Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Brilique (ticagrelor) – Fuljett ta’ tagħrif - B01AC24

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaBrilique
Kodiċi ATCB01AC24
Sustanzaticagrelor
ManifatturAstraZeneca AB

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Brilique 60 mg pilloli miksija b’rita ticagrelor

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik..

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek..

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Brilique u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Brilique

3.Kif għandek tieħu Brilique

4.Effetti sekondarji li jista’ jkollu

5.Kif taħżen Brilique

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Brilique u għalxiex jintuża

X’inhu Brilique

Brilique fih sustanza attiva li tissejjaħ ticagrelor. Din tippartjeni għall-grupp ta’ mediċini jissejħu antiplejtlits.

Għalxiex jintuża Brilique

Brilique flimkien ma’ acetylsalicylic acid (sustanza oħra kontra l-plejtlits) għandu jintuża biss fl- adulti. Inti ngħatajt din il-mediċina għaliex kellek:

attakk tal-qalb, iktar minn sena ilu.

Dan inaqqaslek il-possibbiltà li jkollok attakk tal-qalb ieħor jew puplesija jew li tmut minħabba marda relatata ma’ qalbek jew il-vini jew l-arterji.

Kif jaħdem Brilique

Brilique jaffettwa ċelloli jissejħu ‘plejtlits’ (jissejħu wkoll tromboċiti). Dawn huma ċelloli żgħar ħafna fid-demm tiegħek li jgħinu sabiex tieqaf il-fsada billi jingħaqdu flimkien sabiex jagħlqu toqob irqaq fil-kanali tad-demm li jkunu maqtugħin jew danneġġati.

Madankollu plejtlits jistgħu jifformaw demm magħqud ġewwa kanali tad-demm morda fil-qalb u fil- moħħ. Dan jista’ jkun ta’ periklu kbir għax:

id-demm magħqud jista’ jaqta’ kompletament il-provvista tad-demm; dan jista’ jikkawża attakk tal-qalb (infart mijokardjali) jew puplesija, jew

id-demm magħqud jista’ jimblokka parzjalment il-kanali tad-demm lejn il-qalb; dan inaqqas iċ- ċirkolazzjoni tad-demm lejn il-qalb u jista’ jikkawża uġigħ fis-sider li jmur u jiġi (tissejjaħ anġina mhux stabbli)

Brilique jgħin sabiex iwaqqaf il-plejtlits milli jingħaqdu. Din tnaqqas il-possibilità li jifforma embolu tad-demm li jista’ jnaqqas iċ-ċirkulazzjoni tad-demm.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Brilique

Tiħux Brilique jekk:

Jekk inti allerġiku/a għal ticagrelor jew sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (elenkati f’sezzjoni 6)

Jekk għandek fsada issa.

Kellek xi puplesija minħabba fsada fil-moħħ.

Għandek mard qawwi tal-fwied

Jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini:

-ketoconazole (jintuża sabiex jikkura infezzjonijiet tal-fungu)

-clarithromycin (jintuża sabiex jikkura infezzjonijiet tal-batteri)

-nefazodone (anti-dipressant)

ritonavir u atazanavir (jintuża sabiex jikkura l-infezzjoni tal-HIV u AIDS),

Tiħux Brilique jekk xi waħda minn dawn tapplika għalik. Jekk mintix ċert kellem lit-tabib jew lill- ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Brilique jekk:

Għandek żieda fir-riskju ta’ fsada minħabba:

-xi leżjoni serja riċenti

-kirurġija riċenti (inkluż xogħol dentali, staqsi lit-tabib tiegħek dwar dan)

-jekk għandek kundizzjoni li taffettwa l-għaqid tad-demm

-fsada riċenti mill-istonku jew l-imsaren (bħal ulċera tal-istonku jew qarnita fil-kolon)

Jekk ser ikollok xi operazzjoni (inkluż xogħol fuq is-snien) f’kull ħin waqt li qed tieħu Brilique. Dan minħabba żieda fir-riskju ta’ fsada. It-tabib tiegħek jista jgħidlek sabiex tieqaf tieħu din il- mediċina 7 t’ijiem qabel l-operazzjoni

Jekk qalbek tħabbat bil-mod (normalment inqas minn 60 darba fil-minuta) u għad ma għandekx f’postu strument li jgħin lil qalbek tħabbat regolari (pacemaker)

Jekk għandek l-ażżma jew problemi oħrajn fil-pulmun jew diffikultajiet sabiex tieħu n-nifs.

Jekk kellek xi problema bil-fwied jew kellek qabel xi marda li setgħet affettwat il-fwied.

Jekk xi waħda minn dawn tapplika għalik (jew mintix ċert), kellem lit-tabib, spiżjar jew dentist tieħek qabel tieħu din il-mediċina.

Tfal u adolexxenti

Brilique mhux rakkomandat għat-tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena

Mediċini oħra u Brilique

Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew jista’ jkollok bżonn tieħu xi mediċini oħrajn. Dan għaliex Brilique jista’ jaffetwa l-mod kif jaħmu xi mediċini u xi mediċini jista’ jkollhom effett fuq Brilique.

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu xi mediċini minn dawn li ġejjin:

Aktar minn 40 mg kuljum ta’ simvastatin jew lovastatin (mediċini li jintużaw sabiex ibaxxu l- kolesterol)

rifampicin (antibijotiku)

phenytoin, carbamazepine u phenobarbital (jintużaw sabiex jikkontrollaw l-aċessjonijiet)

digoxin (jintuża sabiex jikkura l-insuffiċjenza tal-qalb)

cyclosporine (jintuża sabiex inaqqas id-difiża tal-ġisem)

quinidine u diltiazem (jintużaw sabiex jikkuraw ir-ritmi abnormali tal-qalb)

beta-blockers u verapamil (jintużaw għall-kura ta’ pressjoni għolja)

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu xi mediċini minn dawn li ġejjin li jżidulek ir- riskju ta’ fsada:

Anti-koagulanti orali magħrufin ukoll bħala dawk li ‘jraqqu d-demm’ li jinkludu warfarina.

Mediċini Anti-Infjammatorji u Mhux Sterojdi (fil-qasir NSAIDs - non-steroidal anti-inflammatory drugs) li jittieħdu għal kontra l-uġigħ bħal ibuprofen u naproxen.

Inibituri Selettivi ta’ Reuptake tas-Serotonin (fil-qasir SSRIs - selective serotonin reuptake inhibitors) jittieħdu bħala anti-depressanti bħal paroxetine, sertraline u citalopram.

Mediċini oħrajn bħal ketoconazole (jintuża sabiex jikkura infezzjonijiet fungali) clarithromycin (jintuża sabiex jikkura infezzjonijiet tal-batteri), nefozodone (anti-dipressant), ritonavir u

atazanavir (jintużaw sabiex jikkuraw l-infezzjoni tal-HIV u AIDS), cisapride (għall-ħruq ta’ stonku), ergot alkaloids (jintużaw għal kura tal-emigranja u l-uġigħ ta’ ras).

Għid lit-tabib tiegħek ukoll li minħabba li qed tieħu Brilique, jista’ jkollok żieda fir-riskju ta’ fsada jekk it-tabib tiegħek jagħtik fibrinolitiċi magħrufa bħala dawk li jħollu d-demm magħqud li jinkludu streptokinase u alteplase.

Tqala u treddigħ

Mhux rakkomadat li tuża Brilique jekk inti tqila jew tista’ tkun tqila. In-nisa għandhom jużaw miżuri ta’ kontraċezzjoni xierqa sabiex jevitaw it-tqala waqt li qed jieħdu dan il-prodott mediċinali.

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina jekk qed tredda’. It-tabib tiegħek se jiddiskuti miegħek il-benefiċċji u r-riskji li tieħu Brilique waqt dan iż-żmien.

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni:

Brilique ma jaffetwax l-abbilta li s-suq jew tħaddem magni. Jekk tħossok sturdut/a jew konfuż/a waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina, oqgħod attent/a waqt li ssuq jew tħaddem magni.

3.Kif għandek tieħu Brilique

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Kemm għandek tieħu

Id-doża normali hija pillola waħda ta’ 60 mg darbtejn kuljum. Kompli ħu Brilique sakemm jordnalek it-tabib tiegħek.

Għandek tieħu din il-mediċina fl-istess ħin kuljum (pereżempju pillola filgħodu u waħda filgħaxija).

Kif tieħu Brilique ma’ mediċini oħrajn għall-għaqid tad-demm

It-tabib tiegħek normalment jgħidlek sabiex tieħu wkoll acetylsalicylic acid. Din hija sustanza preżenti f’ħafna mediċini li jintużaw sabiex iwaqqfu d-demm milli jagħqad. It-tabib tiegħek jgħidlek kemm għandek tieħu (normalment bejn 75-150 mg kuljum).

Kif għandek tieħu Brilique

Tista’ tieħu Brilique mal-ikel jew mingħajru.

Tista’ tiċċekja meta l-aħħar ħadt pillola ta’ Brilique billi tħares fuq il-folja. Hemm xemx (għall- filgħodu) u qamar (għall-filgħaxija). Dan jgħidlek jekk tkunx ħadt id-doża.

Jekk għandek problema biex tibla’ l-pillola

Jekk għandek problema biex tibla’ l-pillola, tista’ tgħaffiġha u tħallatha mal-ilma kif ġej:

Għaffeġ il-pillola fi trab fin

Ferra’ t-trab f’nofs tazza ilma

Ħawwad u ixrob minnufih

Sabiex tkun ċert/a li ma jkunx fadal aktar mediċina, laħlaħ it-tazza vojta b’nofs tazza ilma oħra

u ixrobha

Jekk tinsab l-isptar, tista’ tingħata din il-pillola mħallta ma’ ftit ilma u tingħata permezz ta’ tubu mill- imnieħer (tubu nażogastriku).

Jekk tieħu Brilique aktar milli suppost

Jekk tieħu Brilique aktar milli suppost, kellem tabib jew mur fi sptar minnufih. Ħu l-pakkett tal- mediċina miegħek. Tista’ tkun f’riskju ta’ żieda ta’ fsada.

Jekk tinsa tieħu Brilique

Jekk tinsa tieħu doża, ħu d-doża normali li jkun imiss.

Tiħux doża doppja ( żewġ dożi fl-istess ħin) biex tagħmel tajjeb għad-doża li tkun insejt).

Jekk tieqaf tieħu Brilique

Tiqafx tieħu Brilique mingħajr ma tkellem lit-tabib tigħek. Ħu din il-mediċina fuq bażi regolari sakemm it-tabib tiegħek jibqa jagħtihulek. Jekk tieqaf tieħu Brilique, jista’ jiżdied iċ-ċans li jkollok attakk tal-qalb ieħor jew puplesija jew li tmut minn mard relatat ma’ qalbek jew ma’ kanali tad-demm.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew spiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji li jista’ jkollu

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. L-effetti sekondarji li ġejjin jistgħu iseħħu b’din il-mediċina:

Brilique jaffettwa l-għaqid tad-demm, b’hekk il-biċċa l-kbira tal-effetti sekondarji huma relatati ma’ fsada. Fsada tista’ sseħħ fi kwalunkwe parti tal-ġisem. Xi fsada hija komuni (bħal tbenġil u tifriġ). Fsada severa mhijiex komuni, iżda’ tista’ tkun ta’ theddida għall-ħajja.

Ara tabib minnufih jekk tinnota xi waħda minn dawn li ġejjin- jista’ jkollok bżonn kura medika urġenti:

Fsada fil-moħħ jew ġewwa l-kranju hija effett sekondarju mhux komuni, u tista’ tikkawża sinjali ta’ puplesija bħal:

-tnemnim f’salt jew debbulizza ta’ jdejk, saqajk jew wiċċek, speċjalment jekk fuq naħa waħda tal-ġisem

-tkun konfuż/a, issibha diffiċli sabiex titkellem jew tifhem lill-oħrajn

-diffikulta f’daqqa sabiex timxi jew telf ta’ bilanċ jew kordinazzjoni

-tħossok sturdut/a f’daqqa jew taqbdek uġigħ ta’ ras f’daqqa u mingħajr raġuni

Sinjali ta’ fsada bħal:

-fsada li hija qawwija jew li ma tistax tiġi kkontrollata

-fsada mhux mistennija jew fsada li ddum ħafna

-awrina roża, ħamra jew kannella

-tirremetti demm aħmar jew ir-rimettar tiegħek ikun qisu “ċiċri tal-kafè”

-ippurgar aħmar jew iswed (ikun qisu qatran)

-tisgħol jew tirremetti ċapep tad-d-demm

-

-Ħass ħażin (sinkope)

-tintilef minn sensik b’mod temporanju minħabba tnaqqis f’daqqa fil-fluss tad-demm fil-moħħ

(komuni)

Iddiskuti mat-tabib tiegħek jekk tinnota xi waħda minn dawn li ġejjin:

Tħossok nifsek maqtuħ – din hija komuni ħafna. Dan jista’ jkun minħabba l-mard tal-qalb tiegħek jew kawża oħra, jew jista’ jkun effett sekondarju ta’ Brilique. Qtugħ ta’ nifs relatat ma’ Brilique ġeneralment huwa ħafif u kkaratterizzat minn bżonn kbir ta’ arja f’daqqa mhux mistenni li jseħħ waqt il-mistrieħ u jista’ jidher fl-ewwel ġimgħat tat-terapija u għal biċċa l-kbir tan-nies jista’ jgħaddi. Jekk il-qtugħ ta’ nifs tiegħek jiggrava jew idum għal żmien twil, għid lit-tabib tiegħek. It- tabib tiegħek jiddeċiedi għandekx bżonn kura jew ta’ aktar investigazzjonijiet.

Effetti sekondarji oħra

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iktar minn persuna waħda minn kull 10)

Livell għoli ta’ uric acid fid-demm tiegħek (kif osservat fit-testijiet)

Fsada kkawżata minn disturbi fid-demm

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10 persuni)

Tbenġil

Uġigħ ta’ ras

Tħossok stordut/a u kollox idur

Dijarea jew indiġestjoni

Tħossok ma tiflaħx (dardir)

Stitikezza

Raxx

Ħakk

Uġigħ qawwi u nefħa fil-ġoġi – dawn huma sinjali ta’ gotta

Tħossok sturdut jew mhux f’siktek, jew ikollok vista mċajpra – dawn huma sinjali ta’ pressjoni tad-demm baxx

Tinfaraġ

Fsada wara kirurġija jew minn qtugħ (pereżempju waqt li tkun qed tqaxxar il-leħja) u feriti aktar min-normal

Fsada mill-inforra tal-istonku (ulċera)

Fsada mill-ħanek

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100 persuna)

Reazzjoni allerġika – raxx, ħakk, jew jintefħu x-xofftejn/ilsien jistgħu jkunu sinjali ta’ reazzjoni allerġika.

Konfużjoni

Problemi viżwali kkawżat minn demm f’għajnejk

Fsada mill-vaġina aktar qawwija, jew isseħħ fi żminijiet differenti, mill-pirjid normali (mestrwali) tiegħek

Fsada fil-ġogi li tikkawża nefħa b’uġigħ fil-ġoġi u l-muskoli

Demm f’widnejk

Fsada interna, din tista’ tikkawża sturdament jew li tħossok mhux f’siktek

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Brilique

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja u l-kartuna wara JIS. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina ma teħtieġ l-ebda kundizzjoni ta’ ħżin speċjali.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Brilique

-Is-sustanza attiva hija ticagrelor. Kull pillola miksija b’rita fiha 60 mg ta’ ticagrelor.

-Is-sustanzi l-oħra eċċipjenti huma:

Qalba tal-pillola: mannitol (E421), calcium hydrogen phosphate dihydrate, sodium starch glycolate tip A, hydroxypropyl cellulose (E463), magnesium stearate (E470b)

Il-kisja tar-rita tal-pillola: hypromellose (E464), titanium dioxide (E171), macrogol 400, iron oxide black (E172) u iron oxide red (E172).

Kif jidher Brilique u l-kontenut tal-pakkett:

Pillola miksija b’rita (pillola). Il-pilloli huma tondi, bikunvessi, roża, miksija b’rita mmarkati b’”60” fuq ”T” fuq naħa waħda.

Brilique huwa disponibbli f’

Folji standard (xemx/qamar) f’kartun ta’ 60 u 180 pillola

Folji bil-kalendarju (xemx/qamar) f’kartun ta’ 14, 56 u 168 pillola Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur:

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

AstraZeneca AB

SE-151 85

Sodertalje

L-Isvezja

Manifattur

AstraZeneca AB

Gartunavagen

SE-151 85

Sodertalje

L-Isvezja

Manifattur

AstraZeneca UK Limited

Silk Road Business Park

Macclesfield Cheshire, SK10 2NA

Ir-Renju Unit

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

AstraZeneca S.A./N.V.

UAB AstraZeneca Lietuva

Tel: +32 2 370 48 11

Tel: +370 5 2660550

България

Luxembourg/Luxemburg

АстраЗенека България ЕООД

AstraZeneca S.A./N.V.

Teл.: +359 2 44 55 000

Tél/Tel: +32 2 370 48 11

Česká republika

Magyarország

AstraZeneca Czech Republic s.r.o

AstraZeneca Kft.

Tel: +420 222 807 111

Tel.: +36 1 883 6500

Danmark

Malta

AstraZeneca A/S

Associated Drug Co. Ltd

Tlf: +45 43 66 64 62

Tel: +356 2277 8000

Deutschland

Nederland

AstraZeneca GmbH

AstraZeneca BV

Tel: +49 41 03 7080

Tel: +31 79 363 2222

Eesti

Norge

AstraZeneca

AstraZeneca AS

Tel: +372 6549 600

Tlf: +47 21 00 64 00

Ελλάδα

Österreich

AstraZeneca A.E.

AstraZeneca Österreich GmbH

Τηλ: +30 2 106871500

Tel: +43 1 711 31 0

España

Polska

AstraZeneca Farmacéutica Spain, S.A.

AstraZeneca Pharma Poland Sp. z o.o.

Tel: +34 91 301 91 00

Tel.: +48 22 874 35 00

France

Portugal

AstraZeneca

AstraZeneca Produtos Farmacêuticos, Lda.

Tél: +33 1 41 29 40 00

Tel: +351 21 434 61 00

Hrvatska

România

AstraZeneca d.o.o.

AstraZeneca Pharma SRL

Tel: +385 1 4628 000

Tel: +40 21 317 60 41

Ireland

Slovenija

AstraZeneca Pharmaceuticals (Ireland) Ltd

AstraZeneca UK Limited

Tel: +353 1609 7100

Tel: +386 1 51 35 600

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

AstraZeneca AB, o.z.

Sími: +354 535 7000

Tel: +421 2 5737 7777

Italia

Suomi/Finland

AstraZeneca S.p.A.

AstraZeneca Oy

Tel: +39 02 9801 1

Puh/Tel: +358 10 23 010

Κύπρος

Sverige

Αλέκτωρ Φαρµακευτική Λτδ

AstraZeneca AB

Τηλ: +357 22490305

Tel: +46 8 553 26 000

Latvija

United Kingdom

SIA AstraZeneca Latvija

AstraZeneca UK Ltd

Tel: +371 67377100

Tel: +44 1582 836 836

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’xx/2015

 

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

 

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini (EMA) http://www.ema.europa.eu/.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Brilique 90 mg pilloli miksija b’rita ticagrelor

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik..

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek..

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Brilique u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Brilique

3.Kif għandek tieħu Brilique

4.Effetti sekondarji li jista’ jkollu

5.Kif taħżen Brilique

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Brilique u għalxiex jintuża

X’inhu Brilique

Brilique fih sustanza attiva li tissejjaħ ticagrelor. Din tippartjeni għall-grupp ta’ mediċini jissejħu antiplejtlits.

Għalxiex jintuża Brilique

Brilique flimkien ma’ acetylsalicylic acid (sustanza oħra kontra l-plejtlits) għandu jintuża biss fl- adulti. Inti ngħatajt din il-mediċina għaliex kellek:

attakk tal-qalb, jew

anġina stabbli (anġina jew uġigħ tas-sider li mhuwiex ikkontrollat sew).

Dan inaqqaslek il-possibbiltà li jkollok attakk tal-qalb ieħor jew puplesija jew li tmut minħabba marda relatata ma’ qalbek jew il-vini jew l-arterji.

Kif jaħdem Brilique

Brilique jaffettwa ċelloli jissejħu ‘plejtlits’ (jissejħu wkoll tromboċiti). Dawn huma ċelloli żgħar ħafna fid-demm tiegħek li jgħinu sabiex tieqaf il-fsada billi jingħaqdu flimkien sabiex jagħlqu toqob irqaq fil-kanali tad-demm li jkunu maqtugħin jew danneġġati.

Madankollu plejtlits jistgħu jifformaw demm magħqud ġewwa kanali tad-demm morda fil-qalb u fil- moħħ. Dan jista’ jkun ta’ periklu kbir għax:

id-demm magħqud jista’ jaqta’ kompletament il-provvista tad-demm; dan jista’ jikkawża attakk tal-qalb (infart mijokardjali) jew puplesija, jew

id-demm magħqud jista’ jimblokka parzjalment il-kanali tad-demm lejn il-qalb; dan inaqqas iċ- ċirkolazzjoni tad-demm lejn il-qalb u jista’ jikkawża uġigħ fis-sider li jmur u jiġi (tissejjaħ anġina mhux stabbli)

Brilique jgħin sabiex iwaqqaf il-plejtlits milli jingħaqdu. Din tnaqqas il-possibilità li jifforma embolu tad-demm li jista’ jnaqqas iċ-ċirkulazzjoni tad-demm.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Brilique

Tiħux Brilique jekk:

Jekk inti allerġiku/a għal ticagrelor jew sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (elenkati f’sezzjoni 6)

Jekk għandek fsada issa.

Kellek xi puplesija minħabba fsada fil-moħħ.

Għandek mard qawwi tal-fwied

Jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini:

-ketoconazole (jintuża sabiex jikkura infezzjonijiet tal-fungu)

-clarithromycin (jintuża sabiex jikkura infezzjonijiet tal-batteri)

-nefazodone (anti-dipressant)

ritonavir u atazanavir (jintuża sabiex jikkura l-infezzjoni tal-HIV u AIDS),

Tiħux Brilique jekk xi waħda minn dawn tapplika għalik. Jekk mintix ċert kellem lit-tabib jew lill- ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Brilique jekk:

Għandek żieda fir-riskju ta’ fsada minħabba:

-xi leżjoni serja riċenti

-kirurġija riċenti (inkluż xogħol dentali, staqsi lit-tabib tiegħek dwar dan)

-jekk għandek kundizzjoni li taffettwa l-għaqid tad-demm

-fsada riċenti mill-istonku jew l-imsaren (bħal ulċera tal-istonku jew qarnita fil-kolon)

Jekk ser ikollok xi operazzjoni (inkluż xogħol fuq is-snien) f’kull ħin waqt li qed tieħu Brilique. Dan minħabba żieda fir-riskju ta’ fsada. It-tabib tiegħek jista jgħidlek sabiex tieqaf tieħu din il- mediċina 7 t’ijiem qabel l-operazzjoni

Jekk qalbek tħabbat bil-mod (normalment inqas minn 60 darba fil-minuta) u għad ma għandekx f’postu strument li jgħin lil qalbek tħabbat regolari (pacemaker)

Jekk għandek l-ażżma jew problemi oħrajn fil-pulmun jew diffikultajiet sabiex tieħu n-nifs.

Jekk kellek xi problema bil-fwied jew kellek qabel xi marda li setgħet affettwat il-fwied.

Jekk xi waħda minn dawn tapplika għalik (jew mintix ċert), kellem lit-tabib, spiżjar jew dentist tieħek qabel tieħu din il-mediċina.

Tfal u adolexxenti

Brilique mhux rakkomandat għat-tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena

Mediċini oħra u Brilique

Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew jista’ jkollok bżonn tieħu xi mediċini oħrajn. Dan għaliex Brilique jista’ jaffetwa l-mod kif jaħmu xi mediċini u xi mediċini jista’ jkollhom effett fuq Brilique.

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu xi mediċini minn dawn li ġejjin:

Aktar minn 40 mg kuljum ta’ simvastatin jew lovastatin (mediċini li jintużaw sabiex ibaxxu l- kolesterol)

rifampicin (antibijotiku)

phenytoin, carbamazepine u phenobarbital (jintużaw sabiex jikkontrollaw l-aċessjonijiet)

digoxin (jintuża sabiex jikkura l-insuffiċjenza tal-qalb)

cyclosporine (jintuża sabiex inaqqas id-difiża tal-ġisem)

quinidine u diltiazem (jintużaw sabiex jikkuraw ir-ritmi abnormali tal-qalb)

beta-blockers u verapamil (jintużaw għall-kura ta’ pressjoni għolja)

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu xi mediċini minn dawn li ġejjin li jżidulek ir- riskju ta’ fsada:

Anti-koagulanti orali magħrufin ukoll bħala dawk li ‘jraqqu d-demm’ li jinkludu warfarina.

Mediċini Anti-Infjammatorji u Mhux Sterojdi (fil-qasir NSAIDs - non-steroidal anti-inflammatory drugs) li jittieħdu għal kontra l-uġigħ bħal ibuprofen u naproxen.

Inibituri Selettivi ta’ Reuptake tas-Serotonin (fil-qasir SSRIs - selective serotonin reuptake inhibitors) jittieħdu bħala anti-depressanti bħal paroxetine, sertraline u citalopram.

Mediċini oħrajn bħal ketoconazole (jintuża sabiex jikkura infezzjonijiet fungali) clarithromycin (jintuża sabiex jikkura infezzjonijiet tal-batteri), nefozodone (anti-dipressant), ritonavir u

atazanavir (jintużaw sabiex jikkuraw l-infezzjoni tal-HIV u AIDS), cisapride (għall-ħruq ta’ stonku), ergot alkaloids (jintużaw għal kura tal-emigranja u l-uġigħ ta’ ras).

Għid lit-tabib tiegħek ukoll li minħabba li qed tieħu Brilique, jista’ jkollok żieda fir-riskju ta’ fsada jekk it-tabib tiegħek jagħtik fibrinolitiċi magħrufa bħala dawk li jħollu d-demm magħqud li jinkludu streptokinase u alteplase.

Tqala u treddigħ

Mhux rakkomadat li tuża Brilique jekk inti tqila jew tista’ tkun tqila. In-nisa għandhom jużaw miżuri ta’ kontraċezzjoni xierqa sabiex jevitaw it-tqala waqt li qed jieħdu dan il-prodott mediċinali.

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina jekk qed tredda’. It-tabib tiegħek jiddiskuti miegħek il-benefiċċji u r-riskji li tieħu Brilique waqt dan iż-żmien.

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni:

Brilique ma jaffetwax l-abbilta li s-suq jew tħaddem magni. Jekk tħossok sturdut/a jew konfuż/a waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina, oqgħod attent/a waqt li ssuq jew tħaddem magni.

3. Kif għandek tieħu Brilique

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Kemm għandek tieħu

Id-doża tal-bidu hija żewġ pilloli fl-istess ħin (doża tal-bidu ta’ 180 mg). Din id-doża normalment tingħata lilek l-isptar.

Wara d-doża tal-bidu, id-doża normali hija ta’ pillola waħda ta’ 90 mg darbtejn kuljum sa 12- il xahar sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx mod ieħor.

Għandek tieħu din il-mediċina fl-istess ħin ta’ kull ġurnata (pereżempju pillola filgħodu u waħda filgħaxija).

Kif tieħu Brilique ma’ mediċini oħrajn għall-għaqid tad-demm

It-tabib tiegħek normalment jgħidlek sabiex tieħu wkoll acetylsalicylic acid. Din hija sustanza preżenti f’ħafna mediċini li jintużaw sabiex iwaqqfu d-demm milli jagħqad. It-tabib tiegħek jgħidlek kemm għandek tieħu (normalment bejn 75-150 mg kuljum).

Kif għandek tieħu Brilique

Tista’ tieħu Brilique mal-ikel jew mingħajru.

Tista’ tiċċekja meta l-aħħar ħadt pillola ta’ Brilique billi tħares fuq il-folja. Hemm xemx (għall- filgħodu) u qamar (għall-filgħaxija). Dan jgħidlek jekk tkunx ħadt id-doża.

Jekk għandek problema biex tibla’ l-pillola

Jekk għandek problema biex tibla’ l-pillola, tista’ tgħaffiġha u tħallatha mal-ilma kif ġej:

Għaffeġ il-pillola fi trab fin

Ferra’ t-trab f’nofs tazza ilma

Ħawwad u ixrob minnufih

Sabiex tkun ċert/a li ma jkunx fadal aktar mediċina, laħlaħ it-tazza vojta b’nofs tazza ilma oħra

u ixrobha

Jekk tinsab l-isptar, tista’ tingħata din il-pillola mħallta bi ftit ilma u tingħata permezz ta’ tubu mill- imnieħer (tubu nażogastriku).

Jekk tieħu Brilique aktar milli suppost

Jekk tieħu Brilique aktar milli suppost, kellem tabib jew mur fi sptar minnufih. Ħu l-pakkett tal- mediċina miegħek. Tista’ tkun f’riskju ta’ żieda ta’ fsada.

Jekk tinsa tieħu Brilique

Jekk tinsa tieħu doża, ħu d-doża normali li jkun imiss.

Tiħux doża doppja ( żewġ dożi fl-istess ħin) biex tagħmel tajjeb għad-doża li tkun insejt).

Jekk tieqaf tieħu Brilique

Tiqafx tieħu Brilique mingħajr ma tkellem lit-tabib tigħek. Ħu din il-mediċina fuq bażi regolari sakemm it-tabib tiegħek jibqa jagħtihulek. Jekk tieqaf tieħu Brilique, jista’ jiżdied iċ-ċans li jkollok attakk tal-qalb ieħor jew puplesija jew li tmut minn mard relatat ma’ qalbek jew ma’ kanali tad-demm.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew spiżjar tiegħek.

4. Effetti sekondarji li jista’ jkollu

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. L-effetti sekondarji li ġejjin jistgħu iseħħu b’din il-mediċina:

Brilique jaffettwa l-għaqid tad-demm, b’hekk il-biċċa l-kbira tal-effetti sekondarji huma relatati ma’ fsada. Fsada tista’ sseħħ fi kwalunkwe parti tal-ġisem. Xi fsada hija komuni (bħal tbenġil u tifriġ). Fsada severa mhijiex komuni, iżda’ tista’ tkun ta’ theddida għall-ħajja.

Ara tabib minnufih jekk tinnota xi waħda minn dawn li ġejjin- jista’ jkollok bżonn kura medika urġenti:

Fsada fil-moħħ jew ġewwa l-kranju hija effett sekondarju mhux komuni, u tista’ tikkawża sinjali ta’ puplesija bħal:

-tnemnim f’salt jew debbulizza ta’ jdejk, saqajk jew wiċċek, speċjalment jekk fuq naħa waħda tal-ġisem

-tkun konfuż/a, issibha diffiċli sabiex titkellem jew tifhem lill-oħrajn

-diffikulta f’daqqa sabiex timxi jew telf ta’ bilanċ jew kordinazzjoni

-tħossok sturdut/a f’daqqa jew taqbdek uġigħ ta’ ras f’daqqa u mingħajr raġuni

Sinjali ta’ fsada bħal:

-fsada li hija qawwija jew li ma tistax tiġi kkontrollata

-fsada mhux mistennija jew fsada li ddum ħafna

-awrina roża, ħamra jew kannella

-tirremetti demm aħmar jew ir-rimettar tiegħek ikun qisu “ċiċri tal-kafè”

-ippurgar aħmar jew iswed (ikun qisu qatran)

-tisgħol jew tirremetti ċapep tad-d-demm

-

-Ħass ħażin (sinkope)

-tintilef minn sensik b’mod temporanju minħabba tnaqqis f’daqqa fil-fluss tad-demm fil-moħħ

(komuni)

Iddiskuti mat-tabib tiegħek jekk tinnota xi waħda minn dawn li ġejjin:

Tħossok nifsek maqtuħ – din hija komuni ħafna. Dan jista’ jkun minħabba l-mard tal-qalb tiegħek jew kawża oħra, jew jista’ jkun effett sekondarju ta’ Brilique. Qtugħ ta’ nifs relatat ma’ Brilique ġeneralment huwa ħafif u kkaratterizzat minn bżonn kbir ta’ arja f’daqqa mhux mistenni li jseħħ waqt il-mistrieħ u jista’ jidher fl-ewwel ġimgħat tat-terapija u għal biċċa l-kbir tan-nies jista’ jgħaddi. Jekk il-qtugħ ta’ nifs tiegħek jiggrava jew idum għal żmien twil, għid lit-tabib tiegħek. It- tabib tiegħek jiddeċiedi għandekx bżonn kura jew ta’ aktar investigazzjonijiet.

Effetti sekondarji oħra

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iktar minn persuna waħda minn kull 10)

Livell għoli ta’ uric acid fid-demm tiegħek (kif osservat fit-testijiet)

Fsada kkawżata minn disturbi fid-demm

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10 persuni)

Tbenġil

Uġigħ ta’ ras

Tħossok stordut/a u kollox idur

Dijarea jew indiġestjoni

Tħossok ma tiflaħx (dardir)

Stitikezza

Raxx

Ħakk

Uġigħ qawwi u nefħa fil-ġoġi – dawn huma sinjali ta’ gotta

Tħossok sturdut jew mhux f’siktek, jew ikollok vista mċajpra – dawn huma sinjali ta’ pressjoni tad-demm baxx

Tinfaraġ

Fsada wara kirurġija jew minn qtugħ (pereżempju waqt li tkun qed tqaxxar il-leħja) u feriti aktar min-normal

Fsada mill-inforra tal-istonku (ulċera)

Fsada mill-ħanek

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100 persuna)

Reazzjoni allerġika – raxx, ħakk, jew jintefħu x-xofftejn/ilsien jistgħu jkunu sinjali ta’ reazzjoni allerġika.

Konfużjoni

Problemi viżwali kkawżat minn demm f’għajnejk

Fsada mill-vaġina aktar qawwija, jew isseħħ fi żminijiet differenti, mill-pirjid normali (mestrwali) tiegħek

Fsada fil-ġogi li tikkawża nefħa b’uġigħ fil-ġoġi u l-muskoli

Demm f’widnejk

Fsada interna, din tista’ tikkawża sturdament jew li tħossok mhux f’siktek

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Brilique

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja u l-kartuna wara JIS. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina ma teħtieġ l-ebda kundizzjoni ta’ ħżin speċjali.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Brilique

-Is-sustanza attiva hija ticagrelor. Kull pillola miksija b’rita fiha 90 mg ta’ ticagrelor.

-Is-sustanzi l-oħra eċċipjenti huma:

Qalba tal-pillola: mannitol (E421), calcium hydrogen phosphate dihydrate, sodium starch glycolate tip A, hydroxypropyl cellulose (E463), magnesium stearate (E470b)

Il-kisja tar-rita tal-pillola: hypromellose (E464), titanium dioxide (E171), talc, macrogol 400, iron oxide black (E172) u iron oxide yellow (E172).

Kif jidher Brilique u l-kontenut tal-pakkett:

Pillola miksija b’rita (pillola). Il-pilloli huma tondi, bikunvessi, sofor, miksija b’rita mmarkati b’“90” fuq ”T” fuq naħa waħda.

Brilique huwa disponibbli f’

-Folji standard (xemx/qamar) f’kartun ta’ 60 u 180 pillola

-Folji bil-kalendarju (xemx/qamar) f’kartun ta’ 14, 56 u 168 pillola

-Folji mtaqqba b’doża waħda f’kartuna ta’ 100 x 1 pillola

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur:

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

AstraZeneca AB

SE-151 85

Sodertalje

L-Isvezja

Manifattur

AstraZeneca AB

Gartunavagen

SE-151 85

Sodertalje

L-Isvezja

Manifattur

AstraZeneca UK Limited

Silk Road Business Park

Macclesfield Cheshire, SK10 2NA

Ir-Renju Unit

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

AstraZeneca S.A./N.V.

UAB AstraZeneca Lietuva

Tel: +32 2 370 48 11

Tel: +370 5 2660550

България

Luxembourg/Luxemburg

АстраЗенека България ЕООД

AstraZeneca S.A./N.V.

Teл.: +359 2 44 55 000

Tél/Tel: +32 2 370 48 11

Česká republika

Magyarország

AstraZeneca Czech Republic s.r.o

AstraZeneca Kft.

Tel: +420 222 807 111

Tel.: +36 1 883 6500

Danmark

Malta

AstraZeneca A/S

Associated Drug Co. Ltd

Tlf: +45 43 66 64 62

Tel: +356 2277 8000

Deutschland

Nederland

AstraZeneca GmbH

AstraZeneca BV

Tel: +49 41 03 7080

Tel: +31 79 363 2222

Eesti

Norge

AstraZeneca

AstraZeneca AS

Tel: +372 6549 600

Tlf: +47 21 00 64 00

Ελλάδα

Österreich

AstraZeneca A.E.

AstraZeneca Österreich GmbH

Τηλ: +30 2 106871500

Tel: +43 1 711 31 0

España

Polska

AstraZeneca Farmacéutica Spain, S.A.

AstraZeneca Pharma Poland Sp. z o.o.

Tel: +34 91 301 91 00

Tel.: +48 22 874 35 00

France

Portugal

AstraZeneca

AstraZeneca Produtos Farmacêuticos, Lda.

Tél: +33 1 41 29 40 00

Tel: +351 21 434 61 00

Hrvatska

România

AstraZeneca d.o.o.

AstraZeneca Pharma SRL

Tel: +385 1 4628 000

Tel: +40 21 317 60 41

Ireland

Slovenija

AstraZeneca Pharmaceuticals (Ireland) Ltd

AstraZeneca UK Limited

Tel: +353 1609 7100

Tel: +386 1 51 35 600

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

AstraZeneca AB, o.z.

Sími: +354 535 7000

Tel: +421 2 5737 7777

Italia

Suomi/Finland

AstraZeneca S.p.A.

AstraZeneca Oy

Tel: +39 02 9801 1

Puh/Tel: +358 10 23 010

Κύπρος

Sverige

Αλέκτωρ Φαρµακευτική Λτδ

AstraZeneca AB

Τηλ: +357 22490305

Tel: +46 8 553 26 000

Latvija

United Kingdom

SIA AstraZeneca Latvija

AstraZeneca UK Ltd

Tel: +371 67377100

Tel: +44 1582 836 836

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’xx/2015

 

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

 

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini (EMA) http://www.ema.europa.eu/.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Brilique 90 mg pilloli li jinħallu fil-ħalq ticagrelor

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek..

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Brilique u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Brilique

3.Kif għandek tieħu Brilique

4.Effetti sekondarji li jista’ jkollu

5.Kif taħżen Brilique

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Brilique u għalxiex jintuża

X’inhu Brilique

Brilique fih sustanza attiva li tissejjaħ ticagrelor. Din tippartjeni għall-grupp ta’ mediċini li jissejħu antiplejtlits.

Għalxiex jintuża Brilique

Brilique flimkien ma’ acetylsalicylic acid (sustanza oħra kontra l-plejtlits) għandu jintuża biss fl- adulti. Inti ngħatajt din il-mediċina għaliex kellek:

attakk tal-qalb, jew

anġina stabbli (anġina jew uġigħ tas-sider li mhuwiex ikkontrollat sew).

Dan inaqqaslek il-possibbiltà li jkollok attakk tal-qalb ieħor jew puplesija jew li tmut minħabba marda relatata ma’ qalbek jew il-vini jew l-arterji.

Kif jaħdem Brilique

Brilique jaffettwa ċelloli jissejħu ‘plejtlits’ (jissejħu wkoll tromboċiti). Dawn huma ċelloli żgħar ħafna fid-demm tiegħek li jgħinu sabiex tieqaf il-fsada billi jingħaqdu flimkien sabiex jagħlqu toqob irqaq fil-kanali tad-demm li jkunu maqtugħin jew danneġġati.

Madankollu plejtlits jistgħu jifformaw demm magħqud ġewwa kanali tad-demm morda fil-qalb u fil- moħħ. Dan jista’ jkun ta’ periklu kbir għax:

id-demm magħqud jista’ jaqta’ kompletament il-provvista tad-demm; dan jista’ jikkawża attakk tal-qalb (infart mijokardjali) jew puplesija, jew

id-demm magħqud jista’ jimblokka parzjalment il-kanali tad-demm lejn il-qalb; dan inaqqas iċ- ċirkolazzjoni tad-demm lejn il-qalb u jista’ jikkawża uġigħ fis-sider li jmur u jiġi (tissejjaħ anġina mhux stabbli)

Brilique jgħin sabiex iwaqqaf il-plejtlits milli jingħaqdu. Din tnaqqas il-possibilità li jifforma embolu tad-demm li jista’ jnaqqas iċ-ċirkulazzjoni tad-demm.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Brilique

Tiħux Brilique jekk:

Jekk inti allerġiku/a għal ticagrelor jew sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (elenkati f’sezzjoni 6)

Jekk għandek fsada issa.

Kellek xi puplesija minħabba fsada fil-moħħ.

Għandek mard qawwi tal-fwied

Jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini:

-ketoconazole (jintuża sabiex jikkura infezzjonijiet tal-fungu)

-clarithromycin (jintuża sabiex jikkura infezzjonijiet tal-batteri)

-nefazodone (anti-dipressant)

ritonavir u atazanavir (jintuża sabiex jikkura l-infezzjoni tal-HIV u AIDS),

Tiħux Brilique jekk xi waħda minn dawn tapplika għalik. Jekk mintix ċert kellem lit-tabib jew lill- ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Brilique jekk:

Għandek żieda fir-riskju ta’ fsada minħabba:

-xi leżjoni serja riċenti

-kirurġija riċenti (inkluż xogħol dentali, staqsi lit-tabib tiegħek dwar dan)

-jekk għandek kundizzjoni li taffettwa l-għaqid tad-demm

-fsada riċenti mill-istonku jew l-imsaren (bħal ulċera tal-istonku jew qarnita fil-kolon)

Jekk ser ikollok xi operazzjoni (inkluż xogħol fuq is-snien) f’kull ħin waqt li qed tieħu Brilique. Dan minħabba żieda fir-riskju ta’ fsada. It-tabib tiegħek jista jgħidlek sabiex tieqaf tieħu din il- mediċina 7 t’ijiem qabel l-operazzjoni

Jekk qalbek tħabbat bil-mod (normalment inqas minn 60 darba fil-minuta) u għad ma għandekx f’postu strument li jgħin lil qalbek tħabbat regolari (pacemaker)

Jekk għandek l-ażżma jew problemi oħrajn fil-pulmun jew diffikultajiet sabiex tieħu n-nifs.

Jekk kellek xi problema bil-fwied jew kellek qabel xi marda li setgħet affettwat il-fwied.

Jekk xi waħda minn dawn tapplika għalik (jew mintix ċert), kellem lit-tabib, spiżjar jew dentist tieħek qabel tieħu din il-mediċina.

Tfal u adolexxenti

Brilique mhux rakkomandat għat-tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena

Mediċini oħra u Brilique

Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew jista’ jkollok bżonn tieħu xi mediċini oħrajn. Dan għaliex Brilique jista’ jaffetwa l-mod kif jaħmu xi mediċini u xi mediċini jista’ jkollhom effett fuq Brilique.

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu xi mediċini minn dawn li ġejjin:

Aktar minn 40 mg kuljum ta’ simvastatin jew lovastatin (mediċini li jintużaw sabiex ibaxxu l- kolesterol)

rifampicin (antibijotiku)

phenytoin, carbamazepine u phenobarbital (jintużaw sabiex jikkontrollaw l-aċessjonijiet)

digoxin (jintuża sabiex jikkura l-insuffiċjenza tal-qalb)

cyclosporine (jintuża sabiex inaqqas id-difiża tal-ġisem)

quinidine u diltiazem (jintużaw sabiex jikkuraw ir-ritmi abnormali tal-qalb)

beta-blockers u verapamil (jintużaw għall-kura ta’ pressjoni għolja)

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu xi mediċini minn dawn li ġejjin li jżidulek ir- riskju ta’ fsada:

Anti-koagulanti orali magħrufin ukoll bħala dawk li ‘jraqqu d-demm’ li jinkludu warfarina.

Mediċini Anti-Infjammatorji u Mhux Sterojdi (fil-qasir NSAIDs - non-steroidal anti-inflammatory drugs) li jittieħdu għal kontra l-uġigħ bħal ibuprofen u naproxen.

Inibituri Selettivi ta’ Reuptake tas-Serotonin (fil-qasir SSRIs - selective serotonin reuptake inhibitors) jittieħdu bħala anti-depressanti bħal paroxetine, sertraline u citalopram.

Mediċini oħrajn bħal ketoconazole (jintuża sabiex jikkura infezzjonijiet fungali) clarithromycin (jintuża sabiex jikkura infezzjonijiet tal-batteri), nefozodone (anti-dipressant), ritonavir u

atazanavir (jintużaw sabiex jikkuraw l-infezzjoni tal-HIV u AIDS), cisapride (għall-ħruq ta’ stonku), ergot alkaloids (jintużaw għal kura tal-emigranja u l-uġigħ ta’ ras).

Għid lit-tabib tiegħek ukoll li minħabba li qed tieħu Brilique, jista’ jkollok żieda fir-riskju ta’ fsada jekk it-tabib tiegħek jagħtik fibrinolitiċi magħrufa bħala dawk li jħollu d-demm magħqud li jinkludu streptokinase u alteplase.

Tqala u treddigħ

Mhux rakkomadat li tuża Brilique jekk inti tqila jew tista’ tkun tqila. In-nisa għandhom jużaw miżuri ta’ kontraċezzjoni xierqa sabiex jevitaw it-tqala waqt li qed jieħdu dan il-prodott mediċinali.

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina jekk qed tredda’. It-tabib tiegħek jiddiskuti miegħek il-benefiċċji u r-riskji li tieħu Brilique waqt dan iż-żmien.

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni:

Brilique ma jaffetwax l-abbilta li s-suq jew tħaddem magni. Jekk tħossok sturdut/a jew konfuż/a waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina, oqgħod attent/a waqt li ssuq jew tħaddem magni.

3. Kif għandek tieħu Brilique

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Kemm għandek tieħu

Id-doża tal-bidu hija żewġ pilloli fl-istess ħin (doża tal-bidu ta’ 180 mg). Din id-doża normalment tingħata lilek l-isptar.

Wara d-doża tal-bidu, id-doża normali hija ta’ pillola waħda ta’ 90 mg darbtejn kuljum sa 12- il xahar sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx mod ieħor.

Għandek tieħu din il-mediċina fl-istess ħin ta’ kull ġurnata (pereżempju pillola filgħodu u waħda filgħaxija).

Kif tieħu Brilique ma’ mediċini oħrajn għall-għaqid tad-demm

It-tabib tiegħek normalment jgħidlek sabiex tieħu wkoll acetylsalicylic acid. Din hija sustanza preżenti f’ħafna mediċini li jintużaw sabiex iwaqqfu d-demm milli jagħqad. It-tabib tiegħek jgħidlek kemm għandek tieħu (normalment bejn 75-150 mg kuljum).

Kif għandek tieħu Brilique

Tiftaħx il-folja sakemm isir il-ħin biex tieħu l-mediċina tiegħek.

Biex toħroġ il-pillola, ċarrat il-fojl tal-folja – timbuttahiex mill-fojl għax tista’ tinqasam il- pillola.

Poġġi l-pillola fuq ilsienek u ħalliha tiddiżintegra.

Imbagħad tista’ tiblagħha bl-ilma jew mingħajr ilma.

Tista’ tieħu l-pillola mal-ikel jew mingħajru.

Jekk tinsab l-isptar, tista’ tingħata din il-pillola mħallta bi ftit ilma u tingħata permezz ta’ tubu mill- imnieħer (tubu nażogastriku).

Jekk tieħu Brilique aktar milli suppost

Jekk tieħu Brilique aktar milli suppost, kellem tabib jew mur fi sptar minnufih. Ħu l-pakkett tal- mediċina miegħek. Tista’ tkun f’riskju ta’ żieda ta’ fsada.

Jekk tinsa tieħu Brilique

Jekk tinsa tieħu doża, ħu d-doża normali li jkun imiss.

Tiħux doża doppja ( żewġ dożi fl-istess ħin) biex tagħmel tajjeb għad-doża li tkun insejt).

Jekk tieqaf tieħu Brilique

Tiqafx tieħu Brilique mingħajr ma tkellem lit-tabib tigħek. Ħu din il-mediċina fuq bażi regolari sakemm it-tabib tiegħek jibqa jagħtihulek. Jekk tieqaf tieħu Brilique, jista’ jiżdied iċ-ċans li jkollok attakk tal-qalb ieħor jew puplesija jew li tmut minn mard relatat ma’ qalbek jew ma’ kanali tad-demm.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew spiżjar tiegħek.

4. Effetti sekondarji li jista’ jkollu

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. L-effetti sekondarji li ġejjin jistgħu iseħħu b’din il-mediċina:

Brilique jaffettwa l-għaqid tad-demm, b’hekk il-biċċa l-kbira tal-effetti sekondarji huma relatati ma’ fsada. Fsada tista’ sseħħ fi kwalunkwe parti tal-ġisem. Xi fsada hija komuni (bħal tbenġil u tifriġ). Fsada severa mhijiex komuni, iżda’ tista’ tkun ta’ theddida għall-ħajja.

Ara tabib minnufih jekk tinnota xi waħda minn dawn li ġejjin- jista’ jkollok bżonn kura medika urġenti:

Fsada fil-moħħ jew ġewwa l-kranju hija effett sekondarju mhux komuni, u tista’ tikkawża sinjali ta’ puplesija bħal:

-tnemnim f’salt jew debbulizza ta’ jdejk, saqajk jew wiċċek, speċjalment jekk fuq naħa waħda tal-ġisem

-tkun konfuż/a, issibha diffiċli sabiex titkellem jew tifhem lill-oħrajn

-diffikulta f’daqqa sabiex timxi jew telf ta’ bilanċ jew kordinazzjoni

-tħossok sturdut/a f’daqqa jew taqbdek uġigħ ta’ ras f’daqqa u mingħajr raġuni

Sinjali ta’ fsada bħal:

-fsada li hija qawwija jew li ma tistax tiġi kkontrollata

-fsada mhux mistennija jew fsada li ddum ħafna

-awrina roża, ħamra jew kannella

-tirremetti demm aħmar jew ir-rimettar tiegħek ikun qisu “ċiċri tal-kafè”

-ippurgar aħmar jew iswed (ikun qisu qatran)

-tisgħol jew tirremetti ċapep tad-d-demm

-

-Ħass ħażin (sinkope)

-tintilef minn sensik b’mod temporanju minħabba tnaqqis f’daqqa fil-fluss tad-demm fil-moħħ

(komuni)

Iddiskuti mat-tabib tiegħek jekk tinnota xi waħda minn dawn li ġejjin:

Tħossok nifsek maqtuħ – din hija komuni ħafna. Dan jista’ jkun minħabba l-mard tal-qalb tiegħek jew kawża oħra, jew jista’ jkun effett sekondarju ta’ Brilique. Qtugħ ta’ nifs relatat ma’ Brilique ġeneralment huwa ħafif u kkaratterizzat minn bżonn kbir ta’ arja f’daqqa mhux mistenni li jseħħ waqt il-mistrieħ u jista’ jidher fl-ewwel ġimgħat tat-terapija u għal biċċa l-kbir tan-nies jista’ jgħaddi. Jekk il-qtugħ ta’ nifs tiegħek jiggrava jew idum għal żmien twil, għid lit-tabib tiegħek. It- tabib tiegħek jiddeċiedi għandekx bżonn kura jew ta’ aktar investigazzjonijiet.

Effetti sekondarji oħra

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iktar minn persuna waħda minn kull 10)

Livell għoli ta’ uric acid fid-demm tiegħek (kif osservat fit-testijiet)

Fsada kkawżata minn disturbi fid-demm

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10 persuni)

Tbenġil

Uġigħ ta’ ras

Tħossok stordut/a u kollox idur

Dijarea jew indiġestjoni

Tħossok ma tiflaħx (dardir)

Stitikezza

Raxx

Ħakk

Uġigħ qawwi u nefħa fil-ġoġi – dawn huma sinjali ta’ gotta

Tħossok sturdut jew mhux f’siktek, jew ikollok vista mċajpra – dawn huma sinjali ta’ pressjoni tad-demm baxx

Tinfaraġ

Fsada wara kirurġija jew minn qtugħ (pereżempju waqt li tkun qed tqaxxar il-leħja) u feriti aktar min-normal

Fsada mill-inforra tal-istonku (ulċera)

Fsada mill-ħanek

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100 persuna)

Reazzjoni allerġika – raxx, ħakk, jew jintefħu x-xofftejn/ilsien jistgħu jkunu sinjali ta’ reazzjoni allerġika.

Konfużjoni

Problemi viżwali kkawżat minn demm f’għajnejk

Fsada mill-vaġina aktar qawwija, jew isseħħ fi żminijiet differenti, mill-pirjid normali (mestrwali) tiegħek

Fsada fil-ġogi li tikkawża nefħa b’uġigħ fil-ġoġi u l-muskoli

Demm f’widnejk

Fsada interna, din tista’ tikkawża sturdament jew li tħossok mhux f’siktek

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Brilique

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja u l-kartuna wara JIS. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina ma teħtieġ l-ebda kundizzjoni ta’ ħżin speċjali.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Brilique

Is-sustanza attiva hija ticagrelor. Kull pillola li tinħall fil-ħalq fiha 90 mg ta’ ticagrelor.

L-eċċipjenti l-oħra huma:

mannitol (E421), microcrystalline cellulose (E460), crospovidone (E1202), xylitol (E967), anhydrous calcium hydrogen phosphate (E341), sodium stearyl fumarate, hydroxypropylcellulose (E463), colloidal anhydrous silica.

Kif jidher Brilique u l-kontenut tal-pakkett:

Il-pilloli li jinħallu fil-ħalq huma tondi, ċatti, bi truf iċċanfrati, bojod għal roża ċari, immarkati b’“90” fuq “TI” fuq naħa waħda.

Brilique huwa disponibbli f’

- folji mtaqqba b’doża waħda f’kartun ta’ 10 x 1, 56 x 1 u 60 x 1 pilloli li jinħallu fil-ħalq. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur:

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

AstraZeneca AB

SE-151 85

Sodertalje

L-Isvezja

Manifattur

AstraZeneca AB

Gartunavagen

SE-151 85

Sodertalje

L-Isvezja

Manifattur

AstraZeneca UK Limited

Silk Road Business Park

Macclesfield Cheshire, SK10 2NA

Ir-Renju Unit

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

AstraZeneca S.A./N.V.

UAB AstraZeneca Lietuva

Tel: +32 2 370 48 11

Tel: +370 5 2660550

България

Luxembourg/Luxemburg

АстраЗенека България ЕООД

AstraZeneca S.A./N.V.

Teл.: +359 2 44 55 000

Tél/Tel: +32 2 370 48 11

Česká republika

Magyarország

AstraZeneca Czech Republic s.r.o

AstraZeneca Kft.

Tel: +420 222 807 111

Tel.: +36 1 883 6500

Danmark

Malta

AstraZeneca A/S

Associated Drug Co. Ltd

Tlf: +45 43 66 64 62

Tel: +356 2277 8000

Deutschland

Nederland

AstraZeneca GmbH

AstraZeneca BV

Tel: +49 41 03 7080

Tel: +31 79 363 2222

Eesti

Norge

AstraZeneca

AstraZeneca AS

Tel: +372 6549 600

Tlf: +47 21 00 64 00

Ελλάδα

Österreich

AstraZeneca A.E.

AstraZeneca Österreich GmbH

Τηλ: +30 2 106871500

Tel: +43 1 711 31 0

España

Polska

AstraZeneca Farmacéutica Spain, S.A.

AstraZeneca Pharma Poland Sp. z o.o.

Tel: +34 91 301 91 00

Tel.: +48 22 874 35 00

France

Portugal

AstraZeneca

AstraZeneca Produtos Farmacêuticos, Lda.

Tél: +33 1 41 29 40 00

Tel: +351 21 434 61 00

Hrvatska

România

AstraZeneca d.o.o.

AstraZeneca Pharma SRL

Tel: +385 1 4628 000

Tel: +40 21 317 60 41

Ireland

Slovenija

AstraZeneca Pharmaceuticals (Ireland) Ltd

AstraZeneca UK Limited

Tel: +353 1609 7100

Tel: +386 1 51 35 600

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

AstraZeneca AB, o.z.

Sími: +354 535 7000

Tel: +421 2 5737 7777

Italia

Suomi/Finland

AstraZeneca S.p.A.

AstraZeneca Oy

Tel: +39 02 9801 1

Puh/Tel: +358 10 23 010

Κύπρος

Sverige

Αλέκτωρ Φαρµακευτική Λτδ

AstraZeneca AB

Τηλ: +357 22490305

Tel: +46 8 553 26 000

Latvija

United Kingdom

SIA AstraZeneca Latvija

AstraZeneca UK Ltd

Tel: +371 67377100

Tel: +44 1582 836 836

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’xx/2015

 

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

 

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini (EMA) http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati