Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Bretaris Genuair (aclidinium bromide, micronised) – Fuljett ta’ tagħrif - R03BB

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaBretaris Genuair
Kodiċi ATCR03BB
Sustanzaaclidinium bromide, micronised
ManifatturAstraZeneca AB

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Bretaris Genuair 322 mikrogramma trab li jittieħed man-nifs

Aclidinium (aclidinium bromide)

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Bretaris Genuair u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Bretaris Genuair

3.Kif għandek tuża Bretaris Genuair

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Bretaris Genuair

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

7.L-Inalatur Genuair: Istruzzjonijiet għall-użu

1. X’inhu Bretaris Genuair u għalxiex jintuża

X’inhu Bretaris Genuair

Is-sustanza attiva ta’ Bretaris Genuair hija aclidinium bromide, li tappartjeni għal grupp ta’ mediċini msejħa bronkodilataturi. Il-bronkodilataturi jserrħu l-passaġġi tal-arja u jgħinu sabiex iżommu l- bronkjoli miftuħin. Bretaris Genuair huwa inalatur ta’ trab xott li juża n-nifs tiegħek sabiex iwassal il- mediċina direttament fil-pulmun tiegħek. Dan jagħmilha faċli għal pazjenti b’mard pulmonari ostruttiv kroniku (COPD) sabiex jieħdu n-nifs.

Għalxiex jintuża Bretaris Genuair

Bretaris Genuair huwa indikat biex jgħin fil-ftuħ tal-passaġġi tal-arja u jtaffi sintomi ta’ COPD, marda serja fit-tul fil-pulmun ikkaratterizzata minn diffikultajiet fit-teħid tan-nifs. Użu regolari ta’ Bretaris Genuair jista’ jgħinek meta jkollok nuqqas ta’ nifs kontinwu relatat mal-marda tiegħek u jgħinek tnaqqas kemm jista’ jkun l-effetti tal-marda fil-ħajja ta’ kuljum tiegħek.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Bretaris Genuair

Tużax Bretaris Genuair

-jekk inti allerġiku għal aclidinium bromide jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tieħu tuża Bretaris Genuair:

-jekk riċentement kellek xi problemi bil-qalb.

-jekk tara ċrieki madwar id-dwal jew madwar stampi kkuluriti (glawkoma).

-jekk għandek prostata minfuħa, problemi biex tagħmel l-awrina, jew jekk għandek sadd fil- bużżieqa tal-awrina.

Bretaris Genuair huwa indikat għal trattament ta’ manutenzjoni u m’għandux jintuża sabiex jikkura attakk f’daqqa ta’ qtugħ ta’ nifs jew tħarħir. Jekk is-sintomi tiegħek ta’ COPD (qtugħ ta’ nifs, tħarħir, sogħla) ma jmorrux għall-aħjar jew imorru għall-agħar, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek għal parir kemm jista’ jkun malajr.

Ħalq xott, li ġie osservat b’mediċini bħal Bretaris Genuair, wara li tuża l-mediċina tiegħek għal żmien twil, jista’ jiġi assoċjat ma’ taħsir tas-snien. Għaldaqstant, jekk jogħġbok ftakar biex tieħu ħsieb l- iġjene orali.

Tiħux aktar Bretaris Genuair u fittex għajnuna medika minnufih:

-jekk tħoss tagħfis fis-sider, sogħla, tħarħir jew qtugħ ta’ nifs dritt wara li tuża l-mediċina. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ kundizzjoni msejħa bronkospażmu.

Tfal u adolexxenti

Bretaris Genuair m’għandux jintuża fi tfal jew adoloxxenti taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra u Bretaris Genuair

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Għarraf lit-tabib tiegħek jekk kont qiegħed tuża jew qed tuża mediċini simili għal problemi fit-teħid tan-nifs, bħal mediċini li fihom tiotropium, ipratropium. Staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar jekk mintix ċert/a. L-użu ta’ Bretaris Genuair ma’ dawn il-mediċini mhuwiex rakkomandat.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. M’għandekx tuża Bretaris Genuair jekk inti tqila jew jekk qed tredda’ sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx tagħmel dan.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Bretaris Genuair ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila li ssuq jew tħaddem magni. Din il-mediċina tista’ tikkawża uġigħ ta’ ras, sturdament jew vista mċajpra. Jekk tkun affettwat minn xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji, issuqx u tużax makkinarju sakemm l-uġigħ ta’ ras ikun għadda, ma tibqax tħoss sturdament u l-vista tiegħek tkun ġiet lura għan-normal.

Bretaris Genuair fih lactose

Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.

3.Kif għandek tuża Bretaris Genuair

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rakkomandata hija inalazzjoni waħda darbtejn kuljum filgħodu u filgħaxija.

L-effetti ta’ Bretaris Genuair jdumu għal 12-il siegħa; għaldaqstant, għandek tipprova tuża l-inalatur Bretaris Genuair tiegħek fl-istess ħin kull filgħodu u filgħaxija. Dan jiżgura li dejjem ikun hemm biżżejjed mediċina f’ġismek sabiex tgħinek tieħu n-nifs b’mod aktar faċli matul il-jum u l-lejl. Dan jgħinek ukoll sabiex tiftakar tużah.

Id-doża rakkomandata tista’ tintuża għal pazjenti anzjani u għal pazjenti bi problemi fil-kliewi u fil- fwied. Ma hemm bżonn ta’ ebda aġġustament tad-doża.

COPD hija marda fit-tul; għaldaqstant, huwa rrakkomandat li Bretaris Genuair jintuża kuljum, darbtejn kuljum u mhux biss meta jinħassu s-sintomi ta’ problemi fit-teħid ta’ nifs jew sintomi oħrajn ta’ COPD.

Mnejn tingħata

Il-mediċina qiegħda sabiex tittieħed man-nifs.

Irreferi għal Sezzjoni 7 fl-aħħar tal-fuljett ta’ tagħrif għal istruzzjonijiet dwar kif tuża l-inalatur Genuair. Jekk m’intix żgur/a dwar kif tuża Bretaris Genuair, ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Tista’ tuża Bretaris Genuair meta trid qabel jew wara l-ikel u x-xorb.

Jekk tuża Bretaris Genuair aktar milli suppost

Jekk taħseb li stajt użajt Bretaris Genuair aktar milli suppost, ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Jekk tinsa tuża Bretaris Genuair

Jekk tinsa doża ta’ Bretaris Genuair, ħu d-doża man-nifs malli tiftakar. Madankollu, jekk ikun kważi wasal il-ħin għad-doża li jmiss, aqbeż id-doża li tkun insejt tieħu.

M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tuża Bretaris Genuair

Din il-mediċina hija għal użu fit-tul. Jekk tixtieq twaqqaf it-trattament, l-ewwel kellem lit-tabib tiegħek, minħabba li s-sintomi tiegħek jistgħu jmorru għall-agħar.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Reazzjonijiet allerġiċi jistgħu jseħħu b’mod rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000). Ieqaf uża din il-mediċina u kkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tiżviluppa nefħa fil-wiċċ, fil-gerżuma, fix-xofftejn jew f’ilsienek (bi jew mingħajr diffikultà fit-teħid tan-nifs jew biex tibla’), sturdament jew ħass ħażin, jekk qalbek tibda tħabbat b’rata aktar mgħaġġla jew jekk jitilgħulek ponot imqabbżin u b-ħakk sever fuq il-ġilda tiegħek (ħorriqija) għax dawn jistgħu jkunu sintomi ta' reazzjoni allerġika.

L-effetti sekondarji li ġejjin jistgħu jseħħu filwaqt li tuża Bretaris Genuair:

Komuni: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn 10 persuni

-Uġigħ ta’ ras

-Infjammazzjoni tas-sinusijiet (sinusite)

-Riħ (nażofarinġite)

-Sogħla

-Dijarea

-Nawsja

Mhux komuni: jistgħu jaffettwaw sa 1 f’100 persuna

-Sturdament

-Ħalq niexef

-Infjammazzjoni tal-ħalq (stomatite)

-Ħanqa (disfonja)

-Rata ta’ taħbit tal-qalb mgħaġġla (takikardija)

-Sensazzjoni tal-qalb tħabbat (palpitazzjonijiet)

-Diffikultà biex tagħmel l-awrina (żamma tal-awrina)

-Vista mċajpra

-Raxx

-Ħakk tal-ġilda

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen Bretaris Genuair

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta tal-inalatur u l-kartuna wara “EXP”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Żomm l-inalatur ġol-pawċ sakemm jibda l-perjodu tal-għoti.

Għandha tintuża fi żmien 90 jum mill-ftuħ tal-pawċ.

Tużax Bretaris Genuair jekk tinnota li l-pakkett għandu xi daqqiet jew juri sinjali ta’ tbagħbis.

Wara li tieħu l-aħħar doża, l-inalatur irid jintrema. Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal- iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Bretaris Genuair

-Is-sustanza attiva hi aclidinium bromide. Kull doża fornuta fiha 375 mikrogramma ta’ aclidinium bromide ekwivalenti għal 322 mikrogramma ta’ aclidinium.

-Is-sustanza l-oħra hija lactose monohydrate (irreferi għal Sezzjoni 2 “Bretaris Genuair fih lactose”).

Kif jidher Bretaris Genuair u l-kontenut tal-pakkett

Bretaris Genuair huwa trab abjad jew kważi abjad.

L-istrument inalatur Genuair huwa ta’ kulur abjad b’indikatur tad-dożi integrali u buttuna ħadra tad- dożaġġ. Il-biċċa tal-ħalq hija miksija b’tapp protettiv aħdar li jinqala’. Huwa pprodvut f’pawċ tal- plastik.

Daqsijiet tal-pakketti pprovduti:

Kartuna li fiha inalatur 1 bi 30 doża.

Kartuna li fiha inalatur 1 b’60 doża.

Kartuna li fiha 3 inalaturi kull wieħed b’60 doża.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

AstraZeneca AB

SE-151 85 Södertälje

L-Isvezja

Manifattur

Industrias Farmacéuticas Almirall, S.A. Ctra. Nacional II, Km. 593

08740 Sant Andreu de la Barca, Barcelona Spanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

AstraZeneca S.A./N.V.

UAB “BERLIN-CHEMIE MENARINI BALTIC”

Tel: +32 2 370 48 11

Tel: +370 52 691 947

България

Luxembourg/Luxemburg

“Берлин-Хеми/А. Менарини България”

AstraZeneca S.A./N.V.

EООД

Tel: +32 2 370 48 11

тел.: +359 2 96 55 365

 

Česká republika

Magyarország

Berlin-Chemie/A.Menarini Ceska republika s.r.o.

Berlin-Chemie/A. Menarini Kft.

Tel: +420 267 199 333

Tel.: +36 23501301

Danmark

Malta

AstraZeneca A/S

Associated Drug Co. Ltd

Tlf: +45 43 66 64 62

Tel: +356 2277 8000

Deutschland

Nederland

Berlin-Chemie AG

AstraZeneca BV

Tel: +49 (0) 30 67070

Tel: +31 79 363 2222

AstraZeneca GmbH

 

Tel: +49 41 03 7080

 

Eesti

Norge

Berlin-Chemie Menarini Eesti

AstraZeneca AS

Tel: +372 667 5001

Tlf: +47 21 00 64 00

Ελλάδα

Österreich

MENARINI HELLAS AE

A. Menarini Pharma GmbH.

Τηλ: +30 210 8316111-13

España

Polska

Laboratorios Menarini S.A.

Berlin-Chemie/Menarini Polska Sp. z o.o.

Tel: +34-93 462 88 00

Tel.: +48 22 566 21 00

France

Portugal

MENARINI France

A. Menarini Portugal – Farmacêutica, S.A.

Tél: +33 (0)1 45 60 77 20

Tel: +351 210 935 500

Hrvatska

România

Berlin-Chemie Menarini Hrvatska d.o.o.

Berlin-Chemie A.Menarini S.R.L.

Tel: + 385 1 4821 361

Tel: +40 21 232 34 32

Ireland

Slovenija

AstraZeneca Pharmaceuticals (Ireland) Ltd

Berlin-Chemie AG, Podružnica Ljubljana

Tel: +353 1609 7100

Tel: +386 01 300 2160

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

Berlin-Chemie AG - obchodné zastúpenie v SR

Sími: +354 535 70 00

Tel: +421 2 544 30 730

Italia

Suomi/Finland

Laboratori Guidotti S.p.A.

AstraZeneca Oy

Tel: +39- 050 971011

Puh/Tel: +358 10 23 010

Κύπρος

Sverige

Αλέκτωρ Φαρµακευτική Λτδ

AstraZeneca AB

Τηλ: +357 22490305

Tel: +46 8 553 26 000

Latvija

United Kingdom

SIA Berlin-Chemie/Menarini Baltic

AstraZeneca UK Ltd

Tel: +371 67103210

Tel: +44 1582 836 836

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu/.

7.L-inalatur Genuair: struzzjonijiet għall-użu

Din is-sezzjoni fiha tagħrif dwar kif tuża l-inalatur Genuair tiegħek. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar kif tuża l-inalatur tiegħek, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infirmier tiegħek għal assistenza.

Qabel ma tuża l-inalatur Genuair, jekk jogħġbok aqra l-istruzzjonijiet kollha.

Kif issir taf kif inhu Bretaris Genuair: Neħħi l-inalatur Genuair mill-pawċ u sir af aktar dwar il- komponenti tiegħu.

Indikatur

Buttuna ħadra

tad-dożi

 

Tapp

Protettiv

Tieqa ta’ kontroll ikkulurita

Biċċa tal-ħalq

Kif tuża Bretaris Genuair

Sommarju

Sabiex tuża l-inalatur Genuair tiegħek, hemm 2 passi li trid tagħmel wara li tneħħi t-tapp:

L-ewwel pass - Agħfas u ITLAQ il-buttuna l-ħadra u ħu nifs sħiħ ’il barra, lil hinn mill-inalatur. It-tieni - Poġġi xofftejk issikkati madwar il-biċċa tal-ħalq u ħu nifs QAWWI u FIL-FOND minn ġewwa l-inalatur.

Wara li tieħu n-nifs, tinsiex terġa’ tagħlqu bit-tapp protettiv.

L-Ewwel Fażi

Qabel l-ewwel użu, qatta’ l-pawċ issiġillat matul it-talja u neħħi l-inalatur Genuair.

Meta tkun se tieħu d-doża tiegħek tal-prodott mediċinali, neħħi t-tapp protettiv billi tagħfas bil- mod il-vleġeġ immarkati fuq kull naħa u tiġbed ’il barra (ara l-istampa 1).

STAMPA 1

Iċċekkja li m’hemm xejn jostakola l-biċċa tal-ħalq.

Żomm l-inalatur Genuair b’mod orizzontali bil-biċċa tal-ħalq tħares lejk u l-buttuna l-ħadra tħares dritt ‘il fuq (ara l-istampa 2).

Żommu bil-buttuna l-ħadra tħares dritt ’il fuq. IDDAWRUX.

STAMPA 2

L-EWWEL PASS: AGĦFAS il-buttuna l-ħadra sakemm tinżel kollha u mbagħad ITLAQHA (ara l- istampi 3 u 4)

TKOMPLIX IŻŻOMM IL-BUTTUNA L-ĦADRA ’L ISFEL.

AGĦFAS il-buttuna l-ħadra ITLAQ il-buttuna l-ħadra sakemm tinżel kollha

STAMPA 3

STAMPA 4

 

 

Ieqaf u Ċċekkja: Kun żgur li d-doża hija lesta biex tittieħed man-nifs

Kun żgur li t-tieqa ta’ kontroll ikkulurita tkun inbidlet għal ħadra (ara l-istampa 5).

It-tieqa ta’ kontroll ħadra tikkonferma li l-mediċina tiegħek huwa lest sabiex jittieħed man-nifs.

Lesta għall-użu

AĦDAR

STAMPA 5

JEKK IT-TIEQA TA’ KONTROLL IKKULURITA TIBQA’ ĦAMRA, JEKK JOGĦĠBOK ERĠA’ AGĦFAS U ITLAQ (ARA L-EWWEL PASS).

Qabel ma tressaq l-inalatur lejn ħalqek, ħu nifs sħiħ ’il barra. Tiħux nifs ’il barra fl-inalatur.

IT-TIENI PASS: Poġġi xofftejk issikkati madwar il-biċċa tal-ħalq tal-inalatur Genuair u iġbed nifs QAWWI u FIL-FOND minn ġol-biċċa tal-ħalq (ara l-istampa 6).

- Dan in-nifs qawwi u fil-fond jiġbed il-mediċina minn ġol-inalatur għall-pulmun tiegħek.

ATTENZJONI: IŻŻOMMX IL-BUTTUNA L-ĦADRA ’L

ISFEL WAQT LI TIEĦU N-NIFS.

TAJJEB

ĦAŻIN

STAMPA 6

Filwaqt li tieħu nifs il-ġewwa se tisma’ “KLIKK” li juri li qed tuża l-inalatur Genuair kif suppost.

Ibqa’ ħu n-nifs ’il ġewwa anki wara li tisma’ l-“KLIKK” tal-inalatur sabiex tkun żgur li ħadt id-doża sħiħa.

Neħħi l-inalatur Genuair minn ħalqek u żomm in-nifs għal kemm tħoss li huwa komdu għalik, imbagħad itfa’ nifs bil-mod ’il barra minn imnieħrek.

Osservazzjoni: Xi pazjenti jista’ jkollhom togħma xi ftit ħelwa jew kemmxejn morra, jew ikollhom sensazzjoni ta’ frak, jiddependi fuq il-pazjent, meta jieħdu l-prodott mediċinali man-nifs. Tiħux doża żejda jekk ma ttiegħem jew ma tħoss xejn wara li tieħu n-nifs.

Ieqaf u Ċċekkja: Kun żgur li ħadtu tajjeb man-nifs

Kun żgur li t-tieqa ta’ kontroll tkun inbidlet għal ħamra (ara l-istampa 7). Dan jikkonferma li inti ħadt id-doża sħiħa man-nifs kif suppost.

Teħid tajjeb man-nifs

ĦAMRA

STAMPA 7

JEKK IT-TIEQA TA’ KONTROLL IKKULURITA TIBQA’ ĦADRA, JEKK JOGĦĠBOK ERĠA’ ĦU NIFS QAWWI U FIL-FOND MINN ĠOL-BIĊĊA TAL-ĦALQ (ARA T-TIENI PASS).

Jekk it-tieqa xorta waħda tibqa’ ma tinbidilx għal ħamra, jista’ jkun li tkun insejt titlaq il- buttuna l-ħadra qabel ma ħadt in-nifs jew inkella jista’ jkun li ma ħadtx in-nifs kif suppost. Jekk jiġri hekk, erġa’ pprova.

Kun żgur li tkun TLAQT il-buttuna l-ħadra u li tieħu nifs QAWWI fil-fond minn ġol-biċċa tal- ħalq.

Osservazzjoni: Jekk ma jirnexxilekx tieħu nifs kif suppost wara diversi drabi, ikkonsulta lit-tabib tiegħek.

Ladarba t-tieqa tinbidel f’ħamra, erġa’ agħlaq bit-tapp protettiv billi tagħfsu lura fuq il-biċċa tal-ħalq (ara l-istampa 8).

STAMPA 8

Meta għandi nġib inalatur Genuair ġdid?

L-inalatur Genuair huwa mgħammar b’indikatur tad-dożi sabiex jurik bejn wieħed u ieħor kemm-il doża għad baqagħlek fl-inalatur. L-indikatur tad-dożi jinżel bil-mod, billi jindika kemm jifdal f’intervalli ta’ 10 (60, 50, 40, 30, 20, 10, 0) (ara l-istampa A). Kull inalatur Genuair jagħti tal-inqas30 jew 60 doża, skont id-daqs tal-pakkett.

Meta jidhru linji rrigati ħomor fl-indikatur tad-dożi (ara l-istampa A), dan ifisser li tkun wasalt viċin l-aħħar doża u li għandek tikseb inalatur Genuair ġdid.

L-indikatur tad-dożi jinżel b’intervalli ta’ 10: 60, 50, 40, 30, 20, 10, 0.

Linji rrigati

Indikatur tad-dożi

STAMPA A

Osservazzjoni: Jekk l-inalatur Genuair tiegħek jidher li jkun bil-ħsara jew jekk titlef it-tapp, l-inalatur tiegħek għandu jinbidel. M’GĦANDEKX GĦALFEJN tnaddaf l-inalatur Genuair tiegħek. Madankollu, jekk tixtieq tnaddfu, għandek tagħmel dan billi timsaħ il-parti ta’ barra tal-biċċa tal-ħalq b’tissue jew b’karta niexfa.

QATT tuża ilma sabiex tnaddaf l-inalatur Genuair, minħabba li dan jista’ jkun ta’ ħsara għall- mediċina tiegħek.

Kif tkun taf li l-inalatur Genuair tiegħek huwa vojt?

Meta jidher 0 (żero) fin-nofs tal-indikatur tad-dożi, għandek tkompli tuża kwalunkwe doża li jifdal fl-inalatur Genuair.

Meta tkun tħejjiet l-aħħar doża għal teħid man-nifs, il-buttuna l-ħadra ma titlax lura kompletament fil-pożizzjoni oriġinali tagħha, iżda tibqa’ msakkra f’pożizzjoni fin-nofs (ara l-istampa B). Anki jekk il-buttuna ħadra tkun msakkra, xorta waħda tista’ tieħu l-aħħar doża tiegħek. Wara din l-aħħar doża, l-inalatur Genuair ma jistax jerġa’ jintuża u għandek tibda tuża inalatur Genuair ġdid.

Imsakkra

STAMPA B

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati