Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Betmiga (mirabegron) – Fuljett ta’ tagħrif - G04BD12

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaBetmiga
Kodiċi ATCG04BD12
Sustanzamirabegron
ManifatturAstellas Pharma Europe B.V.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Betmiga 25 mg pilloli b’rilaxx prolungat

Betmiga 50 mg pilloli b’rilaxx prolungat

Mirabegron

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta‟ malajr ta‟ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista‟ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista‟ jkollok. Ara t-tmiem ta‟ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista‟ jkollok bżonn terġa‟ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M‟għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista‟ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta‟ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m‟huwiex elenkat f‟dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X‟inhu Betmiga u għalxiex jintuża

2.X‟għandek tkun taf qabel ma tuża Betmiga

3.Kif għandek tuża Betmiga

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Betmiga

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Betmiga u gћalxiex jintuża

Betmiga fih is-sustanza attiva mirabegron. Huwa rilassant tal-muskolu tal-bużżieqa tal-awrina (l-hekk imsejjaħ beta 3-adrenoceptor agonist), li jnaqqas l-attività ta‟ bużżieqa tal-awrina iperattiva u jikkura s-sintomi relatati.

Betmiga jintuża biex jikkura s-sintomi ta‟ bużżieqa tal-awrina iperattiva fl-adulti f‟każijiet meta: ikollok bżonn tiżvojta l-bużżieqa tal-awrina għal għarrieda (tissejjaħ urġenza)

ikollok bżonn tiżvojta l-bużżieqa tal-awrina aktar mis-soltu (tissejjaħ żieda fil-frekwenza urinarja)

ma tkunx kapaċi tikkontrolla meta tiżvojta l-bużżieqa tal-awrina (tissejjaħ inkontinenza urġenti)

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Betmiga

Tużax Betmiga:

jekk inti allerġiku għal mirabegron jew għal xi sustanza oħra ta‟ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

Jekk għandek pressjoni tad-demm għolja ħafna u mhux ikkontrollata.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tuża Betmiga:

jekk ikollok problemi biex tiżvojta l-bużżieqa tal-awrina jew jew ikollok tnixxija dgħajfa ta‟ awrina jew jekk tieħu mediċini oħra għall-kura ta‟ bużżieqa tal-awrina attiva żżejjed, bħal mediċini antikolinerġiċi

jekk għandek problemi tal-kliewi jew tal-fwied. It-tabib tiegħek jista‟ jkollu bżonn inaqqaslek id-doża jew jgħidlek biex ma tużax Betmiga, speċjalment jekk tkun qed tieħu mediċini oħra bħal itraconazole, ketoconazole, ritonavir jew clarithromycin. Għid lit-tabib tiegħek dwar il- mediċini li tieħu.

jekk għandek anormalità tal-ECG (traċċar tal-qalb) magħrufa bħala titwil ta‟ QT jew jekk qed tieħu xi mediċina magħrufa li tikkawżaha bħal

o mediċini użati għar-ritmu anormali tal-qalb bħal quinidine, sotalol, procainamide, ibutilide, flecainide, dofetilide u amiodarone;

o mediċini użati għar-rinite allerġika;

o mediċini antipsikotiċi (mediċini għall-mard mentali) bħal thioridazine, mesoridazine, haloperidol u chlorpromazine;

o antinfettivi bħal pentamidine, moxifloxacin, erythromycin u clarithromycin.

Mirabegrom jista jgħolli l-pressjoni tad-demm tiegħek jew jagħmillek il- pressjoni tad-demm tiegħek agħar. jekk għandek storja ta' pressjoni għolja tad-demm. Huwa rakkomandat li t-tabib tiegħek jiċċekkja l-pressjoni tad-demm tiegħek waqt li tkun qed tieħu Mirabegron

Tfal u adolexxenti

Tagħtix din il-mediċina lil tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena għaliex is-sigurtà u l-effikaċja ta‟ Betmiga f‟dan il-grupp ta‟ età għadhom ma ġewx determinati s‟issa.

Mediċini oħra u Betmiga

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tuża, użajt dan l-aħħar jew tista‟ tuża xi mediċina oħra.

Betmiga jista‟ jaffettwa l-mod kif jaħdmu mediċini oħra, u mediċini oħra jistgħu jaffettwaw il-mod kif taħdem din il-mediċina.

Għid lit-tabib tiegħek jekk tuża thioridazine (mediċina għall-mard mentali), propafenone jew flecainide (mediċini għal ritmu anormali tal-qalb), imipramine jew desipramine (mediċini użati għad-depressjoni). Jista‟ jkun li dawn il-mediċini speċifiċi jkunu jeħtieġu aġġustament tad-doża mit-tabib tiegħek.

Għid lit-tabib tiegħek jekk tuża digoxin (mediċina għall-insuffiċjenza tal-qalb jew ritmu anormali tal-qalb). Il-livelli tad-demm ta‟ din il-mediċina jitkejlu mit-tabib tiegħek. Jekk il-livell tad-demm jaqbeż il-parametri, it-tabib tiegħek jista‟ jaġġusta d-doża ta‟ digoxin.

Għid lit-tabib tiegħek jekk tixtieq tuża dabigatran etexilate (mediċina li tintuża biex tnaqqasir-riskju ta‟ ostruzzjoni minn formazzjoni ta‟ embolu tad-demm f‟xi vina tal-moħħ jew tal-ġisem f‟pazjenti adulti b‟taħbit mhux normali ta‟ qalbek (fibrillazzjoni atrijali) u b‟fatturi ta‟ riskju addizzjonali. ). Jista‟ jkun li din il-mediċina tkun teħtieġ aġġustament tad-doża mit-tabib tiegħek.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila, taħseb li tista‟ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija m‟għandekx tuża Betmiga.

Jekk qed tredda‟, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tuża din il-mediċina. X‟aktarx li din il-mediċina tgħaddi fil-ħalib tiegħek. Inti u t-tabib tiegħek għandkom tiddeċiedu jekk għandekx tuża Betmiga jew għandekx tredda‟. M‟għandekx tagħmel it-tnejn li huma.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

M‟hemmx informazzjoni li tissuġġerixxi li din il-mediċina taffettwa l-ħila tiegħek biex issuq jew tħaddem magni.

3.Kif gћandek tuża Betmiga

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rakkomandata hija pillola waħda ta‟ 50 mg meħuda oralment darba kuljum. Jekk għandek problemi tal-kliewi jew tal-fwied, jista‟ jkun li t-tabib tiegħek ikollu bżonn inaqqaslek id-doża għal pillola waħda ta‟ 25 mg meħuda oralment darba kuljum. Għandek tieħu din il-mediċina ma‟ likwidi u tibla‟ l-pillola sħiħa. Tfarrakx u tomgħodx il-pillola. Betmiga jista‟ jittieħed mal-ikel jew fuq stonku vojt.

Jekk tieħu Betmiga aktar milli suppost

Jekk tieħu aktar pilloli milli kellek tieħu, jew jekk xi ħaddieħor bi żball jieħu l-pilloli tiegħek, ikkuntattja lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-isptar tiegħek biex tingħata parir immedjatament.

Is-sintomi ta‟ doża eċċessiva jistgħu jinkludu taħbit qawwi tal-qalb, żieda fir-rata tal-polz jew żieda fil-pressjoni tad-demm.

Jekk tinsa tieħu Betmiga

Jekk tinsa tieħu l-mediċina tiegħek, ħu d-doża li tkun qbiżt malli tiftakar. Jekk ikun għad jonqos inqas minn 6 sigħat qabel id-doża skedata li jmissek, aqbeż id-doża u kompli ħu l-mediċina tiegħek fil-ħin tas-soltu.

M‟għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu. Jekk taqbeż diversi dożi, għid lit-tabib tiegħek u segwi l-parir li jagħtik.

Jekk tieqaf tuża Betmiga

Twaqqafx il-kura b‟Betmiga kmieni jekk ma tarax effetti immedjati. Jista‟ jkun li l-bużżieqa tal- awrina tiegħek ikollha bżonn xi ftit ħin biex tadatta. Għandek tkompli tieħu l-pilloli tiegħek. Tiqafx toħodhom meta l-kondizzjoni tal-bużżieqa tal-awrina tiegħek titjieb. It-twaqqif tal-kura jista‟ jwassal biex is-sintomi tal-bużżieqa tal-awrina iperattiva jerġgħu jokkorru.

Tiqafx tieħu Betmiga mingħajr ma l-ewwel tkellem lit-tabib tiegħek, billi s-sintomi tal-bużżieqa tal- awrina iperattiva jistgħu jerġgħu jitfaċċaw.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta‟ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista‟ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f‟ kulħadd.

L-aktar effetti sekondarji serji jistgħu jinkludu taħbit tal-qalb irregolari (fibrillazzjoni tal-atriju). Dan huwa effett sekondarju mhux komuni (jista‟ jaffettwa sa 1 minn kull 100 persuna), iżda jekk ikun hemm dan l-effett sekondarju, waqqaf il-mediċina immedjatament u itlob parir mediku urġenti.

Jekk ikollok uġigħat ta‟ ras, speċjalment uġigħat ta‟ ras li jiġu f‟daqqa, bħal emigranja (b‟tektik regolari), għid lit-tabib tiegħek. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta‟ pressjoni tad-demm għolja ħafna.

Effetti sekondarji oħra jinkludu:

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10)

-Żieda fit-taħbit tal-qalb (takikardija)

-Infezzjoni tal-istrutturi li jġorru l-awrina (infezzjonijiet tal-passaġġ urinarju)

-/ Dardir

-Stitikezza

-Uġigħ ta‟ ras

-Dijarea

-Sturdament

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100)

Infezzjoni tal-bużżieqa tal-awrina (ċistite)

Tħoss qalbek tħabbat (palpitazzjonijiet)

Infezzjoni vaġinali

Indiġestjoni (dispepsija)

Infezzjoni tal-istonku (gastrite)

Nefħa tal-ġogi

Ħakk fil-vulva jew fil-vaġina (ħakk vulvovaġinali)

Żieda fil-pressjoni tad-demm

Żieda fl-enżimi tal-fwied (GGT, AST u ALT).

Ħakk, raxx jew ħorriqija (urtikarja, raxx, raxx makulari, raxx papulari, ħakk)

Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1,000)

Nefħa tal-kappell tal-għajn (edema tal-kappell tal-għajn)

Nefħa tax-xoffa (edema tax-xoffa)

Nefħa tasl-saffi aktar profondi tal-ġilda ikkawżata minn fluwidu akkumulat, li jista' jaffettwa xi parti tal-ġisem inklużi l-wiċċ, ilsien jew griżmejn u jista jikkawża diffikultà fin-nifs (anġjodema)

Tbajja‟ vjola żgħar fuq il-ġilda (purpura)

Infjammazzjoni tal-vini żgħar li prinċipalment taffettwa l-ġilda (vaskulite lewkoċitoklastika). Ma tkunx tista‟ tbattal kompletament il-bużżieqa ta ‟ l-awrina (żamma ta ‟ l-awrina)

Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħdaminn kull 10,000)

-Kriżi ta‟ pressjoni għolja

Mhux magħruf (frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibli

Insonja

Betmiga jista‟ jżid iċ-ċans li ma tkunx tista‟ tiżvojta l-bużżieqa tal-awrina jekk ikollok ostruzzjoni tal- iżbokk tal-bużżieqa tal-awrina jew jekk qed tieħu mediċini oħra għall-kura ta‟ bużżieqa tal-awrina attiva żżejjed. Kellem lit-tabib tiegħek minnufih jekk ma tkunx tista‟ tiżvojta l-bużżieqa tal-awrina.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f‟dan il-fuljett. Tista‟ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta‟ rappurtar nazzjonali imniżżla f‟Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista‟ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta‟ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Betmiga

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta‟ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna, il-folja jew il-flixkun wara JIS. Id-data ta‟ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta‟ dak ix-xahar.

Din il-mediċina m‟għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Wara l-ewwel ftuħ tal-flixkun, il-pilloli jistgħu jinħażnu għal 6 xhur.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m‟għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Betmiga

Is-sustanza attiva hi mirabegron. Kull pillola fiha 25 mg jew 50 mg mirabegron.

Is-sustanzi l-oħra huma:

Qalba tal-pillola: Macrogols, hydroxypropylcellulose, butylhydroxytoluene, magnesium stearate Kisi b‟rita: Hypromellose, macrogol, iron oxide isfar (E172), iron oxide aħmar (E172) (il-pillola ta‟ 25 mg biss).

Kif jidher Betmiga u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli Betmiga 25 mg miksijin b‟rita u b‟rilaxx prolungat huma pilloli ovali miksijin b‟rita kannella, ibbozzati bil-logo tal-kumpanija u bi “325” fuq l-istess naħa.

Il-pilloli Betmiga 50 mg miksijin b‟rita u b‟rilaxx prolungat huma pilloli ovali miksijin b‟rita safra, ibbozzati bil-logo tal-kumpanija u bi “355” fuq l-istess naħa.

Betmiga huwa disponibbli f‟folja aluminju-aluminju f‟pakketti ta‟ 10, 20, 30, 50, 60, 90, 100 jew 200 pillola u fi fliexken tal-polyethylene ta‟ densità għolja (HDPE - high density polyethylene),u b dessikant tas-silika ġel b‟tapp li diffiċli jinfetaħ mit-tfal, li jkun fihom 90 pillola.

Jista‟ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha huma disponibbli fil-pajjiż tiegħek. Jista‟ jkun li l- flixkun mhuwiex disponibbli fil-pajjiż tiegħek.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Astellas Pharma Europe B.V.

Sylviusweg 62

2333 BE Leiden

L-Olanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Astellas Pharma B.V. Branch

Astellas Pharma a/s

Tél/Tel: +32 (0)2 5580710

Danija

 

Tel.: +45 4343 0355

България

Luxembourg/Luxemburg

Астелас Фарма ЕООД

Astellas Pharma B.V. Branch

Teл.: +359 2 862 53 72

Belgique/Belgien

 

Tél/Tel: +32 (0)2 5580710

Česká republika

Magyarország

Astellas Pharma s.r.o.

Astellas Pharma Kft.

Tel: +420 236 080300

Tel.: +36 1 577 8200

Danmark

Malta

Astellas Pharma a/s

E.J. Busuttil Ltd.

Tlf: +45 43 430355

Tel: +356 21447184

Deutschland

Nederland

Astellas Pharma GmbH

Astellas Pharma B.V.

Tel.: +49 (0)89 454401

Tel: +31 (0)71 5455745

Eesti

Norge

Astellas Pharma a/s.

Astellas Pharma

Taani

Tlf: +47 66 76 46 00

Tel: +45 4343 0355

 

Ελλάδα

Österreich

Astellas Pharmaceuticals AEBE

Astellas Pharma Ges.m.b.H.

Τηλ: +30 210 8189900

Tel.: +43 (0)1 8772668

España

Polska

Astellas Pharma S.A.

Astellas Pharma Sp.z.o.o.

Tel: +34 91 4952700

Tel.: +48 225451 111

France

Portugal

Astellas Pharma S.A.S.

Astellas Farma, Lda.

Tél: +33 (0)1 55917500

Tel: +351 21 4401320

Hrvatska

România

Astellas d.o.o

S.C.Astellas Pharma SRL

Tel: +385 1670 0102

Tel: +40 (0)21 361 04 95/96/92

Ireland

Slovenija

Astellas Pharma Co. Ltd.

Astellas Pharma d.o.o

Tel: +353 (0)1 4671555

Tel: +386 14011400

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf

Astellas Pharma s.r.o.

Sími: +354 535 7000

Tel: +421 2 4444 2157

Italia

Suomi/Finland

Astellas Pharma S.p.A.

Astellas Pharma

Tel: +39 (0)2 921381

Puh/Tel: +358 (0)9 85606000

Κύπρος

Sverige

Astellas Pharmaceuticals AEBE

Astellas Pharma AB

Ελλάδα

Tel: +46 (0)40-650 15 00

Τηλ: +30 210 8189900

 

Latvija

United Kingdom

Astellas Pharma a/s Dānija

Astellas Pharma Ltd.

Dānija Tel: +45 4343 0355

Tel: +44 (0) 203 379 8700

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Anness IV

Konklużjonijiet xjentifiċi u raġunijiet għal varjazzjoni għat-termini tal-Awtorizzazzjoni(jiet) għat-Tqegħid fis-Suq

Konklużjonijiet xjentifiċi

Meta jiġi kkunsidrat ir-Rapport ta‟ Valutazzjoni tal-PRAC dwar il-PSUR għal mirabegron, il- konklużjonijiet xjentifiċi tas-CHMP huma kif ġej:

Fid-dejta ta‟ wara t-tqegħid fis-suq, ġew irrappurtati 305 każ ta‟ sturdament. Żewġ terzi kellhom sekwenza ta‟ żmien kompatibbli u nofs il-pazjenti żviluppaw sturdament fi żmien 7 ijiem mill-għoti ta‟ mirabegron. Xi każijiet kellhom „dechallenge‟ u „rechallenge‟ pożittiv. Għalhekk, l-isturdament għandu jiġi inkluż f‟sezzjoni 4.8 tal-SmPC.

Numru importanti ta‟ każijiet ta‟ stitikezza ġew irrappurtati, li juru kriterji ta‟ sproporzjonalità u sekwenzi ta‟ żmien kompatibbli. Għalhekk, l-istitikezza għandha tiġi inkluża f‟sezzjoni 4.8 tal- SmPC.

L-uġigħ ta‟ ras hu wieħed mill-avvenimenti l-aktar frekwenti rrappurtati b‟sekwenza ta‟ żmien pożittiva. 47.8% tal-każijiet kellhom ‟dechallenge‟ pożittiv b‟‟rechallenge‟ pożittiv ta‟ 2.2%. Għalhekk, l-uġigħ ta‟ ras għandu jiġi inkluż f‟sezzjoni 4.8 tal-SmPC.

Diversi każijiet ta‟ dijarea ġew irrappurtati b‟sekwenza ta‟ żmien kompatibbli. Mill-inqas 6 każijiet kellhom rechallenge pożittiv. Għalhekk, id-dijarea għandha tiġi inkluża f‟sezzjoni 4.8 tal-SmPC.

F‟reviżjoni kumulattiva ta‟ każijiet ta‟ kriżi ta‟ pressjoni għolja, 3 mid-9 każijiet evalwabbli ġew assoċjati ma‟ avvenimenti kardijaċi iskemiċi: 2 b‟infart mijokardijaku mingħajr żieda fl-ST u 1 b‟sindrome koronarja. Barra minn hekk, pazjent wieħed mill-fażi ta‟ qabel l-awtorizzazzjoni ġie rikoverat l-isptar minħabba l-kriżi ta‟ pressjoni għolja. Għalhekk, minkejja n-numru limitat ta‟ każijiet, kriżi ta‟ pressjoni għolja għandha tiġi inkluża f‟sezzjoni 4.8 tal-SmPC.

Għalhekk, fid-dawl tad-dejta ppreżentata fil-PSUR rivedut, il-PRAC ikkunsidra li l-bidliet fl- informazzjoni tal-prodott tal-prodotti mediċinali li fihom mirabegron kienu ġġustifikati.

Is-CHMP jaqbel mal-konklużjonijiet xjentifiċi li saru mill-PRAC.

Raġunijiet għall-varjazzjonigħat-termini tal-Awtorizzazzjoni(jiet) għat-Tqegħid fis-Suq

Abbażi ta‟ konklużjonijiet xjentifiċi għal mirabegron is-CHMP huwa tal-opinjoni li l-bilanċ bejn benefiċċju u riskju tal-prodott(i) mediċinali li fih(om) is-sustanza attiva mirabegron huwa favorevoli soġġett għall-bidliet proposti lill-informazzjoni tal-prodott.

Is-CHMP jirrakkomanda li t-termini għall-Awtorizzazzjoni(jiet) għat-Tqegħid fis-Suq għandhom ikunu varjati.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati