Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Bosulif (bosutinib (as monohydrate)) – Fuljett ta’ tagħrif - L01XE14

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaBosulif
Kodiċi ATCL01XE14
Sustanzabosutinib (as monohydrate)
ManifatturPfizer Ltd

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

BOSULIF 100 mg pilloli miksijin b’rita BOSULIF 500 mg pilloli miksijin b’rita bosutinib

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Bosulif u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Bosulif

3.Kif għandek tieħu Bosulif

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Bosulif

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Bosulif u gћalxiex jintuża

Bosulif fih is-sustanza attiva bosutinib.Huwa jintuża għat-trattament ta’ pazjenti adulti li għandhom tip ta’ lewkimja li tissejjaħ Lewkimja Majelojd Kronika (CML) pożittiva għall-kromosoma ta’ Filadelfja (pożittiva għal Ph) u li għalihom mediċini preċedenti jew ma ħadmux jew mhumiex xierqa. CML pożittiva għal Ph huwa kanċer tad-demm fejn il-ġisem jipproduċi ħafna minn tip speċifiku ta’ ċelloli bojod tad-demm msejjħa granuloċiti.

Staqsi lit-tabib tiegħek jekk għandek xi mistoqsijiet dwar kif jaħdem Bosulif jew għaliex din il- mediċina ġiet preskritta lilek.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Bosulif

Tieħux Bosulif

-Jekk inti allerġiku għal bosutinib jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

-Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek xi ħsara fil-fwied tiegħek u mhux qed jaħdem b’mod normali.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tieħu Bosulif:

-Jekk inti għandek, jew kellek fil-passat, problemi fil-fwied. Għid lit-tabib tiegħek jekk qabel kellek problemi fil-fwied inkluż epatite (infezzjoni jew infjammazzjoni fil-fwied) ta’ kull tip, jew jekk qabel kellek xi sinjali jew sintomi ta’ problemi fil-fwied minn dawn li ġejjin: ħakk, għajnejn jew ġilda safra, awrina skura, u uġigħ jew skonfort fil-parti leminija ta’ fuq tal-istonku. It-tabib tiegħek għandu jagħmillek testijiet tad-demm biex jiċċekkja il-funzjoni tal-fwied qabel ma tibda t-trattament b’Bosulif u għall-ewwel tlett xhur tat-trattament b’Bosulif, u kif indikat klinikament.

-Jekk inti għandek dijarea u qed tiremetti. Għid lit-tabib tiegħek jekk tiżviluppa xi sinjali jew sintomi minn dawn li ġejjin: żieda aktar minn normal fl-ippurgar (ċaqliq tal-imsaren waqt il- ħruġ tal-ħmieġ) kuljum, żieda fl-episodji ta’ rimettar, demm fir-rimettar, ippurgar (ċaqliq tal- imsaren waqt il-ħruġ tal-ħmieġ) jew awrina, jew għandek ippurgar iswed (ċaqliq tal-imsaren waqt il-ħruġ tal-ħmieġ iswed qisu qatran). Għandek tistaqsi lit-tabb tiegħek dwar l-użu tat- trattament tiegħek peress li r-rimettar jista’ jwassal għal riskju akbar ta’ arritmiji tal-qalb. B’mod partikulari, għandek tistaqsi lit-tabib tiegħek jekk trid tuża mediċina li fiha domperidone għall-kura ta’ nawseja u rimettar. It-trattament ta’ nawseja jew rimettar b’mediċini bħal dawn flimkien ma’ bosulif jista' jwassal għal riskju akbar ta’ arritmiji perikolużi tal-qalb.

-Jekk tbati minn problemi ta’ fsada. Għid lit-tabib tiegħek jekk tiżviluppa xi sinjali jew sintomi minn dawn li ġejjin: bħal fsada mhux normali jew tbenġil mingħajr ma tkun weġġajt.

-Jekk inti għandek infezzjoni. Għid lit-tabib tiegħek jekk tiżviluppa xi sinjali jew sintomi minn dawn li ġejjin: bħal deni, problemi bl-awrina bħal ħruq waqt il-passaġġ tal-awrina, sogħla ġdida, jew uġigħ ġdid fil-griżmejn.

-Jekk inti għandek ritenzjoni ta’ fluwidu. Għid lit-tabib tiegħek jekk tiżviluppa xi sinjali jew sintomi tar-ritenzjoni ta’ fluwidu waqt it-trattament b’Bosulif bħal nefħa tal-għekiesi, saqajn jew riġlejn; diffikultà biex tieħu nifs, uġigħ fis-sider, jew sogħla (dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ ritenzjoni ta’ fluwidu fil-pulmun jew fis-sider).

-Jekk inti għandek problemi tal-qalb. Għid lit-tabib tiegħek jekk inti għandek disturbi fil-qalb, bħal arritmiji jew sinjal elettriku mhux normali msejħa “titwil tal-intervall tal-QT”. Dan huwa dejjem importanti, imma speċjalment jekk qed tesperjenza dijarea frekwenti jew fit-tul kif deskritt hawn fuq. Jekk tħossok ħażin (telf tas-sensi) jew ritmu tal-qalb irregolari waqt li qed tieħu Bosulif, għid lit-tabib tiegħek immedjatament għaliex dan jista’ jkun sinjal ta’ kundizzjoni tal-qalb serja.

-Għid lit-tabib tiegħek jekk qalulek li għandek problemi bil-kliewi tiegħek. Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tgħaddi l-awrina aktar ta’ spiss u qed tipproduċi ammonti akbar ta’ awrina b’kulur ċar jew jekk qed tgħaddi l-awrina anqas ta’ spiss u qed tipproduċi ammonti iżgħar ta’ awrina b’kulur skur. Għid lit-tabib tiegħek ukoll jekk qed titlef il-piż jew jekk esperjenzajt nefħa f’saqajk, fl-għekiesi tiegħek, f’riġlejk, f’idejk jew f’wiċċek.

-Jekk qatt kellek jew jekk issa jista' jkun li għandek l-infezzjoni tal-epatite B. Dan minħabba li Bosulif jista' jwassal sabiex epatite B jerġa' jiġi attiv, u f'xi każijiet dan jista' jkun fatali. Il-pazjenti ser jiġu ċċekjati bir-reqqa mit-tabib tagħhom għal sinjali ta' din l-infezzjoni qabel ma tinbeda l-kura.

-Jekk inti għandek jew kellek problemi fil-frixa. Għid lit-tabib tiegħek jekk tiżviluppa uġigħ jew skonfort addominali.

-Jekk inti għandek kwalunkwe minn dawn is-sintomi: raxx serju tal-ġilda. Għid lit-tabib tiegħek jekk tiżviluppa kwalunkwe minn dawn is-sinjali u sintomi ta’ raxx aħmar jew vjola li jikkawża l-uġigħ, li jinfirex u li jtella’ l-infafet u/jew jibdew jidhru leżjonijiet oħrajn fil- membrana mukuża (eż., ħalq u xufftejn).

-Jekk tinnota kwalunkwe minn dawn is-sintomi: uġigħ f’ġenbek, demm fl-awrina tiegħek jew ammont imnaqqas ta’ awrina. Meta l-marda tiegħek tkun severa ħafna, il-ġisem tiegħek jista’ ma jkunx kapaċi jneħħi l-prodotti ħżiena kollha miċ-ċelluli tal-kanċer li jkunu qed imutu. Dan jissejjaħ is-sindrome tal-lisi tat-tumur u jista’ jikkawża insuffiċjenza tal-kliewi u problemi tal-qalb fi żmien 48 siegħa mill-ewwel doża ta’ Bosulif. It-tabib tiegħek ser ikun konxju ta’ dan u jista’ jiżgura li inti tkun idratat/a b’mod xieraq u jagħtik mediċini oħrajn sabiex jgħin fil- prevenzjoni ta’ dan.

Tfal u adolexxenti

Bosulif mhux rrakkomandat f’persuni li għandhom inqas minn 18-il sena. Din il-mediċina ma ġietx studjata fit-tfal u fl-adoloxxenti.

Mediċini oħra u Bosulif

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra, li jinkludu mediċini mingħajr ir-riċetta tat-tabib, vitamini, u mediċini magħmulin mill-ħxejjex. Ċertu mediċini jistgħu jaffetwaw il-livelli ta’ Bosulif fil-ġisem tiegħek. Għarraf lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu mediċini li fihom sustanzi attivi bħal dawk elenkati hawn taħt:

Is-sustanzi attivi li ġejjin jistgħu jżidu r-riskju tal-effetti avversi b’Bosulif:

-ketoconazole, itraconazole, voriconazole, posaconazole, fluconazole, użati għall-infezzjonijiet fungali.

-clarithromycin, telithromyciin, erythromycin, u ciprofloxacin użati għall-infezzjonijiet batteriċi.

-nefazodone, użat biex jittratta d-dipressjoni.

-mibefradil, diltiazem u verapamil, użati biex inaqqsu l-pressjoni fid-demm f’persuni li għandhom pressjoni għolja tad-demm.

-ritonavir, lopinavir/ritonavir, indinavir, nelfinavir, saquinavir, atazanavir, amprenavir, fosamprenavir u darunavir, użati biex jittrattaw il-virus tal-immunodefiċjenza umana (HIV)/AIDS.

-boceprevir u telaprevir, użati biex jittrattaw l-epatite C.

-aprepitant, użat biex jipprevjeni jew jikkontrolla n-nawseja (tħossok ma’ tiflaħx) u rimettar.

-imatinib, użat biex jittratta tip ta’ lewkimja.

-crizotinib, użat biex jittratta tip ta’ kanċer tal-pulmun imsejjaħ kanċer tal-pulmun ta’ ċelloli mhux żgħar.

Dawn is-sustanzi attivi li ġejjin jistgħu jnaqqsu l-effikaċja ta’ Bosulif:

-rifampicin, użat biex jittratta t-tuberkulosi.

-phenytoin, u carbamazepine, użati biex jittrattaw l-epilessija.

-bosentan, użat biex inaqqas il-pressjoni fid-demm f’persuni li għandhom pressjoni għolja fid- demm (pressjoni għolja).

-nafcillin, antibijotiku użat għall-infezzjonijiet batteriċi.

-St. John’s Wort (fexfiex) (preparazzjoni magħmula mill-ħxejjex li tingħata mingħajr riċetta tat- tabib), użat biex jittratta d-dipressjoni.

-efavirenz u etravirine, użati biex jittrattaw infezzjonijiet talHIV/AIDS.

-modafinil, użat biex jittratta ċertu tipi ta’ disturbi tal-irqad.

Dawn il-mediċini għandhom ikunu evitati waqt it-trattament b’Bosulif. Jekk inti qed tieħu minn dawn il-mediċini, għid lit-tabib tiegħek. It-tabib tiegħek jista’ jbiddel id-doża ta’ dawn il-mediċini, jbiddel id-doża ta’ Bosulif, jew itik mediċina differenti.

Is-sustanzi attivi li ġejjin jistgħu jaffettwaw ir-ritmu tal-qalb:

-amiodarone, disopyramide, procainamide, quinidine u sotalol użati biex jittrattaw mard tal-qalb.

-chloroquine, halofantrine użati biex jittrattaw il-malarja.

-antibijotiċi clarithromycin u moxifloxacin użati biex jittrattaw infezzjonijiet batteriċi.

-haloperidol, użat biex jittratta mard psikotiku bħal skizofrenija.

-domperidone, użat biex jittratta nawseja u rimettar jew biex jistimula l-produzzjoni tal-ħalib tas-sider.

-methadone, użat biex jittratta l-uġigħ.

Dawn il-mediċini għandhom jittieħdu b’kawtela matul il-kura tiegħek b’Bosulif. Jekk qed tieħu xi waħda minnhom, għid lit-tabib tiegħek.

Jista’ jkun li mhux il-mediċini elenkati hawn biss jista’ jkollhom interazzjoni ma’ Bosulif.

Bosulif mal-ikel u xorb

Tieħux Bosulif mal-grejpfrut jew meraq tal-grejpfrut, għaliex jista’ jżid ir-riskju ta’ effetti sekondarji.

Tqala u treddigħ

Iddiskuti l-kontraċezzjoni mat-tabib tiegħek jekk hemm xi possibilità li tista' toħroġ tqila. Rimettar jew dijarea jistgħu jnaqqsu l-effikaċja ta’ kontraċettivi orali.

Bosulif jista’ jagħmel il-ħsara lil tarbija li għadha ma twilditx, għalhekk m’ghandux jintuża sakemm ma jiġix ikkunsidrat meħtieġ matul it-tqala. Jekk inti tqila jew tista’ tkun tqila, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Jekk qed tredda’, għid lit-tabib tiegħek. Treddax waqt it-trattament b’Bosulif għax dan jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija tiegħek.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Jekk ikollok sturdament, vista mċajpra jew tħossok għajjien mhux bħas-soltu, issuqx jew tħaddimx magni sakemm ma jkollokx aktar dawn l-effetti sekondarji.

3.Kif gћandek tieћu Bosulif

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Bosulif jista’ jiġi preskritt lilek biss minn tabib li għandu esperjenza fil-medicini li-jittrattaw il- lewkemija.

Dożaġġ u frekwenza tal-għoti

Id-doża rakkomandata hija ta’ 500 mg darba kuljum. Fil-każ li jkollok problemi moderati jew severi tal-kliewi, it-tabib tiegħek se jnaqqaslek id-doża għal 400 mg darba kuljum f’każ ta’ problemi moderati tal-kliewi u għal 300 mg darba kuljum f’każ ta’ problemi severi tal-kliewi. It-tabib tiegħek jista' jaġġusta d-doża permezz tal-pilloli ta’ 100 mg skont il-kundizzjonijiet tiegħek, kif tirrispondi għall-kura u/jew xi effetti sekondarji li jista' jkollok. Ħu l-pillola(i) filgħodu mal-ikel. Ibla’ l-pillola(i) sħiħa(sħaħ) mal-ilma.

Jekk tieħu Bosulif aktar milli suppost

Jekk aċċidentalment tieħu ħafna pilloli Bosulif jew doża akbar minn dik meħtieġa, kellem lit-tabib tiegħek mal-ewwel. Jekk possibbli, uri l-pakkett lit-tabib tiegħek, jew dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn attenzjoni medika.

Jekk tinsa tieħu Bosulif

Ħu d-doża li jmiss fil-ħin tas-soltu fil-ġurnata li jmiss.

M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull pillola li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Bosulif

Tieqafx tieħu Bosulif sakemm ma jgħidlekx it-tabib biex tagħmel hekk. Jekk inti ma tistax tieħu l- mediċina kif qallek it-tabib tiegħek jew tħoss li m’għandekx aktar bżonnha, kellem lit-tabib tiegħek mill-ewwel.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.

Għandek tkellem lit-tabib tiegħek immedjatament jekk ikollok xi effett sekondarju serju (ara wkoll sezzjoni 2 “X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Bosulif”):

Disturbi fid-demm. Għid lit-tabib tiegħek mill-ewwel jekk ikollok xi sintomi minn dawn: fsada, deni, titbenġel malajr (jista’ jkollok marda tas-sistema limfatika jew tad-demm).

Disturbi fil-fwied. Għid lit-tabib tiegħek mill-ewwel jekk ikollok xi sintomi minn dawn: ħakk, għajnejn jew ġilda safra, awrina skura, u uġigħ jew skonfort fil-parti leminija ta’ fuq tal-istonku jew deni.

Disturbi fl-istonku/fl-imsaren. Għid lit-tabib tiegħek jekk ikollok uġigħ fl-istonku, ħruq ta’ stonku, dijarea, stitikezza, nawseja u rimettar.

Problemi tal-qalb. Għid lit-tabib tiegħek jekk inti għandek disturb fil-qalb, bħal sinjal elettriku mhux normali msejħa “titwil tal-intervall tal-QT” jew jekk tħossok ħażin (telf tas-sensi) jew ritmu tal-qalb irregolari waqt li qed tieħu Bosulif.

Riattivazzjoni tal-epatite

B.

Rikorrenza (riattivazzjoni) tal-infezzjoni tal-epatite B meta kellek l- epatite B fil-passat (infezzjoni fil-fwied).

Reazzjonijiet severi tal-ġilda. Għid lit-tabib tiegħek jekk tiżviluppa kwalunkwe minn dawn is- sintomi: raxx aħmar jew vjola li jikkawża l-uġigħ li jinfirex u li jtella’ l-infafet u/jew jibdew jidhru leżjonijiet oħrajn fil-membrana mukuża (eż., ħalq u xufftejn).

Effetti sekondarji b’Bosulif jinkludu:

Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffetwaw aktar minn utent 1 minn kull 10)

-tnaqqis fin-numru ta’ plejtlits, ċelloli ħomor tad-demm u/jew newtrofili (tip ta’ ċelloli bojod tad-demm).

-għadd baxx taċ-ċelloli tad-demm bojod (lewkopenja).

-dijarea, rimettar, uġigħ fl-istonku, nawseja.

-deni, nefħa fl-idejn, fis-saqajn jew fil-wiċċ, għeja, djugħfija.

-infezzjoni fil-passaġġ respiratorju.

-tibdil fit-testijiet tad-demm biex ikun determinat jekk Bosulif jaffetwax il-fwied tiegħek.

-tnaqqis fl-aptit.

-uġigħ fil-ġogi.

-uġigħ ta’ ras

-raxx fil-ġilda, li jista’ jkun bil-ħakk u/jew mxerred mal-ġisem kollu.

-sogħla

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffetwaw sa utent 1 minn kull 10):

-deni assoċjat ma’ għadd taċ-ċelloli bojod tad-demm baxx (newtropenja bid-deni), tnaqqis kbir fin-numru ta’ granuloċiti (tip ta’ ċelloli bojod tad-demm).

-irritazzjoni fl-istonku (gastrite) .

-uġigħ fis-sider, uġigħ.

-ħsara tossika fil-fwied, funzjoni tal-fwied mhux normali inkluż disturb fil-fwied.

-reazzjoni allerġika.

-infezzjoni fil-pulmun (pnewmonja), influwenza, bronkite, nasofarinġite.

-tibdil fit-testijiet tad-demm biex ikun determinat jekk Bosulif jaffetwax il-kliewi u/jew il-frixa tiegħek.

-difett fir-ritmu tal-qalb li jippredisponi għal ħass ħażin, sturdament u palpitazzjoni.

-żieda fil-pressjoni tad-demm.

-livell għoli ta’ potassju fid-demm, livell baxx ta’ fosfru fid-demm, telf eċċessiv ta’ fluwidi tal- ġisem (deidratazzjoni).

-uġigħ fid-dahar, uġigħ fil-muskoli.

-ma tħossokx stabbli (sturdament), tibdil fit-togħma (disġewżja)

-insuffiċjenza fil-kliewi.

-Fluwidu fil-pulmun (effużjoni fil-plewra)

-qtugħ ta’ nifs

-Ħakk, urtikarja (ħmura tal-ġilda li titla’ bħal ħobż ħobż), akne.

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffetwaw sa utent 1 minn kull 100):

-infjammazzjoni akuta fil-frixa (pankreatite akuta).

-ħsara fil-fwied.

-reazzjoni allerġika li tista’ tkun ta’ periklu għal ħajja (xokk anafilattiku).

-insuffiċjenza akuta tal-kliewi, indeboliment tal-kliewi.

-żieda mhux normali ta’ fluwidu fil-pulmun (edima akuta fil-pulmun).

-insuffiċjenza respiratorja.

-pressjoni tad-demm għolja b’mod mhux normali fl-arterji tal-pulmun (pressjoni għolja fil- pulmun)

-disturb sever fil-ġilda (erythema multiforme)minħabba reazzjoni allerġika, raxx bil-qxur (bil- qoxra, jitqaxxar), eruzzjoni tal-ġilda.

-tnaqqis sostanzjali fin-numru ta’ granuloċiti (tip ta' ċelloli tad-demm bojod).

-tisfir fil-widnejn (tinnitus).

-fsada mill-istonku jew musrana.

-infjammazzjoni tar-rita li tkopri l-qalb (perikardite).

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex ikun hemm aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Bosulif

-Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

-Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja u fuq il-kartuna wara “JIS”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

-Din il-mediċina ma teħtieġx kundizzjonijiet speċjali għall-ħażna.

-Tużax din il-mediċina jekk tinnota li l-pakkett mqatta’ jew li juri sinjali ta’ tbagħbis.

-Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Bosulif

-Is-sustanza attiva hi bosutinib. Il-pilloli miksija b’rita Bosulif jiġu f’qawwiet differenti. Bosulif 100 mg: kull pillola miksija b’rita fiha 100 mg bosutinib (bħala monoidrat). Bosulif 500 mg: kull pillola miksija b’rita fiha 500 mg bosutinib (bħala monoidrat).

-L-ingredjenti l-oħra huma: microcrystalline cellulose (E460), croscarmellose sodium (E468), poloxamer 188, povidone (E1201) u magnesium stearate (E470b). Il-kisi b’rita tal-pillola fih polyvinyl alcohol, titanium dioxide (E171), macrogol 3350, talc (E553b) u iron oxide yellow (E172, għal Bosulif ta’ 100 mg) jew iron oxide red (E172, għal Bosulif ta’ 500 mg).

Kif jidher Bosulif u l-kontenut tal-pakkett

Bosulif 100 mg huma pilloli sofor, ovali, bikonvessi, miksijin b’rita mnaqqxa b’“Pfizer” fuq naħa waħda u “100” fuq in-naħa l-oħra.

Bosulif 100mg huma disponibbli f’folji li fihom 14 jew 15-il pillola. Kull kartuna fiha 28 jew 30 pillola (2 folji) jew 112 pillola (8 folji).

Bosulif 500 mg huma pilloli ħomor, ovali, bikonvessi, miksijin b’rita mnaqqxa b’“Pfizer” fuq naħa waħda u “500” fuq in-naħa l-oħra.

Bosulif 500 mg huwa disponibbli f’folji li fihom jew 14 jew 15-il pillola. Kull kartuna fiha 28 jew 30 pillola (2 folji).

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Pfizer Limited

Ramsgate Road

Sandwich, Kent CT13 9NJ

Ir-Renju Unit

Manifattur

Pfizer Manufacturing Deutschland GmbH

Betriebsstatte Freiburg

Mooswaldallee 1

Freiburg

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Belgique / België /Belgien

Lietuva

Pfizer S.A. / N.V.

Pfizer Luxembourg SARL filialas Lietuvoje

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

Tel. + 370 52 51 4000

България

Luxembourg/Luxemburg

Пфайзер Люксембург САРЛ, Клон България

Pfizer S.A.

Тел.: +359 2 970 4333

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

Česká republika

Magyarország

Pfizer PFE, spol. s r.o.

Pfizer Kft.

Tel.: +420 283 004 111

Tel.: +36-1-488-37-00

Danmark

Malta

Pfizer ApS

V.J. Salomone Pharma Ltd.

Tlf: +45 44 20 11 00

Tel. +356 21220174

Deutschland

Nederland

Pfizer Pharma GmbH

Pfizer BV

Tel: +49 (0)30 550055 51000

Tel: +31 (0)10 406 43 01

Eesti

Norge

Pfizer Luxembourg SARL Eesti filiaal

Pfizer Norge AS

Tel.: +372 666 7500

Tlf: +47 67 52 61 00

Ελλάδα

Österreich

Pfizer Ελλάς A.E.

Pfizer Corporation Austria Ges.m.b.H.

Τ λ: +30 210 6785 800

España

Polska

Pfizer, S.L.

Pfizer Polska Sp.z.o.o

Tél: +34 91 490 99 00

Tel.:+48 22 335 61 00

France

Portugal

Pfizer

Pfizer Biofarmacêutica, Sociedade Unipessoal

Tél: +33 (0)1 58 07 34 40

Lda

 

Tel: +351 21 423 5500

Hrvatska

România

Pfizer Croatia d.o.o.

Pfizer Romania S.R.L.

Tel: + 385 1 3908 777

Tel: +40 (0) 21 207 28 00

Ireland

Slovenija

Pfizer Healthcare Ireland

Pfizer Luxembourg SARL

Tel: 1800 633 363 (mingħajr ħlas)

Pfizer, podružnica za svetovanje s področja

+44 (0)1304 616161

farmacevtske dejavnosti, Ljubljana

 

Tel.: + 386 (0)1 52 11 400

Ísland

Slovenská republika

Icepharma hf.

Pfizer Luxembourg SARL, organizačná zložka

Sími: +354 540 8000

Tel.: + 421 2 3355 5500

Italia

Suomi/Finland

Pfizer S.r.l.

Pfizer Oy

Tel: +39 06 33 18 21

Puh./Tel: +358 (0)9 43 00 40

Kύπρος

Sverige

Pfizer Ελλάς Α.Ε. (Cyprus Branch).

Pfizer Innovations AB

Tηλ+357 22 817690

Tel: +46 (0)8 550 520 00

Latvija

United Kingdom

Pfizer Luxembourg SARL filiāle Latvijā

Pfizer Limited

Tel.: + 371 670 35 775

Tel: +44 (0) 1304 616161

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Din il-mediċina ingħatat “approvazzjoni kondizzjonali”.

Dan ifisser li għadha mistennija aktar evidenza dwar din il-mediċina.

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini sejra tirrevedi informazzjoni ġdida dwar dan il-prodott mediċinali mill-anqas kull sena u dan il-fuljett jiġi aġġornat kif meħtieġ.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati