Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Blincyto (blinatumomab) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - L01XC

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaBlincyto
Kodiċi ATCL01XC
Sustanzablinatumomab
ManifatturAmgen Europe B.V.

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata Ara sezzjoni 4.8 dwar kif għandhom jiġu rappurtati reazzjonijiet avversi.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

BLINCYTO 38.5 mikrogrammi trab għall-konċentrat u soluzzjoni għal soluzzjoni għall-infużjoni.

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kunjett wieħed ta’ trab fih 38.5 mikrogrammi blinatumomab.

Ir-rikostituzzjoni b’ilma għall-injezzjonijiet tirriżulta f’konċentrazzjoni finali ta’ blinatumomab ta’ 12.5 mikrogrammi/mL.

Blinatumomab huwa prodott fiċ-ċelluli tal-ovarji tal-ħamster Ċiniż permezz ta’ teknoloġija tat-tfassil tad-DNA.

Għal-lista sħiħa ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Trab għall-konċentrat u soluzzjoni għal soluzzjoni għall-infużjoni.

BLINCYTO trab (trab għall-konċentrat):Trab abjad għal abjad fil-griż.

Soluzzjoni (stabbilizzanti):Soluzzjoni trasparenti mingħajr kulur għal ftit safranija, b’pH ta’ 7.0.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

BLINCYTO huwa indikat għat-trattament ta’ adulti b’lewkimja limfoblastika akuta (ALL: acute lymphoblastic leukaemia) b’prekursur B li reġgħet feġġet jew reżistenti u negattiva għall-kromosoma ta’ Philadelphia.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

It-trattament għandu jinbeda taħt id-direzzjoni ta’ u jkun sorveljat minn tobba b’esperjenza fit- trattament ta’ tumuri malinni ematoloġiċi.

Żmien fl-isptar huwa rakkomandat fil-bidu tat-trattament tal-anqas għall-ewwel 9 ijiem tal-ewwel ċiklu u l-ewwel jumejn tat-tieni ċiklu.

F’pazjenti bi storja jew preżenza ta’ patoloġija klinikament rilevanti tas-sistema nervuża ċentrali (CNS - central nervous system) (ara sezzjoni 4.4), iż-żmien fl-isptar hu rakkomandat għal mill-inqas l-ewwel 14-il jum tal-ewwel ċiklu. Fit-tieni ċiklu, iż-żmien fl-isptar hu rakkomandat għal mill-inqas jumejn, u l-ġudizzju kliniku għandu jiġi bbażat fuq it-tolleranza għal BLINCYTO fl-ewwel ċiklu. Għandu jkun hemm kawtela, għax ġew osservati każijiet ta’ okkorrenza ttardjata tal-ewwel avvenimenti newroloġiċi fit-tieni ċiklu.

Fil-bidu ta’ kull ċiklu sussegwenti u bidu mill-ġdid (eż. jekk it-trattament jiġi interrott għal 4 sigħat jew iżjed), hija rakkomandata s-superviżjoni ta’ professjonist tal-kura tas-saħħa jew żmien fl-isptar.

Boroż għall-infużjoni ta’ BLINCYTO għandhom jiġu mħejjija biex jiġu infużi fuq medda ta’ 24 siegħa, 48 siegħa, 72 siegħa, jew 96 siegħa. Ara metodu ta’ kif għandu jingħata.

Pożoloġija

Il-pazjenti jistgħu jirċievu 2 ċikli ta’ trattament. Ċiklu wieħed ta’ trattament huwa 28 ġurnata

(4 ġimgħat) ta’ infużjoni kontinwa. Kull ċiklu ta’ trattament huwa separat b’intervall ta’ 14-il ġurnata (ġimagħtejn) mingħajr trattament.

Il-pazjenti li kisbu remissjoni sħiħa/remissjoni sħiħa bi rkupru ematoloġiku parzjali (CR/CRh* - complete remission/complete remission with partial haematological recovery) wara 2 ċikli ta’ trattament jistgħu jirċievu sa 3 ċikli addizzjonali ta’ trattament ta’ konsolidazzjoni bi BLINCYTO, abbażi ta’ valutazzjoni tal-benefiċċji u r-riskji individwali.

Doża rakkomandata (għal pazjenti li jiżnu mill-inqas 45 kg):

 

Ċiklu 1

Intervall ta’

Ċiklu 2 u ċikli

 

 

 

ġimagħtejn

sussegwenti

Doża tal-bidu

 

Doża sussegwenti

mingħajr

(Jiem 1 - 28)

Jiem 1 - 7

 

Jiem 8 - 28

trattament

 

 

 

 

(Jiem 29 – 42)

 

9 mcg/jum

 

28 mcg/jum

28 mcg/jum

 

 

permezz ta’

 

permezz ta’

 

permezz ta’

infużjoni

 

infużjoni

 

infużjoni

kontinwa

 

kontinwa

 

kontinwa

Medikazzjoni minn qabel u rakkomandazzjonijiet oħrajn dwar il-medikazzjoni

Dexamethasone 20 mg fil-vini għandu jingħata siegħa qabel il-bidu ta’ kull ċiklu ta’ terapija bi BLINCYTO.

L-użu ta’ mediċini kontra d-deni (eż. paracetamol) huwa rakkomandat sabiex inaqqas id-deni matul l- ewwel 48 siegħa ta’ kull ċiklu ta’ trattament.

Kimoterapija ġot-teka bħala profilassi hija rakkomandata qabel u matul it-terapija bi BLINCYTO sabiex tipprevjeni rikaduta ta’ ALL tas-sistema nervuża ċentrali.

Trattament ta’ qabel il-fażi għal pazjenti b’piż ta’ tumur għoli

Għal pazjenti b’≥ 50% blasts lewkemiċi fil-mudullun jew għadd ta’ blasts lewkemiċi fid-demm periferali ta’ > 15,000/mikrolitru ttratta b’dexamethasone (li m’għandux jaqbeż 24 mg/jum).

Aġġustamenti fid-doża

Għandu jitqies il-waqfien temporanju jew permanenti ta’ BLINCYTO skont kif meħtieġ f’każ tat- tossiċitajiet severi (grad 3) jew perikolużi għall-ħajja (grad 4) li ġejjin (ara sezzjoni 4.4): sindrome tar- rilaxx ta’ ċitokini, sindrome ta’ lisi ta’ tumur, tossiċità newroloġika, żieda fl-enzimi tal-fwied u kull tossiċità oħra li għandha sinifikant kliniku.

Jekk l-interruzzjoni tat-trattament wara avveniment avvers ma tkunx itwal minn 7 ijiem, kompli l- istess ċiklu għal total ta’ 28 jum ta’ infużjoni li jinkludu l-jiem ta’ qabel u ta’ wara l-interruzzjoni f’dak iċ-ċiklu. Jekk l-interruzzjoni minħabba avveniment avvers tkun itwal minn 7 ijiem, ibda ċiklu ġdid. Jekk it-tossiċità tieħu iżjed minn 14-il jum biex tgħaddi, waqqaf BLINCYTO b’mod permanenti, ħlief jekk deskritt b’mod differenti fit-tabella t’hawn taħt.

Tossiċità

Grad*

Azzjoni

 

 

 

Sindrome tar-

Grad 3

Interrompi BLINCYTO sakemm tgħaddi, imbagħad ibda

rilaxx ta’ ċitokini,

 

BLINCYTO mill-ġdid b’9 mcg/jum. Żid għal 28 mcg/jum wara

sindrome ta’ lisi

 

7 ijiem jekk it-tossiċità ma terġax isseħħ.

ta’ tumur

Grad 4

Waqqaf BLINCYTO b’mod permanenti.

 

 

 

 

Tossiċità

Konvulżjoni

Waqqaf BLINCYTO b’mod permanenti jekk iseħħu iżjed minn

newroloġika

 

konvulżjoni waħda.

 

Grad 3

Interrompi BLINCYTO sakemm tonqos sa grad 1 (ħafifa) u għal

 

 

tal-anqas 3 ijiem, imbagħad ibda BLINCYTO mill-ġdid

 

 

b’9 mcg/jum. Żid għal 28 mcg/jum wara 7 ijiem jekk it-tossiċità

 

 

ma terġax isseħħ. Sabiex terġa’ tibda t-trattament, immedika minn

 

 

qabel b’doża ta’ 24 mg ta’ dexamethasone. Imbagħad naqqas

 

 

dexamethasone fi stadji fuq 4 ijiem. Jekk it-tossiċità seħħet

 

 

b’9 mcg/jum, jew jekk it-tossiċità ddum iżjed minn 7 ijiem biex

 

 

tgħaddi, waqqaf BLINCYTO b’mod permanenti.

 

Grad 4

Waqqaf BLINCYTO b’mod permanenti.

 

 

 

Żieda fl-enzimi

Grad 3

Jekk ta’ sinifikat kliniku, interrompi BLINCYTO sakemm tonqos

tal-fwied

 

għal livell 1 (ħafifa), imbagħad ibda BLINCYTO mill-ġdid

 

 

b’9 mcg/jum. Żid għal 28 mcg/jum wara 7 ijiem jekk it-tossiċità

 

 

ma terġax isseħħ.

 

Grad 4

Ikkunsidra li twaqqaf BLINCYTO b’mod permanenti.

 

 

 

Reazzjonijiet

Grad 3

Interrompi BLINCYTO sakemm tonqos għal livell 1 (ħafifa),

avversi oħrajn ta’

 

imbagħad ibda BLINCYTO mill-ġdid b’9 mcg/jum. Żid għal

sinifikat kliniku

 

28 mcg/jum wara 7 ijiem jekk it-tossiċità ma terġax isseħħ.

(kif iddeterminat

 

 

mit-tabib li qed

Grad 4

Ikkunsidra li twaqqaf BLINCYTO b’mod permanenti.

jagħti t-

 

 

trattament)

* Abbażi tal-Kriterji tat-Terminoloġija Komuni għall-Avvenimenti Avversi (CTCAE - Common Terminology Criteria for Adverse Events) tal-NCI, verżjoni 4.0. Grad 3 huwa sever, u Grad 4 huwa ta’ periklu għall-ħajja.

Popolazzjonijiet speċjali

Anzjani

L-ebda aġġustament fid-doża ma hu meħtieġ f’pazjenti anzjani (≥ 65 sena), ara sezzjoni 5.1. Hemm esperjenza limitata bi BLINCYTO f’pazjenti li għandhom ≥ 75 sena.

Indeboliment tal-kliewi

Abbażi ta’ analiżi farmakokinetika, mhux meħtieġ aġġustament fid-doża f’pazjenti b’disfunzjoni tal- kliewi minn ħafifa għal moderata (ara sezzjoni 5.2). Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ BLINCYTO ma ġewx studjati f’pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi.

Indeboliment tal-fwied

Abbażi ta’ analiżi farmakokinetika, ma hu mistenni l-ebda effett fuq il-funzjoni tal-fwied fil-linja bażi mal-esponiment għal blinatumomab u mhux meħtieġ aġġustament fid-doża tal-bidu (ara

sezzjoni 5.2).Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ BLINCYTO ma ġewx studjati f’pazjenti b’indeboliment sever tal-fwied.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ BLINCYTO fit-tfal għadhom ma ġewx determinati s’issa.

Data disponibbli hija deskritta fis-sezzjoni 4.8 iżda ma tista’ ssir l-ebda rakkomandazzjoni dwar pożoloġija.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Nota importanti: Tlaħlaħx il-pajpijiet tal-infużjoni fil-pazjent, għaliex dan jikkawża l-għoti ta’ bolus involontarju ta’ BLINCYTO. BLINCYTO għandu jiġi infuż minn ġo lumen dedikat.

Għal istruzzjonijiet fuq l-immaniġġjar u l-preparazzjoni tal-prodott mediċinali qabel jingħata, ara sezzjoni 6.6.

BLINCYTO soluzzjoni għall-infużjoni jingħata bħala infużjoni kontinwa fil-vini b’rata ta’ fluss kostanti bl-użu ta’ pompa tal-infużjoni fuq perjodu sa 96 siegħa.

BLINCYTO soluzzjoni għall-infużjoni irid jingħata bl-użu ta’ pajp għal ġol-vini li fih filtru fil-pajp ta’ 0.2 mikrometri, sterili, mhux piroġeniku, li jintrabat b’mod baxx mal-proteini.

Doża terapewtika ta’ 9 mcg/jum jew 28 mcg/jum għandha tingħata lill-pazjent bl-infużjoni ta’ għadd totali ta’ 240 mL BLINCYTO soluzzjoni għall-infużjoni b’waħda minn 4 rati ta’ infużjoni kostanti u t- tul tal-infużjoni assoċjata:

Rata ta’ infużjoni ta’ 10 mL/siegħa għal tul ta’ 24 siegħa

Rata ta’ infużjoni ta’ 5 mL/siegħa għal tul ta’ 48 siegħa

Rata ta’ infużjoni ta’ 3.3 mL/siegħa għal tul ta’ 72 siegħa

Rata ta’ infużjoni ta’ 2.5 mL/siegħa għal tul ta’ 96 siegħa

L-għażla tat-tul tal-infużjoni għandha ssir mit-tabib li qed jagħti t-trattament b’konsiderazzjoni tal- frekwenza li biha tinbidel il-borża tal-infużjoni. Id-doża terapewtika fil-mira ta’ BLINCYTO mogħti ma tinbidilx.

Bidla tal-borża tal-infużjoni

Il-borża tal-infużjoni għandha tinbidel tal-anqas kull 96 siegħa minn professjonist tal-kura tas-saħħa għal raġunijiet ta’ sterilità.

4.3

Kontraindikazzjonijiet

-

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe sustanza mhux attiva elenkata

 

fis-sezzjoni 6.1.

-

Treddigħ (ara sezzjoni 4.6).

4.4

Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Avvenimenti newroloġiċi

Kienu osservati avvenimenti newroloġiċi li jinkludu avvenimenti b’riżultat fatali. Avvenimenti newroloġiċi ta’ grad 3 (CTCAE verżjoni 4.0) jew ogħla (severi jew ta’ periklu għall-ħajja) wara l-bidu tal-għoti ta’ blinatumomab kienu jinkludu enċefalopatija, aċċessjonijiet, disturbi fit-taħdit, disturbi fil- koxjenza, konfużjoni u diżorjentazzjoni, u disturbi fil-koordinazzjoni u l-bilanċ. Iż-żmien medjan mill- bidu ta’ blinatumomab sal-bidu ta’ avveniment newroloġiku kien ta’ 9 ijiem. Il-maġġoranza tal- avvenimenti għaddew wara l-interruzzjoni tat-trattament.

Pazjenti anzjani esperjenzaw rata ogħla ta’ tossiċitajiet newroloġiċi, li jinkludu disturb konoxxittiv, enċefalopatija, u konfużjoni. Pazjenti bi storja medika ta’ sinjali u sintomi newroloġiċi (bħal

sturdament, ipoestesija, iporiflessija, rogħda, disasteżija, parasteżija, indeboliment tal-memorja) urew rata ogħla ta’ avvenimenti newroloġiċi (bħal rogħda, sturdament, stat konfuż, enċefalopatija u atassija). Iż-żmien medjan għall-bidu ta’ avveniment newroloġiku f’dawn il-pazjenti kien ta’ 12-il jum.

Hemm esperjenza limitata f’pazjenti bi storja jew bi preżenza ta’ patoloġija klinikament rilevanti tas- sistema nervuża ċentrali (CNS - central nervous system) (eż. epilessija, aċċessjoni, paresi, afasja, puplesija, korrimenti severi tal-moħħ, dimensja, marda ta’ Parkinson, mard taċ-ċervellett, sindrome organika tal-moħħ, psikożi) għaliex dawn kienu esklużi mill-provi kliniċi. Hemm possibbiltà ta’ riskju ogħla ta’ avvenimenti newroloġiċi f’din il-popolazzjoni. Il-benefiċċji potenzjali tat-trattament għandhom jitqiesu b’attenzjoni kontra r-riskju ta’ avvenimenti newroloġiċi u għandha tintuża kawtela ikbar meta BLINCYTO jingħata lil dawn il-pazjenti.

Hemm esperjenza limitata bi blinatumomab f’pazjenti b’ALL attiva dokumentata fis-CNS jew fil- fluwidu ċerebrospinali (CSF - cerebrospinal fluid). Madankollu kien hemm pazjenti li kienu ttrattati bi blinatumomab fi studji kliniċi wara t-tneħħija tal-blasts tas-CSF b’terapija diretta lejn is-CNS (bħal kimoterapija ġot-teka).Għalhekk, meta s-CSF jiġi mnaddaf, jista’ jibda t-trattament bi BLINCYTO.

Huwa rakkomandat li jitwettaq eżami newroloġiku fil-pazjenti qabel ma tinbeda t-terapija bi BLINCYTO u li l-pazjenti jiġu mmonitorjati klinikament għal sinjali u sintomi ta’ avvenimenti newroloġiċi (eż. test tal-kitba). L-immaniġġjar ta’ dawn is-sinjali u s-sintomi sabiex jgħaddu jista’ jeħtieġ l-interruzzjoni temporanja jew inkella l-waqfien permanenti ta’ BLINCYTO (ara sezzjoni 4.2). Fil-każ ta’ aċċessjoni, hija rakkomandata profilassi sekondarja bi prodotti mediċinali xierqa kontra l- konvulżjonijiet (eż. levetiracetam).

Infezzjonijiet

F’pazjenti li qed jirċievu blinatumomab, kienu osservati infezzjonijiet serji, li jinkludu sepsi, pulmonite, batterimja, infezzjonijiet opportunistiċi u infezzjonijiet fis-sit tal-kateter, li wħud minn dawn kienu ta’ periklu għall-ħajja jew fatali. Il-pazjenti bi stat ta’ esekuzzjoni tal-Eastern Cooperative Oncology Group (ECOG) fil-linja bażi ta’ 2 esperjenzaw inċidenza ogħla ta’ infezzjonijiet serji meta mqabbla ma’ pazjenti bi stat ta’ esekuzzjoni tal-ECOG ta’ < 2. Hemm esperjenza limitata bi BLINCYTO f’pazjenti b’infezzjoni attiva mhux ikkontrollata.

Pazjenti li qed jirċievu BLINCYTO għandhom ikunu mmonitorjati klinikament għal sinjali u sintomi ta’ infezzjoni u jiġu ttrattati kif xieraq. L-immaniġġjar ta’ infezzjonijiet jista’ jeħtieġ l-interruzzjoni temporanja jew il-waqfien ta’ BLINCYTO (ara sezzjoni 4.2).

Sindrome tar-rilaxx ta’ ċitokini u reazzjonijiet għall-infużjoni

Is-sindrome tar-rilaxx ta’ ċitokini (CRS - cytokine release syndrome) li tista’ tkun ta’ periklu għall- ħajja jew fatali (grad ≥ 4) kienet irrapportata f’pazjenti li qed jirċievu BLINCYTO (ara sezzjoni 4.8).

Avvenimenti avversi serji li jistgħu jkunu sinjali u sintomi ta’ CRS jinkludu deni, astenja, uġigħ ta’ ras, pressjoni baxxa, żieda fl-għadd totali ta’ bilirubina, u nawsja; f’każijiet mhux komuni, dawn l- avvenimenti wasslu għal waqfien ta’ BLINCYTO. Iż-żmien medjan għall-bidu ta’ avveniment ta’ CRS kien ta’ jumejn. Il-pazjenti għandhom ikunu mmonitorjati mill-qrib għal sinjali jew sintomi ta’ dawn l-avvenimenti.

Il-koagulazzjoni intravaskulari mifruxa (DIC - disseminated intravascular coagulation) u s-sindrome ta’ tnixxija kapillari (CLS - capillary leak syndrome, eż. pressjoni baxxa, ipoalbuminemija, edima u emokonċentrazzjoni) kienu assoċjati b’mod komuni ma’ CRS (ara sezzjoni 4.8). Il-pazjenti li jesperjenzaw is-sindrome ta’ tnixxija kapillari għandhom jiġu mmaniġġjati minnufih.

Il-limfoistjoċitożi emofagoċitika/sindrome ta’ attivazzjoni ta’ makrofaġi (HLH/MAS - haemophagocytic lymphohistiocytosis/macrophage activation syndrome) kienet irrapportata b’mod mhux komuni f’każ ta’ CRS.

Ir-reazzjonijiet għall-infużjoni jistgħu ma jingħarfux klinikament minn manifestazzjonijiet ta’ CRS (ara sezzjoni 4.8). Ir-reazzjonijiet għall-infużjoni ġeneralment seħħew malajr fi żmien 48 siegħa wara l-bidu tal-infużjoni. Madankollu xi pazjenti rrappurtaw dewmien fil-bidu tar-reazzjonijiet għall- infużjoni jew dawn seħħew f’ċikli li ġew aktar tard. Il-pazjenti għandhom jiġu osservati mill-qrib għal reazzjonijiet għall-infużjoni, b’mod speċjali matul il-bidu tal-ewwel u t-tieni ċiklu ta’ trattament u għandhom jiġu ttrattati kif xieraq. L-użu ta’ mediċini kontra d-deni (eż. paracetamol) huwa rakkomandat biex jgħin inaqqas id-deni matul l-ewwel 48 siegħa ta’ kull ċiklu. Biex jitnaqqas ir-riskju ta’ CRS, huwa importanti li tibda BLINCYTO (ċiklu 1, jiem 1-7) bid-doża tal-bidu rakkomandata fis- sezzjoni 4.2. L-immaniġġjar ta’ dawn l-avvenimenti jista’ jeħtieġ l-interruzzjoni temporanja jew inkella l-waqfien ta’ BLINCYTO (ara sezzjoni 4.2).

Sindrome ta’ lisi ta’ tumur

Is-sindrome ta’ lisi ta’ tumur (TLS - tumour lysis syndrome), li tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja jew fatali (grad ≥ 4) kienet osservata f’pazjenti li kienu qed jirċievu BLINCYTO.

Miżuri profilattiċi xierqa li jinkludu idratazzjoni aggressiva u terapija kontra livelli għoljin ta’ aċidu uriku (bħal allopurinol jew rasburicase) għandhom jintużaw għall-prevenzjoni u t-trattament ta’ TLS matul it-trattament bi BLINCYTO, b’mod speċjali f’pazjenti b’lewkoċitożi ogħla jew b’piż ta’ tumur għoli. Il-pazjenti għandhom ikunu mmonitorjati mill-qrib għal sinjali jew sintomi ta’ TLS, li jinkludu l-funzjoni tal-kliewi u l-bilanċ tal-fluwidi fl-ewwel 48 siegħa wara l-ewwel infużjoni. Fi studji kliniċi, pazjenti b’indeboliment moderat tal-kliewi wrew żieda fl-inċidenza ta’ TLS meta mqabbla ma’ pazjenti b’indeboliment ħafif tal-kliewi jew funzjoni normali tal-kliewi. L-immaniġġjar ta’ dawn l- avvenimenti jista’ jeħtieġ interruzzjoni temporanja jew waqfien ta’ BLINCYTO (ara sezzjoni 4.2).

Newtropenija u newtropenija bid-deni

In-newtropenija u n-newtropenija bid-deni, li jinkludu każijiet ta’ periklu għall-ħajja, kienu osservati f’pazjenti li qed jirċievu BLINCYTO. Il-parametri tal-laboratorju (li jinkludu, iżda li mhumiex limitati għall-għadd taċ-ċelluli bojod tad-demm u għall-għadd assolut ta’ newtrofili) għandhom ikunu mmonitorjati b’mod regolari matul l-infużjoni ta’ BLINCYTO, b’mod speċjali matul l-ewwel 9 ijiem tal-ewwel ċiklu, u għandhom ikunu ttrattati kif xieraq.

Żieda fl-enzimi tal-fwied

It-trattament bi BLINCYTO kien assoċjat ma’ żidiet temporanji fl-enzimi tal-fwied. Il-maġġoranza tal-każijiet kienu osservati fl-ewwel ġimgħa tal-bidu tat-trattament u ma kinux jeħtieġu interruzzjoni jew waqfien ta’ BLINCYTO (ara sezzjoni 4.8).

Għandu jitwettaq monitoraġġ tal-alanine aminotransferase (ALT), l-aspartate aminotransferase (AST), il-gamma-glutamyl transferase (GGT), u tal-għadd totali ta’ bilirubina fid-demm qabel jinbeda u waqt it-trattament bi BLINCYTO, b’mod speċjali matul l-ewwel 48 siegħa tal-ewwel 2 ċikli. L- immaniġġjar ta’ dawn l-avvenimenti jista’ jeħtieġ l-interruzzjoni temporanja jew inkella l-waqfien ta’ BLINCYTO (ara sezzjoni 4.2).

Pankreatite

Pankreatite, ta’ periklu għall-ħajja jew fatali, kienet irrappurtata f’pazjenti li kienu qed jirċievu BLINCYTO fi provi kliniċi u fl-ambjent ta’ wara t-tqegħid fis-suq. F’ċerti każijiet, terapija b’doża għolja ta’ sterojdi setgħet kkontribwiet għall-pankreatite.

Il-pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati mill-qrib għal sinjali u sintomi ta’ pankreatite. Evalwazzjoni tal-pazjent tista’ tinkludi eżaminazzjoni fiżika, valutazzjoni tal-laboratorju għall-amylase fis-serum u lipase fis-serum, u immaġini addominali, bħal ultrasound u miżuri dijanjostiċi xierqa oħra.

Immaniġġjar tal-pankreatite tista’ teħtieġ interruzzjoni temporanja jew waqfien ta’ BLINCYTO (ara sezzjoni 4.2).

Lewkoenċefalopatija li tinkludi lewkoenċefalopatija multifokali progressiva

Kienu osservati bidliet fl-immaġni bir-riżonanza manjetika (MRI - magnetic resonance imaging) tal- kranju li juru lewkoenċefalopatija f’pazjenti li qed jirċievu BLINCYTO, b’mod speċjali f’pazjenti li ngħataw trattament preċedenti bl-irradjazzjoni kranjali u kimoterapija kontra l-lewkimja (li jinkludi dożi sistemiċi għoljin ta’ methotrexate jew cytarabine ġot-teka). Ir-rilevanza klinika ta’ dawn il-bidliet fl-immaġni mhix magħrufa.

Minħabba l-potenzjal ta’ lewkoenċefalopatija multifokali progressiva (PML - progressive multifocal leukoencephalopathy) il-pazjenti għandhom ikunu mmonitorjati għal sinjali u sintomi. F’każ ta’ avvenimenti suspettużi kkunsidra li tikkonsulta newrologu, MRI tal-moħħ u eżami tal-fluwidi spinali ċerebrali (CSF - cerebral spinal fluid), ara sezzjoni 4.8.

Immunizzazzjonijiet

Is-sigurtà tal-immunizzazzjoni b’vaċċini virali ħajjin matul jew wara terapija bi BLINCYTO ma ġietx studjata. Mhux rakkomandat li titwettaq vaċċinazzjoni b’vaċċini ta’ virus ħaj mill-inqas ġimagħtejn qabel il-bidu tat-trattament bi BLINCYTO, matul it-trattament, u sakemm il-limfoċiti B jkunu reġgħu lura għall-medda normali wara l-aħħar ċiklu ta’ trattament.

Minħabba t-tnaqqis potenzjali ta’ ċelluli B fit-trabi tat-twelid wara esponiment għal blinatumomab waqt it-tqala, it-trabi tat-twelid għandhom jiġu mmonitorjati għal tnaqqis taċ-ċelluli B, u t-tilqim b’vaċċini li jkun fihom virus ħaj għandu jiġi pospost sakemm l-għadd taċ-ċelluli B tat-tarbija jkun irkupra (ara sezzjoni 4.6).

Kontraċezzjoni

Nisa li jistgħu joħorġu tqal għandhom jużaw kontraċettiv effettiv waqt it-trattament u għal mill-inqas 48 siegħa wara t-trattament bi BLINCYTO (ara sezzjoni 4.6).

Żbalji fl-għoti tal-mediċina

Żbalji fl-għoti tal-mediċina kienu osservati fit-trattament bi BLINCYTO. Huwa importanti ħafna li l- istruzzjonijiet għall-preparazzjoni (li tinkludi r-rikostituzzjoni u d-dilwizzjoni) u l-għoti jkunu segwiti b’mod strett sabiex jiġu minimizzati l-iżbalji fl-għoti tal-mediċina (li jinkludu doża baxxa u doża eċċessiva) (ara sezzjoni 4.2).

Eċċipjenti b’effett magħruf

Dan il-prodott mediċinali jagħti inqas minn 1 mmol (23 mg) sodium matul infużjoni ta’ 24 siegħa jiġifieri huwa “essenzjalment mingħajr sodium”.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ma twettaq l-ebda studju ta’ interazzjoni. Ir-riżultati minn test in vitro fiċ-ċelluli tal-fwied tal-bniedem jissuġġerixxu li blinatumomab ma kellux effett fuq l-attivitajiet tal-enzimi CYP450.

Il-bidu tat-trattament bi BLINCYTO jikkawża rilaxx temporanju ta’ ċitokini matul l-ewwel jiem tat- trattament li jista’ jissoprimi l-enzimi CYP450. Il-pazjenti li qed jirċievu prodotti mediċinali li huma sustrati ta’ CYP450 u ta’ trasportaturi b’indiċi terapewtiku dejjaq għandhom ikunu mmonitorjati għal effetti avversi (eż. warfarin) jew konċentrazzjonijiet ta’ mediċini (eż. cyclosporine) matul dan iż- żmien. Id-doża tal-prodott mediċinali mogħti fl-istess żmien għandha tkun aġġustata skont kif meħtieġ.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Ma sarux studji dwar l-effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva bi blinatumomab. Fi studju dwar l- effett tossiku fuq l-iżvilupp tal-embrijuni u l-feti li sar fuq il-ġrieden il-molekula sostituta tal-ġrieden qasmet il-plaċenta u ma kkaġunatx tossiċità għall-embrijun jew teratoġeniċità (ara sezzjoni 5.3). It- tnaqqis mistenni ta’ ċelluli B u T ġie osservat fi ġrieden tqal, iżda l-effetti ematoloġiċi ma ġewx evalwati fil-feti.

M’hemmx dejta dwar l-użu ta’ blinatumomab f’nisa tqal.

Blinatumomab m’għandux jintuża matul it-tqala ħlief jekk il-benefiċċju potenzjali ikun akbar mir- riskju potenzjali għall-fetu.

Nisa li li jistgħu joħorġu tqal għandhom jużaw kontraċettiv effettiv waqt it-trattament u tal-anqas għal 48 siegħa wara t-trattament bi blinatumomab (ara sezzjoni 4.4).

Fil-każ ta’ esponiment matul it-tqala, jista’ jkun mistenni tnaqqis taċ-ċelluli B fit-trabi tat-twelid minħabba l-kwalitajiet farmakoloġiċi tal-prodott. Konsegwentement, it-trabi tat-twelid għandhom jiġu mmonitorjati għal tnaqqis taċ-ċelluli B u t-tilqim b’vaċċini li jkun fihom virus ħaj għandu jiġi pospost sakemm l-għadd taċ-ċelluli B tat-tarbija jkun irkupra (ara sezzjoni 4.4).

Treddigħ

Mhux magħruf jekk blinatumomab jew il-metaboliti tiegħu jiġux eliminati fil-ħalib tal-bniedem. Abbażi tal-kwalitajiet farmakoloġiċi tiegħu, ir-riskju gћat-trabi tat-twelid li jkunu qed jerdgħu mhux eskluż. Konsegwentement, bħala miżura ta’ prekawzjoni, it-treddigħ hu kontraindikat matul it- trattament u tal-anqas għal 48 siegħa wara it-trattament bi blinatumomab.

Fertilità

Ma twettaq l-ebda studju biex jevalwa l-effetti ta’ blinatumomab fuq il-fertilità. L-ebda effett avvers fuq l-organi riproduttuvi tal-ġrieden irġiel jew nisa fl-istudji dwar it-tossiċità ta’ 13-il ġimgħa bil- molekula sostituta tal-ġrieden (ara sezzjoni 5.3).

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Blinatumomab għandu effett qawwi ħafna fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Jistgħu jseħħu konfużjoni u diżorjentazzjoni, disturbi fil-koordinazzjoni u l-bilanċ, ir-riskju ta’ aċċessjonijiet u disturbi fil-koxjenza (ara sezzjoni 4.4). Minħabba l-potenzjal ta’ avvenimenti newroloġiċi, il-pazjenti li qed jirċievu blinatumomab għandhom jevitaw li jsuqu, li jinvolvu ruħhom f’xogħol jew f’attivitajiet perikolużi bħal sewqan jew tħaddim ta’ makkinarju tqil jew potenzjalment perikoluż waqt li jkun qed jingħata blinatumomab. Il-pazjenti għandhom jiġu avżati li jistgħu jesperjenzaw avvenimenti newroloġiċi.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurtà

Ir-reazzjonijiet avversi deskritti f’din is-sezzjoni kienu identifikati fi studju kliniku ewlieni (N = 189).

Ir-reazzjonijiet avversi l-aktar serji li jistgħu jseħħu matul it-trattament bi blinatumomab jinkludu: infezzjonijiet (31.7%), avvenimenti newroloġiċi (16.4%), newtropenija/newtropenija bid-deni (15.3%), sindrome tar-rilaxx ta’ ċitokini (0.5%), u sindrome ta’ lisi ta’ tumur (0.5%).

Ir-reazzjonijiet avversi l-aktar komuni kienu: reazzjonijiet relatati mal-infużjoni (67.2%), infezzjonijiet (63.0%), deni (59.8%), uġigħ ta’ ras (34.4%), newtropenija bid-deni (28%), edima periferali (25.9%), nawsja (24.3%), ipokalimja (23.8%), stitikezza (20.6%), anemija (20.1%), sogħla (18.5%), dijarea (18.0%), rogħda (17.5%), newtropenija (17.5%), uġigħ fl-addome (16.9%), insomnja (15.3%), għeja kbira (15.3%) u sirdat (15.3%).

Lista tabulata tar-reazzjonijiet avversi

Ir-reazzjonijiet avversi huma ppreżentati hawn taħt skont il-klassi tas-sistemi u tal-organi u l- kategorija tal-frekwenza. Il-kategoriji tal-frekwenzi kienu determinati mir-rata ta’ inċidenza għal kull elf persuna rrappurtata għal kull reazzjoni avversa fl-istudju kliniku ewlieni (N = 189). F’kull klassi tas-sistemi u tal-organi, ir-reazzjonijiet avversi huma ppreżentati skont is-serjetà, bl-aktar serju l- ewwel.

Klassi tas-sistemi u

Komuni ħafna

Komuni

Mhux komuni

tal-organi MedDRA

(≥ 1/10)

(≥ 1/100 sa < 1/10)

(≥ 1/1,000 sa < 1/100)

Infezzjonijiet u

Infezzjonijiet batteriċia,

Sepsi

 

infestazzjonijiet

b

Pulmonite

 

Infezzjonijiet fungalia, b

 

 

 

 

 

Infezzjonijiet viralia, b

 

 

 

Infezzjonijiet

 

 

 

patoġeniċi oħrajnb

 

 

Disturbi tad-demm u

Newtropenija bid-deni

Lewkoċitożi

 

tas-sistema limfatika

Enemija

Limfopenija

 

 

Newtropenija

 

 

 

Tromboċitopenija

 

 

 

Lewkopenija

 

 

Disturbi fis-sistema

Sindrome tar-rilaxx ta’

Iperċitokinemija

 

immuni

ċitokinia

Sensittività eċċessiva

 

Disturbi fil-

Ipokalimja

Ipofosfatimija

 

metaboliżmu u n-

Ipomanjesimja

Ipoalbuminimja

 

nutrizzjoni

Ipergliċemija

Sindrome ta’ lisi ta’

 

 

Nuqqas ta’ aptit

tumur

 

Disturbi psikjatriċi

Insomnja

Stat ta’ konfużjonia

 

 

 

Diżorjentazzjoni

 

Disturbi fis-sistema

Uġigħ ta’ ras

Enċefalopatijaa

 

nervuża

Rogħdaa

Afasja

 

 

Sturdament

Parestesija

 

 

 

Konvulżjoni

 

 

 

Disturb konoxxittiv

 

 

 

Indeboliment tal-

 

 

 

memorja

 

Disturbi fil-qalb

 

Takikardija

 

Disturbi vaskulari

Pressjoni baxxa

 

Sindrome ta’ tnixxija

 

 

 

kapillari

Disturbi respiratorji,

Sogħla

 

 

toraċiċi u medjastinali

 

 

 

Disturbi

Nawsja

 

Pankreatitea

gastrointestinali

Stitikezza

 

 

 

Dijarea

 

 

 

Uġigħ fl-addome

 

 

 

Rimettar

 

 

Disturbi fil-ġilda u fit-

Raxx

 

 

tessuti ta’ taħt il-ġilda

 

 

 

Klassi tas-sistemi u

Komuni ħafna

Komuni

Mhux komuni

tal-organi MedDRA

(≥ 1/10)

(≥ 1/100 sa < 1/10)

(≥ 1/1,000 sa < 1/100)

Disturbi

Uġigħ fid-dahar

 

 

muskoluskeletriċi u tat-

Uġigħ fl-estremitajiet

 

 

tessuti konnettivi

Uġigħ fil-ġogi

 

 

 

Uġigħ fl-għadam

 

 

Disturbi ġenerali u

Deni

Edima

 

kondizzjonijiet ta’

Edima periferali

 

 

mnejn jingħata

Sirdat

 

 

 

Għeja kbira

 

 

 

Uġigħ fis-sider

 

 

Investigazzjonijiet

Żieda fl-alanine

Tnaqqis fl-

 

 

aminotransferasea

immunoglobulini

 

 

Żieda fl-aspartate

Żieda fil-bilirubina fid-

 

 

aminotransferasea

demm

 

 

 

Żieda fl-enzimi tal-

 

 

 

fwied (gamma-

 

 

 

glutamyl transferase)

 

Korriment,

Reazzjonijiet relatati

 

 

avvelenament u

mal-infużjoni (u

 

 

komplikazzjonijiet ta’

sintomi assoċjati li

 

 

xi proċedura

jinkludu tħarħir,

 

 

 

fwawar, nefħa fil-wiċċ,

 

 

 

qtugħ ta’ nifs, pressjoni

 

 

 

baxxa u pressjoni

 

 

 

għolja)

 

 

aInformazzjoni addizzjonali hija pprovduta fid-“Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula”.

bTermini tal-grupp ta’ livell għoli tal-MedDRA (MedDRA verżjoni 16.1).

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Avvenimenti newroloġiċi

Fi studju kliniku ewlieni (N = 189), 51.9% tal-pazjenti esperjenzaw reazzjoni avversa newroloġika waħda jew iżjed (li jinkludu disturbi psikjatriċi), li jinvolvu primarjament is-sistema nervuża ċentrali. Reazzjonijiet avversi newroloġiċi serji u ta’ grad ≥ 3 kienu osservati f’16.4% u 12.7% tal-pazjenti rispettivament, li minnhom l-aktar komuni kienu l-enċefalopatija, rogħda, u stat ta’ konfużjoni. Kien hemm rapporti ta’ enċefalopatija fatali, madankollu, il-maġġoranza ta’ avvenimenti newroloġiċi (74.5%) kienu klinikament riversibbli u għaddew wara l-interruzzjoni ta’ BLINCYTO. Iż-żmien medjan għall-bidu ta’ avveniment newroloġiku kien ta’ 9 ijiem. Għall-immaniġġjar kliniku ta’ avvenimenti newroloġiċi, ara sezzjoni 4.4.

Infezzjonijiet

Infezzjonijiet virali, batteriċi u fungali ta’ periklu għall-ħajja jew fatali (grad ≥ 4) kienu rrappurtati f’pazjenti ittrattati bi BLINCYTO. Barra minn hekk, kienu osservati riattivazzjonijiet ta’ infezzjoni virali (eż. Polyoma (BK)). Il-pazjenti bi stat ta’ esekuzzjoni tal-ECOG fil-linja bażi ta’ 2 esperjenzaw inċidenza ogħla ta’ infezzjonijiet serji meta mqabbla ma’ pazjenti bi stat ta’ esekuzzjoni tal-ECOG ta’ < 2. Għall-immaniġġjar kliniku ta’ infezzjonijiet, ara sezzjoni 4.4.

Sindrome tar-rilaxx ta’ ċitokini (CRS - cytokine release syndrome)

Fl-istudju kliniku ewlieni (N = 189), reazzjonijiet serji ta’ CRS kienu rrappurtati f’0.5% tal-pazjenti bi żmien medjan sal-bidu tagħhom ta’ jumejn. Għall-immaniġġjar kliniku tas-CRS, ara sezzjoni 4.4.

Żieda fl-enzimi tal-fwied

Fl-istudju kliniku ewlieni (N = 189), 27.5% tal-pazjenti rrappurtaw żieda fl-enzimi tal-fwied. Reazzjonijiet avversi serji u ta’ grad ≥ 3 (bħal żieda fl-ALT, żieda fl-AST u żieda fil-bilirubina fid- demm) kienu osservati fi 2.1% u 15.3% tal-pazjenti rispettivament. Iż-żmien medjan sal-bidu tal- ewwel avvenimenti kien ta’ 3 ijiem mill-bidu tat-trattament bi BLINCYTO. Id-dewmien tar- reazzjonijiet avversi tal-fwied kien ġeneralment qasir u dawn għaddew malajr, ħafna drabi bit- tkomplija tat-trattament mhux interrott bi BLINCYTO. Għall-immaniġġjar kliniku ta’ żieda fl-enzimi tal-fwied, ara sezzjoni 4.4.

Pankreatite

Pankreatite, ta’ periklu għall-ħajja jew fatali, kienet irrappurtata f’pazjenti li kienu qed jirċievu BLINCYTO fi provi kliniċi u fl-ambjent ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Iż-żmien medjan għal bidu kien ta’ 7.5 ijiem. Għall-immaniġġjar kliniku ta’ pankreatite, ara sezzjoni 4.4.

Lewkoenċefalopatija li tinkludi lewkoenċefalopatija multifokali progressiva

Kien hemm rapporti ta’ lewkoenċefalopatija. Il-pazjenti b’sejbiet tal-MRI/CT tal-moħħ konsistenti ma’ lewkoenċefalopatija esperjenzaw avvenimenti avversi serji fl-istess żmien li jinkludu stat ta’ konfużjoni, rogħda, disturb konoxxittiv, enċefalopatija, u konvulżjoni. Għalkemm hemm il-potenzjal li tiżviluppa lewkoenċefalopatija multifokali progressiva (PML - progressive multifocal leukoencephalopathy), l-ebda każ ta’ PML ma kien irrappurtat fl-istudju ewlieni.

Popolazzjoni pedjatrika

Hemm esperjenza limitata f’pazjenti pedjatriċi. BLINCYTO kien evalwat f’pazjenti pedjatriċi b’ALL b’prekursur B li reġgħet feġġet jew reżistenti fi studju tal-fażi I/II ta’ eskalazzjoni/evalwazzjoni tad- doża. F’doża ogħla mid-doża rakkomandata għall-pazjenti adulti, seħħ każ ta’ insuffiċjenza tal-qalb fatali fil-preżenza ta’ sindrome tar-rilaxx ta’ ċitokini (CRS - cytokine release syndrome) u sindrome ta’ lisi ta’ tumur (TLS - tumour lysis syndrome) ta’ periklu għall-ħajja, ara sezzjoni 4.4.

Popolazzjonijiet speċjali oħrajn

Hemm esperjenza limitata bi BLINCYTO f’pazjenti li għandhom ≥ 75 sena. B’mod ġenerali, is- sigurtà kienet simili bejn pazjenti anzjani (≥ 65 sena) u pazjenti li kellhom inqas minn 65 sena ttrattati bi BLINCYTO. Madankollu, il-pazjenti anzjani jistgħu jkunu aktar suxxettibbli għal avvenimenti newroloġiċi serji bħal disturb konoxxittiv, enċefalopatija u konfużjoni.

Is-sigurtà ta’ BLINCYTO ma ġietx studjata f’pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi.

Immunoġeniċità

Fl-istudju kliniku ewlieni (N = 189), inqas minn 1.4% tal-pazjenti ttrattati bi blinatumomab irriżultaw pożittivi għal antikorpi li jorbtu u għal antikorpi newtralizzanti kontra blinatumomab. Il-pazjenti kollha li rriżultaw pożittivi għal antikorpi li jorbtu rriżultaw ukoll pożittivi għal antikorpi newtralizzanti kontra blinatumomab. Il-formazzjoni ta’ antikorpi kontra blinatumomab tista’ taffettwa l-farmakokinetika ta’ blinatumomab.

Jekk ikollok suspett ta’ formazzjoni ta’ antikorpi kontra blinatumomab b’effett klinikament sinifikanti, ikkuntattja d-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq biex jiġi diskuss l-ittestjar għall- antikorpi. Id-dettalji tal-kuntatt huma mogħtija f’sezzjoni 6 tal-fuljett ta’ tagħrif.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott

mediċinali. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Dożi eċċessivi kienu osservati u kienu jinkludu pazjent wieħed li rċieva 133 darba d-doża terapewtika rakkomandata ta’ BLINCYTO mogħtija fuq perjodu ta’ żmien qasir. Id-dożi eċċessivi rriżultaw f’reazzjonijiet avversi li kienu konsistenti mar-reazzjonijiet osservati għad-doża terapewtika rakkomandata u kienu jinkludu deni, rogħda, u wġigħ ta’ ras. Fil-każ ta’ doża eċċessiva, l-infużjoni għandha tiġi interrotta temporanjament u l-pazjenti għandhom ikunu mmonitorjati. Il-bidu mill-ġdid ta’ BLINCYTO bid-doża terapewtika korretta għandu jitqies meta t-tossiċitajiet kollha jkunu għaddew u mhux aktar kmieni minn 12-il siegħa wara l-interruzzjoni tal-infużjoni (ara sezzjoni 4.2).

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Sustanzi antineoplastiċi, sustanzi Antineoplastiċi oħrajn, Kodiċi ATC: L01XC19.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Blinatumomab huwa kostruzzjoni ta’ antikorp bispeċifiku li juża ċ-ċelluli T li jintrabat speċifikament mas-CD19 espress fuq il-wiċċ taċ-ċelluli ta’ nisel B u s-CD3 espress fuq il-wiċċ taċ-ċelluli T. Dan jattiva ċ-ċelluli T endoġeni billi jikkonnettja s-CD3 fil-kumpless ta’ riċetturi taċ-ċelluli T (TCR - T- cell receptor) mas-CD19 fuq ċelluli B beninni u malinni. L-attività kontra t-tumuri tal-immunoterapija bi blinatumomab ma tiddependix fuq ċelluli T li għandhom TCR speċifiku jew fuq antiġeni tal-peptidi ppreżentati miċ-ċelluli tal-kanċer, iżda hija ta’ natura poliklonali u indipendenti mill-molekoli ta’ antiġeni tal-lewkoċiti tal-bniedem (HLA - human leukocyte antigen) fuq ċelluli fil-mira. Blinatumomab jaġixxi ta’ medjatur fil-formazzjoni ta’ sinapsi ċitolitika bejn iċ-ċellula T u ċ-ċellula tat-tumur, u jirrilaxxa enzimi proteolitiċi biex joqtol kemm iċ-ċelluli fil-mira li jipproliferaw kif ukoll dawk inattivi. Blinatumomab huwa assoċjat ma’ żieda temporanja fl-għadd ta’ molekuli ta’ adeżjoni taċ-ċelluli, il-produzzjoni ta’ proteini ċitolitiċi, ir-rilaxx ta’ ċitokini infjammatorji, u l-proliferazzjoni ta’ ċelluli T, u jirriżulta fl-eliminazzjoni taċ-ċelluli CD19+.

Effetti farmakodinamiċi

Kienu osservati risponsi konsistenti immuni-farmakodinamiċi fil-pazjenti studjati. Matul l-infużjoni kontinwa fil-vini fuq 4 ġimgħat, ir-rispons farmakodinamiku kien ikkaratterizzat mill-attivazzjoni u r- ridistribuzzjoni inizjali taċ-ċelluli T, it-tnaqqis rapidu taċ-ċelluli B periferali, u ż-żieda temporanja fiċ- ċitokini.

Ir-ridistribuzzjoni taċ-ċelluli T periferali (jiġifieri, l-irbit taċ-ċelluli T mal-endotelju tal-kanali tad- demm u/jew it-transmigrazzjoni fit-tessuti) seħħet wara l-bidu tal-infużjoni jew iż-żieda fid-doża ta’ blinatumomab. L-għadd taċ-ċelluli T fil-bidu naqas fi żmien jum 1 sa 2 u wara reġa’ lura għal-livelli fil-linja bażi fi żmien 7 sa 14-il jum fil-maġġoranza tal-pazjenti. Fi ftit pazjenti kienet osservata żieda fl-għadd ta’ ċelluli T ’il fuq mil-linja bażi (espansjoni taċ-ċelluli T).

L-għadd ta’ ċelluli B periferali naqas rapidament sa livell mhux traċċabbli matul it-trattament b’dożi ta’ ≥ 5 mcg/m2/jum jew ≥ 9 mcg/jum fil-maġġoranza tal-pazjenti. L-ebda rkupru fl-għadd ta’ ċelluli B periferali ma kien osservat matul il-perjodu ta’ ġimagħtejn mingħajr it-trattament bejn iċ-ċikli ta’ trattament. It-tnaqqis mhux komplut ta’ ċelluli B seħħ f’dożi ta’ 0.5 mcg/m2/jum u 1.5 mcg/m2/jum u fi ftit pazjenti mingħajr rispons f’dożi ogħla.

Iċ-ċitokini li jinkludu IL-2, IL-4, IL-6, IL-8, IL-10, IL-12, TNF-α u IFN-γ kienu mkejla u, IL-6, IL-10 u IFN-γ kienu l-aktar elevati. Żieda temporanja ta’ ċitokini kienet osservata fl-ewwel jumejn wara l-

bidu tal-infużjoni ta’ blinatumomab. Il-livelli għoljin ta’ ċitokini reġgħu lura għal-linja bażi fi żmien 24 sa 48 siegħa matul l-infużjoni. F’ċikli ta’ trattament sussegwenti, iż-żieda fiċ-ċitokini seħħet f’inqas pazjenti b’inqas intensità meta mqabbla mal-ewwel 48 siegħa tal-ewwel ċiklu ta’ trattament.

Effikaċja klinika u sigurtà

Total ta’ 225 pazjent b’età ta’ ≥ 18-il sena b’ALL b’prekursur B li reġgħet feġġet jew reżistenti kienu esposti għal BLINCYTO matul il-provi kliniċi.

BLINCYTO kien evalwat fi studju ta’ fażi II, open-label, multiċentriku u bi grupp wieħed ta’

189 pazjent. Il-pazjenti eliġibbli kellhom ≥ 18-il sena u kellhom ALL b’prekursur B negattiva għall- kromosoma ta’ Philadelphia li reġgħet feġġet jew reżistenti (li reġgħet feġġet mal-ewwel perjodu ta’

remissjoni ta’ 12-il xahar fl-ewwel terapija ta’ salvataġġ, jew li reġgħet feġġet jew saret reżistenti wara l-ewwel terapija ta’ salvataġġ, jew li reġgħet feġġet fi żmien 12-il xahar ta’ trapjant ta’ ċelluli

staminali ematopojetiċi (HSCT - hematopoietic stem cell transplantation) alloġeniku, u kellha 10% blasts fil-mudullun).

Il-pazjenti ngħataw medikazzjoni minn qabel bi profilassi ta’ fluwidu ċerebrospinali obbligatorja li kienet tikkonsisti minn kors ġot-teka skont il-linji gwida istituzzjonali jew nazzjonali fi żmien ġimgħa qabel il-bidu tat-trattament bi BLINCYTO. BLINCYTO ngħata bħala infużjoni kontinwa ġol-vini. Fl- ewwel ċiklu, id-doża tal-bidu kienet 9 mcg/jum għal ġimgħa 1, imbagħad 28 mcg/jum għat-3 ġimgħat li fadal. Id-doża fil-mira ta’ 28 mcg/jum ingħatat fiċ-ċiklu 2 u ċ-ċikli sussegwenti b’bidu f’jum 1 ta’ kull ċiklu. L-aġġustament fid-doża kien possibbli fil-każ ta’ avvenimenti avversi. Il-popolazzjoni ttrattata kienet tinkludi 189 pazjent li rċevew tal-anqas infużjoni waħda ta’ BLINCYTO; in-numru medju ta’ ċikli għal kull pazjent kien ta’ 1.6. Il-pazjenti li kellhom rispons għal BLINCYTO iżda li l- ALL tagħhom reġgħet feġġet, kellhom l-għażla li jerġgħu jingħataw it-trattament bi BLINCYTO. Fost il-pazjenti ttrattati, l-età medjana kienet ta’ 39 sena (medda: 18 sa 79 sena, li kienu jinkludu 25 pazjent ta’ ≥ 65 sena) 64 minn 189 (33.9%) kienu sottoposti għal HSCT qabel ma rċevew BLINCYTO u 32 minn 189 (16.9%) kienu rċevew iżjed minn 2 terapiji ta’ salvataġġ preċedenti.

Il-punt ta’ tmiem primarju kien ir-rata ta’ remissjoni sħiħa/remissjoni sħiħa b’irkupru ematoloġiku parzjali (CR/CRh* - complete remission/complete remission with partial haematological recovery) fi

żmien 2 ċikli ta’ trattament bi BLINCYTO. Wieħed u tmenin minn 189 (42.9%) pazjent kisbu CR/CRh* fl-ewwel 2 ċikli ta’ trattament u l-maġġoranza tar-risponsi (64 minn 81) seħħew fl-ewwel ċiklu ta’ trattament. Fil-popolazzjoni tal-anzjani (≥ 65 sena) 11 minn 25 pazjent (44.0%) kisbu CR/CRh* fl-ewwel 2 ċikli ta’ trattament (ara sezzjoni 4.8 għas-sigurtà fl-anzjani). Erba’ pazjenti kisbu CR matul iċ-ċikli ta’ konsolidazzjoni, li rriżultat f’rata kumulattiva ta’ CR ta’ 35.4% (67/189, CI ta’ 95%: 28.6% - 42.7%). Tnejn u tletin minn 189 (17%) pazjent kienu sottoposti għal HSCT alloġeniku f’CR/CRh* indotta minn BLINCYTO (ara tabella 1).

Tabella 1. Ir-riżultati tal-effikaċja f’pazjenti ≥ 18-il sena b’lewkimja limfoblastika akuta (ALL - acute lymphoblastic leukaemia) b’prekursur B li reġgħet feġġet jew reżistenti u negattiva għall-kromosoma ta’ Philadelphia

 

 

n (%)

CI ta’ 95%

 

n = 189

 

Remissjoni sħiħa (CR - complete

(42.9%)

[35.7% – 50.2%]

remission)1/Remissjoni sħiħa b’irkupru

 

 

 

ematoloġiku parzjali (CRh* - complete remission

 

 

 

with partial haematological recovery)2

 

 

 

CR

(33.3%)

[26.7% – 40.5%]

CRh*

18 (9.5%)

[5.7% – 14.6%]

Mudullun ipoplastiku jew aplastiku mingħajr

17 (9%)

[5.3% – 14.0%]

blasts3

 

 

 

Remissjoni parzjali4

(2.6%)

[0.9% – 6.1%]

Sopravivenza mingħajr rikaduta5 (RFS - relapse-

5.9 xhur

[4.8 sa 8.3 xhur]

free survival) għal CR/CRh*

 

 

 

 

n (%)

CI ta’ 95%

 

n = 189

 

Sopravivenza globali

6.1 xhur

[4.2 sa 7.5 xhur]

1.CR kienet iddefinita bħala 5% ta’ blasts fil-mudullun, ebda evidenza ta’ mard, u rkupru sħiħ tal-għadd ta’ ċelluli tad-demm periferali (plejtlits > 100,000/mikrolitru u għadd assolut ta’ newtrofili [ANC - absolute neutrophil counts] > 1,000/mikrolitru).

2.CRh* kienet definita bħala 5% ta’ blasts fil-mudullun, ebda evidenza ta’ mard, u rkupru parzjali tal- għadd taċ-ċelluli tad-demm periferali (plejtlits > 50,000/mikrolitru u ANC > 500/mikrolitru).

3.Il-mudullun ipoplastiku jew aplastiku ħieles minn blasts kien definit bħala blasts tal-mudullun ta’ 5%, ebda evidenza ta’ mard, irkupru insuffiċjenti tal-għadd taċ-ċelluli tad-demm periferali: plejtlits

≤ 50,000/mikrolitru u/jew ANC ≤ 500/mikrolitru.

4.Remissjoni parzjali kienet definita bħala blasts tal-mudullun ta’ 6% sa 25% b’mill-inqas tnaqqis ta’ 50% mil-linja bażi.

5.Rikaduta kienet definita bħala irkadar ematoloġiku (blasts fil-mudullun akbar minn 5% wara CR) jew rikaduta ekstramedullari.

F’analiżi esploratorja speċifikata minn qabel, 60 minn 73 pazjent evalwati għall-mard residwu minimu (MRD - minimal residual disease) b’CR/CRh* (82.2%) kellhom ukoll rispons ta’ MRD (definit bħala MRD b’reazzjoni katina tal-polymerase [PCR - polymerase chain reaction] < 1 x 10-4).

Il-pazjenti li kellhom HSCT alloġeniku preċedenti kellhom rati ta’ rispons simili għal dawk mingħajr HSCT preċedenti, pazjenti aktar anzjani kellhom rati ta’ rispons simili għal dawk ta’ pazjenti ta’ età aktar żgħira, u l-ebda differenza sostanzjali ma kienet osservata fir-rati ta’ remissjoni fuq il-bażi tan- numru ta’ linji ta’ trattament ta’ salvataġġ preċedenti.

F’pazjenti b’mard ekstramedullari mhux fit-testikoli/mhux fis-CNS (definit bħala mill-inqas ferita waħda ≥ 1.5 ċm) meta kienu eżaminati (N = 8/189), ir-rati ta’ rispons kliniku (25% [CI ta’ 95%: 3.2- 65.1] kienu aktar baxxi meta mqabbla ma’ pazjenti bl-ebda evidenza ta’ mard ekstramedullari

(N = 181, 43.6% [CI ta’ 95%: 36.3 - 51.2]) (ara figura 1).

Il-pazjenti bl-ogħla piż ta’ tumur kif imkejjel bil-perċentwal ta’ ċelluli blast fil-mudullun fil-linja bażi (≥ 90%) xorta kellhom rispons b’rilevanza klinika b’rata ta’ CR/CRh* ta’ 21.6% (CI 12.9 – 32.7) (ara figura 1). Il-pazjenti b’piż ta’ tumur baxx (< 50%) kellhom l-aħjar rispons għat-trattament bi BLINCYTO b’rata ta’ CR/CRh* ta’ 72.9% (CI 59.7 – 83.6).

Figura 1. Forest plot tar-Rata ta’ CR/CRh* matul l-ewwel żewġ ċikli għall-istudju MT103-211 (sett ta’ analiżi primarja)

n = numru ta’ pazjenti li kisbu CR jew CRh* fl-ewwel żewġ ċikli ta’ trattament fis-sottogrupp speċifikat.

N = numru totali ta’ pazjenti fis-sottogrupp speċifikat.

Fi studju tal-fażi II, open-label, multiċentriku u b’żidiet fid-doża ta’ 36 pazjenti (≥ 18-il sena b’ALL b’prekursur B li reġgħet feġġet tal-anqas wara l-induzzjoni u l-konsolidazzjoni jew li għandhom mard reżistenti b’> 5% blasts fil-mudullun, stat ta’ esekuzzjoni tal-ECOG ≤ 2, stennija tal-għomor ta’ ≥ 12- il ġimgħa, li ma kellhomx trapjant ta’ ċelluli staminali emopojetiċi (HSCT - haematopoietic stem cell transplantation) awtologu fi żmien 6 ġimgħat qabel il-bidu tat-trattament bi BLINCYTO, HSCT alloġeniku fi żmien 3 xhur qabel il-bidu tat-trattament bi BLINCYTO, jew trattament preċedenti bi BLINCYTO), twettqet evalwazzjoni tas-sigurtà u l-effikaċja ta’ BLINCYTO. Ħmistax minn 36 (41.7%) pazjent kienu sottoposti għal HSCT alloġeniku qabel ma rċevew BLINCYTO. Ir-rata ta’ CR/CRh* kienet ta’ 69.4% (25 minn 36 pazjent: 15 [41.7%; CI ta’ 95%: 25.5% - 59.2%]

CR; 10 [27.8%; CI ta’ 95%: 14.2% - 45.2%] CRh*). Fil-popolazzjoni tal-anzjani (≥ 65 sena) 4 minn 5 pazjenti (80.0%) kisbu CR/CRh* fi żmien 2 ċikli ta’ trattament (ara sezzjoni 4.8 għas-sigurtà fl- anzjani). Tnejn u għoxrin minn 25 (88%) pazjent b’remissjoni ematoloġika sħiħa kellhom ukoll rispons ta’ mard residwu minimu (MRD - minimal residual disease) (definit bħala MRD b’PCR

< 1 x 10-4). Id-dewmien medjan tar-remissjoni kien 8.9 xhur, u s-sopravivenza mingħajr rikaduta (RFS - relapse-free survival) medjana kienet ta’ 7.6 xhur. Is-sopravivenza globali (OS - overall survival) medjana kienet ta’ 9.8 xhur.

Hemm dejta limitata f’pazjenti bl-ewwel rikaduta li tkun seħħet tard ta’ ALL b’prekursur B definita bħala rikaduta li seħħet aktar minn 12-il xahar wara l-ewwel remissjoni jew aktar minn 12-il xahar wara HSCT fl-ewwel remissjoni. Fl-istudji kliniċi, 88.9% (8/9) tal-pazjenti bl-ewwel rikaduta li tkun seħħet tard, kif definit fl-istudji individwali, kisbu CR/CRh* fl-ewwel 2 ċikli ta’ trattament, bi 62.5% (6/9) li kisbu rispons ta’ MRD u 37.5% (3/9) li kellhom HSCT alloġeneiku wara t-trattament bi BLINCYTO. Is-sopravivenza globali (OS - overall survival) medjana kienet ta’ 17.7 xhur (CI 3.1 – mhux estimabbli).

Popolazzjoni pedjatrika

Hemm esperjenza limitata f’pazjenti pedjatriċi, ara sezzjoni 4.8.

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ddifferiet l-obbligu li jiġu ppreżentati riżultati tal-istudji bi BLINCYTO fi tfal minn xahar sa inqas minn 18-il sena b’lewkimja limfoblastika akuta (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku).

Dan il-prodott mediċinali ġie awtorizzat taħt dik li tissejjaħ skema ta’ ‘approvazzjoni kondizzjonali’. Dan ifisser li għad trid tingħata aktar evidenza dwar dan il-prodott mediċinali. L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ser tirrevedi informazzjoni ġdida dwar dan il-prodott mediċinali gћal inqas darba fis- sena u dan l-SmPC ser jiġi aġġornat kif meħtieġ.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Il-farmakokinetika ta’ blinatumomab tidher lineari fuq medda tad-doża minn 5 sa 90 mcg/m2/jum (ekwivalenti għal madwar 9-162 mcg/jum) f’pazjenti adulti. Wara infużjoni kontinwa ġol-vini, il- konċentrazzjoni fis-serum fi stat fiss (Css - steady state serum concentration) inkisbet fi żmien ġurnata u baqgħet stabbli maż-żmien. Iż-żieda fil-valuri medji tas-Css kienet kważi proporzjonali mad-doża fil-medda ttestjata. Fid-dożi kliniċi ta’ 9 mcg/jum u ta’ 28 mcg/jum għat-trattament ta’ ALL li reġgħet feġġet/reżistenti, is-Css medja (SD) kienet 211 (258) pg/mL u 621 (502) pg/mL, rispettivament.

Distribuzzjoni

Il-volum medju (SD) stmat tad-distribuzzjoni bbażat fuq il-fażi terminali (Vz) kien 4.52 (2.89) L bl- infużjoni kontinwa ġol-vini ta’ blinatumomab.

Bijotrasformazzjoni

Ir-rotta metabolika ta’ blinatumomab ma ġietx ikkaratterizzata. Bħal terapewtiċi tal-proteini oħrajn, blinatumomab huwa mistenni li jiġi metabolizzat f’peptidi żgħar u aċidi amminiċi permezz ta’ rotot kataboliċi.

Eliminazzjoni

It-tneħħija sistemika medja (SD) stmata b’infużjoni kontinwa ġol-vini f’pazjenti li qed jirċievu blinatumomab fi studji kliniċi kienet ta’ 2.92 (2.83) L/siegħa. Il-half-life medja (SD) kienet ta’

2.11 (1.42) siegħa. Ammonti negliġibbli ta’ blinatumomab tneħħew fl-awrina fid-dożi kliniċi ttestjati.

Piż tal-ġisem, erja tas-superfiċje tal-ġisem, sess u età

Twettqet analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni sabiex jiġu evalwati l-effetti tal-karatteristiċi demografiċi fuq il-farmakokinetika ta’ blinatumomab. Ir-riżultati jissuġġerixxu li l-età (minn 18 sa 80 sena), is-sess, il-piż tal-ġisem (44 sa 134 kg), u l-erja tas-superfiċje tal-ġisem (1.39 sa 2.57) ma jinfluwenzawx il-farmakokinetika ta’ blinatumomab. Hemm esperjenza limitata ħafna bi blinatumomab f’adulti li jiżnu inqas minn 45 kg.

Indeboliment tal-kliewi

L-ebda studju farmakokinetiku formali ma twettaq bi blinatumomab f’pazjenti b’indeboliment tal- kliewi.

L-analiżi farmakokinetika wriet differenza kważi doppja fil-valuri medji tat-tneħħija ta’ blinatumomab bejn pazjenti b’disfunzjoni tal-kliewi moderata u dawk b’funzjoni tal-kliewi normali. Madankollu nstabet varjabilità għolja bejn il-pazjenti (CV% sa 95.6%), u l-valuri tat-tneħħija f’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi kienu essenzjalment fil-medda osservata f’pazjenti b’funzjoni tal-kliewi normali, ebda impatt ta’ rilevanza klinika tal-funzjoni tal-kliewi fuq ir-riżultati kliniċi ma huwa mistenni.

Indeboliment tal-fwied

L-ebda studju farmakokinetiku formali ma twettaq bi blinatumomab f’pazjenti b’indeboliment tal- fwied. Intużaw il-livelli ta’ ALT u AST fil-linja bażi sabiex jiġi vvalutat l-effett tal-indeboliment tal- fwied fuq it-tneħħija ta’ blinatumomab. Analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni ssuġġeriet li ma kien hemm l-ebda assoċjazzjoni bejn il-livelli ta’ ALT jew AST u t-tneħħija ta’ blinatumomab.

Popolazzjoni pedjatrika

Hemm esperjenza limitata f’pazjenti pedjatriċi.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Studji dwar l-effett tossiku minn dożi ripetuti li twettqu bi blinatumomab u s-sostitut tal-ġrieden żvelaw l-effetti farmakoloġiċi mistennija (li jinkludu r-rilaxx ta’ ċitokini, tnaqqis fl-għadd ta’ lewkoċiti, tnaqqis taċ-ċelluli B, tnaqqis fiċ-ċelluli T, tnaqqis fiċ-ċellularità fit-tessuti limfojdi). Dawn il-bidliet treġġgħu lura wara l-waqfien tat-trattament.

Ma twettqux studji dwar l-effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva bi blinatumomab. Fi studju dwar l- effett tossiku fuq l-iżvilupp tal-embrijuni u l-feti li twettaq fil-ġrieden, is-sostitut tal-ġrieden għadda mill-plaċenta b’mod limitat (proporzjon ta’ konċentrazzjoni fis-serum tal-fetu għall-omm < 1%) u ma induċiex effett tossiku fuq l-embrijuni u l-feti jew teratoġeniċità. Kien osservat it-tnaqqis mistenni ta’ ċelluli B u T fi ġrieden tqal iżda l-effetti ematoloġiċi ma ġewx ivvalutati fil-feti. Ma twettaq l-ebda studju sabiex jiġu evalwati l-effetti relatati mat-trattament fuq il-fertilità. Ma kien hemm l-ebda effett fuq l-organi riproduttivi tal-irġiel jew tan-nisa fi studji dwar l-effett tossiku bis-sostitut tal-ġrieden.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Trab

Citric acid monohydrate (E330)

Trehalose dihydrate

Lysine hydrochloride

Polysorbate 80

Sodium hydroxide (għall-aġġustament tal-pH)

Soluzzjoni (stabbilizzanti)

Citric acid monohydrate (E330)

Lysine hydrochloride

Polysorbate 80

Sodium hydroxide (għall-aġġustament tal-pH)

Ilma għall-injezzjonijiet

6.2Inkompatibbiltajiet

Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn ħlief dawk imsemmija f’sezzjoni 6.6.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Kunjetti mhux miftuħin

4 snin

Soluzzjoni rikostitwita

L-istabbiltà kimika u fiżika waqt l-użu ntweriet għal 24 siegħa f’temperatura ta’ 2 C – 8°C jew għal 4 sigħat f’temperatura ta’ 27°C jew inqas.

Minn perspettiva mikrobijoloġika, sakemm il-metodu tar-rikostituzzjoni ma jipprekludix ir-riskji ta’ kontaminazzjoni mikrobika, is-soluzzjoni rikostitwita għandha tiġi dilwita minnufih. Jekk ma tiġix dilwita minnufih, iż-żmien u l-kondizzjonijiet tal-ħżin waqt l-użu ikunu fir-responsabbiltà tal-utent.

Is-soluzzjoni dilwita (borża tal-infużjoni preparata)

L-istabbiltà kimika u fiżika waqt l-użu ntweriet għal 10 ijiem f’temperatura ta’ 2 C – 8°C jew għal 96 siegħa f’temperatura ta’ 27°C jew inqas.

Minn perspettiva mikrobijoloġika, il-boroż tal-infużjoni preparati għandhom jintużaw minnufih.

Jekk ma jintużawx minnufih, iż-żmien tal-ħżin waqt l-użu u l-kondizzjonijiet ta’ qabel l-użu ikunu fir- responsabbiltà tal-utent u normalment ma jkunux itwal minn 24 siegħa f’temperatura ta’ 2 C – 8°C, sakemm id-dilwizzjoni ma sseħħx f’kondizzjonijiet asettiċi kkontrollati u validati.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen u ttrasporta fi friġġ (2 C – 8 C).

Tagħmlux fil-friża.

Aħżen il-kunjetti fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

Għall-kondizzjonijiet ta’ ħażna wara r-rikostituzzjoni u d-dilwizzjoni tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Kull pakkett ta’ BLINCYTO fih kunjett wieħed ta’ trab għall-konċentrat għal soluzzjoni għall- infużjoni u kunjett wieħed ta’soluzzjoni (stabilizzanti):

38.5 mikrogrammi ta’ trab ta’ blinatumomab f’kunjett (ħġieġ tat-tip I) b’tapp (tal-lastku elastomeriku), siġill (tal-aluminju) u għatu li jinfetaħ b’daqqa ta’ saba’ u

Soluzzjoni ta’ 10 mL f’kunjett (ħġieġ tat-tip I) b’tapp (tal-lastku elastomeriku), siġill (tal- aluminju) u għatu li jinfetaħ b’daqqa ta’ saba’.

6.6Prekawzjonijiet speċjali għar-rimi u għal immaniġġar ieħor

Prepazzjoni asettika

Għandu jiġi żgurat immaniġġjar asettiku meta tiġi ppreparata l-infużjoni. Il-preparazzjoni ta’ BLINCYTO għandha:

-issir taħt kondizzjonjiet asettiċi minn impjegati mħarrġa skont ir-regoli ta’ prattika tajba b’mod speċjali fir-rigward tal-preparazzjoni asettika ta’ prodotti parenterali.

-tkun ippreparata f’hood tal-fluss laminari jew f’armarju tas-sigurtà bijoloġika bl-użu ta’ prekawzjonijiet standard għall-immaniġġjar sigur ta’ sustanzi għal ġol-vini.

Huwa importanti ħafna li l-istruzzjonijiet għall-preparazzjoni u l-għoti mogħtija f’din is-sezzjoni jiġu segwiti b’mod strett sabiex jitnaqqsu l-iżbalji fl-għoti tal-mediċina (li jinkludu doża baxxa u doża eċċessiva).

Istruzzjonijiet speċjali li jgħinu fil-preparazzjoni preċiża

Soluzzjoni (stabbilizzanti) hija pprovduta fil-pakkett ta’ BLINCYTO u tintuża biex tiksi l-borża tal-infużjoni mimlija minn qabel, qabel ma tiġi miżjuda l-forma rikostitwita ta’ BLINCYTO.

Tużax din is-soluzzjoni (stabbilizzanti) għar-rikostituzzjoni ta’ trab għall-konċentrat ta’ BLINCYTO.

Il-volum sħiħ ta’ BLINCYTO rikostitwit u dilwit ikun ikbar mill-volum li jrid jingħata lill- pazjent (240 mL). Dan biex jagħmel tajjeb għat-telf fil-pajp tal-infużjoni fil-vini u biex jiġi żgurat li l-pazjent jirċievi d-doża sħiħa ta’ BLINCYTO.

Meta tkun qed tipprepara borża tal-infużjoni, neħħi l-arja kollha mill-borża tal-infużjoni. Dan huwa importanti b’mod partikolari meta tkun qed tuża pompa tal-infużjoni ambulatorja.

Uża l-volumi speċifiċi deskritti fl-istruzzjonijiet għar-rikostituzzjoni u d-dilwizzjoni hawn taħt sabiex tnaqqas l-iżbalji fil-kalkolu.

Istruzzjonijiet oħrajn

BLINCYTO huwa kompatibbli ma’ boroż tal-infużjoni/kasetts tal-pompa tal-polyolefin, PVC non-di-ethylhexylphthalate (non-DEHP), jew ethyl vinyl acetate (EVA).

Speċifikazzjonijiet tal-pompa: Il-pompa tal-infużjoni għall-għoti ta’ BLINCYTO soluzzjoni għall-infużjoni għandha tkun programmabbli, li tista’ tissakkar u jkollha allarm. Ma għandhomx jintużaw pompi elastomeriċi.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

Il-preparazzjoni tas-soluzzjoni għall-infużjoni

Istruzzjonijiet speċifiċi għar-rikostituzzjoni u d-dilwizzjoni huma pprovduti għal kull doża u ħin tal- infużjoni. Ivverifika d-doża preskritta u l-ħin tal-infużjoni ta’ BLINCYTO u identifika s-sezzjoni tal- preparazzjoni tad-dożaġġ xierqa elenkata hawn taħt. Segwi l-passi għar-rikostituzzjoni ta’ BLINCTYO u l-preparazzjoni tal-borża tal-infużjoni.

a)għal 9 mcg/jum infużi fuq perjodu ta’ 24 siegħa b’rata ta’ 10 mL/siegħa

b)għal 9 mcg/jum infużi fuq perjodu ta’ 48 siegħa b’rata ta’ 5 mL/siegħa

c)għal 9 mcg/jum infużi fuq perjodu ta’ 72 siegħa b’rata ta’ 3.3 mL/siegħa

d)għal 9 mcg/jum infużi fuq perjodu ta’ 96 siegħa b’rata ta’ 2.5 mL/siegħa

e)għal 28 mcg/jum infużi fuq perjodu ta’ 24 siegħa b’rata ta’ 10 mL/siegħa

f)għal 28 mcg/jum infużi fuq perjodu ta’ 48 siegħa b’rata ta’ 5 mL/siegħa

g)għal 28 mcg/jum infużi fuq perjodu ta’ 72 siegħa b’rata ta’ 3.3 mL/siegħa

h)għal 28 mcg/jum infużi fuq perjodu ta’ 96 siegħa b’rata ta’ 2.5 mL/siegħa

Qabel il-preparazzjoni, kun ċert li għandek il-provvisti li ġejjin lesti:

Doża

Tul tal-

Rata ta’

Numru ta’ pakketti

 

infużjoni

infużjoni

ta’ BLINCYTO

 

(sigħat)

(mL/siegħa)

 

9 mcg/jum

 

 

3.3

 

2.5

28 mcg/jum

 

 

3.3

 

2.5

Dawn il-provvisti huma meħtieġa wkoll, iżda mhumiex inklużi fil-pakkett

Siringi sterili li jintremew għal użu ta’ darba biss

Labra(ar) ipodermika(ċi) ta’ ħxuna ta’ 21-23 (rakkomandat)

Ilma għall-injezzjonijiet

Borża tal-infużjoni b’250 mL ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/mL (0.9%) sodium chloride;

o Sabiex tnaqqas in-numru ta’ trasferimenti asettiċi uża borża tal-infużjoni mimlija minn qabel ta’ 250 mL. Il-kalkoli tad-dożi ta’ BLINCYTO huma bbażati fuq volum żejjed tas-soltu ta’ 265 sa 275 mL ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/mL (0.9%) sodium chloride.

o Uża biss boroż tal-infużjoni/kasetts tal-pompa tal-polyolefin, PVC non-di- ethylhexylphthalate (non-DEHP), jew ethyl vinyl acetate (EVA).

Pajp għal ġol-vini tal-polyolefin, PVC non-DEHP, jew EVA b’filtru fil-pajp sterili, mhux piroġeniku u li jintrabat b’mod baxx mal-proteini ta’ 0.2 μm.

o Kun ċert li l-pajp huwa kompatibbli mal-pompa tal-infużjoni.

a)Il-preparazzjoni ta’ BLINCYTO 9 mcg/jum infuż fuq 24 siegħa b’rata ta’ 10 mL/siegħa

1.Uża borża tal-infużjoni mimlija minn qabel b’250 mL ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/mL (0.9%) sodium chloride li normalment ikun fiha volum totali ta’ 265 sa 275 mL.

2.Sabiex tiksi l-borża tal-infużjoni, bl-użu ta’ siringa, ittrasferixxi b’mod asettiku 5.5 mL tas-soluzzjoni (stabbilizzanti) fil-borża tal-infużjoni. Ħallat bil-mod il-kontenut tal-borża sabiex tevita li tifforma r-ragħwa. Armi l-kunjett tas-soluzzjoni (stabbilizzanti) li jifdal.

3.Bl-użu ta’ siringa, irrikostitwixxi kunjett wieħed ta’ BLINCYTO trab għall-konċentrat bl- użu ta’ 3 mL ta’ ilma għall-injezzjonijiet. Idderieġi l-ilma għall-injezzjonijiet lejn il-ġenb tal-kunjett matul ir-rikostituzzjoni. Dawwar il-kontenut bil-mod sabiex tevita li tifforma ħafna ragħwa. Tħawwadx.

Tirrikostitwixxix BLINCYTO trab għall-konċentrat bis-soluzzjoni (stabbilizzanti).

Iż-żieda ta’ ilma għall-injezzjonijiet mat-trab għall-konċentrat tirriżulta f’volum totali ta’ 3.08 mL għal konċentrazzjoni finali ta’ BLINCYTO ta’ 12.5 mcg/mL.

4.Spezzjona viżwalment is-soluzzjoni rikostitwita għal frak u tibdil fil-kulur matul ir- rikostituzzjoni u qabel l-infużjoni. Is-soluzzjoni li tirriżulta għandha tkun trasparenti għal ftit opalexxenti, mingħajr kulur għal ftit safranija. Tużax jekk is-soluzzjoni hija mdardra jew jekk tkun ippreċipitat.

5.Bl-użu ta’ siringa, ittrasferixxi b’mod asettiku 0.83 mL ta’ BLINCYTO rikostitwit fil- borża tal-infużjoni. Ħallat bil-mod il-kontenut tal-borża sabiex tevita li tifforma r-ragħwa. Armi kwalunkwe soluzzjoni rikostitwita ta’ BLINCYTO li jifdal.

6.Taħt kondizzjonijiet asettiċi, waħħal il-pajp għal ġol-vina mal-borża tal-infużjoni b’filtru fil-pajp sterili ta’ 0.2 mikroni.

7.Neħħi l-arja mill-borża tal-infużjoni u kkarga l-pajp tal-infużjoni fil-vini bis-soluzzjoni għall-infużjoni ppreparata biss. Tikkargax b’soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/mL

(0.9%) sodium chloride.

8.Aħżen f’temperatura ta’ 2°C – 8°C jekk ma tużax minnufih.

b)Il-preparazzjoni ta’ BLINCYTO 9 mcg/jum infuż fuq 48 siegħa b’rata ta’ 5 mL/siegħa

1.Uża borża tal-infużjoni mimlija minn qabel b’250 mL ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/mL (0.9%) sodium chloride li normalment ikun fiha volum totali ta’ 265 sa 275 mL.

2.Sabiex tiksi l-borża tal-infużjoni, bl-użu ta’ siringa, ittrasferixxi b’mod asettiku 5.5 mL tas-soluzzjoni (stabbilizzanti) fil-borża tal-infużjoni. Ħallat bil-mod il-kontenut tal-borża sabiex tevita li tifforma r-ragħwa. Armi l-kunjett tas-soluzzjoni (stabbilizzanti) li jifdal.

3.Bl-użu ta’ siringa, irrikostitwixxi kunjett wieħed ta’ BLINCYTO trab għall-konċentrat bl- użu ta’ 3 mL ta’ ilma għall-injezzjonijiet. Idderieġi l-ilma għall-injezzjonijiet lejn il-ġenb tal-kunjett matul ir-rikostituzzjoni. Dawwar il-kontenut bil-mod sabiex tevita li tifforma ħafna ragħwa. Tħawwadx.

Tirrikostitwixxix BLINCYTO trab għall-konċentrat bis-soluzzjoni (stabbilizzanti).

Iż-żieda ta’ ilma għall-injezzjonijiet mat-trab għall-konċentrat tirriżulta f’volum totali ta’ 3.08 mL għal konċentrazzjoni finali ta’ BLINCYTO ta’ 12.5 mcg/mL.

4.Spezzjona viżwalment is-soluzzjoni rikostitwita għal frak u tibdil fil-kulur matul ir- rikostituzzjoni u qabel l-infużjoni. Is-soluzzjoni li tirriżulta għandha tkun trasparenti għal ftit opalexxenti, mingħajr kulur għal ftit safranija. Tużax jekk is-soluzzjoni hija mdardra jew jekk tkun ippreċipitat.

5.Bl-użu ta’ siringa, ittrasferixxi b’mod asettiku 1.7 mL ta’ BLINCYTO rikostitwit fil- borża tal-infużjoni. Ħallat bil-mod il-kontenut tal-borża sabiex tevita li tifforma r-ragħwa. Armi kwalunkwe soluzzjoni rikostitwita ta’ BLINCYTO li jifdal.

6.Taħt kondizzjonijiet asettiċi, waħħal il-pajp għal ġol-vina mal-borża tal-infużjoni b’filtru fil-pajp sterili ta’ 0.2 mikroni.

7.Neħħi l-arja mill-borża tal-infużjoni u kkarga l-pajp tal-infużjoni fil-vini bis-soluzzjoni għall-infużjoni ppreparata biss. Tikkargax b’soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/mL

(0.9%) sodium chloride.

8.Aħżen f’temperatura ta’ 2°C – 8°C jekk ma tużax minnufih.

c)Il-preparazzjoni ta’ BLINCYTO 9 mcg/jum infuż fuq 72 siegħa b’rata ta’ 3.3 mL/siegħa

1.Uża borża tal-infużjoni mimlija minn qabel b’250 mL ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/mL (0.9%) sodium chloride li normalment ikun fiha volum totali ta’ 265 sa 275 mL.

2.Sabiex tiksi l-borża tal-infużjoni, bl-użu ta’ siringa, ittrasferixxi b’mod asettiku 5.5 mL tas-soluzzjoni (stabbilizzanti) fil-borża tal-infużjoni. Ħallat bil-mod il-kontenut tal-borża sabiex tevita li tifforma r-ragħwa. Armi l-kunjett bis-soluzzjoni (stabbilizzanti) li jifdal.

3.Bl-użu ta’ siringa, irrikostitwixxi kunjett wieħed ta’ BLINCYTO trab għall-konċentrat bl- użu ta’ 3 mL ta’ ilma għall-injezzjonijiet. Idderieġi l-ilma għall-injezzjonijiet lejn il-ġenb tal-kunjett matul ir-rikostituzzjoni. Dawwar il-kontenut bil-mod sabiex tevita li tifforma ħafna ragħwa. Tħawwadx.

Tirrikostitwixxix BLINCYTO trab għall-konċentrat bis-soluzzjoni (stabbilizzanti).

Iż-żieda ta’ ilma għall-injezzjonijiet mat-trab għall-konċentrat tirriżulta f’volum totali ta’ 3.08 mL għal konċentrazzjoni finali ta’ BLINCYTO ta’ 12.5 mcg/mL.

4.Spezzjona viżwalment is-soluzzjoni rikostitwita għal frak u tibdil fil-kulur matul ir- rikostituzzjoni u qabel l-infużjoni. Is-soluzzjoni li tirriżulta għandha tkun trasparenti għal ftit opalexxenti, mingħajr kulur għal ftit safranija. Tużax jekk is-soluzzjoni hija mdardra jew jekk tkun ippreċipitat.

5.Bl-użu ta’ siringa, ittrasferixxi b’mod asettiku 2.5 mL ta’ BLINCYTO rikostitwit fil- borża tal-infużjoni. Ħallat bil-mod il-kontenut tal-borża sabiex tevita li tifforma r-ragħwa. Armi kwalunkwe soluzzjoni rikostitwita ta’ BLINCYTO li jifdal.

6.Taħt kondizzjonijiet asettiċi, waħħal il-pajp għal ġol-vina mal-borża tal-infużjoni b’filtru fil-pajp sterili ta’ 0.2 mikroni.

7.Neħħi l-arja mill-borża tal-infużjoni u kkarga l-pajp tal-infużjoni fil-vini bis-soluzzjoni għall-infużjoni ppreparata biss. Tikkargax b’soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/mL

(0.9%) sodium chloride.

8.Aħżen f’temperatura ta’ 2°C – 8°C jekk ma tużax minnufih.

d)Il-preparazzjoni ta’ BLINCYTO 9 mcg/jum infuż fuq 96 siegħa b’rata ta’ 2.5 mL/siegħa

1.Uża borża tal-infużjoni mimlija minn qabel b’250 mL ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/mL (0.9%) sodium chloride li normalment ikun fiha volum totali ta’ 265 sa 275 mL.

2.Sabiex tiksi l-borża tal-infużjoni, bl-użu ta’ siringa, ittrasferixxi b’mod asettiku 5.5 mL tas-soluzzjoni (stabbilizzanti) fil-borża tal-infużjoni. Ħallat bil-mod il-kontenut tal-borża sabiex tevita li tifforma r-ragħwa. Armi l-kunjett tas-soluzzjoni (stabbilizzanti) li jifdal.

3.Uża żewġ kunjetti ta’ BLINCYTO trab għall-konċentrat. Bl-użu ta’ siringa, irrikostitwixxi kull kunjett ta’ BLINCYTO trab għall-konċentrat bl-użu ta’ 3 mL ta’ ilma għall-injezzjonijiet. Idderieġi l-ilma għall-injezzjonijiet lejn il-ġenb tal-kunjett matul ir- rikostituzzjoni. Dawwar il-kontenut bil-mod sabiex tevita li tifforma ħafna ragħwa.

Tħawwadx.

Tirrikostitwixxix BLINCYTO trab għall-konċentrat bis-soluzzjoni (stabbilizzanti).

Iż-żieda ta’ ilma għall-injezzjonijiet mat-trab għall-konċentrat tirriżulta f’volum totali ta’ 3.08 mL għal konċentrazzjoni finali ta’ BLINCYTO ta’ 12.5 mcg/mL.

4.Spezzjona viżwalment is-soluzzjoni rikostitwita għal frak u tibdil fil-kulur matul ir- rikostituzzjoni u qabel l-infużjoni. Is-soluzzjoni li tirriżulta għandha tkun trasparenti għal ftit opalexxenti, mingħajr kulur għal ftit safranija. Tużax jekk is-soluzzjoni hija mdardra jew jekk tkun ippreċipitat.

5.Bl-użu ta’ siringa, ittrasferixxi b’mod asettiku 3.3 mL ta’ BLINCYTO rikostitwit fil- borża tal-infużjoni (2.0 mL minn kunjett wieħed u l-1.3 mL li jifdal mit-tieni kunjett). Ħallat bil-mod il-kontenut tal-borża sabiex tevita li tifforma r-ragħwa. Armi kwalunkwe soluzzjoni rikostitwita ta’ BLINCYTO li jifdal.

6.Taħt kondizzjonijiet asettiċi, waħħal il-pajp għal ġol-vina mal-borża tal-infużjoni b’filtru fil-pajp sterili ta’ 0.2 mikroni.

7.Neħħi l-arja mill-borża tal-infużjoni u kkarga l-pajp tal-infużjoni fil-vini bis-soluzzjoni għall-infużjoni ppreparata biss. Tikkargax b’ soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/mL

(0.9%) sodium chloride.

8.Aħżen f’temperatura ta’ 2°C 8°C jekk ma tużax minnufih.

e)Il-preparazzjoni ta’ BLINCYTO 28 mcg/jum infuż fuq 24 siegħa b’rata ta’ 10 mL/siegħa

1.Uża borża tal-infużjoni mimlija minn qabel b’250 mL ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/mL (0.9%) sodium chloride li normalment ikun fiha volum totali ta’ 265 sa 275 mL.

2.Sabiex tiksi l-borża tal-infużjoni, bl-użu ta’ siringa, ittrasferixxi b’mod asettiku 5.5 mL tas-soluzzjoni (stabbilizzanti) fil-borża tal-infużjoni. Ħallat bil-mod il-kontenut tal-borża sabiex tevita li tifforma r-ragħwa. Armi l-kunjett bis-soluzzjoni (stabbilizzanti) li jifdal.

3.Bl-użu ta’ siringa, irrikostitwixxi kunjett wieħed ta’ BLINCYTO trab għall-konċentrat bl- użu ta’ 3 mL ta’ ilma għall-injezzjonijiet. Idderieġi l-ilma għall-injezzjonijiet lejn il-ġenb tal-kunjett matul ir-rikostituzzjoni. Dawwar il-kontenut bil-mod sabiex tevita li tifforma ħafna ragħwa. Tħawwadx.

Tirrikostitwixxix BLINCYTO trab għall-konċentrat bis-soluzzjoni (stabbilizzanti).

Iż-żieda ta’ ilma għall-injezzjonijiet mat-trab għall-konċentrat tirriżulta f’volum totali ta’ 3.08 mL għal konċentrazzjoni finali ta’ BLINCYTO ta’ 12.5 mcg/mL.

4.Spezzjona viżwalment is-soluzzjoni rikostitwita għal trab u tibdil fil-kulur matul ir- rikostituzzjoni u qabel l-infużjoni. Is-soluzzjoni li tirriżulta għandha tkun trasparenti għal ftit opalexxenti, mingħajr kulur għal ftit safranija. Tużax jekk is-soluzzjoni hija mdardra jew tkun ippreċipitat.

5.Bl-użu ta’ siringa, ittrasferixxi b’mod asettiku 2.6 mL ta’ BLINCYTO rikostitwit fil- borża tal-infużjoni. Ħallat bil-mod il-kontenut tal-borża sabiex tevita li tifforma r-ragħwa. Armi kwalunkwe soluzzjoni rikostitwita ta’ BLINCYTO li jifdal.

6.Taħt kondizzjonijiet asettiċi, waħħal il-pajp għal ġol-vina mal-borża tal-infużjoni b’filtru fil-pajp sterili ta’ 0.2 mikroni.

7.Neħħi l-arja mill-borża tal-infużjoni u kkarga l-pajp tal-infużjoni fil-vini bis-soluzzjoni għall-infużjoni ppreparata biss. Tikkargax b’soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/mL

(0.9%) sodium chloride.

8.Aħżen f’temperatura ta’ 2°C 8°C jekk ma tużax minnufih.

f)Il-preparazzjoni ta’ BLINCYTO 28 mcg/jum infuż fuq 48 siegħa b’rata ta’ 5 mL/siegħa

1.Uża borża tal-infużjoni mimlija minn qabel b’250 mL ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/mL (0.9%) sodium chloride li normalment ikun fiha volum totali ta’ 265 sa 275 mL.

2.Sabiex tiksi l-borża tal-infużjoni, bl-użu ta’ siringa, ittrasferixxi b’mod asettiku 5.5 mL tas-soluzzjoni (stabbilizzanti) fil-borża tal-infużjoni. Ħallat bil-mod il-kontenut tal-borża sabiex tevita li tifforma r-ragħwa. Armi l-kunjetti tas-soluzzjoni (stabbilizzanti) li jifdal.

3.Uża żewġ kunjetti ta’ BLINCYTO trab għall-konċentrat. Bl-użu ta’ siringa, irrikostitwixxi kull kunjett ta’ BLINCYTO trab għall-konċentrat bl-użu ta’ 3 mL ta’ ilma għall-injezzjonijiet. Idderieġi l-ilma għall-injezzjonijiet lejn il-ġenb tal-kunjett matul ir- rikostituzzjoni. Dawwar il-kontenut bil-mod sabiex tevita li tifforma ħafna ragħwa.

Tħawwadx.

Tirrikostitwixxix BLINCYTO trab għall-konċentrat bis-soluzzjoni (stabbilizzanti).

Iż-żieda ta’ ilma għall-injezzjonijiet mat-trab għall-konċentrat tirriżulta f’volum totali ta’ 3.08 mL għal konċentrazzjoni finali ta’ BLINCYTO ta’ 12.5 mcg/mL.

4.Spezzjona viżwalment is-soluzzjoni rikostitwita għal frak u tibdil fil-kulur matul ir- rikostituzzjoni u qabel l-infużjoni. Is-soluzzjoni li tirriżulta għandha tkun trasparenti għal ftit opalexxenti, mingħajr kulur għal ftit safranija. Tużax jekk is-soluzzjoni hija mdardra jew jekk tkun ippreċipitat.

5.Bl-użu ta’ siringa, ittrasferixxi b’mod asettiku 5.2 mL ta’ BLINCYTO rikostitwit fil- borża tal-infużjoni (2.7 mL minn kunjett wieħed u l-2.5 mL li jifdal mit-tieni kunjett). Ħallat bil-mod il-kontenut tal-borża sabiex tevita li tifforma r-ragħwa. Armi kwalunkwe soluzzjoni rikostitwita ta’ BLINCYTO li jifdal.

6.Taħt kondizzjonijiet asettiċi, waħħal il-pajp għal ġol-vina mal-borża tal-infużjoni b’filtru fil-pajp sterili ta’ 0.2 mikroni.

7.Neħħi l-arja mill-borża tal-infużjoni u kkarga l-pajp tal-infużjoni fil-vini bis-soluzzjoni għall-infużjoni ppreparata biss. Tikkargax b’soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/mL

(0.9%) sodium chloride.

8.Aħżen f’temperatura ta’ 2°C – 8°C jekk ma tużax minnufih.

g)Il-preparazzjoni ta’ BLINCYTO 28 mcg/jum infuż fuq 72 siegħa b’rata ta’ 3.3 mL/siegħa

1.Uża borża tal-infużjoni mimlija minn qabel b’250 mL ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/mL (0.9%) sodium chloride li normalment ikun fiha volum totali ta’ 265 sa 275 mL.

2.Sabiex tiksi l-borża tal-infużjoni, bl-użu ta’ siringa, ittrasferixxi b’mod asettiku 5.5 mL tas-soluzzjoni (stabbilizzanti) fil-borża tal-infużjoni. Ħallat bil-mod il-kontenut tal-borża sabiex tevita li tifforma r-ragħwa. Armi l-kunjett tas-soluzzjoni (stabbilizzanti) li jifdal.

3.Uża tliet kunjetti ta’ BLINCYTO trab għall-konċentrat. Bl-użu ta’ siringa, irrikostitwixxi kull kunjett ta’ BLINCYTO trab għall-konċentrat bl-użu ta’ 3 mL ta’ ilma għall- injezzjonijiet. Idderieġi l-ilma għall-injezzjonijiet lejn il-ġenb tal-kunjett matul ir- rikostituzzjoni. Dawwar il-kontenut bil-mod sabiex tevita li tifforma ħafna ragħwa.

Tħawwadx.

Tirrikostitwixxix BLINCYTO trab għall-konċentrat bis-soluzzjoni (stabbilizzanti).

Iż-żieda ta’ ilma għall-injezzjonijiet mat-trab għall-konċentrat tirriżulta f’volum totali ta’ 3.08 mL għal konċentrazzjoni finali ta’ BLINCYTO ta’ 12.5 mcg/mL.

4.Spezzjona viżwalment is-soluzzjoni rikostitwita għal frak u tibdil fil-kulur matul ir- rikostituzzjoni u qabel l-infużjoni. Is-soluzzjoni li tirriżulta għandha tkun trasparenti għal ftit opalexxenti, mingħajr kulur għal ftit safranija. Tużax jekk is-soluzzjoni hija mdardra jew jekk tkun ippreċipitat.

5.Bl-użu ta’ siringa, ittrasferixxi b’mod asettiku 8 mL ta’ BLINCYTO rikostitwit fil-borża tal-infużjoni (2.8 mL minn kull wieħed mill-ewwel żewġ kunjetti u t-2.4 mL li jifdal mit- tielet kunjett). Ħallat bil-mod il-kontenut tal-borża sabiex tevita li tifforma r-ragħwa.

Armi kwalunkwe soluzzjoni rikostitwita ta’ BLINCYTO li jifdal.

6.Taħt kondizzjonijiet asettiċi, waħħal il-pajp għal ġol-vina mal-borża tal-infużjoni b’filtru fil-pajp sterili ta’ 0.2 mikroni.

7.Neħħi l-arja mill-borża tal-infużjoni u kkarga l-pajp tal-infużjoni fil-vini bis-soluzzjoni għall-infużjoni ppreparata biss. Tikkargax b’soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/mL

(0.9%) sodium chloride.

8.Aħżen f’temperatura ta’ 2°C – 8°C jekk ma tużax minnufih.

h)Il-preparazzjoni ta’ BLINCYTO 28 mcg/jum infuż fuq 96 siegħa b’rata ta’ 2.5 mL/siegħa

1.Uża borża tal-infużjoni mimlija minn qabel b’250 mL ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/mL (0.9%) sodium chloride li normalment ikun fiha volum totali ta’ 265 sa 275 mL.

2.Sabiex tiksi l-borża tal-infużjoni, bl-użu ta’ siringa, ittrasferixxi b’mod asettiku 5.5 mL tas-soluzzjoni (stabbilizzanti) fil-borża tal-infużjoni. Ħallat bil-mod il-kontenut tal-borża sabiex tevita li tifforma r-ragħwa. Armi l-kunjetti tas-soluzzjoni (stabbilizzanti) li jifdal.

3.Uża erba’ kunjetti ta’ BLINCYTO trab għall-konċentrat. Bl-użu ta’ siringa, irrikostitwixxi kull kunjett ta’ BLINCYTO trab għall-konċentrat bl-użu ta’ 3 mL ta’ ilma għall-injezzjonijiet. Idderieġi l-ilma għall-injezzjonijiet lejn il-ġenb tal-kunjett matul ir- rikostituzzjoni. Dawwar il-kontenut bil-mod sabiex tevita li tifforma ħafna ragħwa.

Tħawwadx.

Tirrikostitwixxix BLINCYTO trab għall-konċentrat bis-soluzzjoni (stabbilizzanti).

Iż-żieda ta’ ilma għall-injezzjonijiet mat-trab għall-konċentrat tirriżulta f’volum totali ta’ 3.08 mL għal konċentrazzjoni finali ta’ BLINCYTO ta’ 12.5 mcg/mL.

4.Spezzjona viżwalment is-soluzzjoni rikostitwita għal frak u tidbil fil-kulur matul ir- rikostituzzjoni u qabel l-infużjoni. Is-soluzzjoni li tirriżulta għandha tkun trasparenti għal ftit opalexxenti, mingħajr kulur għal ftit safranija. Tużax jekk is-soluzzjoni hija mdardra jew jekk tkun ippreċipitat.

5.Bl-użu ta’ siringa, ittrasferixxi b’mod asettiku 10.7 mL ta’ BLINCYTO rikostitwit fil- borża tal-infużjoni (2.8 mL minn kull wieħed mill-ewwel tliet kunjetti u t-2.3 mL li jifdal mir-raba’ kunjett). Ħallat bil-mod il-kontenut tal-borża sabiex tevita li tifforma r-ragħwa. Armi kwalunkwe soluzzjoni rikostitwita ta’ BLINCYTO li jifdal.

6.Taħt kondizzjonijiet asettiċi, waħħal il-pajp għal ġol-vina mal-borża tal-infużjoni b’filtru fil-pajp sterili ta’ 0.2 mikroni.

7.Neħħi l-arja mill-borża tal-infużjoni u kkarga l-pajp tal-infużjoni fil-vini bis-soluzzjoni għall-infużjoni ppreparata biss. Tikkargax b’soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/mL

(0.9%) sodium chloride.

8.Aħżen f’temperatura ta’ 2°C – 8°C jekk ma tużax minnufih.

Għal struzzjonijiet dwar l-għoti, ara sezzjoni 4.2.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Amgen Europe B.V.

Minervum 7061

4817 ZK Breda

L-Olanda

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/15/1047/001

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 23 ta’ Novembru 2015

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati