Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Beromun (tasonermin) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - L03AX11

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaBeromun
Kodiċi ATCL03AX11
Sustanzatasonermin
ManifatturBoehringer Ingelheim International GmbH

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Beromun 1 mg trab għal soluzzjoni għall-infużjoni

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull kunjett fih 1 mg ta’ tasonermin*, li jikkorrispondi għal 3.0-6.0 x 107 IU (Unitajiet Internazzjonali).

*fattur tan-nekrosi tat-tumur alfa-1a (TNFα-1a) magħmul minn teknoloġija tad-DNA rikombinanti fi

E. coli.

Eċċipjent(i) b’effett magħruf:

Kull kunjett fih 20.12 mg (0.87 mmol) ta’ sodium. Wara r-rikostituzzjoni f’soluzzjoni fiżjoloġika ta’ 0.9% sodium chloride, l-ammont ikun ta’ 37.82 mg (1.64 mmol) ta’ sodium.

Għal-lista sħiħa ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Trab għal soluzzjoni għall-infużjoni (trab għall-infużjoni).

It-trab huwa ta’ lewn bajdani għal off-white.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Beromun huwa indikat f'adulti bħala mediċina aġġuntiva mal-kirurġija qabel ma jitneħħa t-tumur biex jiġi evitat jew jiġi ritardat il-bżonn ta’ amputazzjoni jew f’terapija ta’ serħan, fejn hemm sarkoma fit- tessuti rotob tad-dirgħajn/riġlejn li ma tkunx tista’ tiġi mneħħija, jintuża ma’ melphalan permezz ta’ perfużjoni ipertermika ħafifa għad-driegħ/riġel iżolat (ILP).

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Din il-kura għandha ssir f’ċentri speċjalizzati minn tims kirurġiċi b’esperjenza fl-immaniġġjar ta’ sarkomi fir-riġlejn jew fid-dirgħajn u fil-proċedura ILP, bit-Taqsima tal-Kura Intensiva li tkun disponibbli fil-pront u bil-faċilitajiet għal monitoraġġ kontinwu għat-tnixxija tal-prodott mediċinali fiċ-ċirkolazzjoni sistemika.

Pożoloġija

Beromun:

Dirgħajn: Doża totali ta’ 3 mg li tingħata permezz ta’ ILP.

Riġlejn: Doża totali ta’ 4 mg li tingħata permezz ta’ ILP.

Melphalan:

Id-doża ta’ melphalan għandha tiġi kkalkulata skont il-metodu tal-volum f’litri ta’ Wieberdink (Wieberdink J, Benckhuysen C, Braat RP, van Slooten EA, Olthius GAA. Dosimetry in isolation perfusion of the limbs by assessments of perfused tissue volume and grading of toxic tissue reactions.

Eur J Cancer Clin Oncol 1982; 18: 905-910.), sa doża massima ta’ 150 mg. 13 mg/l permezz ta’ volum ta’ perfużjoni fid-driegħ

10 mg/l permezz ta’ volum ta’ perfużjoni fir-riġel

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Beromun fit-tfal taħt it-18-il sena għadhom ma ġewx determinati s’issa. M’hemm l-ebda data disponibbli.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu qabel tmiss il-prodott mediċinali jew qabel tagħti l-prodott mediċinali

Meta tipprepara u timmaniġġja soluzzjonijiet ta’ Beromun, hu rakkomandat li tuża l-ingwanti. Jekk Beromun trab xott jew soluzzjoni rikostitwita jmissu mal-ġilda jew mal-membrani mukużi, dawn għandhom jinħaslu bir-reqqa bl-ilma.

Għal istruzzjonijiet fuq ir-rikostituzzjoni tal-prodott mediċinali qabel jingħata, ara sezzjoni 6.6.

Beromun għandu jingħata permezz ta’ ILP ipertermika ħafifa. Iċ-ċirkwit tal-perfużjoni (roller pump, ossiġinatur bir-riżervwar integrat, tagħmir li jitrasferixxi minn medju għal ieħor, tubi ta’ konnessjoni) għandu jitlesta qabel il-kirurġija u għandu l-ewwel jiġi pprajmjat b’700 jew 800 ml ta’ likwidu ta’ perfużjoni, b’ematokrit ta’ 0.25 sa 0.30.

Il-livell ta’ perfużjoni għandu jintgħażel b’tali mod li jkun biżżejjed biex jiċċirkola b’mod xieraq mat- tessuti milquta (l-ilju estern, il-wirk komuni (common femoral), fieragħ-wirk (femoro-popliteal), il- fieragħ (popliteal), l-abt u d-driegħ (axillary and brachial) komuni huma l-passaġġi aċettati) u l- kateters introdotti. Għandu jiġi evitat it-telf ta’ sħana mid-driegħ/riġel permezz ta’ kutri termali. It- temperatura tad-driegħ/riġel għandha tkun kontinwament sorveljata minn sondi termistor li jiġu mdaħħla fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda u fil-muskoli. Jekk l-id jew il-pala tas-sieq ma jkunux effetwati, dawn għandhom jiġu protetti b’faxex Esmurch (espulsjoni). Turnikett għandu jiġi applikat mad- driegħ/riġel biex il-likwidu ta’ perfużjoni jaħdem biss fil-biċċa tad-driegħ/riġel li fih hemm is- sarkoma.

Wara li d-driegħ/riġel jiġi mqabbad maċ-ċirkwit iżolat, ir-rata ta’ l-influss għandha tiġi aġġustata għal 35 sa 40 ml/volum f’litri fid-driegħ-riġel / minuta u t-tnixxija mid-driegħ/riġel għaċ-ċirkolazzjoni sistemika għandha tiġi ċċekkjata permezz ta’ teknika li titraċċa ir-radjoattività (ara sezzjoni 4.4). Jista’ jkun hemm bżonn li jsiru aġġustamenti fir-rata ta’ influss u fit-turnikett biex jiġi żgurat li t-tnixxija miċ-cirkwit tal-perfużjoni u ċ-cirkolazzjoni sistemika hija stabbli (il-livell ta’ radjoattività fiċ- ċirkolazzjoni sistemika ikun laħaq livell stabbli (plateau)) u mhux iktar minn 10%. Beromun għandu jingħata f’każi fejn in-nixxija hi inqas minn 10% biss.

Ġaladarba t-temperatura fit-tessut distali taħt il-ġilda tar-riġel/driegħ tilħaq >38°C, (iżda ma taqbiżx 39°C), u l-pH tal-likwidu tal-perfużjoni jkun bejn 7.2 u 7.35, Beromun għandu jiġi injettat bħala bolus ġol-linja arterjali taċ-ċirkuwitu. Wara 30 minuta ta’ perfużjoni ta’ Beromun waħdu, melphalan għandu jiżdied bħala bolus ġol-ġibjun taċ-ċirkuwitu, jew bil-mod ġol-linja arterjali taċ-ċirkuwitu. It- temperatura għandha mbagħad tiżdied għal >39° (iżda m’għandhiex taqbeż 40°C) f’żewġ siti differenti ta’ fejn isir il-kejl fiż-żona tat-tumur. It-tul ta’ żmien tal-perfużjoni li tinkludi melphalan għandu jkun ta’ 60 minuta. Għaldaqstant, it-tul ta’ żmien tal-perfużjoni totali għandu jkun ta’

90 minuta.

Fit-tmiem tal-perfużjoni, il-likwidu tal-perfużjoni għandu jinġabar fil-ġibjun filwaqt li l-fluwidu washout jiżdied fl-istess ħin fiċ-ċirkuwitu u jiġi ċċirkolat fl-istess rata ta’ fluss ta’ 35 sa 40 ml/litru ta’ volum fir-riġlejn jew fid-dirgħajn/minuta. Il-washout għandha titkompla sakemm il-kulur tal-likwidu tal-perfużjoni jkun roża ċar u trasparenti (ara sezzjoni 4.4).

Qtugħ kirurġiku tal-fdalijiet tat-tumur għandu jsir fejn ikun possibbli. Meta jkun meħtieġ, it-tieni ILP tista’ tiġi kkunsidrata 6-8 ġimgħat wara l-ewwel ILP (ara sezzjoni 4.4).

4.3Kontraindikazzjonijiet

Kontraindikazzjonijiet għal ILP b’Beromun, imqassma skond il-komponenti differenti tal-proċedura huma:

Kontraindikazzjonijiet ta’ Beromun:

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe sustanza mhux attiva elenkata fis- sezzjoni 6.1.

Mard kardjovaskulari e.g insuffiċjenza tal-qalb konġestiva (New York Heart Association Klassi II, III jew IV), anġina pectoris gravi, arritmji kardijaċi, infart majokardijaku li jkun seħħ f’3 xhur jew anqas, qabel it-trattament, trombożi tal-vini, arterji periferjali misdudin, emboliżmu pulmonari riċenti.

Funzjoni ħażina severa tal-pulmuni.

Każ riċenti ta’ ulċera ta’ l-istonku attiva.

Axxite gravi.

Funzjoni ħażina ematoloġika sinifikanti, eż. lewkoċiti < 2.5 x 109/l, emoglobina < 9 g/dl, plejtlets < 60 x 109/l, dijastażi emorraġika jew problemi ta’ fsada attiva.

Funzjoni ħażina tal-kliewi sinifikanti, eż. sindrome nefrotika, livell ta’ krejatinina fis-serum > 150 µmol/l, jew ir-rata li biha titneħħa l-kreatinina ta’ < 50 ml/minute.

Funzjoni ħażina tal-fwied sinifikanti, e.g. > 2 x limitu ta’ fuq tal-livelli normali ta’ aspartate aminotransferase, alanine aminotransferejs jew alkalajn fosfatejs; jew livelli ta’ bilirubin ta > 1.25 x limiti massimi normali.

Iperkalċimja > 12 mg/dl (2.99 mmol/l).

Pazjenti li m’għandhomx jużaw sustanzi li huma vażopressuri.

Pazjenti li m’għandhomx jużaw anti-koagulanti.

Trattament fl-istess ħin b’sustanzi kardjotossiċi (eg antraċiklini).

Tqala u treddigħ (ara sezzjoni 4.6).

Kontraindikazzjonijiet ta’ mefalan:

Jekk jogħoġbok irreferi għas-Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott ta’ mefalan.

Kontraindikazzjonijiet tal-proċedura ILP:

Axxite serja.

Limfo-edema gravi tad-driegħ/riġel.

Pazjenti li m’għandhomx jużaw sustanzi li huma vażopressuri.

Pazjenti li m’għandhomx jużaw anti-koagulanti.

Pazjenti li ma jistgħux ikollhom monitoraġġ ta’ traċċi radjoattivi.

Pazjenti li ma jistgħux ikollhom ipertermja tad-driegħ/riġel.

Pazjenti fejn hemm is-suspett li l-provvista tad-demm fl-estremità distali għat-tumur hija dipendenti ħafna fuq l-vażi tad-demm assoċjati mat-tumur. Dan jista’ jiġi ċċarat permezz ta’ arterjogramma.

Tqala u treddigħ.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

ILP għandha tingħata f’ċentri speċjaliżżati minn gruppi kirurġiċi li għandhom esperjenza fil-kura tas- sarkomi tad-driegħ/riġel u fil-proċedura ILP, fejn ikun hemm taqsima tal-kura intensiva b’faċilitajiet għall-monitoraġġ kontinwu li jiċċekkja jekk ikunx hemm tnixxija tal-prodott mediċinali fiċ- ċirkulazzjoni sistemika. Beromun m’għandux jingħata b’mod sistematiku.

Jekk jogħġbok irreferi għas-Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott ta’ melphalan qabel ma tibda l- proċedura ILP.

Induzzjoni ta’ loppju ġenerali u l-ventilazzjoni mekkanizzata għandha tiġi applikata skond il-metodi standard. Hu importanti li jinżamm livell ta’ loppju kostanti biex b’hekk jiġi evitat li jkun hemm varjazzjonijiet kbar fil-pressjoni sistemika tad-demm, li jistgħu jaffetwaw it-tnixxija bejn iċ- ċirkolazzjoni sistemika u ċ-ċirkwit tal-perfużjoni.

Matul l-ILP, hu rakkomandat ħafna li jkun hemm monitoraġġ tal-pressjoni tal-vini ċentrali u tal- pressjoni arterjali. Barra minn hekk, monitoraġġ tal-pressjoni tad-demm, ta’ l-ammont ta’ l-awrina, u elektrokardjografiku irid isir fl-ewwel 24 sa 48 siegħa wara l-ILP, jew fuq perijodu akbar ta’ żmien jekk ikun meħtieġ. Jista’ jkun ikkonsidrat l-użu ta’ kateter ta’ Swan Ganz biex isir il-monitoraġġ tal- pressjoni ta’ l-arterja pulmonari u l-wedge pressure waqt il-proċedura ILP u fil-perijodu ta’ wara l- operazzjoni.

Profilassi u kura tad-deni, tat-tertir ta’ bard u ta’ sintomi bħal-dawk ta’ l-influwenza li huma assoċjati ma’ l-użu ta Beromun jista’ jsir billi l-pazjent jingħata paracetamol (mill-ħalq jew f’forma ta’ suppożitorju) jew xi analġeżiku / anti-pajretiku ieħor qabel il-proċedura ta’ l-ILP.

Għall-profilassi ta’ stat ta’ xokk, il-pazjenti għandhom jiġu idratati sew ħafna qabel, waqt u wara l- proċedura ta’ perfużjoni. Dan sabiex jiġu żgurati l-aħjar kundizzjonijiet emodinamiċi u jiġi żgurat li jkun hemm volum xieraq ta’ awrina, b’mod speċjali wara l-perfużjoni biex b’hekk xi residwi ta’ tasonermin li jkun għad fadal fil-ġisem jitneħħew malajr minnu. Likwidi għar-risuxxitazzjoni (soluzzjoni kristallojde jew kollojde) għandhom ikunu disponibbli f’każ li jkun hemm il-bżonn ta’ espansjoni tal-volum f’sitwazzjoni fejn il-pressjoni tad-demm titbaxxa ħafna. Soluzzjoni kollojde jew fluwidi ta’ hydroxyethyl starch huma ppreferuti, għax għandhom inqas ċans li jnixxu barra mis- sistema vaskulari. Barra minn hekk, jekk is-sitwazzjoni klinika tindika l-ħtieġa, aġent vażopressur, eż dopamine, jista’ jiġi wżat waqt il-proċedura ta’ l-ILP, kif ukoll fil-perijodu ta’ wara l-operazzjoni. F’każ ta’ stat ta’ xokk gravi qabel ma tkun spiċċat il-proċedura ta’ l-ILP, il-perfużjoni fid-dreigħ/riġel għandha titwaqqaf u l-pazjent għandu jingħata t-terapija xierqa.

Biex jitnaqqas ir-riskju tat-tnixxija tal-likwidu ta’ perfużjoni fiċ-ċirkolazzjoni sistemika, ir-rata ta’ l- influss ta’perfużjoni m’għandhiex taqbeż l-40 ml/litru volum tad-driegħ-riġel/minuta. Il-possibiltà ta’ tnixxija, għandha tiġi mkejla permezz ta’ albumina radjotikkettata jew ċelluli ħomor tad-demm li jkunu ġew u injettati fic-ċirkwit tal-perfużjoni, b’miżuri xierqa ta’ monitoraġġ kontinwu li jkejjel it- tnixxija radjoattivita fiċ-ċirkolazzjoni sistemika. Jista’ jkun meħtieġ aġġustament tar-rata ta’ influss ta’ perfużjoni u tat-turnikett biex ikun aċċertat li t-tnixxija hija stabbli (livell sistemiku ta’ radjoattività ikun stabbli) u ma jaqbiżx l-10%. Il-perfużjoni għandha titwaqqaf jekk it-tnixxija kumulattiva fiċ- cirkolazzjoni sistemika hija > minn 10%. F’każijiet bħal dawn, għandu jkun hemm proċedura stabbilita ta’ tlaħliħ, billi jintużaw mill-inqas 2 litri ta’ infużjoni ġol-vini ta’ dextran 70 jew xi likwidu ieħor.

Wara l-ILP, trid tintuża proċedura standard ta’ tlaħliħ, b’infużjoni ġol-vini ta’ dextran 70 jew xi likwidu ieħor. Għandhom jintużaw bejn 3 u 6 litri wara perfużjoni ta’ riġel u għandhom jintużaw bejn

1 u 2 litri wara perfużjoni ta’ driegħ. Perfużjonijiet tal-fieragħ ta’ wara l-irkoppa u tad-driegħ jinħtieġu mhux iktar minn litru. It-tlaħliħ għandu jitkompla sakemm il-likwidu li joħroġ mill-vina jkun ċar (roża u trasparenti).

Ghandhom jittieħdu l-miżuri kollha biex jiġi żgurat li ż-żmien li matulu l-provvista ta’ l-ossiġnu lid- driegħ/riġel tkun maqtugħa jkun l-iqsar possibli (massimu ta’ 20 minuta).

Qtugħ kirurġiku tal-fdalijiet tat-tumur għandu jsir fejn ikun possibbli. Meta jkun meħtieġ, it-tieni ILP tista’ tiġi kkunsidrata 6-8 ġimgħat wara l-ewwel ILP.

Jekk ikun hemm il-ħtieġa ta’ ILP oħra, it-tobba għandhom jikkonsidraw ir-rata ta’ tnixxija ta’ l-ILP li tkun saret qabel.

Id-doża massima tollerata (MTD) ta’ tasonermin għall-ILP hija ta 4 mg, li hija 10 darbiet dik tad-doża sistemika. Għalhekk meta jkun hemm tnixxija sinifikanti ta’ tasonermin fiċ-ċirkolazzjoni sistemika, wieħed jistenna li jkun hemm effetti mhux mixtieqa serji. Dożi sa 6 mg ta’ preparazzjonijiet oħrajn ta’ TNF ġew mogħtija permezz ta’ ILP, imma instab li din id-doża hija inaċċettabli minħabba effett tossiku ta’ loko-reġjonali.

L-għoti flimkien ma’ sustanzi kardjotossiċi (eż. anthracyclines) għandu jiġi evitat minħabba li hu possibbli li tasonermin jista’ jżid il-kardjotossiċità, kif kien osservat f’investigazzjonijiet tossikoloġiċi ta’ qabel l-użu kliniku li damu 13-il ġimgħa. L-għoti fl-istess ħin ta’ mediċini li x’aktarx li ser jikkawżaw pressjoni baxxa sinifikanti mhuwiex rakkomandat (ara sezzjoni 4.5).

Numru ta’ miżuri terapewtiċi jintużaw regolarment waqt l-ILP u fil-perjodu immedjat ta’ wara l- operazzjoni. Dawn jinkludu sustanzi anestetiċi standard, analġesiċi, mediċini kontra d-deni, fluwidi ġol-vini, mediċini kontra l-koagulazzjoni tad-demm u sustanzi vasopressor. M’hemm l-ebda evidenza li xi waħda minn dawn is-sustanzi taħdem kontra l-effetti farmakodinamiċi ta’ tasonermin. L-ebda interazzjonijiet sinifikanti ma kienu osservati s’issa, iżda l-kawtela għandha tintuża (ara sezzjoni 4.5).

Jekk ikun hemm sinjali ta’ effetti tossiċi sistemiċi, bħal per eżempju, deni, arritmja kardijaka, stat ta’ xokk/pressjoni baxxa, sindrome ta’ distress respiratorju ta’ l-adulti (ARDS), għandhom jittieħdu il- miżuri ta’ appoġġ meħtieġ u l-pazjent għandu minnufih jittieħed f’Taqsima tal-Kura Intensiva għal monitoraġġ. Hu rakkomandat li l-pazjent jingħata prodotti li jespandu l-volum ta’ demm u vażopressuri. Jista’ jkun hemm il-ħtieġa ta’ appoġġ Respiratorju Artifiċjali jekk il-pazjent jiżviluppa l- ADRS. Il-ħidma tal-kliewi u tal-fwied għandhom ikunu sorveljati sew. Jista’ jkun hemm żvilupp ta’ problemi ematoloġiċi, b’mod partikolari lewkopenija, tromboċitopenija, u funzjoni ħażina tat-tgħaqqid tad-demm.

Xi ftit mill-pazjenti li ġew ittrattati b’Beromun żviluppaw s-sindrome kompartimentali li hija karetrizzata b’ uġigħ, nefħa u sintomi newroloġiċi kif ukoll bi ħsara fil-muskoli tar-riġel li fih saret il- perfużjoni. Għalhekk il-pazjenti għandhom jiġu sorveljati fl-ewwel tlett ijiem wara ILP. F’każ fejn id- dijanjożi klinika tas-sindrome kompartimentali tkun saret it-trattament li ġej għandu jiġi kkunsidrat:

-Faxxitomija tal-kompartamenti muskolari tad-driegħ/riġel milqut

-Jekk il-ħsara fil-muskoli tgħolli l-livell ta’ majoglobina fil-plażma u l-awrina, hu rakkomandat li jkun hemm dijureżi furzata u alkalinizzazzjoni ta’ l-awrina.

Il-prodott mediċinali rikostitwit fih sa 151.27 mg (jew 6.58 mmol) ta’ sodium f’kull doża rakkomandata. Dan għandu jkun jitqies f’pazjenti li jikkontrollaw l-ammont ta’ sodium li jieħdu fid- dieta.

Il-kontenitur ta’ dan il-prodott mediċinali fih il-lastku latex. Jista’ jikkawża reażżjonijiet allerġiċi serji.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ma twettaq l-ebda studju ta’ interazzjoni.

Beromun ġie mogħti flimkien ma’ interferon-gamma bil-proċedura ta’ l-ILP, imma xejn ma indika li din it-terapija hija aħjar. Jidher li l-użu ta’ interferon-gamma mal-likwidu ta’ perfużjoni ta’ tasonermin mhux assoċjat ma’ żjieda sinifikanti tal-produzzjoni endoġena ta’ tasonermin jew ta’ ċitokinini infjammatorji oħrajn kif deher f’pazjenti li kellhom trawma serja. Informazzjoni klinika wriet li l- inċidenza ta’ effetti mhux mixtieqa żdiedet f’pazjenti li ngħataw fl-istess ħin tasonermin u interferon- gamma.

L-użu ta’ din il-mediċina ma’ sustanzi kardjotossiċi (eż. antraċiklini) għandhom jiġu evitati minħabba l-fatt li tasonermin jista’ jżid il-kardjotossiċità, kif ġie osservat fi studji tossikoloġiċi ta’ qabel l-użu kliniku li damu sejrin għal 13-il ġimgħa (ara sezzjoni 4.4).

Matul il-proċedura ta’ l-ILP u eżatt wara l-operazzjoni, jittieħdu regolarment numru ta’ miżuri terapewtiċi. Dawn jinkludu l-użu ta’ loppju standard, analġeżiċi, anti-pajretiċi, fluwidi li jingħataw ġol-vina, anti-koagulanti u aġenti vażopressuri standard. M’hemm xejn li juri li dawn l-aġenti jaffetwaw l-effett farmakodinamiku ta’ tasonermin. Dawn il-mediċini jidhru li ma jaffettwawx l-effett farmaċewtiku ta’ din il-mediċina, imma dejjem għandhom jintużaw b’kawtela (ara sezzjoni 4.4).

Mhux rakkomandat li jintużaw mediċini li jistgħu jikkawżaw ipotensjoni ma’ din il-mediċina (ara sezzjoni 4.4).

Wieħed għandu jaqra l-Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott ta’ melphalan biex ikun jaf ma’ liema mediċini ma jaqbilx melphalan.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx biżżejjed dejta dwar l-użu ta’ tasonermin f’nisa tqal. Studji f’annimali m’humiex biżżejjed rigward l-effetti fuq it-tqala, l-iżvilupp ta’ l-embriju u l-iżvilupp wara t-twelid (ara 5.3). Ir-riskju li jista' jkun hemm fuq in-nies, mhux magħruf. Beromun hu kontra-indikat waqt it-tqala (ara 4.3).

Treddigħ

Mhux magħruf jekk tasonermin jiġix eliminat mill-ħalib tas-sider tal-bniedem. Minħabba li r-riskju fuq it-tarbija mhux maħruf, it-treddiegħ huwa kontra-indikat sa 7 ijiem wara l-proċedura ta’ l-ILP (ara 4.3).

Fertilità

M’hemm l-ebda dejta disponibbli dwar l-effett possibbli ta’ dan il-prodott mediċinali fuq il-fertilità tal-irġiel u tan-nisa.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Mhux rilevanti.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

L-effetti mhux mixtieqa jistgħu jseħħu minħabba l-użu ta’ Beromun, melphalan jew minħabba l-ILP u l-miżuri li jittieħdu waqt din il-proċedura, jew minħabba kombinazzjoni ta’ dawn il-fatturi.

L-iktar reazzjonijiet avversi frekwenti rrappurtati fil-provi kliniċi kienu deni, nawseja, rimettar, għeja kbira, arritmija, tertir ta’ bard, uġigħ, infezzjoni tal-feriti u reazzjonijiet tal-ġilda. Ir-reazzjonijiet avversi huma jew lokali, jaffettwaw ir-riġel/driegħ ikkurati b’ILP, jew sistemiċi. Reazzjonijiet avversi sistemiċi jinkludu reazzjonijiet kostituzzjonali ħfief u effetti tossiċi fuq sistemi differenti ta’ organi.

Sommarju tabulat ta’ reazzjonijiet avversi

Ir-reazzjonijiet avversi ġew skalati skond titoli ta’ frekwenza skond il-konvenzjoni li ġejja: Komuni ħafna (≥1/10), komuni (≥1/100 sa <1/10), mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100), rari (≥1/10,000 sa <1/1,000).

Infezzjonijiet u infestazzjonijiet

 

Komuni:

Infezzjoni, infezzjoni tal-feriti

Mhux komuni:

Sepsis

Disturbi tad-demm u tas-sistema limfatika

Komuni:

Lewkopenija, tromboċitopenija

Disturbi fis-sistema immuni

 

Komuni:

Reazzjoni ta’ sensittività eċċessiva

Disturbi fis-sistema nervuża

 

Komuni:

Ħsara fin-nervituri, newrotossiċità periferali, tibdil fl-istat ta’

 

koxjenza, uġigħ ta’ ras

Disturbi fil-qalb

 

Komuni ħafna:

Arritimja

Komuni:

Insuffiċjenza kardijaka

Disturbi vaskulari

 

Komuni:

Trombożi venuża, trombożi arterjali, xokk, pressjoni baxxa

Mhux komuni:

Mard okklużiv tal-arterji periferali

Disturbi respiratorji, toraċiċi u medjastinali

Komuni:

Sindromu ta’ disturb respiratorju f’adulti

Mhux komuni:

Edema pulmonari

Disturbi gastro-intestinali

 

Komuni ħafna:

Tqallih, rimettar

Komuni:

Dijarea, stitikezza

Mhux komuni:

Uġigħ fin-naħa ta’ fuq taż-żaqq, gastrite erożiva

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

 

Komuni ħafna:

Tossiċità fil-fwied

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda

Komuni ħafna:

Reazzjoni tal-ġilda

Komuni:

Nekrosi tal-ġilda, edema periferali

Mhux komuni:

Onikomadesi (telf ta’ dwiefer)

Disturbi muskolu-skeletriċi u tat-tessuti konnettivi

Komuni:

Sindrome tal-kompartiment, uġigħ fil-muskoli

Disturbi fil-kliewi u fis-sistema urinarja

Komuni:

Proteini fl-urina

Mhux komuni:

Insuffiċjenza akuta fil-kliewi

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta' mnejn jingħata

Komuni ħafna:

Deni, tertir ta’ bard, uġigħ, għeja kbira

Komuni:

Tagħriq matul il-lejl

Investigazzjonijiet

 

Mhux komuni:

Żieda fil-krejatinina tad-demm

Proċeduri kirurġiċi u mediċi

 

Komuni:

Nekrosi fl-estremitajiet, severa biżżejjed li tkun teħtieġ amputazzjoni

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Nekrosi fl-estremitajiet u s-sindrome tal-kompartiment, jistgħu jkunu severi biżżejjed biex jiġġustifikaw l-amputazzjoni.

Bidu li jittardja ta’ mard okklużiv tal-arterji periferali (PAOD – peripheral arterial occlusive disease) tar-riġlejn ġie rrappurtat f’pazjenti ħafna snin wara ILP, l-aktar f’pazjenti li jkollhom fatturi ta’ riskju kardjovaskulari stabbiliti, jew li kellhom terapija ta’ irradjazzjoni addizzjonali tar-riġel ikkonċernat.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Jekk doża eċċessiva aċċidentali sseħħ, il-proċedura ta’ l-ILP għandha titwaqqaf immedjatament u driegħ/riġel għandu jitlaħlaħ b’żewġ litri ta’ infużjoni ġol-vini ta’ dextran 70 jew xi likwidu bħal dan (ara wkoll sezzjoni 4.4).

Jekk ikun hemm xi sinjali li jindikaw li hemm effett tossiku sistemiku, bħal per eżempju deni, arritmja kardijaka, stat ta’ xokk/ipotensjoni, sindrome ta’ distress respiratorju ta’ l-adulti (ARDS), għandhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa ta’ appoġġ u l-pazjent għandu jiġi trasferit f’Taqsima ta’ Kura Intensiva. Hu rakkomandat l-użu ta’ sustanzi li jespandu l-volum tad-demm u vażopressuri. Jekk tiżviluppa lARDS għandu jingħata appoġġ respiratorju artifiċjali. Il-funzjoni tal-kliewi u tal-fwied għandha tkun sorveljata. Wieħed jista’ jistenna l-iżvilupp ta’ problemi ematoloġiċi, b’mod partikolari lewkopenja, tromboċitopenja, u funzjoni ħażina fit-tgħaqqid tad-demm.

Attwalment, ma jeżisti l-ebda antidotu ta’ tasonermin disponibbli. Mhux rakkomandat trattament b’anti-korpi anti-TNF .

Jekk jogħġbok irreferi għas-Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott għal melphalan għal informazzjoni dwar doża eċċessiva

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Immunostimulanti oħra, Kodiċi ATC: L03AX11

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

L-attività in vivo kontra t-tumur hi probabbilment ibbażata fuq effetti diretti u indiretti:

Inibizzjoni diretta ta’ proliferazzjoni ta’ ċelluli tat-tumur: Tasonermin hu ċitotossiku jew ċitostatiku in vitro għal varjetà ta’ razez ta’ ċelluli tat-tumur ta’ istoġenesi differenti.

Effetti diretti effetti fuq il-vaskulatura tat-tumur: Tasonermin jaffettwa l-morfoloġija u jnaqqas il- proliferazzjoni ta’ ċelluli endoteljali u jibdel l-espressjoni tal-wiċċ speċifiku taċ-ċelluli u l-proteini li jnixxu (li jinkludu adeżjoni tal-molekuli u koagulazzjoni modulating tal-proteini, interleukins u fatturi

tat-tkabbir ematopojetiku). Dan it-tibdil, sussegwentement iwassal għal stat prokoagulanti, li jirriżulta fi trombożi mikrovaskulari. Flimkien ma’ dan, l-adeżjoni u l-extravasation tal-lewkoċiti jiżdiedu, u dan iwassal għal infiltrazzjoni tat-tumur mil-limfoċiti, monoċiti, u granuloċiti. Ir-raġuni għas- sensittività differenzjali tal-vaskulatura tat-tumur (għolja) kontra l-vaskulatura normali (baxxa) bħalissa mhijiex magħrufa.

Immunomodulazzjoni indiretta u diretta: Tasonermin għandu effett profond fuq il-komponenti ċellulari tas-sistema immunitarja. Tiġi mgħaġġla aktar il-proliferazzjoni tal-limfoċiti-B u -T attivati, jiżviluppaw iċ-ċelluli T li huma ċitotossiċi, u l-għadd ta’ ċelluli li jnixxu l-immunoglobulini jiżdied, il- monoċiti/makrofaġi jiġu attivati biex joqtlu iċ-ċelluli tat-tumur, il-granuloċiti jiġu attivati u juru attività fagoċitika ikbar, ikollhom żieda kbira fir-rata respiratorja f’daqqa (respiratory burst) u degranulazzjoni u jeħlu aktar ma’ l-endotilju. Barra dawn l-effetti diretti tasonermin ibiddel ir-rispons immunitarju billi jipproduċi ċ-ċitokini kif ukoll medjaturi oħrajn ta’piż molekulari baxx (prostaglandini u sustanzi li jattivaw il-plejtlets). Diversi fatturi juru li din l-attività immunomodulatorja hija relevanti għall-effetti kontra t-tumur eż. effett kontra t-tumur ta’ tasonermin huma ħafna inqas f’annimali li huma immunodefiċjenti. Barra minn hekk, annimali li rreġettaw tumuri esperimentali wara trattament b’tasonermin jistgħu jiżviluppaw immunità speċifika għal dan it-tip ta’ tumur.

Effetti farmakodinamiċi

Intwera li tasonermin hu attiv fl-assaġġ klassiku għall-fattur tan-nekrosi tat-tumur, u li jipproduċi nekrosi emorraġika ta’ għoqod tat-tumur f’sistemi tat-tumur murine syngeneic u umani xenogeneic wara injezzjoni lokali jew sistemika. L-applikazzjoni sistemika ta’ tasonermin hi limitata mill-effetti tossiċi tagħha, id-doża effettiva mbassra minn studji ta’ qabel l-użu kliniku li jkunu ogħla b’mod sostanzjali mid-doża massima ttollerata osservata fil-bniedem.

Effikaċja klinika

L-applikazzjoni loko-reġjonali ta’ Beromun, flimkien ma’ melphalan, uriet li huma effettivi ħafna fil- kontroll lokali ta’ sarkoma fit-tessuti tad-dirgħajn/riġlejn li ma jkunx jista’ jiġi mneħħi. Imma t- trattament huwa speċifikament trattament loko-reġjonali u għalhekk mhux mistenni li jtawwal il-ħajja. Analiżi matched-pair li tqabbel jekk pazjenti trattati b’Beromun u melphalan ILP damux iktar ħajjin minn pazjenti li kienu mietu qabel bħala kontroll naqset milli turi li kien hemm xi differenza fit-tul ta’ ħajja (p=0.5).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Farmakokinetiċi sistemiċi

It-tagħrif farmakokinetiku sistemiku dwar tasonermin huwa fqir. Kienet osservata dipendenza fuq id- doża hekk kif deher b’tnaqqis fil-clearance u b’żieda fil-half-life meta żdiedet id-doża. Il-half life meta tingħata d-doża massima tollerata mill-ġisem fil-vina (150 µg/m2) kienet bejn 15 u 30-il minuta.

Farmakokinetiċi fl-ILP

ILP tippermetti li tkun tista’ tingħata doża għolja b’konċentrazzjoni relattivament stabbli ta’ tasonermin fid-driegħ/riġel. Informazzjoni miġbura minn 51 pazjent li ngħataw il-proċedura ta’ l-ILP, deher li d-doża massima ta’ tasonermin li ntlaħqet fiċ-ċirkwit tal-perfużjoni wara 30 minuta mill-bidu tal-proċedura ILP kien ta’ bejn 3,000 u 4,000 ng/ml. Taħt kundizzjonijiet fejn it-tnixxija sistemika hija ta’ anqas minn 2% (dan ġie osservat f’38 mill-51 pazjent), il-konċentrazzjoni massima ta’ tasonermin fiċ-ċirkolazzjoni sistemika intlaħqet wara 5 minuti mill-bidu tal-proċedura ta’ l-ILP u kienet bejn wieħed u ieħor 200 darba iktar baxxa minn dik taċ-ċirkwit tal-perfużjoni. Taħt kundizzjonijiet fejn it- tnixxija ta’ tasonermin fiċ-ċirkolazzjoni sistemika kien iktar minn 2% (dan ġie osservat f’21 mill

51 pazjent), il-konċentrazzjonijiet fiċ-ċirkolazzjoni massima ta’ tasonermin kienu dejjem mill-inqas 10 darbiet inqas minn dik fiċ-ċirkwit tal-perfużjoni.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Il-profil tossiku ta’ tasonermin kien investigat fi studji ta’ qabel l-użu kliniku li saru fuq ġrieden, firien, fniek, klieb u xadini. L-effetti avversi ewlenin li ġew osservati wara li tasonermin ġie mogħti

ripetutament kienu bdil ematoloġiku u bdil fiċ-ċirkulazzjoni, nuqqas ta’ saħħa, żjieda fil-piż kif ukoll alterazzjonijiet fil-funzjoni tal-fwied u tal-kliewi. Il-bidliet ematoloġiċi kienu jinkludi, anemija, żjieda fl-ematokrit, tnaqqis jew żjieda ta’ lewkoċiti u plejtlets li kienu jiddependu fuq l-ispeċi u t-tul tat- trattament. Il-bidliet ċirkolatorji kienu jinkludu pressjoni mnaqqsa tad-demm u f’xi studji ġie osservat ukoll żjieda fir-rata tat-taħbit tal-qalb u nuqqas ta’ kontrazzjoni. Il-kapaċità ta’ sintesi tal-fwied ġiet imnaqqasa u dan kien indikat b’żjieda fl-enżimi tal-fwied. L-alterazzjoni fil-funzjoni tal-kliewi kienet indikata minn żjieda fl-eliminazzjoni ta’ l-ilma u tas-sodju kif ukoll b’żjieda fil-ureja u krejatinina. L- ebda livell ta’ effett tossiku ma seta’ jiġi stabbilit (NOTEL -No Observed Toxic Effect Level) fl-istudji ta’ qabel l-użu kliniku bl-eċċezzjoni ta’ doża ta’ 0.1 µg/kg li ngħatat għal 7 ijiem fix-xadini. Fi studju ta’ 13-il ġimgħa li sar, it-tibdiliet osservati meta ngħatat doża baxxa jistgħu jiġu klassifikati bħala minimi u kompletament riversibbli.

Fil-ġrieden, tasonermin ma jaqsamx il-faxxa bejn id-demm u l-moħħ meta tkun intatta (blood brain barrier) b’ammont sinifikanti. Fix-xadina Rhesus, wara li ġiet mogħtija tasonermin radjotikketta, radjografija korporja sħiħa ma indikat l-ebda mudell ta’ firxa speċifika. Tasonermin ma jaqsamx il- plaċenta u lanqas tgħaddi għal ġo tumur nekrotiku. Studji farmakokinetiċi fix-xadina Rhesus, wara li ngħataw injezzjoni ġol-vina ta’ tasonermin, indikaw eliminazzjoni permezz ta’ filtrazzjoni glomerulari li mhiex saturata u mhiex speċifika. Mekkaniżmu ieħor li hu kemm speċifiku u li għandu mekkaniżmu ta’ eliminazzjoni li jilħaq saturazzjoni li jinvolvi riċetturi ta’ tasonermin huwa aktar probabbli.

Ma nstab li hemm l-ebda evidenza li turi xi mutaġeneżi, kemm in vivo kif ukoll in vitro. Ma sar l-ebda studju fuq effetti tossiċi fuq ir-riproduzzjoni jew effetti kanċeroġeni, minħabba l-fatt li dawn l-istudji ma kienux ikunu xierqa billi l-użu kliniku ta’ Beromun hu intiż fil-proċedura ta’ILP fit-trattament ta’ sarkoma ta’ tessuti rotob.

Sabiex jiġi kopert l-użu kliniku li għalih huwa maħsub Beromun, saru esperimenti ta’ ILP fuq is- saqajn ta’ wara ta’ firien b’saħħithom fejn intużaw dożi differenti ta’ tasonermin li huma l-istess dożi bħal dawk li jiġu mogħtija fis-sitwazzjonijiet kliniċi tal-bniedem. Ħlief għal xi effetti iskemiċi kemmxejn aggravati f’dożi ogħla, ma ġew osservati l-ebda differenzi istoloġiċi bejn il-ġilda, il- muskoli, l-għadam, in-nervituri u l-vażi tad-demm ta’ ġrieden li ġew trattati b’tasonermin u annimali li ntużaw bħala kontroll. Tasonermin ma kellu l-ebda effett ta’ ħsara wara t-trattament.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Sodium dihydrogen phosphate dihydrate

Disodium phosphate dodecahydrate

Albumina tas-serum tal-bniedem

6.2Inkompatibbiltajiet

F’ILP, ma hemm l-ebda inkompatibilità, ma’ konstitwenti oħra tal-likwidu ta’ perfużjoni, bl- ipertermja jew ma’ l-ossiġeneratur tal-membrana u mat-tubi tas-silikon. Kampjuni ta’ likwidu ta’ perfużjoni ta’ diversi ILP urew livell stabbli ta’ tasonermin (li ġie mkejjel b’ELISA) sa 100 minuta wara li tkun inbdiet il-perfużjoni, u ma kienx hemm l-ebda tħassir minħabba degradazzjoni.

Jekk jogħġbok irreferi għas-Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott ta’ melphalan għad-dettalji dwar x’ma jaqbilx ma’ melphalan.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin

Soluzzjoni rikostitwita:

Intwera li s-soluzzjoni hi stabbli kimikament kif ukoll fiżikament jekk tinżamm għal 48 siegħa f’temperatura ta’ 25°C

Mill-lat mikrobijoloġiku, il-prodott rikostitwit għandu jintuża hekk kif jiġi ppreparat. Jekk ma jintużax mal-ewwel, il-ħinijiet ta’ ħażna wżati u l-kundizzjonijiet ta’ ħażna huma r-responsabiltà ta’ min qed jużah u m’għandhomx ġeneralment ikunu aktar minn 24 siegħa f’temperatura ta’ 2°C sa 8°C, kemm-il darba r-rikostituzzjoni ma tkunx saret f’kundizzjonijiet kkontrollati u asettiċi validati.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fi friġġ (2 C - 8 C).

Għall-kondizzjonijiet ta’ ħażna wara r-rikostituzzjoni tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Kunjett bit-trab

Kunjett tal-ħġieġ ta’ tip 1 b’tapp sterilizzat tal-gomma chlorobutyl u ssiġillat b’għatu flip-off ta’ l- aluminju

Kull pakkett fih 4 kunjetti.

6.6Prekawzjonijiet speċjali għar-rimi u għal immaniġġar ieħor

Struzzjonijiet għar-rikostituzzjoni

Il-kontenut ta’ kunjett wieħed ta’ trab Beromun għandu jiġi rikostitwit b’5.3 ml ta’ soluzzjoni għall- injezzjoni sterili ta’ 0.9% sodium chloride. Soluzzjoni omoġenja tinkiseb billi jkun hemm taħwid bil- mod. Hu importanti li s-soluzzjoni tiġi miflija għal xi frak qabel ma tingħata lill-pazjent. Is-soluzzjoni trid tkun bla frak u ta’ kulur isfar ċar.

Il-formulazzjoni ma għandhiex preservattiv u għalhekk tintuża darba biss. Meta jinfetaħ il-kunjett, il- kontenut tiegħu għandu jintuża immedjatament (are sezzjoni 6.3). Għal struzzjonijiet dwar l-għoti, ara sezzjoni 4.2.

Rimi

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Boehringer Ingelheim International GmbH Binger Strasse 173

55216 Ingelheim am Rhein Il-Ġermanja

8.NUMRU TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/99/097/001

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 13 t’April 1999

Data tal-aħħar tiġdid: 13 t’April 2009

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati