwel.

Klassi tas-sistemi u tal-

Frekwenza

Reazzjoni (jiet) avversi

organi

 

 

Infezzjonijiet u

Komuni ħafna

Infezzjonijiet ikkawżati minn

infestazzjonijiet

 

batterja, eż. bronkite, ċistite

 

 

 

 

Komuni

Gastroenterite ikkawżata minn virus,

 

 

farinġite, nasofarinġite

 

 

 

Disturbi tad-demm u tas-

Komuni

Lewkopenija

sistema limfatika

 

 

Disturbi fis-sistema immuni

Komuni

Reazzjonijiet ta’ sensittività

 

 

eċċessiva*

 

 

 

 

Mhux komuni

Reazzjoni anafilattika, anġjoedima

 

 

 

 

Rari

Reazzjonijiet ta’ sensittività

 

 

eċċessiva tat-tip li jieħdu ż-żmien

 

 

biex joħorġu, mhux akuti

 

 

 

Disturbi psikjatriċi

Komuni

Depressjoni, insomnja

 

 

 

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni

Emigranja

 

 

 

Disturbi gastro-intestinali

Komuni ħafna

Dijarea, nawsja

 

 

 

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti

Mhux komuni

Urtikarja, raxx

ta’ taħt il-ġilda

 

 

Disturbi muskolu-skeletriċi u

Komuni

Uġigħ fl-idejn u fis-saqajn

tat-tessuti konnettivi

 

 

 

 

 

Disturbi ġenerali u

Komuni

Reazzjonijiet marbuta mal-

kondizzjonijiet ta’ mnejn

 

infużjoni*, deni

jingħata

 

 

*’Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva’ tiġbor fiha grupp ta’ termini, inkluż anafilassi, u tista’ tidher bħala firxa ta’ sintomi li jinkludu pressjoni baxxa, anġjoedima, urtikarja jew raxx ieħor, ħakk, u qtugħ ta’ nifs. ‘reazzjonijiet marbuta mal-infużjoni’ tiġbor fiha grupp ta’ termini u tista’ tidher bħala firxa ta’ sintomi li jinkludu bradikardija, mijalġja, uġigħ ta’ ras, raxx, urtikarja, deni, pressjoni baxxa, pressjoni għolja, sturdament u artralġja. Minħabba sinjali u sintomi li huma komuni għat tnejn, mhuwiex possibbli li wieħed jiddistingwi bejn reazzjonijiet ta’ sensittività eċċesiva u reazzjonijiet marbuta mal-infużjoni fil-każijiet kollha.

Deskrizzjoni ta’ għażla ta’ reazzjonijiet avversi

Reazzjonijiet għall-infużjoni u sensittività eċċessiva: L-inċidenza ta’ reazzjonijiet għall-infużjoni u ta’ reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva li seħħew waqt jew fl-istess jum tal-infużjoni kienet ta’ 17% fil-grupp li kienu qed jingħataw Benlysta u 15% fil-grupp li kienu qed jingħataw plaċebo, b’1% u 0.3%, rispettivament, li kienu jeħtieġu twaqqif permanenti tal-kura. Dawn ir-reazzjonijiet ġeneralment kienu osservati fil-jum tal-infużjoni, iżda reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva akuti jistgħu jseħħu wkoll fil-jum ta’ wara d-dożaġġ. Pazjenti bi storja ta’ allerġiji jew ta’ reazzjonijiet ta’ sensittivtà eċċessiva sinifikanti għal ħafna mediċini jistgħu jkunu f’riskju akbar.

Infezzjonijiet: L-inċidenza globali ta’ infezzjonijiet kienet ta’ 70% fil-grupp li kien qed jingħata Benlysta u 67% fil-grupp li kien qed jingħata plaċebo. Infezzjonijiet li seħħew f’mill-anqas 3% tal-pazjenti li kienu qed jingħataw Benlysta u mill-anqas 1% aktar frekwenti minn pazjenti li kienu qed jingħataw il-plaċebo kienu nasofarinġite, bronkite, farinġite, ċistite, u gastroenterite kkawżata minn virus. Infezzjonijiet serji seħħew f’5% tal-pazjenti li kienu qed jingħataw Benlysta jew plaċebo. Infezzjonijiet li wasslu għat-twaqqif tal-kura seħħew f’0.6% tal-pazjenti li kienu qed jingħataw Benlysta u f’1% tal-pazjenti li kienu qed jingħataw plaċebo. Infezzjonijiet opportunistiċi ġew rrappurtati f’pazjenti kkurati b’Benlysta. Xi infezzjonijiet kienu severi jew fatali.

Lewkopenija: L-inċidenza ta’ lewkopenija rrappurtata bħala każ avvers kienet ta’ 4% fl-grupp li kien qed jingħata Benlysta u ta’ 2% fil-grupp li kien qed jingħata plaċebo.

Disturbi psikjatriċi: Insomnja seħhet f’7% tal-grupp li kien qed jingħata Benlysta u f’5% tal-grupp li kien qed jingħata plaċebo. Depressjoni kienet irrappurtata f’5% u f’4% tal-gruppi li kienu qed jingħataw Benlysta u plaċebo, rispettivament.

Disturbi gastrointestinali: Pazjenti b’ħafna piż żejjed [Indiċi tal-massa tal-ġisem (BMI) >30 kg/m2] ikkurati b’Benlysta rrapurtaw rati ogħla ta’ nawsja, rimettar u dijarea meta mqabbla mal-plaċebo, u ma’ pazjenti b’piż tal-ġisem normali (BMI ≥18.5 sa ≤30 kg/m2). L-ebda waħda mill-każijiet gastro-intestinali fil-pazjenti b’ħafna piż żejjed ma kienu serji.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Hemm esperjenza klinika limitata b’doża eċċessiva ta’ Benlysta. Reazzjonijiet avversi rrappurtati f'assoċjazzjoni ma’ każijiet ta’ doża eċċessiva kienu konsistenti ma’ dawk mistennija għal belimumab.

Żewġ dożi sa 20 mg/kg mogħija 21 jum bogħod minn xulxin permezz ta’ infużjoni fil-vina ngħataw lil bnedmin mingħajr l-ebda żieda fl-inċidenza jew fil-qawwa ta’ reazzjonijiet avversi meta mqabbla ma’ dożi ta’ 1, 4, jew 10 mg/kg.

F’każ ta’ għoti bi żball ta’ doża eċċessiva, il-pazjenti għandhom jiġu osservati b’attenzjoni u għandha tingħata kura ta’ sapport, kif xieraq.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Immunosoppressanti selettivi, Kodiċi ATC: L04AA26

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Benlysta huwa antikorp IgG1λ monoklonali uman speċifiku għall-proteina umana li ddub li Tistimula l- Limfoċit B (BLyS, magħrufa wkoll bħala BAFF u TNFSF13B). Benlysta jimblokka l-irbit ta’ BLyS li ddub, li hija fattur ta’ sopravivenza taċ-ċellula B, mar-riċetturi tagħha fuq iċ-ċelluli B. Benlysta ma jintrabatx direttament maċ-ċelluli B, iżda billi jintrabat ma’ BLyS, Benlysta jimpedixxi s-sopravivenza taċ-ċelluli B, li jinkludu ċelluli B awtoreattivi, u jnaqqas id-divrenzjar taċ-ċelluli B f’ċelluli tal-plażma li jipproduċu l- immunoglobulini.

Livelli ta’ BLyS huma ogħla f’pazjenti li għandhom SLE u mard awtoimmuni ieħor. Hemm assoċjazzjoni bejn il-livelli ta’ BLyS fil-plasma u l-attività tal-marda ta’ SLE. Il-kontribuzzjoni relattiva tal-livelli ta’ BLyS għall-patofiżjoloġija ta’ SLE mhix mifhuma kompletament.

Effetti farmakodinamiċi

Tibdiliet fil-bijomarkaturi dehru fi provi kliniċi. F’pazjenti b’ipergammaglobulinimja, normalizzazzjoni tal- livelli tal-IgG kienet osservata mal-Ġimgħa 52 f’49% u 20% tal-pazjenti li kienu qed jingħataw Benlysta u plaċebo rispettivament.

F’pazjenti b’antikorpi anti-dsDNA, 16% tal-pazjenti kkurati b’Benlysta saru negattivi għal anti-dsDNA meta mqabbla ma’ 7% tal-pazjenti li kienu qed jingħataw plaċebo mal-Ġimgħa 52.

F’pazjenti b’livelli baxxi ta’ komplement, normalizzazzjoni ta’ C3 u C4 kienet osservata mal-Ġimgħa 52 fi 38% u 44% tal-pazjenti li kienu qed jingħataw Benlysta u fi 17% u 19% tal-pazjenti li kienu qed jingħataw plaċebo.

Mill-antikorpi anti-fosfolipidi kollha, tkejjel biss l-antikorp anti-kardjolipin. Għall-antikorp anti-kardjolipin IgA deher tnaqqis ta’ 37% (p=0.0003) fil-Ġimgħa 52, għall-antikorp anti-kardjolipin IgG deher tnaqqis ta’ 26% (p=0.0324) fil-Ġimgħa 52 u għall-antikorp anti-kardjolipin IgM deher tnaqqis ta’ 25% (p=NS, 0.46).

Tibdil fiċ-ċelluli B (inkluż ċelluli B inġenwi, tal-memorja, attivati u ċelluli tal-plażma) u l-livelli tal-IgG jseħħu f'pazjenti waqt trattament kontinwu ta’ belimumab minn ġol-vina kienu segwiti fi studju ta 'estensjoni mhux ikkontrollat fit-tul. Wara 7 snin u nofs b’kura (inkluż studju ewlieni ta’ 72 ġimgħa) kien osservat tnaqqis sostanzjali u miżmum f’diversi sottosettijiet taċ-ċelluli B li wassal għal tnaqqis medjan ta’ bejn 87% fiċ-ċelluli B inġenwi, 67% f’ċelluli B tal-memorja, 99% fiċ-ċelluli B attivati u tnaqqis medjan sa 92% fiċ-

ċelluli tal-plażma wara aktar minn 7 snin ta’ kura. Wara madwar 7 snin, kien osservat tnaqqis medjan ta’ 28% fil-livelli tal-IgG, b’1.6% tal-individwi li kellhom tnaqqis fil-livelli ta’ IgG għal inqas minn 400 mg/dL. Matul il-perjodu tal-istudju, l-inċidenza rrapportata ta’ AEs ġeneralment baqgħet stabbli jew naqset.

Immunoġeniċità

Is-sensittività tal-analiżi għal antikorpi li jinnewtralizzaw u antikorp mhux speċifiku kontra l-mediċina (ADA) hija limitata bil-preżenza tal-mediċina attiva fil-kampjuni miġbura. Għalhekk l-okkorrenza vera ta’ antikorpi li jinnewtralizzaw u tal-antikorp mhux speċifiku kontra l-mediċina fil-popolazzjoni tal-istudju mhijiex magħrufa.

F’żewġ studji tal-Fażi III, 4 minn 563 (0.7%) pazjent fil-grupp ta’ 10 mg/kg u 27 minn 559 (4.8%) pazjent fil-grupp ta’ 1 mg/kg instabu pożittivi għall-preżenza persistenti ta’ antikorpi kontra belimumab.

Fost individwi pożittivi b’mod persistenti fl-istudji tal-Fażi III, 1/10 (10%), 2/27 (7%) u 1/4 (25%) tal- individwi fil-gruppi ta’ plaċebo, ta’ 1 mg/kg u ta’ 10 mg/kg, rispettivament, kellhom reazzjonijiet għall- infużjoni fil-jum li fih ingħatat id-doża; dawn ir-reazzjonijiet għall-infużjoni ma kinux serji u kienu minn

ħfief sa moderati fil-qawwa tagħhom. Ftit mill-pazjenti b’ADA rrappurtaw każijiet avversi serji/qawwija. Ir- rati ta’ reazzjonijiet għall-infużjoni fost individwi pożittivi b’mod persistenti kien jixbah lir-rati ta’ pazjenti negattivi għal ADA ta’ 75/552 (14%), 78/523 (15%), u 83/559 (15%) fil-gruppi ta’ plaċebo, ta’ 1 mg/kg u ta’ 10 mg/kg, rispettivament.

Effikaċja klinika u sigurtà

L-effikaċja ta’ Benlysta ġiet evalwata f’2 studji randomised, double blind, ikkontrollati bi plaċebo f’1,684 pazjent b’dijanjożi klinika ta’ SLE skont il-kriterji ta’ klassifikazzjoni tal-Kulleġġ Amerikan tar- Rewmatoloġija. Il-pazjenti li kellhom mard attiv b’SLE, ddefinit bħala punteġġ SELENA-SLEDAI

(SELENA=Sigurtà ta’ Estroġeni fl-Istima Nazzjonali ta’ Lupus Erythematosus Sistemiku; SLEDAI= Indiċi ta’ Attività tal-Marda tal-Lupus Erythematosus Sistemiku) ta’ ≥6 u riżultati pożittivi għal testiiet ta’ antikorp anti-nuklejari (ANA) (titre ta’ ANA ≥1:80 u/jew pożittivi għal anti-dsDNA [≥30 unitajiet/ml]) meta ġew eżaminati. Il-pazjenti kienu fuq skeda stabbli ta’ għoti ta’ kura għal SLE li kienet tikkonsisti f’ (waħedhom jew flimkien): kortikosterojdi, mediċini kontra l-malarja, NSAIDs jew immunosoppressivi oħrajn. Iż-żewġ studji kienu jixxiebhu fit-tfassil tagħhom ħlief li BLISS-76 kien studju ta’ 76 ġimgħa u BLISS-52 kien studju ta’ 52 ġimgħa. Fiż-żewġ studji l-iskop primarju ta’ effikaċja kien evalwat fit-52 ġimgħa.

Pazjenti li kellhom nefrite qawwija attiva tal-lupus u pazjenti li kellhom lupus attiv u qawwi tas-sistema nervuża ċentrali (CNS) ġew esklużi.

Il-biċċa l-kbira tal-istudju BLISS-76 sar fl-Amerika ta’ Fuq u fl-Ewropa tal-Punent. Prodotti mediċinali fl- isfond kienu jinkludu kortikosterojdi (76%; >7.5 mg/jum 46%), immunosoppressivi (56%), u mediċini kontra l-malarja (63%).

L-istudju BLISS-52 sar fl-Amerika t’Isfel, fl-Ewropa tal-Lvant, fl-Asja, u fl-Awstralja. Prodotti mediċinali fl-isfond kienu jinkludu kortikosterojdi (96%; >7.5 mg/jum 69%), immunosoppressivi (42%), u mediċini kontra l-malarja (67%).

Fil-linja bażi 52% tal-pazjenti kellhom attività għolja tal-marda (punteġġ SELENA SLEDAI >10), mill- pazjenti li kellhom involviment ta’ dominju ta’ organu (BILAG A jew B fil-linja bażi) 59% kellhom involviment mukokutanju, 60% kellhom involviment muskoluskelettriku, 16% kellhom involviment ematoloġiku, 11% kellhom involviment renali u 9% kellhom involviment vaskulari.

L-iskop primarju ta’ effikaċja fl-aħħar tal-istudju kien skop kompost (Indiċi ta’ Rispons ta’ SLE) li ddefinixxa r-rispons bħala dak li jissodisfa kull waħda mill-kriterji li ġejjin fil-Ġimgħa 52 meta mqabbel mal-linja bażi:

tnaqqis ta’ ≥4 punti mill-punteġġ SELENA-SLEDAI, u

l-ebda punteġġ A ġdid tal-Grupp ta’ Stima tal-Lupus tal-Gżejjer Brittaniċi (BILAG) tad-dominju tal- organu jew 2 punteġġi B ġodda BILAG tad-dominju tal-organu, u

l-ebda punteġġ li jmur għall-agħar (żieda ta’ >0.30 punt) fl-Istima Globali tat-Tabib (PGA)

L-Indiċi ta’ Rispons ta’ SLE ikejjel it-titjib fl-attività tal-marda tal-SLE, mingħajr ma tmur għall-agħar l- ebda sistema ta’ organu, jew il-kundizzjoni globali tal-pazjent.

Tabella 1: Rata ta’ rispons fil-ġimgħa 52

 

BLISS-76

BLISS-52

BLISS-76 u BLISS-52

 

 

 

 

 

Miġbura Flimkien

 

 

Benlysta

 

Benlysta

 

Benlysta

Rispons

Plaċebo*

10 mg/kg*

Plaċebo*

10 mg/kg*

Plaċebo*

10 mg/kg*

(n=275)

(n=273)

(n=287)

(n=290)

(n=562)

(n=563)

 

 

 

 

 

 

 

Indiċi ta’

33.8%

43.2%

43.6%

57.6%

38.8%

50.6%

rispons ta’

 

(p=0.021)

 

(p=0.0006)

 

(p<0.0001)

SLE

 

 

 

 

 

 

Differenza

 

9.4%

 

14.0%

 

11.8%

osservata vs

 

 

 

 

 

 

plaċebo

 

 

 

 

 

 

Proporzjon ta’

 

1.52

 

1.83

 

1.68

probabbilità

 

(1.07, 2.15)

 

(1.30,2.59)

 

(1.32,2.15)

(95% CI) vs

 

 

 

 

 

 

plaċebo

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Komponenti tal-

indiċi ta’ rispons ta’ SLE

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Perċentwal ta’

35.6%

46.9%

46.0%

58.3%

40.9%

52.8%

pazjenti bi

 

(p=0.006

 

(p= 0.0024)

 

(p<0.0001)

tnaqqis ta’ 4

 

 

 

 

 

 

f’SELENA-

 

 

 

 

 

 

SLEDAI

 

 

 

 

 

 

Perċentwal ta’

65.1%

69.2%

73.2%

81.4%

69.2%

75.5%

pazjenti li ma

 

(p=0.32)

 

(p=0.018)

 

(p=0.019)

marrux għall-

 

 

 

 

 

 

agħar skont l-

 

 

 

 

 

 

indiċi BILAG

 

 

 

 

 

 

Perċentwal ta’

62.9%

69.2%

69.3%

79.7%

66.2%

74.6%

pazjenti li ma

 

(p=0.13)

 

(p=0.0048)

 

(p=0.0017)

marrux għall-

 

 

 

 

 

 

agħar skont

 

 

 

 

 

 

PGA

 

 

 

 

 

 

* flimkien ma’ terapija standard/kura standard

F’analiżi miġbura miż-żewġ studji, il-perċentwal ta’ pazjenti li kienu qed jirċievu >7.5 mg/jum ta’ prednisone (jew ekwivalenti) fil-linja bażi, li d-doża medja tal-kortikosterojd tagħhom tnaqqset b’tal-anqas 25% għal-doża ekwivalenti għal prednisone ≤7.5 mg/jum waqt il-Ġimgħat 40 sa 52, kien 17.9% fil-grupp li kien qed jirċievi Benlysta u 12.3% fil-grupp li kien qed jirċievi plaċebo (p=0.0451).

Żbroff ta’ SLE kien iddefinit mill-Indiċi SELENA SLEDAI modifikati għal żbroff ta’ SLE. Iż-żmien medjan għall-ewwel żbroff seħħ aktar tard fil-grupp miġbur flimkien li kien qed jingħata belimumab meta mqabbel mal-grupp li kien qed jingħata plaċebo (110 vs 84 jum, proporzjon ta’ periklu =0.84, p=0.012). Żbroff qawwi kien osservat fi 15.6% tal-grupp Benlysta meta mqabbel ma’ 23.7% tal-grupp ta’ plaċebo matul il-perijodu ta’ 52 ġimgħa ta’ osservazzjoni (differenzi osservati fil-kura = -8.1%; proporzjon ta’ riskju =0.64, p=0.0011).

Benlysta wera titjib fl-għeja meta mqabbel ma’ plaċebo imkejjel bl-iskala ta’ Għeja FACIT fl-analiżi miġbura. Il-bidla medja tal-punteġġ fil-Ġimgħa 52 mill-linja bażi hija ogħla b’mod sinifikanti b’Benlysta meta mqabbla mal-plaċebo (4.70 vs 2.46, p=0.0006).

Analiżi b’varjant wieħed u b’ħafna varjanti tal-iskop primarju f’sottogruppi ddefiniti minn qabel urew li l- akbar benefiċċju kien osservat f’pazjenti b’attività ogħla tal-marda inkluż pazjenti b’punteġġi SELENA SLEDAI ta ’≥ 10, pazjenti li jeħtieġu l-isterojdi biex jikkontrollaw il-marda tagħhom u pazjenti b’livelli baxxi ta’ komplement.

Analiżi post-hoc identifikat sottogruppi li jirrispondu b’mod tajjeb bħal dawk il-pazjenti b’komplement baxx u pożittivi għal anti-dsDNA fil-linja bażi, ara Tabella 2. Minn dawn il-pazjenti, 64.5% kellhom punteġġi

SELENA SLEDAI ta’ ≥ 10 fil-linja bażi.

Tabella 2: Pazjenti b’komplement baxx u pożittivi għal anti-dsDNA fil-linja bażi

Sottogrupp

Pożittivi għal anti-dsDNA U b’komplement

 

baxx

 

 

 

 

Ġabra ta’ dejta minn BLISS-76 u BLISS-52

Plaċebo

Benlysta

 

(n=287)

10 mg/kg

 

 

(n=305)

Rata ta’ rispons SRI fil-ġimgħa 52 (%)

31.7

51.5 (p<0.0001)

Differenza osservata bil-kura vs plaċebo (%)

 

19.8

Rata ta’ rispons SRI (ma tinkludix it-tibdiliet

28.9

46.2 (p<0.0001)

tal-komplement u tal-anti-dsDNA) fil-ġimgħa

 

 

52 (%)

 

17.3

Differenza osservata bil-kura vs plaċebo (%)

 

 

 

Żbroff qawwi fuq 52 ġimgħa

 

 

Pazjenti li kellhom żbroff qawwi (%)

29.6

19.0

Differenza osservata bil-kura vs plaċebo (%)

 

10.6

Żmien għal żbroff qawwi [Proporzjon ta’

 

0.61 (0.44, 0.85)

periklu (95% CI)]

 

(p=0.0038)

 

 

 

Tnaqqis fil-prednisone b’≥25% mil-linja bażi

(n=173)

(n=195)

għal ≤7.5 mg/jum mill-ġimgħat 40 sa 52* (%)

12.1

18.5 (p=0.0964)

Differenza osservata bil-kura vs plaċebo (%)

 

6.3

 

 

 

Titjib tal-punteġġ ta’ għeja FACIT mil-linja

1.99

4.21 (p=0.0048)

bażi fil-Ġimgħa 52 (medja)

 

 

Differenza osservata bil-kura vs plaċebo

 

2.21

(differenza medja)

 

 

 

 

 

L-Istudju BLISS-76 biss

Plaċebo

Benlysta

 

(n=131)

10 mg/kg

 

 

(n=134)

Rata ta’ rispons SRI fil-Ġimgħa 76 (%)

27.5

39.6 (p=0.0160)

Differenza osservata bil-kura vs plaċebo (%)

 

12.1

* Fost pazjenti b’doża ta’ >7.5 mg/jum ta’ prednisone fil-linja bażi

Età u razza

Kien hemm ftit wisq pazjenti li kellhom aktar minn 65 sena, jew pazjenti suwed/Afrikani Amerikani li ddaħħlu fil-provi kliniċi kkontrollati biex wieħed jiġbed konklużjoni li tagħmel sens dwar l-effetti tal-età jew razza fuq ir-riżultati kliniċi.

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini iddifferiet l-obbligu li jiġu ppreżentati riżultati tal-istudji b’Benlysta f’wieħed jew iktar settijiet tal-popolazzjoni pedjatrika f’SLE (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku)

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Il-parametri farmakokinetiċi ikkwotati hawn taħt huma bbażati fuq l-istimi tal-parametri tal-popolazzjoni għal 563 pazjent li rċivew 10 mg/kg Benlysta fiż-żewġ studji tal-Fażi III.

Assorbiment

Benlysta jingħata permezz ta’ infużjoni fil-vini. L-ogħla konċentrazzjonijiet ta’ belimumab fis-serum kienu ġeneralment osservati waqt, jew ftit wara, tmiem l-infużjoni. L-ogħla konċentrazzjoni fis-serum kienet ta’ 313 µg/ml (medda: 173-573 µg/ml) ibbażata fuq simulazzjoni tal-profil tal-konċentrazzjoni u l-ħin bl-użu ta’ valuri tipiċi ta’ parametri tal-mudell farmakokinetiku tal-popolazzjoni.

Distribuzzjoni

Belimumab tqassam fit-tessuti b’volum ta’ distribuzzjoni globali ta’ 5.29 litri.

Bijotrasformazzjoni

Belimumab huwa proteina li r-rotta metabolika mistennija tiegħu hija d-degradazzjoni f’peptides żgħar u aċidi amminiċi individwali permezz ta’ enzimi proteolitiċi li huma mifruxa ħafna. Ma sarux studji klassiċi ta’ bijotrasformazzjoni.

Eliminazzjoni

Konċentrazzjonijiet ta’ belimumab fis-serum naqsu b’manjiera bi-esponenzjali, b’half-life ta’ distribuzzjoni ta’ 1.75 jum u half-life terminali ta’ 19.4 jum. It-tneħħija sistemika kienet ta’ 215 ml/kuljum (medda: 69-622 ml/jum).

Popolazzjonijiet speċjali ta’ pazjenti

Popolazzjoni pedjatrika: Ma hija disponibbli l-ebda dejta farmakokinetika f’pazjenti pedjatriċi.

Persuni akbar fl-età (età ta’ 65 sena jew aktar): Benlysta ġie studjat f’numru limitat ta’ pazjenti anzjani. Fil- popolazzjoni globali tal-istudju li ngħatat mediċina minn ġol-vina għal SLE, l-età m’affetwatx l-esponiment għal belimumab fl-analiżi ta’ farmakokinetika tal-popolazzjoni. Madankollu, meta wieħed iqis in-numru

żgħir ta’ individwi li kellhom 65 sena jew aktar, l-effett tal-età ma jistax jiġi eskluż b’mod konklużiv.

Indeboliment tal-kliewi: Ma saru l-ebda studji speċifiċi li jeżaminaw l-effetti ta’ indeboliment tal-kliewi fuq il-farmakokinetika ta’ Benlysta. Waqt l-iżvilupp kliniku Benlysta ġie studjat f’pazjenti b’SLE u indeboliment tal-kliewi (261 individwu b’indeboliment moderat tal-kliewi, tneħħija tal-krejatinina ≥30 u <60 ml/min; 14-il individwu b’indeboliment qawwi tal-kliewi, tneħħija tal-kreatinina ≥15 u <30 ml/min). It- tnaqqis fit-tneħħija sistemika stmata b’immudellar PK tal-popolazzjoni għal pazjenti f’punti medji tal- kategoriji ta’ indeboliment tal-kliewi mqabblin ma’ pazjenti bi tneħħija medjana tal-krejatinina fil- popolazzjoni PK (79.9 ml/min) kienu 1.4% għal indeboliment ħafif (75 ml/min), 11.7% għal indeboliment moderat (45 ml/min) u 24.0% għal indeboliment qawwi (22.5 ml/min) tal-kliewi. Għalkemm proteinurja (> 2 g/kuljum) żiedet it-tneħħija ta’ belimumab u tnaqqis fit-tneħħija tal-krejatinina naqqas it-tneħħija ta’ belimumab, dawn l-effetti kienu fil-medda ta’ varjabilità mistennija. Għalhekk, ma huwa rrakkomandat l- ebda aġġustament fid-doża għal pazjenti b’indeboliment tal-kliewi.

Indeboliment tal-fwied: Ma saru l-ebda studji speċifiċi biex jeżaminaw l-effetti ta’ indeboliment tal-fwied fuq il-farmakokinetika ta’ belimumab. Molekuli IgG1 bħal belimumab huma kkatabolizzati minn enzimi proteolitiċi li huma mifruxa ħafna, li mhumiex ristretti għat-tessut tal-fwied u tibdiliet fil-funzjoni tal-fwied x’aktarx ma jkolliex effett fuq it-tneħħija ta’ belimumab.

Piż tal-ġisem/BMI:

Għoti ta’ dożi ta’ belimumab normalizzat għall-piż iwassal għal tnaqqis fl-esponiment għal pazjenti li jiżnu anqas milli suppost (BMI <18.5) u għal żieda fl-esponiment f’individwi b’ħafna piż żejjed (BMI >30). Tibdiliet fl-esponiment dipendenti mill-BMI ma wasslux għal tibdiliet li jaqblu magħhom fl-effikaċja. Żieda fl-esponiment għal individwi b’ħafna piż żejjed li kienu qed jirċievu 10 mg/kg belimumab ma wasslitx għal żieda globali fir-rati ta’ AE jew AE serji meta mqabbla ma’ pazjenti b’ħafna piż żejjed li kienu qed jingħataw plaċebo. Madankollu, rati ogħla ta’ nawsja, rimettar u dijarea kienu osservati f’pazjenti b’ħafna piż żejjed. L-ebda wieħed minn dawn il-każijiet gastrointestinali f’pazjenti b’ħafna piż żejjed ma kien serju.

Ma huwa rrakkomandat l-ebda aġġustament fid-doża għal individwi b’piż anqas milli suppost jew b’ħafna piż żejjed.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tagħrif mhux kliniku ibbażat fuq studji ta’ effett tossiku minn dożi ripetuti u effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva, ma juri l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin.

Għoti minn ġol-vini u taħt il-ġilda lix-xadini wassal għat-tnaqqis mistenni fl-għadd tan-numru ta’ ċellulli B periferali u tat-tessut tal-limfa mingħajr l-ebda sejbiet tossikoloġiċi assoċjati magħhom.

Studji ta’ riproduzzjoni saru f’xadini cynomolgus tqal li ngħataw 150 mg/kg ta’ belimumab permezz ta’ infużjoni fil-vina (madwar 9 darbiet aktar mill-ogħla esponiment kliniku antiċipat fil-bnedmin) kull ġimagħtejn sa 21 ġimgħa, u kura b’Benlysta ma kinitx assoċjata ma’ effetti ta’ ħsara diretti jew indiretti f’dak li għandu x’jaqsam ma’ tossiċità fl-omm, tossiċità fl-iżvilupp, jew teratoġeniċità. Sejbiet marbuta mal- kura kienu limitati għal tnaqqis riversibbli mistenni taċ-ċelluli B kemm fix-xadini nisa kif ukoll fil-frieħ u tnaqqis riversibbli fl-IgM f’xadini frieħ. In-numru ta’ ċelluli B irkupraw wara t-twaqqif ta’ kura b’belimumab wara madwar sena minn wara li x-xadini adulti welldu u mal-ewwel 3 xhur f’xadini frieħ; livelli ta’ IgM f’xadini frieħ esposti għal belimumab in utero rkupraw mal-età ta’ 6 xhur.

Effetti fuq il-fertilità fix-xadini rġiel u nisa kienu stmati fi studji tossikoloġiċi minn dożi ripetuti ta’ 6 xhur b’dożi ta’ belimumab sa u inkluż 50 mg/kg. Ma kienu nnutati l-ebda tibdiliet assoċjati mal-kura fl-organi riproduttivi tal-irġiel u n-nisa tal-annimali maturi sesswalment. Stima informali taċ-ċiklu tal- menstrwazzzjoni fin-nisa ma wera l-ebda tibdiliet marbuta ma’ belimumab.

Minħabba li belimumab huwa antikorp monoklonali ma saru l-ebda studi dwar effett tossiku fuq il-ġeni. Ma saru l-ebda studji dwar ir-riskju ta’ kanċer jew il-fertilità (fl-irgiel jew in-nisa).

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Citric acid monohydrate (E330)

Sodium citrate (E331)

Sucrose

Polysorbate 80

6.2Inkompatibbiltajiet

Belimumab mhuwiex kompatibbli ma’ 5% glucose.

Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn ħlief dawk imsemmija f’sezzjoni 6.6.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Kunjetti mhux miftuħin

5 snin.

Soluzzjoni rrikostitwita

Jekk wara r-riskostituzzjoni bl-ilma għall-injezzjonijiet, is-soluzzjoni rrikostitwita ma tintużax immedjatament, għandha tiġi protetta mid-dawl dirett tax-xemx, u għandha tinħażen fil-friġġ f’temperatura ta’ 2°C - 8°C.

Soluzzjoni rikostitwita u ddilwita għall-infużjoni

Is-soluzzjoni ta’ Benlysta ddilwita f’soluzzjoni ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%), ta’ sodium chloride 4.5 mg/ml (0.45 %), jew ta’ Lactated Ringer għall-injezzjoni tista’ tinħażen f’temperatura ta’ 2°C- 8°C jew f’temperatura tal-kamra (15°C - 25°C).

Il-ħin totali mir-rikostituzzjoni ta’ Benlysta għat-tlestija tal-infużjoni m’għandux jaqbeż it-8 sigħat.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fi friġġ (2°C - 8°C).

Tagħmlux fil-friża.

Aħżen fil-kartuna oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

Għall-kondizzjonijiet ta’ ħażna wara r-rikostituzzjoni u d-dilwizzjoni tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Benlysta 120 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni.

Kunjetti tal-ħġieġ tat-tip 1 (5 ml), issiġillati b’tapp tal-gomma chlorobutyl silikonizzat u siġill tal-aluminjum li jinqla’ b’daqqa ta’ saba’ li fihom 120 mg ta’ trab.

Daqs tal-pakkett: kunjett 1

Benlysta 400 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni.

Kunjetti tal-ħġieġ tat-tip 1 (20 ml), issiġillati b’tapp tal-gomma chlorobutyl silikonizzat u siġill tal- aluminjum li jinqala’ b’daqqa ta’ saba’ li fihom 400 mg ta’ trab.

Daqs tal-pakkett: kunjett 1

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

Preparazzjoni tas-soluzzjoni ta’ 120 mg għall-infużjoni

Rikostituzzjoni

Ir-rikostitiuzzjoni u d-dilwizzjoni għandhom isiru f’kundizzjonijiet asettiċi.

Ħalli bejn 10-15-il minuta biex il-kunjett jisħon sat-temperatura tal-kamra (15°C - 25°C).

Huwa rrakkomandat li tintuża labra b’gejġ ta’ 21-25 meta jittaqqab it-tapp tal-kunjett għar-rikostituzzjoni u d-dilwizzjoni.

Il-kunjett ta’ 120 mg ta’ belimumab li jintuża darba biss huwa rrikostitwit b’1.5 ml ta’ ilma għall- injezzjonijiet biex jagħti konċentrazzjoni finali ta’ 80 mg/ml belimumab.

Il-fluss tal-ilma għandu jiġi mmirat lejn il-ġenb tal-kunjett biex inaqqas ir-ragħwa. Dawwar il-kontenut tal-

kunjett bil-mod għal 60 sekonda. Ħalli l-kunjett joqgħod f’temperatura tal-kamra (15°C - 25°C) waqt ir- rikostituzzjoni, filwaqt li ddawwar il-kontenut tal-kunjett bil-mod kull 60 sekonda għal 5 minuti sakemm it- trab jinħall. Tħawdux. Ir-rikostitiuzzjoni tipikament titlesta fi żmien 10 sa 15 il-minuta wara li jkun żdied l- ilma, iżda tista’ tieħu sa 30 minuta.

Ipproteġi s-soluzzjoni rrikostitwita mid-dawl tax-xemx.

Jekk jintuża apparat mekkaniku ta’ rikostituzzjoni biex jirrikostitwixxi Benlysta dan m’għandux jaqbeż il- 500 rpm u l-kontenut tal-kunjett m’għandux jiddawwar għal aktar minn 30 minuta.

Ladarba r-rikostituzzjoni titlesta, is-soluzzjoni għandha tkun tkanġi u mingħajr kulur sa safra ċara u mingħajr frak. Bżieżaq żgħar tal-arja, madankollu, huma mistennija u huma aċċettabbli.

Wara r-rikostituzzjoni, volum ta’ 1.5 ml (li jikkorrispondi għal 120 mg ta’ belimumab) jista’ jinġibed minn kull kunjett.

Dilwizzjoni

Il-prodott mediċinali rrikostitwit huwa ddilwit sa 250 ml b’soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%), ta’ sodium chloride 4.5 mg/ml (0.45 %), jew ta’ Lactated Ringer.

Soluzzjonijiet ta’ 5% glucose minn ġol-vina mhumiex kumpatibbli ma’ Benlysta u m’għandhomx jintużaw.

Minn borża jew flixkun tal-infużjoni ta’ 250 ml ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%), ta’ sodium chloride 4.5 mg/ml (0.45 %), jew ta’ Lactated Ringer iġbed u armi volum daqs il-volum tas-soluzzjoni rikostitwita ta’ Benlysta meħtieġa għad-doża tal-pazjent. Imbagħad żid il-volum meħtieġ tas- soluzzjoni rikostitwita ta’ Benlysta fil-borża jew fil-flixkun tal-infużjoni. Aqleb il-borża jew il-flixkun tal- infużjoni ta’ taħt fuq bil-mod biex tħallat is-soluzzjoni. Kwalunkwe soluzzjoni fil-kunjetti mhux użata għandha tintrema.

Ifli s-soluzzjoni ta’ Benlysta għal frak u telf ta’ kulur qabel ma jingħata. Armi s-soluzzjoni jekk jiġi osservat xi frak jew telf ta’ kulur.

Il-ħin totali mir-rikostituzzjoni ta’ Benlysta għat-tlestija tal-infużjoni m’għandux jieħu aktar minn to 8 sigħat.

Preparazzjoni tas-soluzzjoni ta’ 400 mg għall-infużjoni

Rikostituzzjoni

Ir-rikostitiuzzjoni u d-dilwizzjoni għandhom isiru f’kundizzjonijiet asettiċi.

Ħalli bejn 10-15-il minuta biex il-kunjett jisħon sat-temperatura tal-kamra (15°C - 25°C).

Huwa rakkomandat li tintuża labra b’gejġ ta’ 21-25 meta jittaqqab it-tapp tal-kunjett għar-rikostituzzjoni u d- dilwizzjoni.

Il-kunjett ta’ 400 mg ta’ belimumab li jintuża darba biss huwa rrikostitwit b’4.8 ml ta’ ilma għall- injezzjonijiet biex jagħti konċentrazzjoni finali ta’ 80 mg/ml belimumab.

Il-fluss tal-ilma għandu jiġi mmirat lejn il-ġenb tal-kunjett biex inaqqas ir-ragħwa. Dawwar il-kontenut tal-

kunjett bil-mod għal 60 sekonda. Ħalli l-kunjett joqgħod f’temperatura tal-kamra (15°C - 25°C) waqt ir- rikostituzzjoni, filwaqt li ddawwar il-kontenut tal-kunjett bil-mod kull 60 sekonda għal 5 minuti sakemm it- trab jinħall. Tħawdux. Ir-rikostitiuzzjoni tipikament titlesta fi żmien 10 sa 15 il-minuta wara li jkun żdied l-

ilma, iżda tista’ tieħu sa 30 minuta.

Ipproteġi s-soluzzjoni rrikostitwita mid-dawl tax-xemx.

Jekk jintuża apparat mekkaniku ta’ rikostituzzjoni biex jirrikostitwixxi Benlysta dan m’għandux jaqbeż il- 500 rpm u l-kontenut tal-kunjett m’għandux jiddawwar għal aktar minn 30 minuta.

Ladarba r-rikostituzzjoni titlesta, is-soluzzjoni għandha tkun tkanġi u mingħajr kulur sa safra ċara u mingħajr frak. Bżieżaq żgħar tal-arja, madankollu, huma mistennija u huma aċċettabbli.

Wara r-rikostituzzjoni, volum ta’ 5 ml (li jikkorrispondi għal 400 mg ta’ belimumab) jista’ jinġibed minn kull kunjett.

Dilwizzjoni

Il-prodott mediċinali rrikostitwit huwa ddilwit sa 250 ml b’soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%), ta’ sodium chloride 4.5 mg/ml (0.45 %), jew ta’ Lactated Ringer .

Soluzzjonijiet ta’ 5% glucose minn ġol-vina mhumiex kumpatibbli ma’ Benlysta u m’għandhomx jintużaw.

Minn borża jew flixkun tal-infużjoni ta’ 250 ml ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%), ta’ sodium chloride 4.5 mg/ml (0.45 %), jew ta’ Lactated Ringer iġbed u armi volum daqs il-volum tas-soluzzjoni rikostitwita ta’ Benlysta meħtieġa għad-doża tal-pazjent. Imbagħad żid il-volum meħtieġ tas- soluzzjoni rikostitwita ta’ Benlysta fil-borża jew fil-flixkun tal-infużjoni. Aqleb il-borża jew il-flixkun tal- infużjoni ta’ taħt fuq bil-mod biex tħallat is-soluzzjoni. Kwalunkwe soluzzjoni fil-kunjetti mhux użata għandha tintrema.

Ifli s-soluzzjoni ta’ Benlysta għal frak u telf ta’ kulur qabel ma jingħata. Armi s-soluzzjoni jekk jiġi osservat xi frak jew telf ta’ kulur.

Il-ħin totali mir-rikostituzzjoni ta’ Benlysta għat-tlestija tal-infużjoni m’għandux jieħu aktar minn to 8 sigħat.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Benlysta jingħata bħala infużjoni fuq perijodu ta’ siegħa.

Benlysta m’għandux jingħata bħala infużjoni mill-istess pajp tad-dripp flimkien ma’ sustanzi oħra. Ma saru l-ebda studji dwar kompatibbiltà fiżika jew bijokimika biex jiġi evalwat l-għoti ta’ Benlysta flimkien ma’ sustanzi oħra.

Ma kienu osservati l-ebda inkompatibilitajiet bejn Benlysta u boroż tal-polyvinylchloride jew polyolefin.

Rimi

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Glaxo Group Limited

980 Great West Road

Brentford

Middlesex TW8 9GS

Ir-Renju Unit

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/11/700/001

EU/1/11/700/002

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 13 ta’ Lulju 2011

Data tal-aħħar tiġdid: 18 ta’ Frar 2016

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati