Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

BiResp Spiromax (budesonide / formoterol fumarate dihydrate) – Fuljett ta’ tagħrif - R03AK07

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaBiResp Spiromax
Kodiċi ATCR03AK07
Sustanzabudesonide / formoterol fumarate dihydrate
ManifatturTeva Pharma B.V.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

BiResp Spiromax 160 mikrogramma/4.5 mikrogrammi, trab li jittieħed man-nifs

(budesonide/formoterol fumarate dihydrate)

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’ inhu BiResp Spiromax u għalxiex jintuża

2.X’ għandek tkun taf qabel ma tuża BiResp Spiromax

3.Kif għandek tuża BiResp Spiromax

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen BiResp Spiromax

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’ inhu BiResp Spiromax u għalxiex jintuża

BiResp Spiromax fih żewġ sustanzi attivi differenti: budesonide u formoterol fumarate dihydrate.

Budesonide jappartjeni għal grupp ta’ mediċini msejħa kortikosterojdi’ magħrufin ukoll bħala ‘sterojdi’. Huwa jaħdem billi jnaqqas u jipprevjeni n-nefħa u l-infjammazzjoni fil-pulmuni tiegħek u jgħinek tieħu n-nifs aktar faċilment.

Formoterol fumarate dihydrate jappartjeni għal grupp ta’ mediċini msejħa’agonisti tal- adrenoriċetturi β2 li jaħdmu fit-tul’ jew ‘bronkodilaturi’ . Huwa jaħdem billi jirrilassa l-muskoli fil-passaġġi tal-arja tiegħek. Dan sejjer jgħin biex jiftaħ il-passaġġi tal-arja u sejjer jgħinek sabiex tieħu n-nifs aktar faċilment.

BiResp Spiromax huwa indikat għall-użu f’persuni adulti minn 18-il sena ’l fuq biss. BiResp Spiromax MHUWIEX indikat għall-użu fi tfal, ta’ 12-il sena jew iżgħar jew

f’adolexxenti, ta’ 13 sa 17-il

sena.

It-tabib tiegħek ordnalek din il-mediċina għall-kura tal-ażma jew mard kroniku ostruttiv tal-pulmuni (COPD).

Ażma

BiResp Spiromax jista’ jiġi ordnat f’żewġ modi differenti.

a) Tista’ tiġi ordnat/a tieħu żewġ inalaturi għall-ażma: BiResp Spiromax flimkien ma’ ‘inalatur ta’ solljiev’ separat bħal salbutamol.

Uża BiResp Spiromax kuljum. Din tgħin biex tipprevjeni s-sintomi tal-ażma bħal qtugħ ta’ nifs u tħarħir milli jseħħu.

Uża l-‘inalatur ta’ solljiev’ meta jiġuk is-sintomi tal-ażma, biex jagħmilha aktar faċli għalihom li jerġgħu jieħdu n-nifs.

b) Tista’ tiġi ordnat/a tieħu BiResp Spiromax bħala l-uniku inalatur tiegħek għall-ażma.

Uża BiResp Spiromax kuljum. Din tgħin biex tipprevjeni s-sintomi tal-ażma bħal qtugħ ta’ nifs u tħarħir milli jseħħu.

Uża BiResp Spiromax meta tkun teħtieġ tieħu inalazzjonijiet jew puffs addizzjonali biex tistrieħ mis-sintomi tal-ażma u biex tagħmilha aktar faċli għalik biex terġa’ tieħu n-nifs. M’għandekx bżonn inalatur separat għal dan.

Mard kroniku ostruttiv tal-pulmuni (COPD)

Is-COPD hija marda tal-passaġġi tal-arja fil-pulmuni fuq perjodu fit-tul, li sikwit hija kkawżata mit- tipjip. Sintomi jinkludu qtugħ ta’ nifs, sogħla, skumdità fis-sider u bili li jitilgħu mas-sogħla. BiResp Spiromax jista’ jintuża wkoll biex jikkura s-sintomi ta’ COPD severa fl-adulti

2.X’ għandek tkun taf qabel ma tuża BiResp Spiromax

Tużax BiResp Spiromax jekk:

Inti allerġiku għal budesonide, formoterol fumarate dihydrate, jew is-sustanza l-oħra ta’ din il- mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tieħu BiResp Spiromax jekk

inti dijabetiku.

għandek infezzjoni fil-pulmun.

għandek pressjoni għolja tad-demm jew xi darba kellek problema b’qalbek (inkluż taħbita tal- qalb irregolari, polz mgħaġġel ħafna, tidjiq tal-arterji jew insuffiċjenza tal-qalb).

għandek problemi bil-glandoli tiegħek tat-tirojde jew adrenali.

għandek livelli baxxi ta’ potassju fid-demm.

għandek problemi severi fil-fwied.

Jekk kont qed tieħu pilloli tal-isterojdi għall-ażma jew COPD tiegħek, it-tabib tiegħek jista’ jnaqqas in-numru tal-pilloli li tieħu, ladarba tibda tuża BiResp Spiromax. Jekk kont qed tieħu pilloli orali tal- isterojdi għal żmien twil, it-tabib tiegħek jista’ jkun iridek tagħmel testijiet tad- demm regolari. Meta tnaqqas il-pilloli tal-isterojdi, tista’ tħossok ġeneralment mhux f’siktek anki jekk is-sintomi ta’ sidrek jistgħu jkunu qegħdin jitjiebu. Jista’ jkollok sintomi bħal imnieħer misdud jew inixxi, dgħufija jew uġigħ fil-ġogi jew fil-muskoli u raxx (ekżema). Jekk xi wieħed minn dawn is-sintomi jinkwetak, jew jekk ikollok sintomi bħal uġigħ ta’ ras, għeja, dardir (tħossok ma tiflaħx) jew rimettar (tkun ma tiflaħx), jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek mill-ewwel. Jista’ jkollok bżonn tiegħu mediċini oħra jekk tiżviluppa sintomi allerġiċi jew tal-artrite. Għandek tkellem lit-tabib tiegħek jekk inti inkwetat dwar jekk għandekx tkompli tuża BiResp Spiromax.

It-tabib tiegħek jista’ jikkunsidra li jżidlek pilloli tal-isterojdi mal-kura tiegħek tas-soltu matul perjodi ta’ stress (pereżempju, meta jkollok infezzjoni f’sidrek jew qabel operazzjoni).

Tfal u adolexxenti

Din il-mediċina m’għandhiex tintuża fi tfal jew adolexxenti ta’ taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra u BiResp Spiromax

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra, inkluż mediċini li nkisbu mingħajr riċetta tat-tabib.

B’mod partikolari, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu xi waħda mill-mediċini li ġejjin:

β-imblokkaturi (bħal atenolol jew propranolol għall-pressjoni għolja tad-demm jew għal kundizzjoni tal-qalb), inkluż qtar tal-għajnejn (bħal timolol għall-glawkoma).

Mediċini għal taħbit tal-qalb mgħaġġel jew irregolari (bħal quinidine).

Mediċini bħal digoxin, sikwit użati għall-kura ta’ insuffiċjenza tal-qalb.

Dijuretiċi, magħrufin ukoll bħala’pilloli tal-ilma’ (bħal furosemide). Dawn jintużaw għall-kura tal-pressjoni għolja tad-demm.

Mediċini sterojdi li tista’ tieħu mill-ħalq (bħal prednisolone).

Mediċini xanthine (bħal theophylline jew aminophylline). Dawn ta’ sikwit jintużaw għall-kura tal-ażma.

Bronkodilaturi oħra (bħal salbutamol).

Antidepressanti triċikliċi (bħal amitriptyline) u l-antidepressant nefazodone.

Mediċini tal-phenothiazine (bħal chlorpromazine u prochlorperazine).

Mediċini msejħa ‘inibituri tal-protease tal-HIV’ (bħal ritonavir) għall-kura ta’ infezzjoni tal- HIV.

Mediċini għall-kura ta’ infezzjonijiet (bħal ketoconazole, itraconazole, voriconazole, posaconazole, clarithromycin u telithromycin).

Mediċini għall-marda ta’ Parkinson (bħal levodopa).

Mediċini għal problemi tat-tirojde (bħal levothyroxine).

Xi mediċini jistgħu jżidu l-effetti ta' BiResp Spiromax u t-tabib tiegħek għandu mnejn ikun irid jimmonitorjak b'attenzjoni jekk tkun qed tieħu dawn il-mediċini (inklużi xi mediċini għall-HIV: ritonavir, cobicistat).

Jekk xi waħda minn dawn ta’ hawn fuq tapplika għalik, jew jekk m’ intix ċert, kellem lit-tabib, lill- ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tuża BiResp Spiromax .

Għid ukoll lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek jekk se tieħu anestetiku ġenerali għal operazzjoni jew għal xogħol tas-snien.

Tqala, treddigħ u fertilità

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib, tal-ispiżjar jew tal-infermier tiegħek qabel tieħu BiResp Spiromax – TUŻAX din il-mediċina sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx biex tagħmel dan.

Jekk tinqabad tqila waqt li tkun qed tuża BiResp Spiromax, TIQAFX tuża BiResp Spiromax iżda kellem lit-tabib tiegħek mill-ewwel.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

BiResp Spiromax mhuwiex probabbli li jaffettwa l-ħila tiegħek biex issuq jew tħaddem għodda jew magni.

BiResp Spiromax fih il-lactose

Il-lactose huwa tip ta’ zokkor li jinstab fil-ħalib. Il-lactose fih ammonti żgħar ta’ proteina tal-ħalib li tista’ tikkawża reazzjonijiet allerġiċi. Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.

3.Kif għandek tuża BiResp Spiromax

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib, mal-ispiżjar jew mal-infermier tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Huwa importanti li tuża BiResp Spiromax kuljum, anki jekk ma jkollokx sintomi tal-ażma jew COPD f’dak il-ħin.

Jekk qed tuża BiResp Spiromax għall-ażma, it-tabib tiegħek ikun irid jiċċekkja regolarment is- sintomi tiegħek.

Ażma

BiResp Spiromax jista’ jiġi ordnat għall-ażma b’żewġ modi differenti. L-ammont ta’ BiResp Spiromax li tuża u meta tużah jiddependi mill-mod kif ġie ordnat lilek.

Jekk ingħatajt BiResp Spiromax u inalatur ta’ solljiev separat, aqra s-sezzjoni msejħa ‘(A) Użu ta’ BiResp Spiromax u inalatur ta’ solljiev separat’.

Jekk ingħatajt BiResp Spiromax bħala l-uniku inalatur tiegħek, aqra s-sezzjoni msejħa ‘(B) Użu ta’ BiResp Spiromax bħala l-uniku inalatur tiegħek għall-ażma’.

(A)Użu ta’ BiResp Spiromax u inalatur ta’ solljiev separat

Uża BiResp Spiromax tiegħek kuljum. Din tgħin biex tipprevjeni s-sintomi tal-ażma milli jseħħu.

Doża rakkomandata:

Adulti (18-il sena u aktar)

1 jew 2 inalazzjonijiet (attwazzjonijiet), darbtejn kuljum.

It-tabib tiegħek jista’ jżid dan għal 4 inalazzjonijiet, darbtejn kuljum.

Jekk is-sintomi tiegħek ikunu kkontrollati tajjeb, it-tabib tiegħek jista’ jitolbok tieħu l-mediċina tiegħek darba kuljum.

It-tabib tiegħek se jgħinek timmaniġġa l-ażma tiegħek u sejjer jaġġusta d-doża ta’ din il-mediċina għall-aktar doża baxxa li tikkontrolla l-ażma tiegħek. Jekk it-tabib tiegħek iħoss li inti teħtieġ doża aktar baxxa milli hemm disponibbli għalik minn BiResp Spiromax tiegħek, it-tabib tiegħek jista’ jagħtik inalatur alternattiv li jkun fih l-istess sustanzi attivi bħal BiResp Spiromax tiegħek, iżda b’doża iktar baxxa ta’ kortikosterojde. Madankollu, m’għandekx taġġusta n-numru ta’ inalazzjonijiet li jkun tak it-tabib tiegħek qabel ma l-ewwel titkellem mat-tabib tiegħek.

Uża l-‘inalatur ta’ solljiev’ separat tiegħek sabiex tittratta s-sintomi tal-ażma meta jseħħu.

Żomm dejjem l-‘inalatur ta’ solljiev’ tiegħek miegħek u użah biex tistrieħ minn attakki f’daqqa ta’ qtugħ ta’ nifs u tħarħir. Tużax BiResp Spiromax biex tittratta dawn is-sintomi tal-ażma.

(B) Użu ta’ BiResp Spiromax bħala l-uniku inalatur tiegħek għall-ażma

Uża BiResp Spiromax b’dan il-mod biss jekk it-tabib tiegħek qallek biex tagħmel hekk.

Uża BiResp Spiromax tiegħek kuljum. Din tgħin biex tipprevjeni s-sintomi tal-ażma milli jseħħu.

Doża rakkomandata

Adulti (18-il sena u aktar)

inalazzjoni waħda filgħodu u inalazzjoni waħda filgħaxija jew

2 inalazzjonijiet filgħodu jew

2 inalazzjonijiet filgħaxija.

It-tabib tiegħek jista’ jżid din id-doża għal 2 inalazzjonijiet darbtejn kuljum.

Uża wkoll BiResp Spiromax bħala’inalatur ta’ solljiev’ biex tittratta s-sintomi tal-ażma meta jseħħu.

Jekk jiġuk is-sintomi tal-ażma, bħal attakki f’daqqa ta’ qtugħ ta’ nifs u tħarħir, ħu inalazzjoni waħda u stenna ftit minuti.

Jekk ma tħossokx aħjar, ħu inalazzjoni oħra.

TIĦUX aktar minn 6 inalazzjonijiet f’ħin wieħed.

Dejjem żomm BiResp Spiromax miegħek u użah sabiex isserraħ minn attakki f’daqqa ta’ qtugħ nifs u tħarħir.

Ġeneralment mhijiex meħtieġa doża totali ta’ kuljum ta’ aktar minn 8 inalazzjonijiet. Madankollu, it- tabib tiegħek jista’ jħallik tieħu sa 12-il inalazzjoni kuljum għal perjodu limitat.

Jekk b’mod regolari jkollok bżonn tuża 8 inalazzjonijeit jew aktar fil-ġurnata, agħmel appuntament biex tara lit-tabib tiegħek. Huwa jista’ jkollu bżonn ibiddel il-kura tiegħek.

TUŻAX aktar minn total ta’ 12-il inalazzjoni f’24 siegħa.

Jekk qed tagħmel l-eżerċizzju u jiġuk is-sintomi tal-ażma, uża BiResp Spiromax kif deskritt hawnhekk. Madankollu, tużax BiResp Spiromax eżatt qabel l-eżerċizzju biex twaqqaf is-sintomi milli jseħħu.

Mard Kroniku Ostruttiv tal-Pulmuni (COPD)

Doża rakkomandata:

Adulti (18-il sena u aktar)

2 inalazzjonijiet darbtejn kuljum.

It-tabib tiegħek jista’ jordnalek ukoll (mediċini) bronkodilaturi oħra, pereżempju antikolinerġiċi (bħal tiotropium jew ipratropium bromide) għall-marda tas-COPD tiegħek.

Kif tipprepara BiResp Spiromax il-ġdid tiegħek

Qabel tuża BiResp Spiromax tiegħek għall-ewwel darba, trid tippreparah għall-użu if ġej:

Iftaħ il-borża tal-fojl billi ċċarrat mit-talja fin-naħa ta’ fuq tal-borża tal-fojl u oħroġ l-inalatur.

Iċċekkja l-indikatur tad-dożi biex tara li hemm 120 inalazzjoni fl-inalatur.

Ikteb id-data meta ftaħt il-borża tal-fojl fuq it-tikketta tal-inalatur.

Tħawwadx l-inalatur tiegħek qabel l-użu.

Kif tieħu inalazzjoni

Kull darba li tkun trid tieħu inalazzjoni, segwi l-istruzzjonijiet ta’ hawn taħt.

1. Żomm l-inalatur tiegħek bl-għatu tal-biċċa tal-ħalq semi-trasparenti aħmar lewn l-inbid fil-qiegħ.

2.Iftaħ l-għatu tal-biċċa tal-ħalq billi tniżżlu ’l isfel sakemm tisma’ tifqigħa b’qawwija. Il-mediċina tiegħek hija mkejla b’mod attiv. L-inalatur tiegħek issa huwa lest għall-użu.

II. ĦU N-NIFS

3. Ħu nifs ’il barra bil-mod (safejn huwa komdu). Tiħux nifs ’il barra minn ġol-inalatur tiegħek.

4.Poġġi l-biċċa tal-ħalq bejn snienek. Agħlaq xofftejk madwar il-biċċa tal-ħalq. Tigdimx il-biċċa tal-ħalq. Oqgħod attent biex ma timblokkax il-fetħiet tal-arja.

Ħu nifs ’il ġewwa minn ħalqek fil-fond u bis-saħħa kemm tista’.

5.Neħħi l-inalatur tiegħek minn ħalqek. Tista’ tinnota togħma meta tieħu l-inalazzjoni tiegħek.

6.Żomm in-nifs għal 10 sekondi jew sakemm tkun tista’ tagħmel hekk b’mod komdu.

7.Imbagħad ħu nifs ’il barra bil-mod (tiħux nifs ’il barra minn ġol-inalatur). Agħlaq l-għatu tal- biċċa tal-ħalq.

Jekk se tieħu t-tieni inalazzjoni, irrepeti l-passi minn 1 sa 7.

Laħlaħ ħalqek bl-ilma wara kull doża, u obżqu ’l barra.

Tippruvax tiftaħ l-inalatur tiegħek, tneħħi jew tgħawweġ l-għatu tal-biċċa tal-ħalq, dan huwa mwaħħal mal-inalatur tiegħek u m’għandux jitneħħa. Tużax l-iSpiromax tiegħek jekk tkun saritlu l-ħsara jew jekk il-biċċa tal-ħalq inqalgħet minn mal-iSpiromax tiegħek. Toqgħodx tiftaħ u tagħlaq l-għatu tal- biċċa tal-ħalq sakemm ma tkunx wasalt biex tuża l-inalatur tiegħek.

Kif tnaddaf l-iSpiromax tiegħek

Żomm l-iSpiromax tiegħek nadif u xott.

Jekk ikun meħtieġ, inti tista’ timsaħ il-biċċa tal-ħalq tal-iSpiromax tiegħek wara li tużah, b’biċċa niexfa jew tissue.

Meta għandek tibda tuża Spiromax ġdid

L-indikatur tad-dożi jgħidlek kemm baqagħlek dożi (inalazzjonijiet) fl-inalatur tiegħek, billi jibda b’120 inalazzjoni meta jkun mimli.

L-indikatur tad-dożi, fuq wara tal-apparat, juri n-numru ta’ inalazzjonijiet li fadal f’numri biż- żewġ biss.

Għal inalazzjonijiet li jifdal minn 20 ’l isfel sa ‘8’ ,’ 6’ ,’ 4’ ,’ 2’ ‘in-numri jintwerew bl-aħmar fuq sfond abjad. Meta n-numri jsiru ħomor fit-tieqa, inti għandek tikkonsulta lit-tabib tiegħek u tikseb inalatur ġdid.

Nota:

Il-biċċa tal-ħalq xorta se’tfaqqa’ anki meta l-iSpiromax tiegħek ikun vojt. Jekk tiftaħ u tagħlaq il-biċċa tal-ħalq mingħajr ma tieħu l-inalazzjoni tiegħek, l-indikatur tad-dożi se jirreġistraha bħala għadd. Din id-doża se tinżamm b’mod sigur fl-inalatur għal meta jkun imissek l- inalazzjoni li jmiss. Huwa impossibbli li b’mod aċċidentali tieħu mediċina żejda jew doża doppja f’inalazzjoni waħda. Żomm il-biċċa tal-ħalq magħluqa f’kull ħin sakemm ma tkunx wasalt biex tuża l-inalatur tiegħek.

Tagħrif importanti dwar is-sintomi tal-ażma jew COPD tiegħek

Jekk tħoss in-nifs jinqatagħlek jew tibda tħarħar waqt li tkun qed tuża BiResp Spiromax, inti għandek tkompli tuża BiResp Spiromax iżda tmur tara lit-tabib tiegħek kemm jista’ jkun malajr, billi jista’ jkollok bżonn kura addizzjonali.

Ikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament jekk:

In-nifs tiegħek sejjer għall-agħar jew tqum ta’ spiss billejl bi qtugħ ta’ nifs u ażma.

Tibda tħoss sidrek issikkat filgħodu jew l-issikkar ta’ sidrek idum aktar mis-soltu.

Dawn is-sinjali jistgħu jfissru li l-ażma jew il-COPD tiegħek ma jkunux qed jiġu kkontrollati tajjeb u jista’ jkollok bżonn kura differenti jew addizzjonali immedjatament.

Ladarba l-ażma tiegħek tkun ikkontrollata tajjeb, it-tabib tiegħek jista’ jħossu xieraq li jnaqqaslek b’mod gradwali d-doża ta’ BiResp Spiromax.

Jekk tuża BiResp Spiromax aktar milli suppost

Huwa importanti li tieħu d-doża tiegħek kif jgħidlek it-tabib. M’għandekx taqbeż id-doża ordnata tiegħek mingħajr ma tfittex parir mediku.

Jekk tuża BiResp Spiromax aktar milli suppost, ikkuntattja lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek għal parir.

L-aktar sintomi komuni li jistgħu jseħħu wara jekk tuża BiResp Spiromax aktar milli suppost huma rogħda, uġigħ ta’ ras jew taħbita tal-qalb mgħaġġla.

Jekk tinsa tuża BiResp Spiromax

Jekk tinsa tieħu doża, ħudha kemm jista’ jkun malajr malli tiftakar. Madankollu, m’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull inalazzjoni li tkun insejt tieħu. Jekk ikun kważi l-ħin għad-doża li jmiss tiegħek, sempliċement ħu d-doża li jmissek fil-ħin tas-soltu.

Jekk tibda tħarħar jew jinqatagħlek nifsek, jew tiżviluppa sintomi oħra ta’ attakk tal-ażma, uża l- ‘inalatur ta’ solljiev’ tiegħek, imbagħad fittex parir mediku.

Jekk tibda tħarħar jew jinqatagħlek nifsek, jew tiżviluppa sintomi oħra ta’ attakk tal-ażma, uża l- inalatur ta’ solljiev tiegħek, imbagħad fittex parir mediku.

Jekk tieqaf tuża BiResp Spiromax

Mgħandekx tieqaf tuża l-inalatur tiegħek qabel ma l-ewwel tgħid lit-tabib.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, spiżjar jew infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Jekk tiġrilek xi waħda minn dawn li ġejjin, ieqaf ħu BiResp Spiromax u kellem lit-tabib tiegħek immedjatament:

Effetti sekondarji rari: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 persuna

Nefħa fil-wiċċ, b’mod partikolari madwar il-ħalq (ilsien u/jew gerżuma u/jew diffikultà biex tibla’) jew ħorriqija flimkien ma’ diffikultajiet biex tieħu n-nifs (anġjoedima) u/jew sensazzjoni f’daqqa ta’ ħass ħażin. Dan jista’ jfisser li qiegħed ikollok reazzjoni allerġika, li tista’ tinkludi wkoll raxx u ħakk.

Bronkospażmu (issikkar tal-muskoli fil-passaġġi tal-arja li jikkawża tħarħir u qtugħ ta’ nifs). Jekk it-tħarħir jiġi f’daqqa wara li tuża din il-mediċina, ieqaf tużaha u kellem lit-tabib tiegħek

immedjatament.

Effetti sekondarji rari ħafna: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10,000 persuna

Tħarħir akut f’daqqa u/jew qtugħ ta’ nifs immedjatament wara li tuża l-inalatur tiegħek (issir referenza għalih ukoll bħala ‘bronkospażmu paradossikali’. Jekk ikollok xi wieħed minn dawn is-sintomi, ieqaf tuża BiResp Spiromax mill-ewwel u uża l-‘inalatur ta’ solljiev’ tiegħek. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek mill-ewwel billi jista’ jkollok bżonn tbiddel il-kura tiegħek.

Effetti sekondarji oħra possibbli:

Komuni: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni

Palpitazzjonijiet (tħoss qalbek tħabbat), rogħda jew ċaqliq. Jekk iseħħu dawn l-effetti, dawn ġeneralment ikunu ħfief u ġeneralment jitilqu malli tkompli tuża BiResp Spiromax.

Traxx (infezzjoni fungali) fil-ħalq. Dan huwa anqas probabbli li jseħħ jekk tlaħlaħ ħalqek bl- ilma wara li tuża l-mediċina tiegħek.

Uġigħ ħafif fil-gerżuma, sogħla u vuċi maħnuqa.

Uġigħ ta’ ras.

Pulmonite (infezzjoni tal-pulmun) f’pazjenti b’COPD (effett sekondarju komuni)

Għid lit-tabib tiegħek jekk ikollok kwalunkwe minn dawn li ġejjin waqt li tkun qed tieħu BiResp Spiromax għax jistgħu jkunu sintomi ta’ infezzjoni tal-pulmun:

deni jew tertir ta’ bard

żieda fil-produzzjoni tal-mukus, bidla fil-kulur tal-mukus

żieda fis-sogħla jew żieda fil-problemi biex tieħu n-nifs

Mhux komuni: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna

Tħossok bla kwiet, nervuż, aġitat, ansjuż jew irrabjat.

Disturb tal-irqad.

Tħossok stordut.

Dardir (tħossok ma tiflaħx).

Taħbita tal-qalb mgħaġġla.

Tbenġil fil-ġilda.

Bugħawwieġ.

Rari:

Livelli baxxi ta’ potassju fid-demm tiegħek.

Taħbita tal-qalb irregolari.

Rari ħafna:

Depressjoni.

Bidliet fl-imġiba, b’mod speċjali fit-tfal.

Uġigħ fis-sider jew issikkar fis-sider (angina pectoris).

Disturb fis-sistema elettrika tal-qalb (titwil tal-intervall QTc)

Żieda fl-ammont taz-zokkor (glukożju) fid-demm tiegħek.

Bidliet fit-togħma, bħal togħma ħażina fil-ħalq.

Bidliet fil-pressjoni tad-demm tiegħek.

Il-kortikosterojdi li jittieħdu man-nifs jistgħu jaffettwaw il-produzzjoni normali tal-ormoni sterojdi fil- ġisem tiegħek, b’mod partikolari jekk tuża dożi għoljin għal żmien twil. L-effetti jinkludu:

bidliet fid-densità minerali tal-għadam (traqqiq tal-għadam)

katarretti (tidnis tal-lenti fil-għajn)

glawkoma (żieda fil-pressjoni tal-għajn)

tnaqqis fir-rata ta’ tkabbir tat-tfal u adolexxenti

effett fuq il-glandola adrenali (glandola żgħira ħdejn il-kliewi).

Dawn l-effetti jseħħu b’mod rari ħafna u huma ferm anqas probabbli li jseħħu b’kortikosterojdi li jittieħdu man-nifs milli b’pilloli tal-kortikosterojdi.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett.

Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen BiResp Spiromax

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna jew fuq it-tikketta tal- inalatur tiegħek wara JIS/EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix- xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25oC. Żomm l-għatu tal-biċċa tal-ħalq magħluq wara li tneħħih mit-tgeżwira tal-fojl.

Uża fi żmien 6 xhur wara li jitneħħa mit-tkebbib tal-fojl. Uża t-tikketta ta’ fuq l-inalatur biex tikteb id-data tal-ftuħ tal-borża tal-fojl.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’ fih BiResp Spiromax

-Is-sustanzi attivi huma budesonide u formoterol fumarate dihydrate. Kull doża mogħtija (miġbuda man-nifs) fiha 160 mikrogramma ta’ budesonide u 4.5 mikrogrammi ta’ formoterol fumarate dihydrate. Dan huwa ekwivalenti għal doża mkejla ta’ 200 mikrogramma ta’ budesonide u 6 mikrogrammi ta’ formoterol fumarate dihydrate.

-Is-sustanza l-oħra hi lactose monohydrate (ara sezzjoni 2 taħt’BiResp Spiromax fih il-lactose’)

Kif jidher BiResp Spiromax u l-kontenut tal-pakkett

BiResp Spiromax huwa trab li jittieħed man-nifs.

Kull inalatur BiResp Spiromax fih 120 inalazzjoni u għandu korp abjad b’għatu tal-biċċa tal-ħalq aħmar lewn l-inbid, semi-trasparenti.

Pakketti ta’ 1, 2, u 3 inalaturi. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq fil-pajjiż tiegħek.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Teva Pharma B.V.,

Swensweg 5, 2031GA Haarlem, Il-Pajjiżi l-Baxxi.

Manifattur

Norton (Waterford) Limited T/A Teva Pharmaceuticals L-Irlanda

Unit 27/35, IDA Industrial Park, Cork Road, Waterford, L-Irlanda

Teva Pharmaceuticals Europe B.V., Swensweg 5, 2031 GA Haarlem, Il-Pajjiżi l-Baxxi

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

 

 

 

 

 

Luxembourg/Luxemburg

 

Teva Pharma Belgium

N.V./S.A./AG

 

 

Teva Pharma Belgium

N.V./S.A./AG

Tel/Tél: +32 3 820 73 73

 

 

 

 

Tel/Tél: +32 3 820 73 73

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

България

Magyarország

Тева Фармасютикълс България ЕООД

 

Teva Gyógyszergyár Zrt

 

Teл: +359 2 489 95 82

 

 

 

Tel.: +36 1 288 64 00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Malta

Česká republika

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o.

 

Teva Pharmaceuticals Ireland

Tel: +420 251 007 111

 

 

L-Irlanda

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +353 51 321 740

 

 

 

 

 

 

 

Danmark

Nederland

Teva Denmark A/S

 

Teva Nederland B.V.

 

 

Tlf: +45 44 98 55 11

 

Tel: +31 800 0228 400

 

 

Deutschland

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Norge

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Teva GmbH

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Teva

Norway AS

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +49 731

402 08

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tlf: +47 6677 55

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Eesti

Österreich

Teva

 

Eesti esindus UAB Sicor Biotech Eesti

 

ratiopharm

Arzneimittel Vertriebs GmbH

 

filiaal

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +43 1 97007 0

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel:

+372 661 0801

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ελλάδα

Polska

Teva Ελλάς Α.Ε.

 

 

 

 

 

 

 

 

Teva

Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o.

 

Τηλ: +30 210 72

79 099

 

 

 

Tel.: +48 22 345 93 00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

España

Portugal

Zambon,

 

 

 

S.A.U.

 

 

 

 

 

 

 

Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos Lda

Tel.: +34 93 544

64 00

 

 

 

Tel: +351 21 476 75 50

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

France

România

Teva Santé

 

 

 

 

 

 

 

Teva

Pharmaceuticals S.R.L

 

 

Tél: +33 1

55 91 7800

 

 

 

Tel: +4021 230 6524

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ireland

Slovenija

Teva

Pharmaceuticals Ireland

 

Pliva Ljubljana d.o.o.

 

 

 

Tel: +353 51 321 740

 

 

 

 

Tel: +386 1 58 90 390

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ísland

Slovenská republika

Vistor

hf.

 

 

 

 

 

Teva Pharmaceuticals

 

Slovakia s.r.o.

 

Simi: +354 535 7000

 

 

 

Tel: +421 2 5726 7911

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Italia

Suomi/Finland

Teva

Italia S.r.l.

 

 

 

ratiopharm Oy

 

 

 

 

 

Tel: +39 028 917

 

 

 

Puh/Tel: +358

20 180 5900

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Κύπρος

Sverige

Teva Ελλάς Α.Ε.

 

 

 

Teva

Sweden AB

 

 

 

Τηλ: +30 210 72

79 099

 

 

Tel: +46 42 12 11

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Latvija

United Kingdom

Sicor

Biotech filiāle Latvijā

 

Teva UK Limited

 

 

 

Tel: +371 67 323 666

 

 

 

Tel: +44 1977 628

 

 

 

 

 

 

 

Lietuva

Hrvatska

UAB “Sicor Biotech”

 

Pliva Hrvatska d.o.o

 

Tel: +370 5 266 02 03

 

Tel: + 385 1 37 20 000

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’xahar SSSS.

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

BiResp Spiromax 320 mikrogramma/9 mikrogrammi, trab li jittieħed man-nifs

(budesonide/formoterol fumarate dihydrate)

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’ dan il-fuljett

1.X’ inhu BiResp Spiromax u għalxiex jintuża

2.X’ għandek tkun taf qabel ma tuża BiResp Spiromax

3.Kif għandek tuża BiResp Spiromax

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen BiResp Spiromax

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’ inhu BiResp Spiromax u għalxiex jintuża

BiResp Spiromax fih żewġ sustanzi attivi differenti: budesonide u formoterol fumarate dihydrate.

Budesonide jappartjeni għal grupp ta’ mediċini msejħa kortikosterojdi’ magħrufin ukoll bħala ‘sterojdi’. Huwa jaħdem billi jnaqqas u jipprevjeni n-nefħa u l-infjammazzjoni fil-pulmuni tiegħek u jgħinek tieħu n-nifs aktar faċilment.

Formoterol fumarate dihydrate jappartjeni għal grupp ta’ mediċini msejħa’agonisti tal- adrenoriċetturi β2 li jaħdmu fit-tul’ jew ‘bronkodilaturi’ . Huwa jaħdem billi jirrilassa l-muskoli fil-passaġġi tal-arja tiegħek. Dan sejjer jgħin biex jiftaħ il-passaġġi tal-arja u sejjer jgħinek sabiex tieħu n-nifs aktar faċilment.

BiResp Spiromax huwa indikat għall-użu f’persuni adulti minn 18-il sena ’l fuq biss. BiResp Spiromax MHUWIEX indikat għall-użu fi tfal, ta’ 12-il sena jew iżgħar jew

f’adolexxenti, ta’ 13 sa 17-il sena. It-tabib tiegħek ordnalek din il-mediċina għall-kura tal-ażma jew mard kroniku ostruttiv tal-pulmuni (COPD).

Ażma

Meta użat għall-ażma, it-tabib tiegħek jordnalek BiResp Spiromax flimkien ma’ ażma‘inalatur ta’ solljiev’ separat bħal salbutamol.

Uża BiResp Spiromax kuljum. Din tgħin biex tipprevjeni s-sintomi tal-ażma bħal qtugħ ta’ nifs u tħarħir milli jseħħu.

Uża l-‘inalatur ta’ solljiev’ tiegħek meta jkollok is-sintomi tal-ażma, biex tagħmilha aktar faċli li terġa’ tieħu n-nifs.

Tużax BiResp Spiromax 320/9 mikrogrammi bħala inalatur ta’ solljiev.

Mard kroniku ostruttiv tal-pulmuni (COPD)

Is-COPD hija marda tal-pulmuni fit-tul tal-passaġġi tal-arja fil-pulmuni, li spiss hija kkawżata mit- tipjip tas-sigaretti. Sintomi jinkludu qtugħ ta’ nifs, sogħla, skumdità fis-sider u bili li jitilgħu mas- sogħla. BiResp Spiromax jista’ jintuża wkoll biex jikkura s-sintomi ta’ COPD severa fl-adulti.

2. X’ għandek tkun taf qabel ma tuża BiResp Spiromax

Tużax BiResp Spiromax jekk:

Inti allerġiku għal budesonide, formoterol fumarate dihydrate, jew is-sustanza l-oħra ta’ din il- mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tieħu BiResp Spiromax jekk

inti dijabetiku.

għandek infezzjoni fil-pulmun.

għandek pressjoni għolja tad-demm jew xi darba kellek problema b’qalbek (inkluż taħbita tal- qalb irregolari, polz mgħaġġel ħafna, tidjiq tal-arterji jew insuffiċjenza tal-qalb).

għandek problemi bil-glandoli tiegħek tat-tirojde jew adrenali.

għandek livelli baxxi ta’ potassju fid-demm.

Għandek problemi severi fil-fwied.

Jekk kont qed tieħu pilloli tal-isterojdi għall-ażma jew COPD tiegħek, it-tabib tiegħek jista’ jnaqqas in-numru tal-pilloli li tieħu, ladarba tibda tuża BiResp Spiromax. Jekk kont qed tieħu pilloli tal- isterojdi għal żmien twil, it-tabib tiegħek jista’ jkun iridek tagħmel testijiet tad-demm regolari. Meta tnaqqas il-pilloli tal-isterojdi, tista’ tħossok ġeneralment mhux f’siktek anki jekk is-sintomi ta’ sidrek jistgħu jkunu qegħdin jitjiebu. Jista’ jkollok sintomi bħal imnieħer misdud jew inixxi, dgħufija jew uġigħ fil-ġogi jew fil-muskoli u raxx (ekżema). Jekk xi wieħed minn dawn is-sintomi jinkwetak, jew jekk ikollok sintomi bħal uġigħ ta’ ras, għeja, dardir (tħossok ma tiflaħx) jew rimettar (tkun ma tiflaħx), jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek mill-ewwel. Jista’ jkollok bżonn tiegħu mediċini oħra jekk tiżviluppa sintomi allerġiċi jew tal-artrite. Għandek tkellem lit-tabib tiegħek jekk inti inkwetat dwar jekk għandekx tkompli tuża BiResp Spiromax.

It-tabib tiegħek jista’ jikkunsidra li jżidlek pilloli tal-isterojdi mal-kura tiegħek tas-soltu matul perjodi ta’ stress (pereżempju, meta jkollok infezzjoni f’sidrek jew qabel operazzjoni).

Tfal u adolexxenti

Din il-mediċina m’għandhiex tintuża fi tfal jew adolexxenti ta’ taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra u BiResp Spiromax

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra, inkluż mediċini li nkisbu mingħajr riċetta tat-tabib.

B’ mod partikolari, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu xi waħda mill-mediċini li ġejjin:

Beta-imblokkaturi (bħal atenolol jew propranolol għall-pressjoni għolja tad-demm jew għal kundizzjoni tal-qalb), inkluż qtar tal-għajnejn (bħal timolol għall-glawkoma).

Mediċini għal taħbit tal-qalb mgħaġġel jew irregolari (bħal quinidine).

Mediċini bħal digoxin, sikwit użati għall-kura ta’ insuffiċjenza tal-qalb.

Dijuretiċi, magħrufin ukoll bħala ‘pilloli tal-ilma’ (bħal furosemide). Dawn jintużaw għall-kura tal-pressjoni għolja tad-demm.

Mediċini sterojdi li tista’ tieħu mill-ħalq (bħal prednisolone).

Mediċini xanthine (bħal theophylline jew aminophylline). Dawn ta’ sikwit jintużaw għall-kura tal-ażma.

Bronkodilaturi oħra (bħal salbutamol).

Antidepressanti triċikliċi (bħal amitriptyline) u l-antidepressant nefazodone.

Mediċini tal-phenothiazine (bħal chlorpromazine u prochlorperazine).

Mediċini msejħa ‘inibituri tal-protease tal-HIV’ (bħal ritonavir) għall-kura ta’ infezzjoni tal- HIV.

Mediċini għall-kura ta’ infezzjonijiet (bħal ketoconazole, itraconazole, voriconazole, posaconazole, clarithromycin u telithromycin).

Mediċini għall-marda ta’ Parkinson (bħal levodopa).

Mediċini għal problemi tat-tirojde (bħal levothyroxine).

Xi mediċini jistgħu jżidu l-effetti ta' BiResp Spiromax u t-tabib tiegħek għandu mnejn ikun irid jimmonitorjak b'attenzjoni jekk tkun qed tieħu dawn il-mediċini (inklużi xi mediċini għall-HIV: ritonavir, cobicistat).

Jekk xi waħda minn dawn ta’ hawn fuq tapplika għalik, jew jekk m’ intix ċert, kellem lit-tabib, lill- ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tuża BiResp Spiromax .

Għid ukoll lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek jekk se tieħu anestetiku ġenerali għal operazzjoni jew għal xogħol tas-snien.

Tqala, treddigħ u fertilità

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il- parir tat-tabib, tal-ispiżjar jew tal-infermier tiegħek qabel tieħu BiResp Spiromax – TUŻAX din il- mediċina sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx biex tagħmel dan.

Jekk tinqabad tqila waqt li tkun qed tuża BiResp Spiromax, TIQAFX tuża BiResp Spiromax iżda kellem lit-tabib tiegħek mill-ewwel.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

BiResp Spiromax mhuwiex probabbli li jaffettwa l-ħila tiegħek biex issuq jew tħaddem għodda jew magni.

BiResp Spiromax fih il-lactose

Il-lactose huwa tip ta’ zokkor li jinstab fil-ħalib. Il-lactose fih ammonti żgħar ta’ proteina tal-ħalib li tista’ tikkawża reazzjonijiet allerġiċi. Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.

4.Kif għandek tuża BiResp Spiromax

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib, mal-ispiżjar jew mal-infermier tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Huwa importanti li tuża BiResp Spiromax kuljum, anki jekk ma jkollokx sintomi tal-ażma jew COPD f’dak il-ħin.

Jekk qed tuża BiResp Spiromax għall-ażma, it-tabib tiegħek ikun irid jiċċekkja regolarment is- sintomi tiegħek.

Ażma

Uża BiResp Spiromax tiegħek kuljum. Din tgħin biex tipprevjeni s-sintomi tal-ażma milli jseħħu.

Doża rakkomandata:

Adulti (18-il sena u aktar)

Inalazzjoni waħda (attwazzjoni), darbtejn kuljum.

It-tabib tiegħek jista’ jżid din id-doża għal 2 inalazzjonijiet, darbtejn kuljum.

Jekk is-sintomi tiegħek ikunu kkontrollati tajjeb, it-tabib tiegħek jista’ jitolbok tieħu l-mediċina tiegħek darba kuljum.

It-tabib tiegħek se jgħinek timmaniġġa l-ażma tiegħek u sejjer jaġġusta d-doża ta’ din il-mediċina għall-aktar doża baxxa li tikkontrolla l-ażma tiegħek. Jekk it-tabib tiegħek iħoss li inti teħtieġ doża aktar baxxa milli hemm disponibbli għalik minn BiResp Spiromax tiegħek, it-tabib tiegħek jista’ jagħtik inalatur alternattiv li jkun fih l-istess sustanzi attivi bħal BiResp Spiromax tiegħek, iżda b’doża iktar baxxa ta’ kortikosterojde. Madankollu, m’għandekx taġġusta n-numru ta’ inalazzjonijiet li jkun tak it-tabib tiegħek qabel ma l-ewwel titkellem mat-tabib tiegħek.

Uża l-‘inalatur ta’ solljiev’ separat tiegħek sabiex tittratta s-sintomi tal-ażma meta jseħħu.

Żomm dejjem l-‘inalatur ta’ solljiev’ tiegħek miegħek u użah biex tistrieħ minn attakki f’daqqa ta’ qtugħ ta’ nifs u tħarħir. Tużax BiResp Spiromax biex tittratta dawn is-sintomi tal-ażma.

Mard Kroniku Ostruttiv tal-Pulmuni (COPD)

Doża rakkomandata:

Adulti (18-il sena u aktar)

Inalazzjoni waħda darbtejn kuljum.

It-tabib tiegħek jista’ jordnalek ukoll mediċina bronkodilatura oħra, pereżempju antikolinerġiċi (bħal tiotropium jew ipratropium bromide) għall-marda tas-COPD tiegħek.

Kif tipprepara BiResp Spiromax il-ġdid tiegħek

Qabel tuża BiResp Spiromax tiegħek għall-ewwel darba, trid tippreparah għall-użu if ġej:

Iftaħ il-borża tal-fojl billi ċċarrat mit-talja fin-naħa ta’ fuq tal-borża tal-fojl u oħroġ l-inalatur.

Iċċekkja l-indikatur tad-dożi biex tara li hemm 60 inalazzjoni fl-inalatur.

Ikteb id-data meta ftaħt il-borża tal-fojl fuq it-tikketta tal-inalatur.

Tħawwadx l-inalatur tiegħek qabel l-użu.

Kif tieħu inalazzjoni

Kull darba li tkun trid tieħu inalazzjoni, segwi l-istruzzjonijiet ta’ hawn taħt.

1. Żomm

l-inalatur tiegħek bl-għatu tal-biċċa tal-ħalq semi-trasparenti aħmar lewn l-inbid fil-qiegħ

2.Iftaħ l-għatu tal-biċċa tal-ħalq billi tniżżlu ’l isfel sakemm tisma’ tifqigħa qawwija. Il-mediċina tiegħek hija mkejla b’mod attiv. L-inalatur tiegħek issa huwa lest għall-użu.

3.Ħu nifs ’il barra bil-mod (safejn huwa komdu). Tiħux nifs ‘il barra minn ġol-inalatur tiegħek.

4.Poġġi l-biċċa tal-ħalq bejn snienek. Agħlaq xofftejk madwar il-biċċa tal-ħalq. Tigdimx il-biċċa tal- ħalq. Oqgħod attent biex ma timblokkax il-fetħiet tal-arja.

Ħu nifs ’il ġewwa minn ħalqek fil-fond u bis-saħħa kemm tista’ .

5.Neħħi l-inalatur tiegħek minn ħalqek. Tista’ tinnota togħma meta tieħu l-inalazzjoni tiegħek.

6.Żomm in-nifs għal 10 sekondi jew sakemm tkun tista’ tagħmel hekk b’mod komdu.

7.Imbagħad ħu nifs ’il barra bil-mod (tiħux nifs ’il barra minn ġol-inalatur). Agħlaq l-għatu tal- biċċa tal-ħalq.

Jekk se tieħu t-tieni inalazzjoni, irrepeti l-passi minn 1 sa 7. Laħlaħ ħalqek bl-ilma wara kull doża u obżqu ’l barra.

Tippruvax tiftaħ l-inalatur tiegħek, tneħħi jew tgħawweġ l-għatu tal-biċċa tal-ħalq, dan huwa mwaħħal mal-inalatur tiegħek u m’għandux jitneħħa. Tużax l-iSpiromax tiegħek jekk tkun saritlu l-ħsara jew jekk il-biċċa tal-ħalq inqalgħet minn mal-iSpiromax tiegħek. Toqgħodx tiftaħ u tagħlaq l-għatu tal- biċċa tal-ħalq sakemm ma tkunx wasalt biex tuża l-inalatur tiegħek.

Kif tnaddaf l-iSpiromax tiegħek

Żomm l-iSpiromax tiegħek nadif u xott.

Jekk ikun meħtieġ, inti tista’ timsaħ il-biċċa tal-ħalq tal-iSpiromax tiegħek wara li tużah, b’biċċa niexfa jew tissue.

Meta għandek tibda tuża Spiromax ġdid

L-indikatur tad-dożi jgħidlek kemm baqagħlek dożi (inalazzjonijiet) fl-inalatur tiegħek, billi jibda b’60 inalazzjoni meta jkun mimli.

L-indikatur tad-dożi, fuq wara tal-apparat, juri n-numru ta’ inalazzjonijiet li fadal f’numri biż- żewġ biss.

Għal inalazzjoniijet li jifdal minn 20 ’l isfel sa ‘8’ ,’ 6’ ,’ 4’ ,’ 2’ ‘in-numri jintwerew bl-aħmar fuq sfond abjad. Meta n-numri jsiru ħomor fit-tieqa, inti għandek tikkonsulta lit-tabib tiegħek u tikseb inalatur ġdid.

Nota:

Il-biċċa tal-ħalq xorta se ‘tfaqqa’ anki meta l-iSpiromax tiegħek ikun vojt.

Jekk tiftaħ u tagħlaq il-biċċa tal-ħalq mingħajr ma tieħu l-inalazzjoni tiegħek, l-indikatur tad- dożi se jirreġistraha bħala għadd. Din id-doża se tinżamm b’mod sigur fl-inalatur għal meta jkun imissek l-inalazzjoni li jmiss. Huwa impossibbli li b’mod aċċidentali tieħu mediċina żejda jew doża doppja f’inalazzjoni waħda.

Żomm il-biċċa tal-ħalq magħluqa f’kull ħin sakemm ma tkunx wasalt biex tuża l-inalatur tiegħek.

Tagħrif importanti dwar is-sintomi tal-ażma jew COPD tiegħek

Jekk tħoss in-nifs jinqatagħlek jew tibda tħarħar waqt li tkun qed tuża BiResp Spiromax, inti għandek tkompli tuża BiResp Spiromax iżda tmur tara lit-tabib tiegħek kemm jista’ jkun malajr, billi jista’ jkollok bżonn kura addizzjonali.

Ikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament jekk:

In-nifs tiegħek sejjer għall-agħar jew tqum ta’ spiss billejl ażmabi qtugħ ta’ nifs u ażma.

Tibda tħoss sidrek issikkat filgħodu jew l-issikkar ta’ sidrek idum aktar mis-soltu.

Dawn is-sinjali jistgħu jfissru li l-ażma jew il-COPD tiegħek ma jkunux qed jiġu kkontrollati tajjeb u jista’ jkollok bżonn kura differenti jew addizzjonali immedjatament.

Ladarba l-ażma tiegħek tkun ikkontrollata tajjeb, it-tabib tiegħek jista’ jħossu xieraq li jnaqqaslek b’mod gradwali d-doża ta’ BiResp Spiromax.

Jekk tuża BiResp Spiromax aktar milli suppost

Huwa importanti li tieħu d-doża tiegħek kif jgħidlek it-tabib. M’għandekx taqbeż id-doża ordnata tiegħek mingħajr ma tfittex parir mediku.

Jekk tuża BiResp Spiromax aktar milli suppost, ikkuntattja lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek għal parir.

L-aktar sintomi komuni li jistgħu jseħħu wara jekk tuża BiResp Spiromax aktar milli suppost huma rogħda, uġigħ ta’ ras jew taħbita tal-qalb mgħaġġla.

Jekk tinsa tuża BiResp Spiromax

Jekk tinsa tieħu doża, ħudha kemm jista’ jkun malajr malli tiftakar. Madankollu, m’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull inalazzjoni li tkun insejt tieħu. Jekk ikun kważi l-ħin għad-doża li jmiss tiegħek, sempliċement ħu d-doża li jmissek fil-ħin tas-soltu.

Jekk tibda tħarħar jew jinqatagħlek nifsek, jew tiżviluppa sintomi oħra ta’ attakk tal-ażma, uża l- ‘inalatur ta’ solljiev’ tiegħek, imbagħad fittex parir mediku.

Jekk tieqaf tuża BiResp Spiromax

M’għandekx tieqaf tuża l-inalatur tiegħek qabel ma l-ewwel tgħid lit-tabib.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, spiżjar jew infermier tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Jekk tiġrilek xi waħda minn dawn li ġejjin, ieqaf ħu BiResp Spiromax u kellem lit-tabib tiegħek immedjatament:

Effetti sekondarji rari: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 persuna

Nefħa fil-wiċċ, b’mod partikolari madwar il-ħalq (ilsien u/jew gerżuma u/jew diffikultà biex tibla’ ) jew ħorriqija flimkien ma’ diffikultajiet biex tieħu n-nifs (anġjoedima) u/jew sensazzjoni f’daqqa ta’ ħass ħażin. Dan jista’ jfisser li qiegħed ikollok reazzjoni allerġika, li tista’ tinkludi wkoll raxx u ħakk.

Bronkospażmu (issikkar tal-muskoli fil-passaġġi tal-arja li jikkawża tħarħir u qtugħ ta’ nifs). Jekk it-tħarħir jiġi f’daqqa wara li tuża din il-mediċina, ieqaf tużaha u kellem lit-tabib tiegħek immedjatament.

Effetti sekondarji rari ħafna: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10,000 persuna

Tħarħir akut f’daqqa u/jew qtugħ ta’ nifs immedjatament wara li tuża l-inalatur tiegħek (issir referenza għalih ukoll bħala ‘bronkospażmu paradossikali’. Jekk ikollok xi wieħed minn dawn is-sintomi, ieqaf tuża BiResp Spiromax mill-ewwel u uża l-‘inalatur ta’ solljiev’ tiegħek. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek mill-ewwel billi jista’ jkollok bżonn tbiddel il-kura tiegħek.

Effetti sekondarji oħra possibbli:

Komuni: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni

Palpitazzjonijiet (tħoss qalbek tħabbat), rogħda jew ċaqliq. Jekk iseħħu dawn l-effetti, dawn ġeneralment ikunu ħfief u ġeneralment jitilqu malli tkompli tuża BiResp Spiromax.

Traxx (infezzjoni fungali) fil-ħalq. Dan huwa anqas probabbli li jseħħ jekk tlaħlaħ ħalqek bl- ilma wara li tuża l-mediċina tiegħek.

Uġigħ ħafif fil-gerżuma, sogħla u vuċi maħnuqa.

Uġigħ ta’ ras.

Pulmonite (infezzjoni tal-pulmun) f’pazjenti b’COPD (effett sekondarju komuni)

Għid lit-tabib tiegħek jekk ikollok kwalunkwe minn dawn li ġejjin waqt li tkun qed tieħu BiResp Spiromax għax jistgħu jkunu sintomi ta’ infezzjoni tal-pulmun:

deni jew tertir ta’ bard

żieda fil-produzzjoni tal-mukus, bidla fil-kulur tal-mukus

żieda fis-sogħla jew żieda fil-problemi biex tieħu n-nifs

Mhux komuni: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna

Tħossok bla kwiet, nervuż, aġitat, ansjuż jew irrabjat.

Disturb tal-irqad.

Tħossok stordut.

Dardir (tħossok ma tiflaħx).

Taħbita tal-qalb mgħaġġla.

Tbenġil fil-ġilda.

Bugħawwieġ.

Rari:

Livelli baxxi ta’ potassju fid-demm tiegħek.

Taħbita tal-qalb irregolari.

Rari ħafna:

Depressjoni.

Bidliet fl-imġiba, b’mod speċjali fit-tfal.

Uġigħ fis-sider jew issikkar fis-sider (angina pectoris).

Disturb fis-sistema elettrika tal-qalb (titwil tal-intervall QTc)

Żieda fl-ammont taz-zokkor (glukożju) fid-demm tiegħek.

Bidliet fit-togħma, bħal togħma ħażina fil-ħalq.

Bidliet fil-pressjoni tad-demm tiegħek.

Il-kortikosterojdi li jittieħdu man-nifs jistgħu jaffettwaw il-produzzjoni normali tal-ormoni sterojdi fil- ġisem tiegħek, b’mod partikolari jekk tuża dożi għoljin għal żmien twil. L-effetti jinkludu:

bidliet fid-densità minerali tal-għadam (traqqiq tal-għadam)

katarretti (tidnis tal-lenti fil-għajn)

glawkoma (żieda fil-pressjoni tal-għajn)

tnaqqis fir-rata ta’ tkabbir tat-tfal u adolexxenti

effett fuq il-glandola adrenali (glandola żgħira ħdejn il-kliewi).

Dawn l-effetti jseħħu b’mod rari ħafna u huma ferm anqas probabbli li jseħħu b’kortikosterojdi li jittieħdu man-nifs milli b’pilloli tal-kortikosterojdi.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett.

Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen BiResp Spiromax

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna jew fuq it-tikketta tal- inalatur tiegħek wara JIS/EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix- xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25oC. Żomm l-għatu tal-biċċa tal-ħalq magħluq wara li tneħħih mit-tgeżwira tal-fojl.

Uża fi żmien 6 xhur wara li jitneħħa mit-tkebbib tal-fojl. Uża t-tikketta ta’ fuq l-inalatur biex tikteb id-data tal-ftuħ tal-borża tal-fojl.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’ fih BiResp Spiromax

-Is-sustanzi attivi huma budesonide u formoterol fumarate dihydrate. Kull doża mogħtija (miġbuda man-nifs) fiha 320 mikrogramma ta’ budesonide u 9 mikrogrammi ta’ formoterol fumarate dihydrate. Dan huwa ekwivalenti għal doża mkejla ta’ 400 mikrogramma ta’ budesonide u 12-il mikrogramma ta’ formoterol fumarate dihydrate.

-Is-sustanza l-oħra hi lactose monohydrate (ara sezzjoni 2 taħt ‘ BiResp Spiromax fih il-lactose’ )

Kif jidher BiResp Spiromax u l-kontenut tal-pakkett

BiResp Spiromax huwa trab li jittieħed man-nifs.

Kull inalatur BiResp Spiromax fih 60 inalazzjoni u għandu korp abjad b’għatu tal-biċċa tal-ħalq aħmar lewn l-inbid, semi-trasparenti.

Pakketti ta’ 1, 2, u 3 inalaturi. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq fil-pajjiż tiegħek.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Teva Pharma B.V.,

Swensweg 5, 2031GA Haarlem

Manifattur:

Norton (Waterford) Limited T/A Teva Pharmaceuticals L-Irlanda

Unit 27/35, IDA Industrial Park, Cork Road, Waterford, L-Irlanda

Teva Pharmaceuticals Europe B.V., Swensweg 5, 2031 GA Haarlem, Il-Pajjiżi l-Baxxi

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

 

 

 

 

 

Luxembourg/Luxemburg

 

Teva Pharma Belgium

N.V./S.A./AG

 

 

Teva Pharma Belgium

N.V./S.A./AG

Tel/Tél: +32 3 820 73 73

 

 

 

 

Tel/Tél: +32 3 820 73 73

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

България

Magyarország

Тева Фармасютикълс България ЕООД

 

Teva Gyógyszergyár Zrt

 

Teл: +359 2 489 95 82

 

 

 

Tel.: +36 1 288 64 00

 

 

 

 

 

 

Malta

Česká republika

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o.

 

Teva Pharmaceuticals Ireland

Tel: +420 251 007 111

 

 

L-Irlanda

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +353 51 321 740

Danmark

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Nederland

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Teva Denmark A/S

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Teva Nederland B.V.

 

 

 

 

 

 

 

 

Tlf: +45 44 98 55 11

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +31 800 0228 400

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Deutschland

Norge

Teva GmbH

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Teva

Norway AS

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +49 731

402 08

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tlf: +47 6677 55

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Eesti

Österreich

Teva

 

Eesti esindus UAB Sicor Biotech Eesti

 

ratiopharm

Arzneimittel Vertriebs GmbH

 

filiaal

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel: +43 1 97007 0

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tel:

+372 661 0801

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ελλάδα

Polska

Teva Ελλάς Α.Ε.

 

 

 

 

 

 

 

 

Teva

Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o.

 

Τηλ: +30 210 72

79 099

 

 

 

Tel.: +48 22 345 93 00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

España

Portugal

Zambon,

 

 

 

S.A.U.

 

 

 

 

 

 

 

Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos Lda

Tel.: +34 93 544

64 00

 

 

 

Tel: +351 21 476 75 50

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

France

România

Teva Santé

 

 

 

 

 

 

 

Teva

Pharmaceuticals S.R.L

 

 

Tél: +33 1

55 91 7800

 

 

 

Tel: +4021 230 6524

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ireland

Slovenija

Teva

Pharmaceuticals Ireland

 

Pliva Ljubljana d.o.o.

 

 

 

Tel: +353 51 321 740

 

 

 

 

Tel: +386 1 58 90 390

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ísland

Slovenská republika

Vistor

hf.

 

 

 

 

 

Teva Pharmaceuticals

 

Slovakia s.r.o.

 

Simi: +354 535 7000

 

 

 

Tel: +421 2 5726 7911

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Italia

Suomi/Finland

Teva

Italia S.r.l.

 

 

 

ratiopharm Oy

 

 

 

 

 

Tel: +39 028 917

 

 

 

Puh/Tel: +358

20 180 5900

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Κύπρος

Sverige

Teva Ελλάς Α.Ε.

 

 

 

Teva

Sweden AB

 

 

 

Τηλ: +30 210 72

79 099

 

 

Tel: +46 42 12 11

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Latvija

United Kingdom

Sicor

Biotech filiāle Latvijā

 

Teva UK Limited

 

 

 

Tel: +371 67 323 666

 

 

 

Tel: +44 1977 628

 

 

 

 

 

 

 

Lietuva

Hrvatska

UAB “Sicor Biotech”

 

Pliva Hrvatska d.o.o

 

Tel: +370 5 266 02 03

 

Tel: + 385 1 37 20 000

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’xahar SSSS.

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati