Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Biopoin (epoetin theta) – Fuljett ta’ tagħrif - B03XA01

Updated on site: 05-Oct-2017

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Biopoin 1,000 IU/0.5 ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest Biopoin 2,000 IU/0.5 ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest Biopoin 3,000 IU/0.5 ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest Biopoin 4,000 IU/0.5 ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest Biopoin 5,000 IU/0.5 ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest Biopoin 10,000 IU/1 ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest Biopoin 20,000 IU/1 ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest Biopoin 30,000 IU/1 ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest

Epoetin theta

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Biopoin u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Biopoin

3.Kif għandek tuża Biopoin

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Biopoin

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

7.Informazzjoni dwar kif tinjetta lilek innifsek

1.X’inhu Biopoin u għalxiex jintuża

X’inhu Biopoin

Biopoin fih is-sustanza attiva epoetin theta, li hija kważi identika għall-eritropojetin, ormon naturali magħmul f’ġismek. Epoetin theta huwa proteina magħmula b’teknoloġija ġenetika. Taħdem eżattament fl-istess mod bħall-eritropojetin.. L-eritropojetin huwa magħmul fil-kliewi tiegħek u jistimula lill-mudullun tiegħek biex jipproduċi aktar ċelluli ħomor tad-demm. Iċ-ċelluli ħomor tad- demm huma importanti ħafna biex l-ossiġnu jitqassam f’ġismek.

Għalxiex jintuża Biopoin

Biopoin jintuża għal kura ta’anemija sintomatika (pereżempju għeja, dgħufija u qtugħ ta’ nifs). L- anemija sseħħ meta jkun hemm ftit wisq ċelluli ħomor tad-demm f’demmek. Kura għal anemija tingħata lil pazjenti adulti b’insuffiċjenza renali kronika jew pazjenti adulti b’kanċer mhux majelojde (kanċer li ma joriġinax fil-mudullun) li jkunu qed jingħataw kimoterapija fl-istess ħin (mediċini biex jiġi kkurat kanċer).

2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Biopoin

TUŻAX Biopoin

-jekk inti allerġiku għal epoetin theta, epoetin ieħor jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6);

-jekk tbgħati minn pressjoni għolja mhix ikkontrollata

Twissijiet u prekawzjonijiet

Ġenerali

Din il-mediċina tista’ ma tkunx adattata għal dawn il-pazjenti li ġejjin. Jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek jekk inti tinsab f’wieħed minn dawn il-gruppi ta’ pazjenti:

-pazjenti bi problemi tal-fwied,

-pazjenti b’ tibdil patoloġiku fiċ-celluli ħomor tad-demm tagħhom (anemija omożigotika tat-tip sickle cell).

Jeħtieġ li l-pressjoni tad-demm tiegħek tkun iċċekkjata bir-reqqa qabel u matul il-kura b’din il- mediċina. Jekk il-pressjoni tad-demm tiegħek togħla, it-tabib tiegħek jista’ jagħtik mediċini biex ibaxxi l-pressjoni tad-demm tiegħek. Jekk kont qed tieħu mediċini biex tbaxxi il-pressjoni tad-demm minn qabel, it-tabib jista’ jżidlek id-doża. Jista’ jkun ukoll meħtieġ li jnaqqas id-doża tiegħek ta’ Biopoin jew li iwaqqaflek il-kura b’Biopoin għal perjodu qasir ta’ żmien.

Jekk ikollok uġigħ ta’ ras qawwi, speċjalment uġigħ ta’ ras għal għarrieda qisu b’daqqiet ta’ stallett li jixbaħ dak tal-emigranja, stat konfuż, disturbi fid-diskors, mixi mhux stabbli, aċċessjonijiet jew konvulżjonijiet, għid lit-tabib tiegħek immedjatament. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ żieda qawwija fil-pressjoni tad-demm, minkejja li l-pressjoni tad-demm tiegħek is-soltu tkun normali jew baxxa. Din trid tiġi kkurata minnufih.

It-tabib tiegħek ser jagħmel testijiet tad-demm regolari sabiex josserva komponenti varji fid-demm tiegħek u l-livelli tagħhom. Ukoll, il-livell tal-ħadid fid-demm tiegħek ser jitkejjel qabel u waqt il-kura b’din il-mediċina. Jekk il-livell tal-ħadid ikun baxx wisq, it-tabib tiegħek jista’ jagħtik supplimenti tal- ħadid.

Kellem lit-tabib tiegħek jekk tħossok għajjien u dgħajjef jew jekk ikollok qtugħ ta’ nifs. Dawn is- sintomi jistgħu jfissru li l-kura tiegħek b’din il-mediċina mhix effettiva. It-tabib tiegħek jiċċekkja li m’għandekx kawżi oħra tal-anemija u jista’ jagħmel testijiet tad-demm jew jeżaminalek il-mudullun.

Il-professjonist tal-kura tas-saħħa tiegħek se jirreġistra dejjem il-prodott ezatt li qed tuża. Dan jista’ jgħin biex jipprovdi aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ mediċini bħal din.

Persuni b’saħħithom m’għandhomx jużaw Biopoin. L-użu ta’ din il-mediċina f’persuni b’saħħithom jista’ jwassal għall livelli għolja wisq ta’ċerti parametri fid-demm u b’hekk tikkawża problemi fil-qalb u fil-kanali tad-demm li jistgħu jkunu ta’ periklu ghall-ħajja.

Anemija assoċjata ma’ insuffiċjenza renali kronika

Jekk inti pazjent li tbagħti minn insuffiċjenza renali kronika, it-tabib tiegħek ser jiċċekkja li parametru partikolari (l-emoglobina) fid-demm tiegħek ma jkunx aktar minn ċertu livell definit. Jekk dan il-parametru jgħola iżżejjed, jista’ jkollok problemi tal-qalb jew tal-vini/arterji tad-demm u b’hekk jiżdiedlek ir-riskju ta’ mewt.

Jekk inti pazjent b’insuffiċjenza renali kronika, u partikolarment jekk ma tirrispondix kif suppost għal Biopoin, it-tabib tiegħek ser jiċċekkja d-doża tiegħek ta’ Biopoin, għax jekk tiżdiedlek id-doża ta’ Biopoin b’mod ripetut jekk ma tkunx qed tirrispondi għall-kura, dan jista’ jżid ir-riskju li jkollok problema tal-qalb jew tal-vini/arterji u dan jista’ jżid ir-riskju ta’ infart mijokardijaku, aċċessjoni jew mewt.

Jekk qed tbagħti minn djuq fil-kanali tad-demm fil-kliewi tiegħek (nefrosklerożi) iżda għadhek m’intix qed tirċievi d-dijaliżi, it-tabib tiegħek ser jikkonsidra jekk il-kura hijiex adattata għalik. Dan għaliex wieħed ma jistax jeskludi b’ċertezza assoluta l-possibbiltà ta’ żieda fir-rata tal-progressjoni tal-mard tal-kliewi.

Jekk tkun fuq dijaliżi, jintużaw mediċini li jaħdmu kontra l-koagulazzjoni tad-demm. Jekk qed tirċievi kura b’Biopoin, jista’ jkun hemm il-ħtieġa li d-doża tal-kura kontra l-koagulazzjoni jkollha tiżdied.

Inkella, iż-żieda fin-numru ta’ ċelluli ħomor tad-demm tista’ tikkawża okklużjoni fil-fistula bejn l- arterja u l-vina (tubu artifiċjali li jgħaqqad arterja u vina magħmul b’mod kirurġiku f’pazjenti li qed jirċievu dijaliżi)

Anemija f’pazjenti bil-kanċer

Jekk inti pazjent bil-kanċer, għandek tkun taf li din il-mediċina tista’ taħdem bħala fattur ta' tkabbir taċ-ċelluli tad-demm u f’ċerti każi ista’ jkollha impatt negattiv fuq l-immaniġjar tal-kanċer tiegħek. It- trasfużjoni tad-demm jista’ jkun ippreferut, skond is-sitwazzjoni individwali tiegħek,. Jekk jogħġbok iddiskuti dan mat-tabib tiegħek.

Tfal u adolexxenti

Tagħtix din il-mediċina lil tfal u adolexxenti taħt l-età ta’ 18-il sena peress li m’hemm ebda dejta li turi li din il-mediċina hija sigura u taħdem f’dan il-grupp ta’ età.

Mediċini oħra u Biopoin

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Tqala u treddigħ

Biopoin ma ġiex studjat f’nisa tqal. Huwa importanti li tgħid lit-tabib tiegħek jekk inti tqila, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, peress li t-tabib tiegħek jista’ jiddeċidi li m’għandekx tuża din il-mediċina

Mhux magħruf jekk is-sustanza attiva li hemm f’din il-mediċina titneħħiex fil-ħalib tas-sider. Għalhekk, it-tabib tiegħek jista’ jiddeċidi li m’għandekx tuża din il-mediċina jekk tkun qed tredda’.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Din il-mediċina m’għandha l-ebda effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

Biopoin fih is-sodium

Dan il-prodott mediċinali fih anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull siringa mimlija għal-lest, jiġifieri essenzjalment ‘ħieles mis-sodium’.

3.Kif għandek tuża Biopoin

Il-kura b’din il-mediċina qed tinbeda minn tabib li għandu esperjenza fl-indikazzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rakkomandata hija…

Id-doża ta’ Biopoin (espressa f’unitajiet internazzjonali jew IU) tiddependi mill-kundizzjoni tal- marda tiegħek, il-piż tal-ġisem tiegħek u l-mod kif tingħata l-injezzjoni (taħt il-ġilda [injezzjoni taħt il- ġilda] jew ġol-vina [injezzjoni ġol-vina]). It-tabib tiegħek se jikkalkula id-doża t-tajba għalik.

Anemija kkawżata minn insuffiċjenza renali kronika

L-injezzjonijiet jingħataw taħt il-ġilda jew ġol-vina. Pazjenti fuq emodijaliżi is-soltu se jingħataw l-injezzjoni mill-fistula arterjovenuża fit-tmiem tad-dijaliżi. Pazjenti li ma jkollhomx għalfejn jirċievu dijaliżi is-soltu jingħataw injezzjonijiet taħt il-ġilda. It-tabib tiegħek ser jagħmel testijiet tad-demm regolari u jekk ikun hemm il-bżonn, jagħmel xi aġġustament fid-dożaġġ jew iwaqqaf il-kura għal ftit taż-żmien. Il-livelli tal-emoglobina fid-demm tiegħek m’għandhomx jaqbżu valur ta’ 12 g/dl (7.45 mmol/l). It-tabib tiegħek ser juża l-inqas doża effikaċi biex jikkontrolla s-sintomi tal-anemija tiegħek. Jekk ma tirrispondix kif suppost għal Biopoin, it-tabib tiegħek ser jiċċekkja d-doża tiegħek u ser jinfurmak jekk għandekx bżonn li tibdel id-dożi ta’ Biopoin.

It-trattament b’Biopoin huwa maqsum f’żewġ stadji: a) Korrezzjoni tal-anemija

Id-doża tal-bidu għall-injezzjonijiet taħt il-ġilda hija ta’ 20 IU għal kull 1 kg tal-piż tal-ġisem mogħtija tlett darbiet fil-ġimgħa. Jekk ikun hemm bżonn, it-tabib jista’ jżid id-doża tiegħek kull xahar.

Id-doża tal-bidu għall-injezzjonijiet ġol-vini hija ta’ 40 IU għal kull 1 kg tal-piż tal-ġisem, mogħtija tliet darbiet fil-ġimgħa. Jekk ikun hemm bżonn, it-tabib jista’ jżid id-doża tiegħek kull xahar.

b) Manteniment tal-velli suffiċjenti taċ-ċelluli ħomor tad-demm

Ladarba ikun intlaħaq għadd adegwat taċ-ċelluli ħomor tad-demm, id-doża ta’ manteniment li hemm bżonn biex l-għadd jinżamm stabbli se tiġi deċiża mit-tabib tiegħek

F’każ ta’ amministrazzjoni minn taħt il-ġilda, id-doża ta’ kull ġimgħa tista’ tingħata bħala injezzjoni waħda fil-ġimgħa jew maqsuma f’tlett injezzjonijiet fil-ġimgħa

F’każ ta’ amministrazzjoni ġol vina, id-dożaġġ jista’ jinbidel għal darbtejn fil-ġimgħa.

Jekk l-iskeda tad-dożaġġ tinbidel, jista’ jkun hemm bżonn aġġustament tad-doża

It-terapija b’Biopoin issoltu hija kura fit-tul.

Id-doża massima m’għandiex taqbeż 700 IU/kg piż tal-ġisem fil-ġimgħa..

Anemija f’pazjenti bil-kanċer

L-injezzjonijiet jingħataw minn taħt il-ġilda. L-injezzjoni se tingħata darba fil-ġimgħa. Id-doża tal- bidu hija ta’ 20,000 IU. It-tabib tiegħek ser jagħmel testijiet tad-demm regolari u ser ibiddel id-dożaġġ jew iwaqqaf il-kura għal ftit taż-żmien, skond il-bżonn. Il-livelli tal-emoglobina fid-demm tiegħek m’għandhomx jaqbżu valur ta’ 12 g/dl (7.45 mmol/l). Is-soltu, ser tibqa’ tierċievi kura b’Biopoin sa xahar wara t-tmiem tal-kimoterapija .

L-ogħla doża m’għandhiex taqbeż 60,000 IU kull ġimgħa.

L-injezzjonijiet kif jingħataw?

Dil-mediċina tingħata bħala injezzjoni bl-użu ta’siringa mimlija għal-lest. L-injezzjoni tista’ tingħata jew ġo vina (injezzjoni ġol-vina) inkella fit-tessuti eżatt taħt il-ġilda (injezzjoni taħt il-ġilda)

Jekk qed tingħata Biopoin bħala injezzjoni taħt il-ġilda, it-tabib tiegħek jista’ jissuġġerixxi li titgħallem kif tinjetta din il-mediċina lilek innifsek. It-tabib jew in-ners tiegħek ser iħarrġuk kif tagħmel dan. Tippruvax tagħti din il-mediċina lilek innifsek jekk ma tkunx ingħatajt dan it-taħriġ. Ftit mit-tagħrif meħtieġ dwar l-użu tas-siringa mimlija għal-lest jista’ jinstab fl-aħħar ta’dan il-fuljett (ara sezzjoni “7. Informazzjoni dwar kif tinjetta lilek innifsek”). Madankollu, il-kura adegwata tal-marda tiegħek teħtieġ kollaborazzjoni mill-qrib u ta’ spiss mat-tabib tiegħek.

Kull siringa mimlija għal-lest tintuża darba biss.

Jekk tuża Biopoin aktar milli suppost

Iżżidx id-doża li kitiblek it-tabib tiegħek. Jekk taħseb li injettajt Biopoin aktar milli suppost għandek tinforma lit-tabib tiegħek. Probabbli ma tkunx xi ħaġa serja. Anki b’livelli għoljin ħafna fid-demm , ma ġew osservati l-ebda sintomi ta’ avvelenament.

Jekk tinsa tuża Biopoin

Jekk insejt tieħu injezzjoni, jew injettajt ftit wisq, kellem lit-tabib tiegħek. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tuża Biopoin

Qabel ma tieqaf tuża din il-mediċina, kellem lit-tabib tiegħek

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Effetti sekondarji serji:

-Żieda qawwija fil-pressjoni tad-demm:

Jekk ikollok uġigħ ta’ ras qawwi, speċjalment uġigħ ta’ ras għal għarrieda qisu b’daqqiet ta’ stallett li jixbaħ dak tal-emigranja, stat konfuż, disturbi fid-diskors, mixi mhux stabbli, aċċessjonijiet jew konvulżjonijiet, għid lit-tabib tiegħek immedjatament. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ żieda qawwija fil-pressjoni tad-demm, (komuni f’pazjenti b’insuffiċjenza renali kronika, jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10 persuni) anke jekk il-pressjoni tad-demm tiegħek is-soltu tkun normali jew baxxa. Din trid tiġi kkurata minnufih

-Rejazzjonijiet allerġiċi:

Rejazzjonijiet allerġiċi bħal raxx tal-ġilda, nefhiet f’partijiet tal-ġilda b’urtikarja, u rejazzjonijiet allerġiċi qawwijin b’ debbulizza, pressjoni baxxa, qtugħ ta’ nifs u nefħa fil-wiċċ ġew irrapurtati (mhux magħruf, ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli). Jekk taħseb li qed tbagħti minn rejazzjoni ta’ dan it-tip, waqqaf l-injezzjoni ta’ Biopoin u fittex għajnuna medika immedjatament.

Tista’ tħoss xi effetti sekondarji oħra li huma imsemmijin hawn taħt:

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10 persuni)

-Uġigħ ta’ ras;

-Pressjoni għolja tad-demm;

-Sintomi jixbhu lill-influwenza bħal deni, dehxiet, sensazzjoni ta’ dgħjufija, għeja ;

-Reazzjonijiet fil-ġilda bħal ħakk, urtikarja jew reazzjonijiet fis-sit tal-injezzjoni.

Komuni f’pazjenti b’insuffiċjenza renali kronika (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn 10 persuni)

-Trombożi fil-fistula arterjo-venuża f’pazjenti li huma fuq id-dijaliżi.

Komuni f’pazjenti bil-kanċer (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10 persuni)

-Uġigħ fil-ġogi.

Mhux magħruf f’pazjenti b’insuffiċjenza renali kronika (ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid- data disponibbli)

-Ġew irrapurtati każi ta’ kundizzjoni magħrufa bħala aplażja taċ-ċelluli l-ħomor tad-demm pura (PRCA). PRCA jfisser li l-ġisem waqqaf jew naqqas il-produzzjoni taċ-ċelluli ħomor tad-demm u jikkawża anemija severa. Jekk it-tabib tiegħek jikkonferma li għandek din il-kundizzjoni, m’għandekx tirċievi kura b’Biopoin jew b’xi epoetin ieħor.

Mhux magħruf f’pazjenti bil-kanċer (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli)

-Episodji tromboemboliċi, eż. żieda fin-numru ta’ trombożi.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen Biopoin

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna ta’ barra u fuq is-siringa mimlija għal-lest wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fi friġġ (2 C – 8 C).

Tagħmlux fil-friża.

Żomm is-siringa mimlija għal-lest fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.

Tista’ tneħħi Biopoin mill-friġġ u żżommu f’temperatura ta’ mhux aktar minn 25°C għall-perjodu wieħed sa sebat ijiem sakemm ma tinqabiżx id-data ta’ skadenza. Ladarba jitneħħa mill-friġġ, il-prodott mediċinali għandu jintuża’ f’dan il-perjodu jew tintrema.

Tużax din il-mediċina jekk tinnota li tkun imċajpra jew jekk ikun fiha xi frak.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Biopoin

-Is-sustanza attiva hi epoetin theta.

Biopoin 1,000 IU/0.5 ml: Siringa waħda mimlija għal-lest fiha 1,000 unità internazzjonali (IU) (8.3 mikrogrammi) epoetin theta f’ 0.5 ml soluzzjoni għall-injezzjoni li jikkorrespondu għal 2,000 IU (16.7 mikrogrammi) f’kull ml.

Biopoin 2,000 IU/0.5 ml: Siringa waħda mimlija għal-lest fiha 2,000 unità internazzjonali (IU) (16.7 mikrogrammi) epoetin theta f’ 0.5 ml soluzzjoni għall-injezzjoni li jikkorrespondu għal 4,000 IU (33.3 mikrogrammi) f’kull ml.

Biopoin 3,000 IU/0.5 ml: Siringa waħda mimlija għal-lest fiha 3,000 unità internazzjonali (IU) (25 mikrogrammi) epoetin theta f’ 0.5 ml soluzzjoni għall-injezzjoni li jikkorrespondu għal 6,000 IU (50 mikrogrammi) f’kull ml.

Biopoin 4,000 IU/0.5 ml: Siringa waħda mimlija għal-lest fiha 4,000 unità internazzjonali (IU) (33.3 mikrogrammi) epoetin theta f’ 0.5 ml soluzzjoni għall-injezzjoni li jikkorrespondu għal 8,000 IU (66.7 mikrogrammi) f’kull ml.

Biopoin 5,000 IU/0.5 ml: Siringa waħda mimlija għal-lest fiha 5,000 unità internazzjonali (IU) (41.7 mikrogrammi) epoetin theta f’ 0.5 ml soluzzjoni għall-injezzjoni li jikkorrespondu għal 10,000 IU (83.3 mikrogrammi) f’kull ml.

Biopoin 10,000 IU/1 ml: Siringa waħda mimlija għal-lest fiha 10,000 unità internazzjonali (IU) (83.3 mikrogrammi) epoetin theta f’ 1ml soluzzjoni għall-injezzjoni li jikkorrespondu għal 10,000 IU (83.3 mikrogrammi) f’kull ml.

Biopoin 20,000 IU/1 ml: Siringa waħda mimlija għal-lest fiha 20,000 unità internazzjonali (IU) (166.7 mikrogrammi) epoetin theta f’ 1 ml soluzzjoni għall-injezzjoni li jikkorrespondu għal 20,000 IU (166.7 mikrogrammi) f’kull ml.

Biopoin 30,000 IU/1 ml: Siringa waħda mimlija għal-lest fiha 30,000 unità internazzjonali (IU) (250 mikrogrammi) epoetin theta f’ 1 ml soluzzjoni għall-injezzjoni li jikkorrespondu għal 30,000 IU (250 mikrogrammi) f’kull ml.

-Is-sustanzi l-oħra huma sodium dihydrogen phosphate dihydrate, sodium chloride, polysorbate 20, trometamol, hydrochloric acid (6 M) (għal aġġustament tal-pH), u ilma għall-injezzjonijiet

Kif jidher Biopoin u l-kontenut tal-pakkett

Biopoin huwa soluzzjoni ċara u mingħajr kulur għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest flimkien ma’ labra għal injezzjoni.

Biopoin 1,000 IU/0.5 ml, Biopoin 2,000 IU/0.5 ml, Biopoin 3,000 IU/0.5 ml, Biopoin 4,000 IU/0.5 ml u Biopoin 5,000 IU/0.5 ml: Kull siringa mimlija għal-lest fiha 0.5 ml soluzzjoni. Pakkett li fih 6 siringa mimlija għal-lest; 6 siringi mimlija għal-lest b’labra tas-sigurtà jew 6 siringi mimlija għal-lest bi protezzjoni għas-sigurtà tal-labra.

Biopoin 10,000 IU/1 ml, Biopoin 20,000 IU/1 ml u Biopoin 30,000 IU/1 ml: Kull siringa mimlija għal-lest fiha 1 ml soluzzjoni. Pakketti li fihom 1, 4 u 6 siringi mimlija għal-lest; 1, 4 u 6 siringi mimlija għal-lest b’labra tas-sigurtà jew 1, 4 u 6 siringi mimlija għal-lest bi protezzjoni għas-sigurtà tal-labra.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

TEVA GmbH Graf-Arco-Straße 3 89079 Ulm Il-Ġermanja

Manifattur

Teva Biotech GmbH

Dornierstraße 10

89079 Ulm

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG

UAB "Sicor Biotech"

Tél/Tel: +32 3 820 73 73

Tel: +370 5 266 0203

България

Luxembourg/Luxemburg

Тева Фармасютикълс България ЕООД

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG,

Teл: +359 2 489 95 82

Belgique/Belgien

 

Tél/Tel: +32 3 820 73 73

Česká republika

Magyarország

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o.

Teva Gyógyszergyár Zrt.

Tel: +420 251 007 111

Tel.: +36 1 288 64 00

Danmark

Malta

Teva Denmark A/S

Teva Pharmaceuticals Ireland, L-Irlanda

Tlf: +45 44 98 55 11

Tel: +353 51 321740

Deutschland

Nederland

TEVA GmbH

Teva Nederland B.V.

Tel: +49 731 402 08

Tel: +31 800 0228 400

Eesti

Norge

UAB "Sicor Biotech" Eesti filiaal

Teva Norway AS

Tel: +372 661 0801

Tlf: +47 66 77 55 90

Ελλάδα

Österreich

Teva Ελλάς Α.Ε.

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH

Τηλ: +30 210 72 79 099

Tel: +43 1 97 007

 

España

Polska

Teva Pharma, S.L.U.

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o.

Tél: +34 91 387 32 80

Tel.: +48 22 345 93 00

France

Portugal

Teva Santé

Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos, Lda

Tél: +33 1 55 91 78 00

Tel: +351 21 476 75 50

Hrvatska

România

Pliva Hrvatska d.o.o.

Teva Pharmaceuticals S.R.L

Tel: +385 1 37 20 000

Tel: +40 21 230 65 24

Ireland

Slovenija

Teva Pharmaceuticals Ireland

Pliva Ljubljana d.o.o.

Tel: +353 51 321740

Tel: +386 1 58 90 390

Ísland

Slovenská republika

ratiopharm Oy, Finnland

TEVA Pharmaceuticals Slovakia s.r.o.

Sími: +358 20 180 5900

Tel: +421 2 57 26 79 11

Italia

Suomi/Finland

Teva Italia S.r.l.

ratiopharm Oy

Tel: +39 02 89 17 98 1

Puh/Tel: +358 20 180 5900

Κύπρος

Sverige

Teva Ελλάς Α.Ε., Ελλάδα

Teva Sweden AB

Τηλ: +30 210 72 79 099

Tel: +46 42 12 11 00

Latvija

United Kingdom

UAB "Sicor Biotech" filiāle Latvijā

Teva UK Limited

Tel: +371 673 23 666

Tel: +44 1977 628500

Dan il-fuljett kien approvat l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

7.Informazzjoni dwar kif tinjetta lilek innifsek

Din is-sezzjoni fiha tagħrif dwar kif tagħti injezzjoni ta’ Biopoin taħt il-ġilda lilek innifsek. Huwa importanti li li ma tippruvax tagħti l-injezzjoni lilek innifsek jekk ma tkunx irċevejt taħriġ speċjali mingħand it-tabib jew l-infermiera tiegħek. Jekk m’intix ċert dwar kif għandek tinjetta lilek innifsek jew jekk għandek xi mistoqsijiet, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib jew lill-infermiera tiegħek għall- għajnuna.

Kif jintuża Biopoin

Ikollok bżonn tagħti injezzjoni lilek innifsek eżatt taħt il-ġilda. Dan jissejjaħ injezzjoni taħt il-ġilda..

Apparat li għandek bżonn

Biex tagħti injezzjoni taħt il-ġilda lilek innifsek ser ikollok bżonn:

-siringa mimlija għal-lest ta’ Biopoin,

-msielaħ tal-alkoħol,

-biċċa ta’ faxxa tal-garża jew garża sterili

-reċipjent li ma’ jittaqqabx (reċipjent tal-plastik li jinkiseb minn sptar jew spiżerija) sabiex tarmi is-siringi fis-sigurta’.

X’għandek tagħmel qabel l-injezzjoni tiegħek

1.Oħroġ folja waħda, li fiha siringa mimlija għal-lest waħda, mill-friġġ.

2.Iftaħ il-folja u ħu s-siringa mimlija għal-lest u l-labra mill-folja. Taqbadx is-siringa mimlija għal-lest mill-planġer jew mill-għatu tat-tarf.

3.Iċċekkja d-data ta’ skadenza fuq it-tikketta tas-siringa mimlija għal-lest (JIS:). Tużahiex jekk id-data tkun għaddiet l-aħħar jum tax-xahar li jidher fid-data ta’ skadenza

4.Iċċekja id-dehra ta’ Biopoin. Irid ikun likwidu ċar u mingħajr kulur. M’għandekx tużah jekk ikun fih xi frak jew jekk ikun mċajpar.

5.Hemm għatu fit-tarf tal-kontenitur tal-labra. Ikser is-siġill u neħħi l-għatu (ara stampa 1).

6.Neħħi l-għatu fit-tarf tas-siringa mimlija għal-lest (ara stampa 2).

7.Ehmeż il-labra mas-siringa (ara stampa 3). Tneħħix l-għatu tal-labra f’dan il-mument.

8.Għal injezzjoni iktar komda, ħalli s-siringa mimlija għal-lest toqgħod 30 minuta biex tilħaq it-temperature tal-kamra (mhux aktar minn 25°C) jew żomm is-siringa mimlija għal-lest b’mod ġentili f’idejk għal ftit minuti. Issaħħanx Biopoin bi kwalunkwe mod ieħor (per eżempju, issaħħnux fil-microwave

jew f’ilma jaħraq).

9.Tneħħix l-għatu tal-labra mis-siringa sakemm tkun lest/a biex tinjetta

10.Sib post komdu u mdawwal sew. Poġġi dak kollu li għandek bżonn fejn tista' tilħaqhom faċilment (is-siringa mimlija għal-lest ta’ Biopoin, msielaħ tal-alkoħol, biċċa ta’ faxxa tal-garża jew garża sterili, u r-reċipjent li ma’ jittaqqabx).

11.Aħsel idejk sewwa.

Kif tipprepara għall-injezzjoni tiegħek

Qabel ma tinjetta Biopoin lilek innifsek, trid tagħmel dan li ġej:

1.Żomm is-siringa u aqla’ bil-mod l-għatu minn mal-labra mingħajr ma tgħawweġ. Iġbed dritt kif jidher f’ stampa 4. Tmissx il-labra u timbuttax il-planġer.

2.Jista' jkun li tinnota bżieżaq żgħar ta' l-arja ġewwa s-siringa mimlija għal-lest. Jekk ikun hemm

xibżieżaq tal-arja preżenti, taptap is-siringa bil-mod sakemm il-bżieżaq tal-arja jitilgħu fil-wiċċ tat-tubu tas-siringa. Bil-labra tas-siringa tipponta l-fuq, neħħi l-arja kollu mit-tubu billi timbotta l-planġer il-fuq bil-mod.

3.Hemm skala fuq it-tubu tas-siringa. Imbotta l-planġer san-numru (IU) fuq it-tubu tas-siringa li jikkorispondi mad-doża ta’ Biopoin preskritta mit-tabib tiegħek.

4.Erġa iċċekkja li hemm id-doża korretta ta’ Biopoin fis-siringa.

5.Issa tista' tuża s-siringa mimlija għal-lest..

Fejn għandha tingħata l-injezzjoni tiegħek

L-aħjar postijiet fejn tinjetta lilek innifsek huma:

-in-naħa ta’ fuq ta’ kuxxtejk,

-l-addome, minbarra l-parti ta' madwar iż-żokkra (ara l-partijiet griżi f’stampa 5).

Jekk xi ħadd ieħor qed jinjettak, jistgħu wkoll jużaw in-naħa ta’ wara u l-ġenb tan-naħa ta’ fuq ta’ dirgħajk (ara stampa 6).

Tajjeb li kuljum tbiddel is-sit fejn tingħata l-injezzjoni sabiex tnaqqas ir-riskju ta’ uġigħ f’xi sit partikolari.

Kif għandek tinjetta lilek innifsek

1.Iddisinfetta is-sit tal-injezzjoni billi tuża msielaħ tal-akoħol u oqros il-ġilda bejn sebgħek il-kbir u sebgħek il-werrej, mingħajr ma tagħfas (ara stampa 7)

2.Daħħal il-labra għal kollox fil-ġilda kif urik it-tabib jew l-infermier tiegħek. L-anglu ta’ bejn is-siringa u l-ġilda m’għandux ikun zgħir wisq (mill-inqas 45°, ara stampa 8).

3.Injetta l-likwidu bil-mod u bl-istess ritmu, filwaqt li dejjem iżżomm il-ġilda maqrusa.

4.Wara li tinjetta l-likwidu, neħħi l-labra u itlaq il-ġilda.

5.Għafas fuq il-post tal-injezzjoni għal diversi sekondi bil-biċċa faxxa tal-garża jew garża sterili.

6.Kull siringa għal injezzjoni trid tintuża darba biss. Tużax xi Biopoin li jifdal fis-siringa.

Ftakar

Jekk għandek xi problemi, jekk jogħġbok saqsi lit-tabib jew lill-infermiera tiegħek għal għajnuna u parir.

Rimi ta’siringi użati

-Terġax tqiegħed l-għatu fuq labar użati.

-Poġġi l-labar użati ġo reċipjent li ma’ jittaqqabx u żomm dan ir-reċipjent il-bogħod minn fejn jistgħu jarawh jew jilħquh it-tfal.

-Armi ir-reċipjent mimli skond l-instruzzjonijiet tat-tabib, l-ispiżjar jew l-infermiera tiegħek

-Qatt m’għandek tarmi siringi użati flimkien ma’ l-iskart domestiku..

7. Informazzjoni dwar kif tinjetta lilek innifsek

Din is-sezzjoni fiha tagħrif dwar kif tagħti injezzjoni ta’ Biopoin taħt il-ġilda lilek innifsek. Huwa importanti li ma tippruvax tagħti l-injezzjoni lilek innifsek jekk ma tkunx irċevejt taħriġ speċjali mingħand it-tabib jew l-infermiera tiegħek. Jekk m’intix ċert dwar kif għandek tinjetta lilek innifsek jew jekk għandek xi mistoqsijiet, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib jew lill-infermiera tiegħek għall- għajnuna.

Kif jintuża Biopoin

Ikollok bżonn tagħti injezzjoni lilek innifsek eżatt taħt il-ġilda. Dan jissejjaħ injezzjoni taħt il-ġilda.

Apparat li għandek bżonn

Biex tagħti injezzjoni taħt il-ġilda lilek innifsek ser ikollok bżonn:

-siringa mimlija għal-lest ta’ Biopoin,

-msielaħ tal-alkoħol,

-biċċa ta’ faxxa tal-garża jew garża sterili

-reċipjent li ma’ jittaqqabx (reċipjent tal-plastik li jinkiseb minn sptar jew spiżerija) sabiex tarmi is-siringi fis-sigurta’.

X’għandek tagħmel qabel l-injezzjoni tiegħek

1.Oħroġ folja waħda, li fiha siringa mimlija għal-lest waħda, mill-friġġ.

2.Iftaħ il-folja u ħu s-siringa mimlija għal-lest u l-borża tal-labra mill-folja. Taqbadx is-siringa mimlija għal-lest mill-planġer jew mill-għatu tat-tarf.

3.Iċċekkja d-data ta’ skadenza fuq it-tikketta tas-siringa mimlija għal-lest (JIS:). Tużahiex jekk id-data tkun għaddiet l-aħħar jum tax-xahar li jidher fid-data ta’ skadenza.

4.Iċċekja id-dehra ta’ Biopoin. Irid ikun likwidu ċar u mingħajr kulur. M’għandekx tużah jekk ikun fih xi frak jew jekk ikun mċajpar.

5.Hemm flaps fit-tarf tal-borża tal-labra. Iftaħ il-borża tal-labra mill-flaps (ara stampa 1).

6.Neħħi l-għatu fit-tarf tas-siringa mimlija għal-lest (ara stampa 2).

7.Ehmeż il-labra mas-siringa (ara stampa 3). Tneħħix l-għatu tal-labra f’dan il-mument.

8.Ressaq il-protezzjoni tas-sigurtà ’l bogħod mil-labra u lejn il-bettija tas-siringa. Il-protezzjoni tas-sigurtà se tibqa’ fil-pożizzjoni li tissettjaha (ara stampa 4).

9.Għal injezzjoni iktar komda, ħalli s-siringa mimlija għal-lest toqgħod 30 minuta biex tilħaq it-temperature tal-kamra (mhux aktar minn 25°C) jew żomm is-siringa mimlija għal-lest b’mod ġentili f’idejk għal ftit minuti. Issaħħanx Biopoin bi kwalunkwe mod ieħor (per eżempju, issaħħnux fil-microwave jew f’ilma jaħraq).

10.Tneħħix l-għatu tal-labra mis-siringa sakemm tkun lest/a biex tinjetta.

11.Sib post komdu u mdawwal sew. Poġġi dak kollu li għandek bżonn fejn tista' tilħaqhom faċilment (is-siringa mimlija għal-lest ta’ Biopoin, msielaħ tal-alkoħol, biċċa ta’ faxxa tal-garża jew garża sterili, u r-reċipjent li ma’ jittaqqabx).

12.Aħsel idejk sewwa.

Kif tipprepara għall-injezzjoni tiegħek

Qabel ma tinjetta Biopoin lilek innifsek, trid tagħmel dan li ġej:

1.Żomm is-siringa u aqla’ bil-mod l-għatu minn mal-labra mingħajr ma tgħawweġ. Iġbed dritt kif jidher fi stampa 5. Tmissx il-labra u timbuttax il-planġer.

2.Jista' jkun li tinnota bżieżaq żgħar tal-arja żgħira ġewwa s-siringa mimlija għal-lest. Jekk ikun hemm xi bżieżaq tal-arja preżenti, taptap is-siringa bil-mod sakemm il-bżieżaq tal-arja jitilgħu fil-wiċċ tas-siringa. Bil-labra tas-siringa tipponta ’l fuq, neħħi l-arja kollha mit-tubu billi timbotta l-planġer ’il fuq bil-mod.

3.Hemm skala fuq it-tubu tas-siringa. Imbotta l-planġer san-numru (IU) fuq it-tubu tas-siringa li jikkorispondi mad-doża ta’ Biopoin preskritta mit-tabib tiegħek.

4.Erġa’ ċċekkja li hemm id-doża korretta ta’ Biopoin fis-siringa.

5.Issa tista' tuża s-siringa mimlija għal-lest.

Fejn għandha tingħata l-injezzjoni tiegħek

L-aħjar postijiet fejn tinjetta lilek innifsek huma:

-in-naħa ta’ fuq ta’ kuxxtejk,

-l-addome, minbarra l-parti ta' madwar iż-żokkra (ara l-partijiet griżi f’stampa 6).

Jekk xi ħadd ieħor qed jinjettak, jistgħu wkoll jużaw in-naħa ta’ wara u l-ġenb tan-naħa ta’ fuq ta’ dirgħajk (ara l-partijiet il-griżi fl-istampa 7).

Tajjeb li kuljum tbiddel is-sit fejn tingħata l-injezzjoni sabiex tnaqqas ir-riskju ta’ uġigħ f’xi sit partikolari.

Kif għandek tinjetta lilek innifsek

1.Iddisinfetta is-sit tal-injezzjoni billi tuża msielaħ tal-akoħol u oqros il-ġilda bejn sebgħek il-kbir u sebgħek il-werrej, mingħajr ma tagħfas (ara stampa 8)

2.Daħħal il-labra għal kollox fil-ġilda kif urik it-tabib jew l-infermier tiegħek. L-anglu ta’ bejn is-siringa u l-ġilda m’għandux ikun żgħir wisq (mill-inqas 45°, ara stampi 9 u 10).

3.Injetta l-likwidu bil-mod u bl-istess ritmu, filwaqt li dejjem iżżomm il-ġilda maqrusa (ara stampa 11).

4.Wara li tinjetta l-likwidu, neħħi l-labra u itlaq il-ġilda.

5.Agħfas fuq il-post tal-injezzjoni għal diversi sekondi bil-biċċa faxxa tal-garża jew garża sterili.

6.Imbotta l-protezzjoni tas-sigurtà lejn il-labra (ara stampa 12).

7.Ippożizzjona l-protezzjoni tas-sigurtà madwar 45o ma’ wiċċ ċatt (ara stampa 13).

8.Agħfas ’l isfel il-labra b’moviment sod u mgħaġġel sakemm jinstema’ ħoss distint (ara stampa 14).

9.Ikkonferma viżwalment li l-labra tkun daħlet kompletament ġol-protezzjoni tas-sigurtà taħt is- sokor (ara stampa 15).

10.Kull siringa għal injezzjoni trid tintuża darba biss. Tużax xi Biopoin li jifdal fis-siringa.

Ftakar

Jekk għandek xi problemi, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib jew lill-infermiera tiegħek għal għajnuna u parir.

Rimi ta’siringi użati

-Poġġi l-labar użati ġo reċipjent li ma’ jittaqqabx u żomm dan ir-reċipjent il-bogħod minn fejn jistgħu jarawh jew jilħquh it-tfal.

-Armi r-reċipjent mimli skont l-instruzzjonijiet tat-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek

-Qatt m’għandek tarmi siringi użati flimkien mal-iskart domestiku.

7. Informazzjoni dwar kif tinjetta lilek innifsek

Din is-sezzjoni fiha tagħrif dwar kif tagħti injezzjoni ta’ Biopoin taħt il-ġilda lilek innifsek. Huwa importanti li li ma tippruvax tagħti l-injezzjoni lilek innifsek jekk ma tkunx irċevejt taħriġ speċjali mingħand it-tabib jew l-infermiera tiegħek. Jekk m’intix ċert dwar kif għandek tinjetta lilek innifsek jew jekk għandek xi mistoqsijiet, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib jew lill-infermiera tiegħek għall- għajnuna.

Kif jintuża Biopoin

Ikollok bżonn tagħti injezzjoni lilek innifsek eżatt taħt il-ġilda. Dan jissejjaħ injezzjoni taħt il-ġilda..

Apparat li għandek bżonn

Biex tagħti injezzjoni taħt il-ġilda lilek innifsek ser ikollok bżonn:

-siringa mimlija għal-lest ta’ Biopoin,

-msielaħ tal-alkoħol,

-biċċa ta’ faxxa tal-garża jew garża sterili

X’għandek tagħmel qabel l-injezzjoni tiegħek

1.Oħroġ folja waħda, li fiha siringa mimlija għal-lest waħda, mill-friġġ.

2.Iftaħ il-folja u ħu s-siringa mimlija għal-lest u l-labra mill-folja. Taqbadx is-siringa mimlija għal-lest mill-planġer jew mill-għatu tat-tarf.

3.Iċċekkja d-data ta’ skadenza fuq it-tikketta tas-siringa mimlija għal-lest (JIS:). Tużahiex jekk id- data tkun għaddiet l-aħħar jum tax-xahar li jidher fid-data ta’ skadenza.

4.Iċċekja id-dehra ta’ Biopoin. Irid ikun likwidu ċar u mingħajr kulur. M’għandekx tużah jekk ikun fih xi frak jew jekk ikun mċajpar.

5.Hemm għatu fit-tarf tal-kontenitur tal-labra. Ikser is-siġill u neħħi l-għatu (ara stampa 1).

6.Neħħi l-għatu fit-tarf tas-siringa mimlija għal-lest (ara stampa 2).

7.Ehmeż il-labra mas-siringa (ara stampa 3). Tneħħix l-għatu tal-labra f’dan il-mument.

8.Għal injezzjoni iktar komda, ħalli s-siringa mimlija għal-lest toqgħod 30 minuta biex tilħaq it-temperature tal-kamra (mhux aktar minn 25°C) jew żomm is-siringa mimlija għal-lest b’mod ġentili f’idejk għal ftit

minuti. Issaħħanx Biopoin bi kwalunkwe mod ieħor (per eżempju, issaħħnux fil-microwave jew f’ilma jaħraq).

9.Tneħħix l-għatu tal-labra mis-siringa sakemm tkun lest/a biex tinjetta

10.Sib post komdu u mdawwal sew. Poġġi dak kollu li għandek bżonn fejn tista' tilħaqhom faċilment (is-siringa mimlija għal-lest ta’ Biopoin, msielaħ tal-alkoħol u biċċa ta’ faxxa tal- garża jew garża sterili).

11.Aħsel idejk sewwa.

 

 

 

Kif tipprepara għall-injezzjoni tiegħek

Qabel ma tinjetta Biopoin lilek innifsek, trid tagħmel dan li ġej:

1.Żomm is-siringa u aqla’ bil-mod l-għatu minn mal-labra mingħajr ma tgħawweġ. Iġbed dritt kif jidher f’ stampa 4. Il-labra hi mdawra minn protezzjoni tal-labra li tista’ tinġibed ’il ġewwa. Tmissx il-labra jew il-protezzjoni tal-labra jew timbutta il-planġer (ara stampa 5).

2.Jista' jkun li tinnota bżieżaq żgħar ta' l-arja żgħira ġewwa s-siringa mimlija għal-lest. Jekk ikun hemmxi bżieżaq tal-arja preżenti, taptap is-siringa bil-mod sakemm il-bżieżaq tal-arja jitilgħu fil-wiċċ tat-tubu tas-siringa. Bil-labra tas-siringa tipponta l-fuq, neħħi l-arja kollu mit-tubu billi timbotta l-planġer il-fuq bil-mod.

3.Hemm skala fuq it-tubu tas-siringa. Imbotta l-planġer san-numru (IU) fuq it-tubu tas-siringa li jikkorispondi mad-doża ta’ Biopoin preskritta mit-tabib tiegħek.

4.Erġa iċċekkja li hemm id-doża korretta ta’ Biopoin fis-siringa.

5.Issa tista' tuża s-siringa mimlija għal-lest..

 

 

 

 

 

 

 

 

Fejn għandha tingħata l-injezzjoni tiegħek

L-aħjar postijiet fejn tinjetta lilek innifsek huma:

-in-naħa ta’ fuq ta’ kuxxtejk,

-l-addome, minbarra l-parti ta' madwar iż-żokkra (ara l-partijiet griżi f’stampa 6).

Jekk xi ħadd ieħor qed jinjettak, jistgħu wkoll jużaw in-naħa ta’ wara u l-ġenb tan-naħa ta’ fuq ta’ dirgħajk (ara stampa 7).

Tajjeb li kuljum tbiddel is-sit fejn tingħata l-injezzjoni sabiex tnaqqas ir-riskju ta’ uġigħ f’xi sit partikolari.

 

Kif għandek tinjetta lilek innifsek

1.Iddisinfetta is-sit tal-injezzjoni billi tuża msielaħ tal-akoħol u oqros il-ġilda bejn sebgħek il-kbir u sebgħek il-werrej, mingħajr ma tagħfas (ara stampa 8)

2.Daħħal il-labra protetta mingħajr eżitazzjoni u f’moviment kontinwu wieħed għal kollox fil- ġilda kif urik it-tabib jew l-infermier tiegħek. L-anglu ta’ bejn is-siringa u l-ġilda m’għandux ikun zgħir wisq (mill-inqas 45°, ara stampa 9). Il-protezzjoni tal-labra se tidħol ’il ġewwa kompletament meta ddaħħal il-labra ġol-ġilda (ara stampa 10).

3.Injetta l-likwidu bil-mod u bl-istess ritmu, filwaqt li dejjem iżżomm il-ġilda maqrusa (ara stampa 11).

4.Wara li tinjetta l-likwidu, neħħi l-labra u itlaq il-ġilda. Il-labra se tkun protetta u msakkra awtomatikament biex b’hekk tkun ma tkunx tista’ tniggeż lilek innifsek (ara stampa 12).

5.Għafas fuq il-post tal-injezzjoni għal diversi sekondi bil-biċċa faxxa tal-garża jew garża sterili.

6.Kull siringa għal injezzjoni trid tintuża darba biss. Tużax xi Biopoin li jifdal fis-siringa.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ftakar

Jekk għandek xi problemi, jekk jogħġbok saqsi lit-tabib jew lill-infermiera tiegħek għal għajnuna u parir.

Rimi ta’siringi użati

It-tagħmir tas-sigurtà tipprevjeni feriti minn tingiż tal-labra wara l-użu, u għalhekk m’hemm bżonn tal- ebda prekawzjonijiet speċjali għar-rimi. Armi s-siringi b’tagħmir tas-sigurtà skond l-instruzzjonijiet tat-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati