Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Benlysta (belimumab) – Fuljett ta’ tagħrif - L04AA26

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaBenlysta
Kodiċi ATCL04AA26
Sustanzabelimumab
ManifatturGlaxo Group Ltd.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Benlysta 120 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Benlysta 400 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Belimumab

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Benlysta u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tingħata Benlysta

3.Kif jintuża Benlysta

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Benlysta

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Benlysta u għalxiex jintuża

Benlysta hija mediċina li tintuża biex tikkura l-lupus (lupus erythematosus sistemiku, SLE) fl-adulti (ta’ 18-il sena u akbar) li l-marda tagħhom għadha attiva ħafna minkejja kura standard.

Lupus hija marda li fiha s-sistema immuni (is-sistema li tiġġieled l-infezzjonijiet) tattakka ċ-ċelluli u t-tessuti tiegħek stess, b’hekk tikkawża infjammazzjoni u ħsara fl-organi. Hija tista’ taffettwa kważi kull organu tal- ġisem, u huwa maħsub li tinvolvi tipi ta’ ċelluli tad-demm bojod imsejħa ċelluli B.

Benlysta fih belimumab (antikorp monoklonali). Huwa jnaqqas in-numru ta’ ċelluli B fid-demm tiegħek billi jimblokka l-azzjoni ta’ BLyS, proteina li tgħin iċ-ċelluli B jgħixu aktar fit-tul u tinstab f’livelli għoljin f’persuni li għandhom il-lupus.

Inti se tingħata Benlysta kif ukoll il-kura tiegħek tas-soltu għall-lupus.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tingħata Benlysta

Inti m’għandekx tirċievi Benlysta:

jekk inti allerġiku għal belimumab jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6)

Iċċekkja mat-tabib tiegħek jekk dan japplikax għalik

Oqgħod attent ħafna b’Benlysta:

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tingħata Benlysta

jekk inti għandek infezzjoni attwali jew li ilha fuqek żmien twil jew jekk inti spiss jaqbduk infezzjonijiet. It-tabib tiegħek jiddeċiedi jekk inti tistax tingħata Benlysta.

jekk inti qed tippjana li titlaqqam jew jekk tlaqqamt dan l-aħħar (f’dawn l-aħħar 30 jum). Ċerti tipi ta’ tilqim m’għandhomx jingħataw eżatt qabel jew waqt kura b’Benlysta.

jekk il-lupus tiegħek qed jaffettwalek il-kliewi jew is-sistema nervuża.

jekk għandek l-HIV jew livelli ta’ immunoglobulini baxxi.

jekk għandek, jew kellek, l-epatite B jew Ċ.

jekk kellek trapjant ta’ organu jew trapjant tal-mudullun tal-għadam jew taċ-ċelluli stem.

jekk kellek kanċer.

Staqsi lit-tabib tiegħek jekk xi waħda minn dawn tistax tapplika għalik

Lewkoenċefalopatija multifokali progressiva

Lewkoenċefalopatija multifokali progressiva (PML -progressive multifocal leukoencephalopathy) hija infezzjoni fil-moħħ serja u ta’ periklu għall-ħajja. Il-probabbiltà li taqbdek PML tista’ tkun ogħla jekk inti tiġi kkurat/a b’mediċini li jdgħajfu s-sistema immuni tiegħek, inkluż b’Benlysta.

Għid lit-tabib tieħek immedjatament jekk inti jkollok telf tal-memorja, problema biex taħseb, diffikultà biex titkellem u timxi, telf tal-vista, jew problemi jixbhu lil dawn li damu diversi jiem.

Jekk inti kellek dawn is-sintomi qabel bdejt il-kura b’Benlysta

Għid lit-tabib tiegħek immedjatament dwar kwalunkwe tibdil f’dawn is-sintomi.

Mediċini oħra u Benlysta

Għid lit-tabib tiegħek jekk inti qed tiġi kkurat b’cyclophosphamide (mediċina li taffettwa s-sistema immuni tiegħek, li tintuża biex tikkura xi mard tal-kanċer u disturbi awtoimmuni) jew mediċina li taffettwa ċ-ċelluli B tiegħek (użati biex jikkuraw il-kanċer jew mard infjammatorju). It-taħlita ta’ mediċini bħal dawn flimkien ma’ Benlysta jistgħu jagħmlu s-sistema immuni tiegħek anqas effettiva. Dan jista’ jżid ir-riskju tiegħek għal infezzjoni serja.

Jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu mediċini oħra, jekk dan l-aħħar ħadt xi mediċini oħra, jew jekk tibda tieħu mediċini ġodda. Dan jinkludi mediċini li inti tista’ tikseb mingħajr riċetta.

Tqala u treddigħ

Benlysta mhux soltu jkun rrakkomandat jekk inti tkun tqila.

Għid lit-tabib tiegħek jekk inti tqila, taħseb li tista’ tkun tqila, jew qed tippjana li jkollok tarbija. It- tabib tiegħek jiddeċiedi jekk inti tistax tingħata Benlysta.

Jekk it-tabib tiegħek jagħtik parir biex tevita tqala, uża metodu effettiv ta’ kontraċezzjoni waqt li inti qed tiġi kkurat b’Benlysta u għal mill-anqas 4 xhur wara l-aħħar doża.

Jekk inti tinqabad tqila waqt li tkun qed tieħu Benlysta għid lit-tabib tiegħek.

Jekk qed tredda’

Għid lit-tabib tiegħek jekk inti qed tredda’. X’aktarx li Benlysta jista’ jgħaddi ġol-ħalib tas-sider. It- tabib tiegħek se jiddiskuti miegħek jekk inti għandekx twaqqaf il-kura b’Benlysta waqt li qed tredda’ jew jekk għandekx twaqqaf it-treddigħ.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

L-effett ta’ Benlysta fuq il-ħila tiegħek li ssuq jew tħaddem magni mhuwiex magħruf.

Benlysta għandu kontenut baxx ta’ sodium:

Benlysta fih anqas minn 1 mmol ta’ sodium (23 mg) f’kull doża u għalhekk huwa essenzjalment mingħajr sodium.

3.Kif jintuża Benlysta

Infermier jew tabib jagħtuk Benlysta permezz ta’ dripp ġol-vina (infużjoni ġol-vina) fuq perijodu ta’ siegħa.

It-tabib tiegħek jiddeċiedi dwar id-doża t-tajba skont il-piż tal-ġisem tiegħek. Id-doża rakkomandata hija ta’ 10 mg għal kull kilogramma (kg) tal-piż tal-ġisem tiegħek.

Is-soltu inti tingħata Benlysta fl-ewwel ġurnata ta’ kura mbagħad terġa’ tingħata l-kura 14 u 28 jum wara. Wara dan, Benlysta s-soltu jingħata darba kull 4 ġimgħat.

Mediċini mogħtija qabel infużjoni

It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jagħtik mediċini li jgħinu biex inaqqsu kwalunkwe reazzjonijiet għall-infużjoni qabel inti tingħata Benlysta. Dawn jistgħu jinkludu tip ta’ mediċina msejħa antiistamin u mediċina biex tilqa’ kontra d-deni. Inti se tiġi ċċekkjat mill-qrib u jekk ikollok xi reazzjonijiet dawn se jiġu kkurati.

Meta twaqqaf kura b’Benlysta

It-tabib tiegħek jiddeċiedi jekk hemmx bżonn tieqaf tingħata Benlysta.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva u reazzjonijiet għall-infużjoni

Benlysta jista’ jikkawża reazzjoni għall-infużjoni jew reazzjoni allerġika (ta’ sensittività eċċessiva). Dawn jistgħu jaffettwaw minn persuna waħda sa 10 persuni minn kull 100, u xi kultant jistgħu jkunu qawwija, u jistgħu jkunu ta’ periklu għall-ħajja. Dawn ir-reazzjonijiet huma aktar probbabli li jseħħu fil-jum tal- infużjoni, jew fil-jum ta’ wara, wara l-ewwel jew it-tieni kura tiegħek b’Benlysta.

Jekk ikollok xi wieħed mis-sintomi ta’ sensittività eċċessiva jew ta’ reazzjoni għall-infużjoni li ġejjin għid lit-tabib jew lill-infermier tiegħek minnufih jew mur id-dipartiment tal-emerġenza tal-eqreb sptar tiegħek;

nefħa tal-wiċċ, xufftejn, ħalq jew ilsien

tħarħir, diffikultà biex tieħu n-nifs jew qtugħ ta’ nifs

raxx

għoqiedi bbuzzati u bil-ħakk jew ħorriqija

Reazzjonijiet avvesi jistgħu jseħħu wkoll wara ż-żmien b’Benlysta, ġeneralment minn 5-10 ijiem wara doża tal-mediċina u jinkludu kombinazzjoni ta’ sintomi bħal raxx, tħossok imdardar/ra, għejja, uġigħ fil-muskoli, uġigħ ta’ ras, u/jew nefħa fil-wiċċ.

Jekk tesperjenza dawn is-sintomi, b’mod partikolari jekk inti tħoss kombinazzjoni ta’ sintomi bħal dawn, għid lit-tabib jew lill-infermier tiegħek.

Infezzjonijiet

Benlysta jista’ jikkawża infezzjonijiet li jistgħu jkunu ta’ tipi differenti inkluż infezzjoni fis-sider, infezzjoni fil-kliewi, infezzjoni fl-imnieħer u fil-griżmejn, infezzjoni tal-musrana, eċċ. Dawn jistgħu jaffettwaw aktar minn 10 persuni minn kull 100, li jistgħu jkunu severi u b’mod mhux komuni jwasslu għall-mewt.

Jekk ikollok xi wieħed minn dawn is-sintomi ta’ infezzjoni;

deni

sogħla, problemi bin-nifs

dijareja, rimettar

sensazzjoni ta’ ħruq waqt li tgħaddi l-awrina

Għid lit-tabib jew lill-infermier/a tiegħek immedjatament.

Effetti sekondarji komuni ħafna

Dawn jistgħu jaffettwaw aktar minn 10 persuni minn kull 100:

infezzjonijiet ikkawżati minn batterja, bħal infezzjonijiet fis-sider jew fil-bużżieqa tal-awrina

dardir, dijarea.

Effetti sekondarji komuni

Dawn jistgħu jaffettwaw minn persuna waħda sa 10 minn kull 100:

temperatura għolja jew deni

għadd baxx ta’ ċelluli bojod tad-demm

infezzjoni fl-imnieħer, fil-ġriżmejn, jew fl-istonku

uġigħ fl-idejn jew fis-saqajn

emigranja

nuqqas ta’ rqad, depressjoni.

Effetti sekondarji mhux komuni

Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100:

reazzjonijiet allerġiċi qawwija, xi kultant b’nefħa fil-wiċċ jew fil-ħalq li tikkawża tbatija biex tieħu n- nifs.

nefħa fil-wiċċ, fix-xofftejn u fl-ilsen.

Raxx

ponot imqabbżin u jikluk jew ħorriqija.

Għid lit-tabib jew lill-infermier tiegħek minnufih jekk ikollok kwalunkwe wieħed minn dawn is- sintomi.

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Benlysta

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fi friġġ (2°C – 8°C).

Tagħmlux fil-friża.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Benlysta

Is-sustanza attiva hija belimumab.

Kull kunjett ta’ 5 ml fih 120 mg ta’ belimumab.

Kull kunjett ta’ 20 ml fih 400 mg ta’ belimumab.

Wara r-rikostituzzjoni, is-soluzzjoni fiha 80 mg belimumab għal kull ml.

Is-sustanzi l-oħra huma citric acid monohydrate (E330), sodium citrate (E331), sucrose u polysorbate 80.

Kif jidher Benlysta u l-kontenut tal-pakkett

Benlysta jiġi bħala trab minn abjad sa offwajt għal soluzzjoni għall-infużjoni, f’kunjett tal-ħġieġ b’tapp tal- gomma silikonizzata u siġill tal-aluminju li jinqala’ b’daqqa ta’ saba’.

Hemm kunjett wieħed f’kull pakkett.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Glaxo Group Limited

980 Great West Road

Brentford

Middlesex TW8 9GS

Ir-Renju Unit

Il-Manifattur

GlaxoSmithKline Manufacturing S.P.A.

Strada Provinciale Asolana No. 90

I-43056 San Polo di Torrile

Parma

L-Italja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal- Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

GlaxoSmithKline Pharmaceuticals s.a./n.v. Tél/Tel: + 32 (0) 10 85 52 00

България

ГлаксоСмитКлайн ЕООД

Teл.: + 359 2 953 10 34

Česká republika

GlaxoSmithKline s.r.o. Tel: + 420 222 001 111 cz.info@gsk.com

Danmark

GlaxoSmithKline Pharma A/S Tlf: + 45 36 35 91 00 dk-info@gsk.com

Deutschland

GlaxoSmithKline GmbH & Co. KG Tel.: + 49 (0)89 36044 8701 produkt.info@gsk.com

Eesti

GlaxoSmithKline Eesti OÜ Tel: + 372 6676 900 estonia@gsk.com

Ελλάδα

GlaxoSmithKline A.E.B.E. Τηλ: + 30 210 68 82 100

España

GlaxoSmithKline, S.A. Tel: + 34 902 202 700 es-ci@gsk.com

France

Laboratoire GlaxoSmithKline Tél.: + 33 (0)1 39 17 84 44 diam@gsk.com

Hrvatska

GlaxoSmithKline d.o.o.

Tel:+ 385 1 6051 999

Luxembourg/Luxemburg

GlaxoSmithKline Pharmaceuticals s.a./n.v. Belgique/Belgien

Tél/Tel: + 32 (0) 10 85 52 00

Magyarország

GlaxoSmithKline Kft.

Tel.: + 36 1 225 5300

Malta

GlaxoSmithKline (Malta) Limited

Tel: + 356 21 238131

Nederland

GlaxoSmithKline BV Tel: + 31 (0)30 6938100 nlinfo@gsk.com

Norge

GlaxoSmithKline AS

Tlf: + 47 22 70 20 00

Österreich

GlaxoSmithKline Pharma GmbH Tel: + 43 (0)1 97075 0 at.info@gsk.com

Polska

GSK Services Sp. z o.o.

Tel.: + 48 (0)22 576 9000

Portugal

GlaxoSmithKline – Produtos Farmacêuticos, Lda.

Tel: + 351 21 412 95 00

FI.PT@gsk.com

România

GlaxoSmithKline (GSK) S.R.L.

Tel: + 4021 3028 208

Slovenija

GlaxoSmithKline d.o.o. Tel: + 386 (0)1 280 25 00 medical.x.si@gsk.com

Ireland

Slovenská republika

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited

GlaxoSmithKline Slovakia s. r. o.

Tel: + 353 (0)1 4955000

Tel: + 421 (0)2 48 26 11 11

 

recepcia.sk@gsk.com

Ísland

Suomi/Finland

Vistor hf.

GlaxoSmithKline Oy

Sími: +354 535 7000

Puh/Tel: + 358 (0)10 30 30 30

 

Finland.tuoteinfo@gsk.com

Italia

Sverige

GlaxoSmithKline S.p.A.

GlaxoSmithKline AB

Tel: + 39 (0)45 9218 111

Tel: + 46 (0)8 638 93 00

 

info.produkt@gsk.com

Κύπρος

United Kingdom

GlaxoSmithKline (Cyprus) Ltd

GlaxoSmithKline UK Ltd

Τηλ: + 357 22 39 70 00

Tel: + 44 (0)800 221441

gskcyprus@gsk.com

customercontactuk@gsk.com

Latvija

 

GlaxoSmithKline Latvia SIA

 

Tel: + 371 67312687

 

lv-epasts@gsk.com

 

Lietuva

 

GlaxoSmithKline Lietuva UAB

 

Tel: + 370 5 264 90 00

 

info.lt@gsk.com

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu <-----------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku:

Istruzzjonijiet għall-użu u l-immaniġġar – rikostituzzjoni, dilwizzjoni u amministrazzjoni

1)Kif tirrikostitwixxi Benlysta

Ir-rikostituzzjoni u d-dilwizzjoni jeħtieġ li jsiru f’kundizzjoniiet asettiċi.

Ħalli 10-15-il minuta biex il-kunjett jilħaq it-temperatura tal-kamra (15°C - 25°C).

Huwa rakkomandat li tintuża labra b’gejġ ta’ 21-25 meta jittaqqab it-tapp tal-kunjett għar-rikostituzzjoni u d- dilwizzjoni.

TWISSIJA: Il-kunjetti ta’ 5 ml u ta’ 20 ml huma rrikostitwiti b’volumi ta’ dilwent differenti, ara hawn taħt:

Kunjett ta’ 120 mg

Il-kunjett li jintuża darba biss ta’ 120 mg ta’ Benlysta huwa rrikostitwit b’1.5 ml ta’ ilma għall-injezzjonijiet biex jagħti konċentrazzjoni finali ta’ 80 mg/ml ta’ belimumab.

Kunjett ta’ 400 mg

Il-kunjett li jintuża darba biss ta’ 400 mg ta’ Benlysta huwa rrikostitwit b’4.8 ml ta’ ilma għall-injezzjonijiet biex jagħti konċentrazzjoni finali ta’ 80 mg/ml belimumab.

Ammont ta’ Benlysta

Daqs tal-kunjett

Volum tad-dilwent

Konċentrazzjoni finali

 

 

 

 

120 mg

5 ml

1.5 ml

80 mg/ml

 

 

 

 

400 mg

20 ml

4.8 ml

80 mg/ml

 

 

 

 

Il-fluss ta’ ilma għall-injezzjonijiet għandu jiġi mmirat lejn il-ġenb tal-kunjett biex inaqqas ir-ragħwa. Dawwar il-kontenut tal-kunjett bil-mod għal 60 sekonda. Ħalli il-kunjett joqgħod f’temperatura tal-kamra (15°C - 25°C) waqt ir-rikostituzzjoni, filwaqt li ddawwar il-kontenut tal-kunjett kull 60 sekonda għal

5 minuti sakemm it-trab jinħall. Tħawdux. Ir-rikostitiuzzjoni tipikament titlesta fi żmien 10 sa 15 il-minuta wara li jkun żdied l-ilma, iżda dan jista’ jieħu sa 30 minuta. Ipproteġi s-soluzzjoni rrikostitwita mid-dawl tax-xemx.

Jekk jintuża apparat mekkaniku ta’ rikostituzzjoni biex jirrikostitwixxi Benlysta dan m’għandux jaqbeż il- 500 rpm u l-kontenut tal-kunjett m’għandux jiddawwar għal aktar minn 30 minuta.

2)Qabel ma tiddilwi Benlysta

Ladarba r-rikostituzzjoni titlesta, is-soluzzjoni għandha tkun tkanġi u mingħajr kulur sa safra ċara u mingħajr frak. Bżieżaq żgħar tal-arja, madankollu, huma mistennija u huma aċċettabbli.

Kunjett ta’ 120 mg

Wara r-rikostituzzzjoni, volum ta’ 1.5 ml (li jikkorrispondi għal 120 mg ta’ belimumab) jista’ jinġibed minn kull kunjett ta’ 5 ml.

Kunjett ta’ 400 mg

Wara r-rikostituzzzjoni, volum ta’ 5 ml (li jikkorrispondi għal 400 mg ta’ belimumab) jista’ jinġibed minn kull kunjett ta’ 20 ml.

3)Kif tiddilwi s-soluzzjoni għall-infużjoni

Il-prodott mediċinali rrikostitwit jiġi ddilwit għal 250 ml b’soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%), ta’ sodium chloride 4.5 mg/ml (0.45 %), jew ta’ Lactated Ringer .

Soluzzjonijiet ta’ 5% glucose għal ġol-vina mhumiex kompatbbli ma’ Benlysta u m’għandhomx jintużaw.

Minn borża jew flixkun tal-infużjoni ta’ 250 ml ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%), ta’ sodium chloride 4.5 mg/ml (0.45 %), jew ta’ Lactated Ringer iġbed u armi volum daqs dak tas- soluzzjoni rrikostitwita ta’ Benlysta meħtieġa għad-doża tal-pazjent. Imbagħad żid il-volum meħtieġ tas- soluzzjoni rikostitwita ta’ Benlysta ġol-borża jew ġol-flixkun tal-infużjoni. Aqleb il-borża jew il-flixkun bil- mod ta’ taħt fuq biex tħawwad is-soluzzjoni. Kwalukwe soluzzjoni fil-kunjetti li ma tkunx intużat għandha tintrema.

Ifli s-soluzzjoni ta’ Benlysta għal xi frak jew tibdil fil-kulur qabel ma tagħtiha. Armi s-soluzzjoni jekk tara xi frak jew tibdil fil-kulur.

Jekk is-soluzzjoni rrikostitwita, ma tintużax minnufih, għandha tiġi protetta minn raġġi diretti tax-xemx u

tinħażen fi friġġ f’temperatura ta’ 2°C -8°C. Soluzzjonijiet ddilwiti b’soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%), ta’ sodium chloride 4.5 mg/ml (0.45 %), jew ta’ Lactated Ringer jistgħu jinħażnu

f’temperatura ta’ 2°C - 8°C jew f’temperatura tal-kamra (15°C - 25°C).

Il-ħin totali mir-rikostituzzjoni ta’ Benlysta sa tmiem l-infużjoni m’għandux jaqbeż it-8 sigħat.

4)Kif tagħti s-soluzzjoni ddilwita

Benlysta jingħata bħala infużjoni fuq perijodu ta’ siegħa.

Benlysta m’għandux jingħata bħala infużjoni fl-istess pajp flimkien ma’ sustanzi oħra.

Ma kienu osservati l-ebda inkompatibilitajiet bejn Benlysta u boroż tal-polyvinylchloride jew tal-polyolefin

-----------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati