Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Bexsero (recombinant Neisseria meningitidis group-B...) – Fuljett ta’ tagħrif - J07AH09

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaBexsero
Kodiċi ATCJ07AH09
Sustanzarecombinant Neisseria meningitidis group-B NHBA fusion protein /recombinant Neisseria meningitidis group-B NadA protein /recombinant Neisseria meningitidis group B fHbp fusion protein /outer membrane vesiclesfrom Neisseria meningitidis group-B strain NZ98
ManifatturGSK Vaccines S.r.l.

Fuljett ta’ tagħrif: informazzjoni għall-utent

Bexsero suspensjoni għall-injezzjoni f'siringa mimlija għal-lest

Tilqima Meningokokkali ta' grupp B (rDNA, komponent, adsorbit)

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel inti jew it-tifel/tifla tiegħek tirċievu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew l-infermier tiegħek.

-Din it-tilqima ġiet mogħtija lilek jew lit-tifel/tifla tiegħek biss.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Bexsero u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel inti jew it-tifel/tifla tiegħek tirċievu Bexsero

3.Kif għandek tuża Bexsero

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Bexsero

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu BEXSERO u gћalxiex jintuża

Bexsero hu Tilqima Meningokokkali ta' grupp B.

Bexsero fih erba' komponenti differenti minn wiċċ il-batterji Neisseria meningitidis grupp B.

Bexsero jingħata lil individwi li jkollhom minn xahrejn 'il fuq sabiex jgħin jipproteġi kontra mard ikkawżat mill-batterji ta' Neisseria meningitidis grupp B. Dawn il-batterji jistgħu jikkawżaw infezzjonijiet serji, u xi kultant ta' periklu għal ħajja, bħal meninġite (infjammazzjoni tal-kisja tal-moħħ u tal-sinsla tad-dahar) u sepsis (avvelenament tad-demm).

Din it-tilqima taħdem billi tistimula speċifikament lis-sistema tad-difiża naturali tal-ġisem tal-persuna mlaqqma. Dan jirriżulta fi protezzjoni kontra l-marda.

2. X’għandek tkun taf qabel inti jew it-tifel/tifla tiegħek tirċievu BEXSERO

TUŻAX Bexsero:

-Jekk inti jew it-tifel/tifla tiegħek intom allerġiċi għas-sustanzi attivi jew għal xi sustanza oħra ta’ din it-tilqima (elenkati fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-infermier tiegħek qabel ma inti jew it-tifel/tifla tiegħek tirċievu Bexsero, jekk inti jew it-tifel/tifla tiegħek għandkom:

-infezzjoni severa b'deni qawwi. Jekk dan ikun il-każ, allura t-tilqima se tiġi posposta.

Il-preżenza ta' infezzjoni żgħira, bħal riħ, m'għandhiex tirriżulta fil-posponiment tat-tilqima, iżda kellem lit-tabib jew l-infermier tiegħek l-ewwel.

-emofilija jew kwalunkwe problema oħra li tista' ma tħallix lid-demm tiegħek jagħqad kif suppost, bħal kura b'mediċini li jraqqu d-demm (antikoagulanti). Kellem lit-tabib jew l-infermier tiegħek l-ewwel.

-jekk it-tarbija tiegħek twieldet b’mod prematur (qabel jew fit-28 ġimgħa tat-tqala), partikolarment jekk kellha diffikultajiet biex tieħu n-nifs, jekk jogħġbok kellem lit-tabib tiegħek. Fl-ewwel tlitt ijiem wara t-tilqim, jista’ jkun aktar komuni li n-nifs jieqaf jew ikun irregolari għal ħin qasir f’dawn it-trabi u jaf jeħtieġu monitoraġġ speċjali.

-allerġija għall-antibijotiku kanamycin. Jekk ikun preżenti, il-livell ta' kanamycin fit-tilqima jkun baxx. Jekk inti jew it-tifel/tifla tiegħek jista' jkollkom allerġija għal kanamycin, kellem lit-tabib jew l-infermier tiegħek l-ewwel.

Ħass ħażin, ikun se jħossok ħażin jew reazzjonijiet oħrajn relatati mal-istress, jistgħu jseħħu bħala rispons għal kwalunkwe injezzjoni bil-labra. Għid lit-tabib jew l-infermier tiegħek jekk fil-passat kellek dan it-tip ta’ reazzjoni.

Għid lit-tabib jew l-infermier tiegħek jekk taf li inti jew it-tifel/tifla tiegħek intom allerġiċi għal-latex. L-għatu tat-tarf tas-siringa jista' jkun fih latex magħmul minn gomma naturali. Ir-riskju li tiżviluppa reazzjoni allerġika hu żgħir ħafna, iżda t-tabib jew l-infermier tiegħek jeħtieġ li jkunu jafu dwar l-allerġija tiegħek meta jiddeċiedu jekk inti jew it-tifel/tifla tiegħek għandkomx tirċievu Bexsero.

M'hemmx dejta dwar l-użu ta' Bexsero f'adulti li jkollhom iktar minn 50 sena. Hemm dejta limitata dwar l-użu ta’ Bexsero f'pazjenti b'kundizzjonijiet mediċi kroniċi jew b'immunità mdgħajfa. Jekk inti jew it-tifel/tifla tiegħek għandkom immunità mdgħajfa (pereżempju, minħabba l-użu ta' mediċini immunosoppressivi, jew infezzjoni bl-HIV, jew difetti ereditarji tas-sistema tad-difiża naturali tal-ġisem), hu possibbli li l-effikaċja ta' Bexsero tista' titnaqqas.

Bħal fil-każ ta' kwalunkwe tilqima, Bexsero jista' ma jipproteġix b'mod sħiħ lil dawk kollha li jitlaqqmu.

Mediċini oħra u Bexsero

Għid lit-tabib jew l-infermier tiegħek jekk inti jew it-tifel/tifla tiegħek qegħdin tieħdu, ħadtu dan l-aħħar jew tistgħu tieħu xi mediċina oħra, jew irċivejtu kwalunkwe tilqima oħra dan l-aħħar.

Bexsero jista' jingħata fl-istess ħin flimkien mal-komponenti tat-tilqima li ġejjin: difterija, tetnu, sogħla konvulżiva (pertussis), Haemophilus influenzae tip b, poljo, epatite B, pnewmokokkus, ħosba, gattone, ħosba Ġermaniża, ġidri r-riħ u meningokokkus C. Kellem lit-tabib jew l-infermier tiegħek għal aktar informazzjoni.

Meta jingħata fl-istess ħin ma' tilqim ieħor, Bexsero jrid jingħata f'siti separati tal-injezzjoni.

It-tabib jew l-infermier tiegħek jista' jistaqsik biex tagħti lit-tifel/tifla tiegħek mediċini li jnaqqsu d-deni fil-ħin u wara li jkun ingħata Bexsero. Dan se jgħin biex inaqqas xi wħud mill-effetti sekondarji ta' Bexsero.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel jingħata Bexsero. It-tabib tiegħek xorta jista' jirrakkomanda li inti tirċievi Bexsero jekk tkun f'riskju ta' esponiment għal infezzjoni meningokokkali.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Bexsero m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tuża l-magni. Madankollu, xi ftit mill-effetti msemmija taħt sezzjoni 4 “Effetti sekondarji possibbli” jistgħu jaffettwaw temporanjament il-ħila biex issuq jew tuża l-magni.

Bexsero fih sodium chloride

Dan il-prodott mediċinali fih inqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull doża, jiġifieri essenzjalment huwa ‘ħieles mis-sodium’.

3.Kif għandek tuża BEXSERO

Bexsero (0.5 ml) se jingħata lilek jew lit-tifel/tifla tiegħek minn tabib jew infermier. Se jiġi injettat ġo muskolu, normalment fil-koxxa fit-trabi jew fil-parti ta' fuq tad-driegħ fit-tfal, adolexxenti u adulti.

Huwa importanti li ssegwi l-istruzzjonijiet mit-tabib jew l-infermier biex b'hekk inti jew it-tifel/tifla tiegħek tlestu l-kors ta' injezzjonijiet.

Trabi li jkollhom minn xahrejn sa 5 xhur

It-tifel/tifla tiegħek għandhom jirċievu kors inizjali ta' tliet injezzjonijiet tat-tilqima segwit mir-raba' injezzjoni (booster).

-L-ewwel injezzjoni għandha tingħata meta t-tarbija jkollha xahrejn.

-L-intervall bejn kull injezzjoni għandu jkun ta' mill-inqas xahar.

-Ir-raba' injezzjoni (booster) se tingħata bejn l-età ta' 12-il xahar u 15-il xahar. F’każ ta’ dewmien, il-booster m’għandux jingħata aktar tard minn 24 xahar.

Trabi bejn 6 xhur sa 11-il xahar

Trabi mhux imlaqqma li jkollhom minn 6 xhur sa 11-il xahar għandhom jirċievu żewġ injezzjonijiet segwiti mit-tielet injezzjoni (booster).

-L-intervall bejn l-injezzjonijiet għandu jkun ta' mill-inqas xahrejn.

-It-tielet injezzjoni (booster) se tingħata fit-tieni sena tal-ħajja wara intervall ta' mill-inqas xahrejn mit-tieni injezzjoni.

Tfal li jkollhom minn 12-il xahar sa 23 xahar

Tfal li jkollhom minn 12-il xahar sa 23 xahar għandhom jirċievu żewġ injezzjonijiet segwiti mit-tielet injezzjoni (booster).

-L-intervall bejn kull injezzjoni għandu jkun ta' mill-inqas xahrejn

-It-tielet injezzjoni (booster) se tingħata wara intervall ta' 12-il xahar sa 23 xahar mit-tieni injezzjoni.

Tfal li jkollhom minn sentejn sa 10 snin

Tfal li jkollhom minn sentejn sa 10 snin għandhom jirċievu żewġ injezzjonijiet.

-L-intervall bejn kull injezzjoni għandu jkun ta' mill-inqas xahrejn.

Adolexxenti (li jkollhom minn 11-il sena 'l fuq) u adulti

Adolexxenti (li jkollhom minn 11-il sena 'l fuq) u adulti għandhom jirċievu żewġ injezzjonijiet.

-L-intervall bejn kull injezzjoni għandu jkun ta' mill-inqas xahar.

Adulti li jkollhom iktar minn 50 sena

M'hemmx dejta għal adulti li jkollhom minn 50 sena 'l fuq. Staqsi lit-tabib tiegħek għal parir dwar jekk hux ta' benefiċċju għalik li tirċievi Bexsero.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet dwar Bexsero, staqsi lit-tabib jew l-infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull tilqima oħra, din it-tilqima tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Meta Bexsero jingħata lilek jew lit-tifel/tifla tiegħek, l-effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iktar minn 1 minn kull 10 persuni) li inti jew it-tifel/tifla tiegħek jista' jkollkom (irrappurtati fill-grupp kollha ta' età) huma:

-uġigħ/sensittività fis-sit tal-injezzjoni, ħmura tal-ġilda fis-sit tal-injezzjoni, nefħa tal-ġilda fis-sit tal-injezzjoni, ebusija tal-ġilda fis-sit tal-injezzjoni.

L-effetti sekondarji li ġejjin jistgħu jseħħu wkoll wara li tirċievi din it-tilqima.

Trabi u tfal (li jkollhom sa 10 snin)

Komuni ħafna (dawn jistgħu jaffettwaw iktar minn 1 minn kull 10 persuni)

-deni (≥38ºC)

-telf ta' aptit

-sensittività jew skumdità fis-sit tal-injezzjoni (li tinkludi sensittività severa fis-sit tal-injezzjoni li tirriżulta f'biki meta t-tfal iċaqilqu r-riġel/driegħ li jkun ġie injettat)

-uġigħ fil-ġogi

-raxx tal-ġilda (tfal ta’ età minn 12 sa 23 xahar) (mhux komuni wara l-booster)

-ngħas

-tħossok irritabbli

-biki mhux tas-soltu

-rimettar

-dijarea

-uġigħ ta’ ras

Komuni (dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10 persuni)

-raxx tal-ġilda (trabi u tfal ta’ età minn sentejn sa 10 snin)

Mhux komuni (dawn jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna)

-deni qawwi (≥40°C)

-aċċessjonijiet (li jinkludu aċċessjonijiet bid-deni)

-rimettar (wara l-booster)

-ġilda xotta

-sfurija (rari wara l-booster)

Rari (dawn jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 persuna)

-Il-marda ta' Kawasaki li tista' tinkludi sintomi bħal deni li jdum aktar minn ħamest ijiem, assoċjat ma' raxx tal-ġilda fuq it-tronk tal-ġisem, u xi kultant segwit minn tqaxxir tal-ġilda fuq l-idejn u s-swaba', glandoli minfuħin fl-għonq, għajnejn, xufftejn, gerżuma u lsien ħomor

-Raxx bil-ħakk, raxx tal-ġilda

Adolexxenti (li jkollhom minn 11-il sena 'l fuq) u adulti

Komuni ħafna (dawn jistgħu jaffettwaw iktar minn 1 minn kull 10 persuni)

-uġigħ fis-sit tal-injezzjoni li jirriżulta f'inabilità li twettaq attivitajiet normali ta' kuljum

-uġigħ fil-muskoli u fil-ġogi

-dardir

-tħossok m'intix tajjeb/tajba b'mod ġenerali

-uġigħ ta' ras

Effetti sekondarji li ġew irrappurtati matul l-użu wara t-tqegħid fis-suq jinkludu:

Reazzjonijiet allerġiċi li jistgħu jinkludu nefħa severa tax-xufftejn, ħalq, gerżuma (li tista’ tikkawża diffikultà biex tibla’), diffikultà biex tieħu n-nifs bi tħarħir jew sogħla, raxx, tintilef minn sensik u pressjoni tad-demm baxxa ħafna.

Kollass (il-muskolu jitpaħpaħ f’daqqa), inqas risponsiv mis-soltu jew nuqqas ta’ sensibilizzazzjoni, u pallidità jew telf tal-kulur tal-ġilda li jagħti fl-ikħal fit-tfal żgħar .

Ikun se jħossok ħażin jew fil-fatt iħossok ħażin.

Deni (adolexxenti minn 11-il sena u adulti). Infafet fi jew madwar is-sit tal-injezzjoni.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta

l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen BEXSERO

Żomm din it-tilqima fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din it-tilqima wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fi friġġ (2C – 8C). Tagħmlux fil-friża.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lit-tabib jew l-infermier tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.

Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

 

X'fih Bexsero

 

Doża waħda (0.5 ml) fiha:

 

Sustanzi attivi:

 

Proteina ta' fużjoni NHBA rikombinanti ta' Neisseria meningitidis grupp B 1, 2, 3

50 mikrogramma

Proteina NadA rikombinanti ta' Neisseria meningitidis grupp B 1, 2, 3

50 mikrogramma

Proteina ta' fużjoni fHbp rikombinanti ta' Neisseria meningitidis grupp B 1, 2, 3

50 mikrogramma

Vexxikuli tal-membrana ta' barra (OMV) minn Neisseria meningitidis grupp B

25 mikrogramma

razza NZ98/254 imkejla bħala ammont tal-proteina totali li fiha l-PorA P1.4 2

 

1prodott f'ċelluli E. coli permezz ta' teknoloġija ta' DNA rikombinanti

2adsorbit fuq aluminium hydroxide (0.5 mg Al³+)

3NHBA (Neisseria Heparin Binding Antigen), NadA (Neisserial adhesin A), fHbp (factor H binding protein)

Is-sustanzi l-oħra huma:

Sodium chloride, histidine, sucrose u ilma għall-injezzjonijiet (ara sezzjoni 2 għal aktar informazzjoni fuq sodium u latex).

Kif jidher Bexsero u l-kontenut tal-pakkett

Bexsero hu suspensjoni f'siringa mimlija għal-lest (ħġieġ ta' Tip I) b'tapp planġer (lastku tal-bromobutyl ta' Tip I) u b'għatu protettiv tat-tarf (lastku ta' Tip I jew Tip II) bi jew mingħajr labar.

Daqsijiet tal-pakkett ta' 1 jew 10 siringi.

Is-suspensjoni hi likwidu opalexxenti abjad.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

GSK Vaccines S.r.l.

Via Fiorentina 1

53100 Siena

L-Italja.

Manifattur:

GSK Vaccines S.r.l.

Bellaria-Rosia

53018 Sovicille (Siena)

L-Italja.

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

GlaxoSmithKline Pharmaceuticals s.a./n.v.

GlaxoSmithKline Lietuva UAB

Tél/Tel: + 32 10 85 52 00

Tel: +370 5 264 90 00

 

info.lt@gsk.com

България

Luxembourg/Luxemburg

ГлаксоСмитКлайн ЕООД

GlaxoSmithKline Pharmaceuticals s.a./n.v.

Тел. + 359 2 953 10 34

Tél/Tel: + 32 10 85 52 00

Česká republika

Magyarország

GlaxoSmithKline s.r.o.

GlaxoSmithKline Kft.

Tel: + 420 2 22 00 11 11

Tel.: + 36-1-2255300

cz.info@gsk.com

 

Danmark

Malta

GlaxoSmithKline Pharma A/S

GlaxoSmithKline (Malta) Ltd

Tlf: + 45 36 35 91 00

Tel: + 356 21 238131

dk-info@gsk.com

 

Deutschland

Nederland

GlaxoSmithKline GmbH & Co. KG

GlaxoSmithKline BV

Tel: +49 (0)89 36044 8701

Tel: + 31 (0)30 69 38 100

de.impfservice@gsk.com

nlinfo@gsk.com

Eesti

Norge

GlaxoSmithKline Eesti OÜ

GlaxoSmithKline AS

Tel: +372 667 6900

Tlf: + 47 22 70 20 00

estonia@gsk.com

firmapost@gsk.no

Ελλάδα

Österreich

GlaxoSmithKline A.E.B.E

GlaxoSmithKline Pharma GmbH.

Tηλ: + 30 210 68 82 100

 

at.info@gsk.com

España

Polska

GlaxoSmithKline, S.A.

GSK Services Sp. z o.o.

 

Tel: + 34 902 202 700

Tel.: + 48 (22) 576 9000

es-ci@gsk.com

 

France

Portugal

Laboratoire GlaxoSmithKline

GlaxoSmithKline - Produtos Farmacêuticos, Lda.

Tél: + 33 (0) 1 39 17 84 44

Tel: + 351 21 412 95 00

diam@gsk.com

FI.PT@gsk.com

Hrvatska

România

GlaxoSmithKline d.o.o.

GlaxoSmithKline (GSK) SRL

Tel.: + 385 (0)1 6051999

Tel: +40 (0)21 3028 208

Ireland

Slovenija

GlaxoSmithKline (Ireland) Ltd

GlaxoSmithKline d.o.o.

Tel: + 353 (0)1 495 5000

Tel: + 386 (0) 1 280 25 00

 

 

 

medical.x.si@gsk.com

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

GlaxoSmithKline Slovakia s.r.o.

Sími: +354 535 7000

Tel: + 421 (0)2 48 26 11 11

 

 

 

recepcia.sk@gsk.com

Italia

Suomi/Finland

GlaxoSmithKline S.p.A.

GlaxoSmithKline Oy

Tel: +39 04 59 21 81 11

Puh/Tel: + 358 10 30 30 30

 

 

 

Finland.tuoteinfo@gsk.com

Κύπρος

Sverige

GlaxoSmithKline (Cyprus) Ltd

GlaxoSmithKline AB

Τηλ: + 357 22 39 70 00

Tel: + 46 (0)8 638 93 00

gskcyprus@gsk.com

info.produkt@gsk.com

Latvija

United Kingdom

GlaxoSmithKline Latvia SIA

GlaxoSmithKline UK

Tel: + 371 67312687

Tel: + 44 (0)808 100 9997

lv-epasts@gsk.com

customercontactuk@gsk.com

 

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

{XX/SSSS}

 

 

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku:

Meta s-suspensjoni tinħażen, jista' jiġi osservat depożitu fin ta' lewn abjad jagħti fil-griż fis-siringa mimlija għal-lest li jkun fiha s-suspensjoni.

Qabel l-użu, is-siringa mimlija għal-lest għandha titħawwad sew biex tifforma suspensjoni omoġenja.

It-tilqima għandha tiġi eżaminata viżwalment għal xi frak jew tibdil fil-kulur qabel ma tingħata. F'każ li jiġi osservat kwalunkwe frak u/jew tibdil fl-aspett fiżiku, tagħtix it-tilqima. Jekk jiġu pprovduti żewġ labriet ta’ tulijiet differenti fil-pakkett, agħżel il-labra adattata biex tiżgura għoti ġol-muskoli.

Tagħmlux fil-friża.

Bexsero ma jridx jitħallat ma' tilqim ieħor fl-istess siringa.

Jekk ikun hemm bżonn ta' għoti fl-istess ħin ta' tilqim ieħor, it-tilqim irid jingħata f'siti separati tal-injezzjoni.

Irid ikun hemm kawtela biex jiġi żgurat li t-tilqima tingħata ġol-muskoli biss.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati