Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Brinavess (vernakalant hydrochloride) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - C01BG11

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaBrinavess
Kodiċi ATCC01BG11
Sustanzavernakalant hydrochloride
ManifatturCardiome UK Limited

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

BRINAVESS 20 mg/ml, konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull ml ta’ konċentrat fih 20 mg ta’ vernakalant hydrochloride li huwa ekwivalenti għal 18.1 mg ta’ vernakalant.

Kull kunjett ta’ 10 ml fih 200 mg ta’ vernakalant hydrochloride ekwivalenti għal 181 mg ta’ vernakalant.

Kull kunjett ta’ 25 ml fih 500 mg ta’ vernakalant hydrochloride ekwivalenti għal 452.5 mg ta’ vernakalant.

Wara dilwizzjoni, il-konċentrazzjoni tas-soluzzjoni hija ta’ 4 mg/ml ta’ vernakalant hydrochloride

Eċċipjent b’effett magħruf:

Kull kunjett ta’ 200 mg fih madwar 1.4 mmol (32 mg) sodium.

Kull kunjett ta’ 500 mg fih madwar 3.5 mmol (80 mg) sodium.

Kull ml tas-soluzzjoni dilwita fih madwar 3.5 mg ta’ sodium (sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) soluzzjoni għal injezzjoni), 0.64 mg sodium (soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 5 % glucose) jew 3.2 mg sodium (soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ Lactated Ringers).

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni (konċentrat sterili).

Soluzzjoni ċara u bla kulur għal safra mitfija b’pH ta’ madwar 5.5.

L-osmolalità tal-prodott mediċinali hija kkontrollata fil-medda li ġejja: 270-320 mOsmol/kg

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Qlib malajr ta’ fibrillazzjoni atrijali li ma tkunx ilha li bdiet għal ritmu sinusali fl-adulti -Għal pazjenti li ma jkunux ser jagħmlu operazzjoni: fibrillazzjoni atrijali li ddum ≤ 7 ijiem -Għal pazjenti wara operazzjoni tal-qalb: fibrillazzjoni atrijali li ddum ≤ 3 ijiem

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

BRINAVESS għandu jingħata b’infużjoni fil-vini f’ambjent kliniku mmonitorjat li jkun xieraq għal kardjoverżjoni. Professjonist fil-qasam tal-kura tassaħħa- kkwalifikat sewwa biss għandu jagħti BRINAVESS u għandu jimmonitorja b’mod frekwenti lill-pazjent matul l-infużjoni kollha u għal mill- inqas 15-il minuta wara li tintemm l -infużjoni għal sinjali u sintomi ta’ tnaqqis f’daqqa tal-pressjoni jew tar-rata ta’ taħbit tal-qalb (ara sezzjoni 4.4). Mal-prodott mediċinali hemm ipprovdut lista ta’ kontroll għal qabel l-infużjoni. Qabel l-għoti l-persuna li tordnah tintalab tistma l-eliġibilità tal-pazjent billi tuża l-lista ta’ kontroll ipprovduta. Il-lista ta’ kontroll għandha titwaħħal fuq il-kontenitur tal-infużjoni biex tinqara mill-professjonist fil-qasam tal-kura tas-saħħa li jkun se jagħti BRINAVESS.

Pożoloġija

BRINAVESS jiġi dożat fuq il-bażi tal-piż tal-ġisem tal-pazjent, b’doża massima kkalkolata bbażata fuq 113 kg. L-infużjoni tal-bidu rakkomandata hija 3 mg/kg li għandha tiġi infuża fuq perjodu ta’

10 minuti. Għal pazjenti li jiżnu ≥ 113 kg, id-doża massima inizjali ta’ 339 mg (84.7 ml ta’ soluzzjoni ta’ 4 mg/ml) m’għandhiex tinqabeż. Jekk ma sseħħx bidla għar-rittmu sinusali sa 15-il minuta wara t- tmiem tal-ewwel infużjoni, tista’ tingħata infużjoni oħra ta’ 2 mg/kg għal 10 minuti. Għal pazjenti li jiżnu ≥ 113 kg, it-tieni infużjoni massima ta’ 226 mg (56.5 ml ta’ soluzzjoni ta’ 4 mg/ml) m’għandhiex tinqabeż. M’għandhomx jingħataw dożi kumulattivi ta’ aktar minn 5 mg/kg fi spazju ta’ 24 siegħa. Dożi kumulattivi ’l fuq minn 565 mg ma ġewx evalwati.

M’hemmx dejta klinika dwar dożi ripetuti wara l-ewwel u t-tieni infużjonijiet. Sa 24 siegħa jidher li jkun hemm livelli insinifikanti tal-mediċina ta’ vernakalant.

L-ewwel infużjoni ta’ BRINAVESS tingħata bħala doża ta’ 3 mg/kg fuq perjodu ta’10 minuti. Matul dan il-perjodu, il-pazjent għandu jiġi mmonitorjat b’attenzjoni għal kwalunkwe sinjal jew sintomu ta’ tnaqqis f’daqqa tal-pressjoni jew tar-rata ta’ taħbit tal-qalb. Jekk jiżviluppaw sinjali bħal dawn, flimkien ma’ sintomi jew nuqqas ta’ sintomi għal pressjoni baxxa jew bradikardija, l-infużjoni għandha titwaqqaf minnufih.

Jekk ma jkunx hemm qlib għar-rittmu sinusali, osserva s-sinjali vitali u r-rittmu tal-qalb tal-pazjent għal 15-il minuta oħra.

Jekk ma jkunx hemm qlib għar-rittmu sinusali bl-ewwel infużjoni jew sal-perjodu ta’ osservazzjoni ta’ 15-il minuta, agħti infużjoni oħra ta’ 2 mg/kg fuq perjodu ta’10 minuti.

Jekk il-bidla għar-ritmu sinusali sseħħ waqt l-ewwel jew it-tieni infużjoni, dik l-infużjoni għandha titkompla sakemm tispiċċa. Jekk ikun osservat taħbit emodinamiku stabbli tal-atriju wara l-ewwel infużjoni, tista’ tingħata t-tieni infużjoni ta’ BRINAVESS billi l-pazjenti jistgħu jaqilbu għar-ritmu sinusali (ara s-sezzjonijiet 4.4. u 4.8).

Pazjenti li għamlu operazzjoni tal-qalb:

M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fid-doża.

Pazjenti b’indeboliment tal-kliewi:

M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fid-doża (ara sezzjoni 5.2).

Pazjenti b’indeboliment tal-fwied:

M’hemmx bżonn ta’ aġġustament

Anzjani (≥ 65 sena):

M’hemmx bżonn ta’ aġġustament

fid-doża (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.2).

fid-doża.

Popolazzjoni pedjatrika:

Ma hemm ebda użu relevanti ta’ BRINAVESS fit-tfal u l-adolexxenti ta’ taħt it-18-il sena fl- indikazzjoni attwali u għaldaqstant ma għandux jintuża f’din il-popolazzjoni.

Metodu ta’ kif għandu jingħata Użu għal ġol-vini.

Pompa ta’ infużjoni tkun l-apparat ippreferut għall-għoti. Madankollu, pompa siringa tkun aċċettabbli diment li l-volum ikkalkulat ikun jista’ jingħata bi preċiżjoni fil-ħin ta’ infużjoni speċifikat.

BRINAVESS ma għandux jingħata bħala imbuttatura ġol-vina jew bħala bolus ġol-vina.

Il-kunjetti ta’ BRINAVESS huma magħmulin sabiex jintużaw darba biss u għandhom jiġu dilwiti qabel ma jingħataw.

Dilwenti rakkomandati huma 0.9% Sodium Chloride għal Injezzjoni, Lactated Ringers għal Injezzjoni, jew 5% Glucose għal Injezzjoni.

Għal struzzjonijiet fuq id-dilwazzjoni tal-prodott mediċinali qabel l-amministrazzjoni, ara sezzjoni 6.6.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1

Pazjenti bi stenożi severa tal-aorta, pazjenti bi pressjoni tad-demm sistolika ta’ <100 mm Hg u pazjenti b’insuffiċjenza tal-qalb klassi NYHA III u NYHA IV.

Pazjenti bi QT prolongat fil-linja bażi (mhux ikkorreġut > 440 msec), jew bradikardja severa, disfunzjoni fin-nodu tas-sinus jew imblokk tal-qalb tat-tieni u tat-tielet grad fin-nuqqas ta’ pacemaker.

L-użu għal ġol-vini ta’ antiarritmiċi għall-kontroll tar-ritmu (klassi I u klassi III) sa 4 sigħat qabel, kif ukoll fl-ewwel 4 sigħat wara, l-għoti ta’ BRINAVESS.

Sindrome koronarju akut (inkluż infart mijokardijaku) fl-aħħar 30 jum.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Każijiet ta’ pressjoni baxxa serja ġew irrappurtati waqt u immedjatament wara infużjoni ta’ BRINAVESS. Il-pazjenti għandhom jiġu osservati b’attenzjoni matul l-infużjoni kollha u għal mill- inqas 15-il minuta wara li tintemm l-infużjoni bi stima tas-sinjali vitali u monitoraġġ kontinwu tar- ritmu tal-qalb.

Jekk iseħħ xi wieħed minn dawn is-sinjali jew sintomi li ġejjin, l-għoti ta’ BRINAVESS għandu jitwaqqaf u dawn il-pazjenti għandhom jirċievu kura medika xierqa:

Pressjoni li titbaxxa jew rata ta’ taħbit tal-qalb li tonqos f’daqqa, b’sintomi jew mingħajr sintomi ta’ pressjoni baxxa jew bradikardija

Pressjoni baxxa

Bradikardija

Bidliet fl-ECG (bħal pawsa klinikament sinifikanti fis-sinus, imblokk komplet tal-qalb, imblokk ġdid ta’ bundle branch, titwil sinifikanti fl-intervall QRS jew QT, bidliet konsistenti ma’ iskemija jew infart u arritmija ventrikolari)

Jekk dawn l-episodji jseħħu waqt l-ewwel infużjoni ta’ BRINAVESS, il-pazjenti m’għandhomx jirċievu t-tieni doża ta’ BRINAVESS.

Il-pazjent għandu jiġi mmonitorjat għal sagħtejn mill-bidu tal-infużjoni u sakemm il-parametri kliniċi u tal-ECG jistabbilizzaw.

Tista’ titqies kardjoverżjoni b’kurrent dirett għal pazjenti li ma jirrispondux għat-terapija. M’hemmx esperjenza klinika b’kardjoverżjoni f’inqas minn sagħtejn wara l-kura.

Qabel ma tipprova kardjoverżjoni farmakoloġika, il-pazjenti għandhom ikunu idratati b’mod xieraq u ġew emodinamikament ottimizzati u jekk meħtieġ il-pazjenti għandhom jiġu kkurati b’sustanza kontra l-koagulazzjoni tad-demm skont il-linji gwida ta’ kura. F’pazjenti b’ipokalimja mhux regolata (potassium fis-serum inqas minn 3.5 mmol/l), il-livelli tal-potassium għandhom jiġu regolati qabel l- użu ta’ BRINAVESS.

Pressjoni baxxa

Tista’ tirriżulta pressjoni baxxa f’numru żgħir ta’ pazjenti (vernakalant 7.6 %, plaċebo 5.1 %). Il- pressjoni baxxa ġeneralment tirriżulta kmieni, jew waqt l-infużjoni jew kmieni wara t-tmiem tal- infużjoni, u ġeneralment tista’ tiġi korretta b’miżuri standard ta’ sostenn. B’mod mhux komuni, ġew osservati każijiet ta’ pressjoni baxxa severa. Il-pazjenti b’insuffiċjenza konġestiva tal-qalb (CHF) ġew identifikati bħala popolazzjoni f’riskju akbar ta’ pressjoni baxxa. (Ara s-sezzjoni 4.8.)

Il-pazjent jeħtieġ li jiġi mmonitorjat għal sinjali u sintomi ta’ tnaqqis f’daqqa tal-pressjoni jew tar-rata ta’ taħbit tal-qalb matul l-infużjoni kollha u għal mill-inqas 15-il minuta wara li tintemm l-infużjoni.

Insuffiċjenza konġestiva tal-qalb

Pazjenti b’CHF urew inċidenza globali ogħla ta’ episodji ta’ pressjoni baxxa, matul l-ewwel sagħtejn wara d-doża fil-pazjenti ttrattati b’vernakalant meta mqabbla ma’ pazjenti li ħadu plaċebo

(16.1% kontra 4.7%, rispettivament). Fil-pazjenti li ma kellhomx CHF, l-inċidenza ta’ pressjoni baxxa ma kinitx differenti ħafna matul l-ewwel sagħtejn wara d-doża fil-pazjenti ttrattati b’vernakalant meta mqabbla mal-pazjenti li rċevew plaċebo (5.7% kontra 5.2%, rispettivament). Pressjoni baxxa rrappurtata bħala esperjenza avversa serja jew li twassal għat-twaqqif tal-prodott mediċinali rriżultat f’pazjenti CHF wara esponiment għal BRINAVESS fi 2.9% ta’ dawn il-pazjenti meta mqabbel ma’ 0% fi plaċebo.

Il-pazjenti bi storja ta’ CHF urew inċidenza akbar ta’ arritmija ventrikolari fl-ewwel sagħtejn wara d- doża (7.3% għal BRINAVESS meta mqabbel ma’ 1.6% fi plaċebo). Dawn l-arritmiji ġeneralment dehru bħala takikardiji ventrikolari asintomatiċi, monomorfiċi, mhux sostnuti (medja 3-4 taħbitiet). B’kuntrast, arritmiji ventrikolari ġew irrapportati bi frekwenzi simili f’pazjenti mingħajr storja ta’ CHF li kienu ttrattati jew bi BRINAVESS jew bi plaċebo (3.2% għal BRINAVESS kontra 3.6% għal plaċebo).

Minħabba l-inċidenza akbar tar-reazzjonijiet avversi tal-pressjoni baxxa u l-arritmija ventrikolari f’pazjenti b’CHF, vernakalant għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti emodinamikament stabbli b’CHF fil-klassijiet funzjonali NYHA I sa II. Ftit hemm esperjenza dwar l-użu ta’ vernakalant f’pazjenti b’LVEF ≤ 35% dokumentata qabel. L-użu tiegħu f’dawn il-pazjenti mhuwiex rakkomandat. L-użu f’pazjenti b’CHF li jikkorrispondu għal NYHA III jew NYHA IV huwa kontra-indikat (ara sezzjoni 4.3).

Palpitazzjoni atrijali

BRINAVESS ma nstabx li kien effettiv biex jaqleb palpitazzjoni atrijali primarja tipika għal ritmu sinusali. Pazjenti li rċievew BRINAVESS għandhom inċidenza ogħla li jaqilbu għal palpitazzjoni atrijali matul l-ewwel sagħtejn wara d-doża. Dan ir-riskju huwa ogħla f’pazjenti li jużaw anti-arritmiċi ta’ Klassi I (ara sezzjoni 4.8). Jekk il-palpitazzjoni atrijali tkun osservata bħala sekondarja għat- trattament, għandha tiġi kkunsidrata t-tkomplija tal-infużjoni (ara sezzjoni 4.2). Fil esperjenza post- marketing każijiet rari ħafna ta palpitazzjoni atrijali ma 'konduzzjoni atrijuventrikulari 1:1 huma osservati.

Użu ta’ AADs (antiarrhythmic drugs, mediċini antiarrittmiċi) qabel jew wara BRINAVESS BRINAVESS ma jistax jiġi rrakkomandat f’pazjenti li qabel kienu ngħataw AADs (klassi I u III) ġol- vini 4-24 siegħa qabel vernakalant minħabba nuqqas ta' dejta. BRINAVESS m’għandux jingħata f’pazjenti li rċevew AADs (klassi I u III) ġol-vini fi żmien 4 sigħat qabel vernakalant (ara sezzjoni 4.3).

BRINAVESS għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti fuq AADs orali (klassi I u III), minħabba esperjenza limitata. Ir-riskju ta’ palpitazzjoni atrijali jista’ jiżdied f’pazjenti li jirċievu AADs ta’ klassi I (ara fuq).

Ftit hemm esperjenza bl-użu ta’ antiarritmiċi ġol-vini (klassi I u klassi III) għall-kontroll tar-ritmu fl- ewwel 4 sigħat wara l-għoti ta’ BRINAVESS, għalhekk dawn l-aġenti ma għandhomx jintużaw f’dan il-perjodu (ara sezzjoni 4.3).

It-tkomplija jew il-bidu ta’ terapija antiarrittmika ta’ manteniment orali tista’ titqies minn sagħtejn wara l-għoti ta’ vernakalant.

Mard tal-qalb valvulari

F’pazjenti b’mard tal-qalb valvulari, hemm inċidenza ogħla ta’ episodji ta’ arritmija ventrikulari f’pazjenti b’vernakalant. Dawn il-pazjenti jeħtieġu jiġu mmonitorjati mill-qrib.

Mard ieħor u kondizzjonijiet mhux studjati

BRINAVESS ingħata lil pazjenti bi QT mhux ikkoreġut ta’ inqas minn 440 msec mingħajr żieda fir- riskju ta’ torsade de pointes.

Barra minn hekk, BRINAVESS ma ġiex evalwat f’pazjenti li kellhom stenożi valvolari klinikament sinifikanti, kardjomijopatija ipertrofika ostruttiva, kardjomijopatija restrittiva, jew perikardite kostrittiva u l-użu tiegħu ma jistax jiġi rrakkomandat f’każijiet bħal dawn. Teżisti esperjenza limitata bi BRINAVESS f’pazjenti li għandhom pacemaker.

Minħabba li l-esperjenza bi provi kliniċi f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied avvanzat hija limitata, vernakalant mhuwiex rakkomandat f’dawn il-pazjenti.

Kontenut ta’ sodju

Dan il-prodott mediċinali fih madwar 1.4 mmol (32 mg) sodju f’kull kunjett ta’ 200 ml. Kull kunjett ta’ 500 mg fih madwar 3.5 mmol (80 mg) ta’ sodium.

Dan għandu jitqies minn pazjenti li jkunu qegħdin fuq dieta ta’ sodju kkontrollat.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ma twettaq l-ebda studju ta’ interazzjoni fuq l-effett farmaċewtiku ta’ vernakalant.

BRINAVESS m’għandux jingħata lil pazjenti li rċevew AADs ġol-vina (klassi I u III) fi żmien sa 4 sigħat qabel ma jingħata vernakalant (ara sezzjoni 4.3).

Fil-programm tal-iżvilupp kliniku, it-terapija antiarritmika orali ta’ manteniment twaqqfet għal minimu ta’ sagħtejn wara l-għoti ta’ BRINAVESS. Wara dan il-perjodu ta’ ħin jistgħu jiġu kkunsidrati t-tkomplija jew il-bidu ta’ terapija antiarritmika orali ta’ manteniment (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.4).

Għalkemm vernakalant huwa substrat ta’ CYP2D6, analiżi farmakokinetika (PK) tal-popolazzjoni

uriet li ma kinux osservati differenzi sostanzjali fl-esponiment akut ta’ vernakalant (Cmax u AUC0-90min) meta ngħataw inibituri dgħajfa jew b’saħħithom ta’ CYP2D6 sa ġurnata qabel l-infużjoni ta’

vernakalant meta pparagunat ma’ pazjenti li ma kinux fuq terapija konkomitanti b’inibituri ta’ CYP2D6. Barra minn hekk, l-esponiment akut ta’ vernakalant f’metabolizzaturi ħżiena ta’ CYP2D6 huwa biss minimament differenti meta mqabbel ma’ dak ta’ metabolizzaturi estensivi. M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fid-doża ta’ vernakalant abbażi tal-istatus tal-metabolizzaturi ta’ CYP2D6, jew meta vernakalant jingħata fl-istess ħin ma’ inibituri ta’ 2D6.

Vernakalant huwa inibitur moderat, kompetittiv ta’ CYP2D6. Madankollu, l-għoti akut ġol-vini ta’ vernakalant mhuwiex mistenni li jaffettwa b’mod sinfikanti l-PK ta’ substrati 2D6 mogħtija b’mod kroniku, b’riżultat tal-half-life qasira ta’ vernakalant u n-natura temporanja konsegwenti tal-inibizzjoni ta’ 2D6. Vernakalant mogħti b’infużjoni, mhuwiex mistenni li jqanqal interazzjonijiet sinifikanti tal- mediċina minħabba d-distribuzzjoni rapida u l-espożizzjoni temporanja, twaħħil baxx mal-proteina, nuqqas ta’ inibizzjoni ta’ enzimi ta’ CYP P450 oħrajn ittestjati (CYP3A4, 1A2, 2C9, 2C19 jew 2E1) u nuqqas ta’ inibizzjoni ta’ P-glycoproteina f’assaġġ ta’ trasport ta’ digossina.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx dejta dwar l-użu ta’ vernakalant hydrochloride f’nisa tqal. Studji fuq il-bhejjem urew malformazzjonijiet wara esponiment orali ripetut (ara sezzjoni 5.3). Bħala prekawzjoni, huwa preferibbli li ma jintużax vernakalant waqt it-tqala.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk vernakalant/metaboliti jiġux eliminati fil-ħalib tas-sider tal-bniedem. M’hemmx tagħrif dwar l-eliminazzjoni ta’ vernakalant/metaboliti fil-ħalib tal-annimali. Riskju għat-tarbija li qed titredda’ mis-sider ma jistax jiġi eskluż.

Għandha tingħata attenzjoni meta jintuża f’nisa li jkunu qegħdin ireddgħu.

Fertilità

Fi studji fuq l-annimali, vernakalant ma ntweriex li għandu effett fuq il-fertilità.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

BRINAVESS għandu effett żgħir sa moderat fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Sturdament ġie rrappurtat fl-ewwel sagħtejn wara li persuna tirċievi BRINAVESS (ara sezzjoni 4.8).

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Is-sigurtà ta’ BRINAVESS ġiet evalwata fi studji kliniċi li kienu jinvolvu 1148 individwu (pazjenti u voluntiera b’saħħithom) li rċevew trattament bi BRINAVESS. Fuq il-bażi ta’ informazzjoni minn 1018-il pazjent fi tmien provi ta’ fażi 2 u fażi 3, l-iżjed reazzjonijiet avversi relatati rrappurtati b’mod komuni (> 5%) li dehru fl-ewwel 24 siegħa wara l-għoti ta’ BRINAVESS kienu diżgewżja (disturb fit- togħma) (16.0%), għatis (12.5%) u parasteżija (6.9%). Dawn ir-reazzjonijiet seħħew madwar il-ħin tal-infużjoni, kienu temporanji u rari illimitaw it-trattament.

Lista ta’ reazzjonijiet avversi f’tabella

Il-frekwenzi huma definiti bħala: komuni ħafna (≥1/10); komuni (≥1/100 sa <1/10); mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100); rari (≥1/10,000 sa <1/1,000); rari ħafna (<1/10,000) u mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli)

Tabella 1:

Reazzjonijiet avversi bi BRINAVESS *

Disturbi fis-sistema

Komuni ħafna: Diżgewżja

nervuża

Komuni: Parasteżija; sturdament; uġigħ ta’ ras; ipoestesija

 

Mhux komuni: Sensazzjoni ta’ ħruq; parosmija; ħedla ta’ ngħas; sinkope

 

vasovagali

Disturbi fl-għajnejn

Mhux komuni: Irritazzjoni fl-għajnejn; żieda fid-dmugħ; disturb fil-vista

 

 

Disturbi fil-qalb

Komuni: Bradikardija**; palpitazzjonijiet atrijali**

 

Mhux komuni: Waqfa sinusali; imblokk AV komplet; imblokk AV tal-

 

ewwel grad; imblokk fil-bundle branch tax-xellug; imblokk fil-bundle

 

branch tal-lemin, extrasistoli ventrikulari; palpitazzjonijiet; bradikardija

 

sinusali; takikardija ventrikulari; titwil fil-kumpless tal-ECG QRS;

 

titwil fl-ECG QT; xokk kardjoġeniku

Disturbi vaskulari

Komuni: Pressjoni baxxa

 

Mhux komuni: Fwawar; fwawar tal-menopawsa; sfurija ta’ mard

Disturbi respiratorji,

Komuni ħafna: Għatis

toraċiċi u medjastinali

Komuni: Sogħla; skumdità fl-imnieħer

 

Mhux komuni: Qtugħ ta’ nifs; sensazzjoni ta’ suffokazzjoni; rinoreja;

 

irritazzjoni fil-gerżuma, sensazzjoni ta’ li wieħed jifga; konġestjoni

 

nasali

Disturbi gastro-intestinali

Komuni: Dardir; rimettar; paraestesija orali

 

Mhux komuni: Dijarea; urġenza biex tipporga; ħalq xott; ipoestesija

 

orali

Disturbi fil-ġilda u fit-

Komuni: Ħakk; iperidrożi

tessuti ta’ taħt il-ġilda

Mhux komuni: Ħakk ġeneralizzat; għaraq kiesaħ

 

 

Disturbi muskolu-

Mhux komuni: Uġigħ fl-estremità

skeletriċi u tat-tessuti

 

konnettivi

 

 

 

Reazzjonijiet avversi bi BRINAVESS *

 

 

Disturbi ġenerali u

Komuni: Uġigħ fis-sit tal-infużjoni; sensazzjoni ta’ sħana

kondizzjonijiet ta' mnejn

Mhux komuni: Irritazzjoni fis-sit tal-infużjoni; sensittività eċċessiva fis-

jingħata

sit tal-infużjoni; paraestesija fis-sit tal-infużjoni; telqa; diqa fis-sider;

għeja

* Ir-reazzjonijiet avversi inklużi fit-tabella seħħew fi żmien 24 siegħa mill-għoti ta’ BRINAVESS (ara sezzjonijiet 4.2 u 5.2)

**ara s-sezzjoni hawn isfel

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Ir-reazzjonijiet avversi klinikament sinifikanti li ġew osservati fil-provi kliniċi kienu jinkludu pressjoni baxxa u arritmija ventrikulari (ara sezzjonijiet 4.4. Pressjoni baxxa, Insuffiċjenza konġestiva tal-qalb).

Bradikardija kienet osservata l-aktar fil-ħin tal-qlib għar-ritmu sinusali. B’rata ta’ konverżjoni ferm ogħla fil-pazjenti kkurati bi BRINAVESS, l-inċidenza tal-episodji ta’ bradikardija fl-ewwel sagħtejn kienet ogħla fil-pazjenti kkurati b’vernakalant milli fil-pazjenti kkurati bi plaċebo (5.4% kontra 3.8%, rispettivament). Fost il-pazjenti li ma qalbux għal ritmu sinusali, l-inċidenza tal-episodji ta’ bradikardija fl-ewwel sagħtejn wara d-doża kienet simili fil-gruppi kkurati bi plaċebo u dawk ikkurati b’vernakalant (4.0% u 3.8%, rispettivament). B’mod ġenerali, il-bradikardija rrispondiet tajjeb għat- twaqqif ta’ BRINAVESS u/jew l-għoti ta’ atropine.

Palpitazzjonijiet Atrijali

Pazjenti b’fibrillazzjoni atrijali li jirċievu BRINAVESS għandhom inċidenza akbar li jaqilbu għal palpitazzjonijiet atrijali sal-ewwel sagħtejn wara d-doża (10% kontra 2.5% fi plaċebo). Bit-tkomplija tal-infużjoni tal-mediċina kif rakkomandat aktar ’il fuq, il-maġġoranza ta’ dawn il-pazjenti komplew jaqilbu għal ritmu sinusali. Fil-bqija tal-pazjenti, tista’ tiġi rakkomandata kardjoverżjoni elettrika. Fi studji kliniċi li saru sal-lum, pazjenti li żviluppaw palpitazzjoni atrijali wara kura bi BRIVANESS ma żviluppawx konduzzjoni atrijuventrikulari 1:1. Madankollu, fl-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq, ġew osservati każijiet rari ħafna ta’ palpitazzjoni atrijali ma’ konduzzjoni atrijuventrikulari 1:1.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Pazjent wieħed li rċieva 3 mg/kg ta’ BRINAVESS fuq 5 minuti (minflok l-għaxar minuti rrakkomandati) żviluppa takikardija kumplessa wiesgħa emodinamikament stabbli li telqet mingħajr sintomi morbużi.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Terapija kardijaka, anti-arritmiċi oħrajn klassi I u III; Kodiċi ATC: C01BG11.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Vernakalant huwa mediċina antiarritmika li taġixxi b’mod preferenzjali fl-atriji sabiex ittawwal ir- refrattorjetà atrijali u biex tittardja l-konduzzjoni tal-impulsi b’mod dipendenti fuq ir-rata. Dawn l-

azzjonijiet antifibrillatorji fuq ir-refrattorjetà u l-konduzzjoni huma maħsuba li jrażżnu d-dħul mill- ġdid, u huma potenzjati fl-atriji waqt fibrillazzjoni atrijali. Is-selettività relattiva ta’ vernakalant fuq ir- refrattorjetà atrijali kontra dik ventrikolari hija postulata li tirriżulta mill-imblokk ta’ kurrenti li huma espressi fl-atriji, iżda mhux fil-ventrikoli, kif ukoll il-kundizzjoni elettrofiżjoloġika unika tal-atriji li jkunu qegħdin jiffibrillaw. Madankollu, ġie ddokumentat imblokk tal-kurrenti katjoniċi, inkluż il- kanali hERG u l-kanali kardijaċi tas-sodium dipendenti fuq il-vultaġġ, li huma preżenti fil-ventrikuli.

Effetti farmakodinamiċi

Fi studji ta’ qabel l-użu kliniku, vernakalant jimblokka l-kurrenti fil-fażijiet kollha tal-potenzjal ta’ azzjoni atrijali, inklużi l-kurrenti tal-potassju li huma espressi speċifikament fl-atriji (eż., ir-rettifikatur ittardjat rapidu ħafna u l-kurrenti tal-potassju dipendenti fuq l-aċitilkolina). Waqt fibrillazzjoni atrijali, l-imblokk tal-kanali tas-sodju dipendenti fuq il-frekwenza u fuq il-vultaġġ, jiffoka ulterjorment l- azzjoni tal-mediċina fuq it-tessut atrijali li jattiva malajr u tessut atrijali parzjalment depolarizzat pjuttost milli fuq il-ventrikolu polarizzat b’mod normali li jħabbat b’rati tal-qalb iżjed baxxi. Barra minn hekk, l-abbiltà ta’ vernakalant li jimblokka l-komponent tardiv tal-kurrent tas-sodju, tillimita l- effetti fuq ir-ripolarizzazzjoni ventrikolari kkawżata mill-imblokk tal-kurrenti ta’ potassju fil- ventrikolu. L-effetti mmirati fuq it-tessut atrijali flimkien mal-imblokk ta’ sodju tardiv jissuġġerixxu li vernakalant għandu potenzjal proarritmiku baxx. B’mod ġenerali, il-kombinazzjoni tal-effetti ta’ vernakalant fuq il-kurrenti tal-potassju u tas-sodju fil-qalb twassal għal effetti antiarritmiċi sostanzjali li huma kkonċentrati prinċipalment fl-atriji.

Fi studju elettrofiżjoloġiku fuq pazjenti, vernakalant tawwal b’mod sinifikanti l-perjodu refrattorju effettiv tal-atriji b’mod dipendenti fuq id-doża, li ma kienx assoċjat ma’ żieda sinifikanti fil-perjodu refrattorju effettiv tal-ventrikoli. Tul il-popolazzjoni ta’ Fażi 3, il-pazjenti kkurati b’vernakalant kellhom żieda fil-QT korrett tar-rata tal-qalb (bl-użu tal-korrezzjoni ta’ Fridericia, QTcF) meta pparagunat mal-plaċebo (22.1 msec u 18.8 msec qċaċet imnaqqsa mill-plaċebo wara l-ewwel u t-tieni infużjonijiet). Sa 90 minuta wara l-bidu tal-infużjoni, din id-differenza tnaqqset għal 8.1 msec.

Effikaċja klinika u sigurtà

Disinn tal-Provi Kliniċi: L-effett kliniku ta’ BRINAVESS fit-trattament ta’ pazjenti b’fibrillazzjoni atrijali ġie evalwat fi tliet studji randomizzati, double-blind, ikkontrollati bi plaċebo, (ACT I, ACT II u ACT III) u fi prova ta’ komparatur attiv kontra amiodarone fil-vini (AVRO). Xi pazjenti b’palpitazzjoni atrijali tipika ġew inklużi f’ACT II u ACT III u BRINAVESS ma nstabx li kien effettiv biex jibdel il-palpitazzjoni atrijali. Fi studji kliniċi, il-ħtieġa ta’ antikoagulazzjoni qabel l-għoti ta’ vernakalant ġiet ivvalutata skont il-prattika klinika tat-tabib kuranti. Għal fibrillazzjoni atrijali ta’ inqas minn 48 siegħa, kienet permessa kardjoverżjoni immedjata. Għal fibrillazzjoni atrijali ta’ aktar minn 48 siegħa, kienet meħtieġa antikoagulazzjoni skont il-linji gwida tat-trattament.

ACT I u ACT III studjaw l-effett ta’ BRINAVESS fit-trattament ta’ pazjenti b’fibrillazzjoni atrijali sostnuta ta’ > 3 sigħat iżda li ma damitx aktar minn 45 ġurnata. ACT II eżamina l-effett ta’ BRINAVESS fuq pazjenti li żviluppaw fibrillazzjoni atrijali li damet iżjed minn 3 ijiem wara li ftit qabel kienu għamlu coronary artery bypass graft, (CABG) u/jew operazzjoni valvolari (il- fibrillazzjoni atrijali seħħet iżjed minn jum wieħed iżda inqas minn sebat ijiem wara l-operazzjoni). AVRO studja l-effett ta’ vernakalant kontra amiodarone mogħti fil-vini f’pazjenti b’fibrillazzjoni atrijali li ma tkunx ilha li bdiet (3 sigħat sa 48 siegħa). Fl-istudji kollha, il-pazjenti rċevew infużjoni ta’ 3.0 mg/kg fuq għaxar minuti ta’ BRINAVESS (jew plaċebo li jaqbel) segwita minn perjodu ta’ osservazzjoni ta’ 15-il minuta. Jekk il-pazjent kien f’fibrillazzjoni atrijali jew palpitazzjoni atrijali fit- tmiem tal-perjodu ta’ osservazzjoni ta’ 15-il minuta, ingħatat infużjoni oħra ta’ 2.0 mg/kg fuq għaxar minuti ta’ BRINAVESS (jew plaċebo li jaqbel). Is-suċċess tat-trattament (pazjenti li rrispondew għall- kura) kien definit bħala qlib tal-fibrillazzjoni atrijali għal ritmu sinusali fi żmien 90 minuta. Il-pazjenti li ma rrispondewx għat-trattament kienu ġestiti mit-tabib fl-użu ta’ kura standard.

L-effikaċja f’pazjenti b’fibrillazzjoni atrijali sostnuta (ACT I u ACT III)

Il-punt ta’ tmiem primarju tal-effikaċja kien il-proporzjon ta’ pazjenti b’fibrillazzjoni atrijali li ma damitx ħafna (3 sigħat sa 7 ijiem) li kellhom qlib indottt mit-trattament tal-fibrillazzjoni atrijali għal ritmu sinusali għal perjodu minimu ta’ minuta fi żmien 90 minuta mill-ewwel esponiment għall- mediċina tal-istudju. L-effikaċja ġiet studjata f’total ta’ 390 pazjent adult emodinamikament stabbli

b’fibrillazzjoni atrijali li ma tantx damet fosthom pazjenti bi pressjoni għolja (40.5%), mard tal-qalb iskemiku (12.8%), mard tal-qalb valvulari (9.2%) u CHF (10.8%). F’dawn l-istudji, it-trattament bi BRINAVESS qaleb b’mod effettiv il-fibrillazzjoni atrijali għar-ritmu sinusali meta pparagunat mal- plaċebo (ara Tabella 2). Il-qlib tal-fibrillazzjoni atrijali għal ritmu sinusali seħħet malajr (fil-pazjenti li rrispondew għall-kura, il-ħin medjan sal-qlib kien ta’ 10 minuti mill-bidu tal-ewwel infużjoni) u r- ritmu sinusali nżamm sa 24 siegħa (97%). Ir-rakkomandazzjoni ta’ doża ta’ vernakalant hija terapija titrata b’żewġ passi ta’ doża possibbli. Fl-istudji kliniċi mwettqa, l-effett addittiv tat-tieni doża, jekk hemm, ma jistax jiġi stabbilit indipendentament.

Tabella 2: Qalba ta’ Fibrillazzjoni Atrijali għal Ritmu Sinusali f’ACT I u ACT III

Tul ta’ Żmien

 

ACT I

 

 

 

ACT III

 

tal-

BRINAVESS

Plaċebo

Valur

 

BRINAVESS

Plaċebo

Valur P†

Fibrillazzjoni

 

 

P†

 

 

 

 

 

Atrijali

 

 

 

 

 

 

 

 

> 3 sigħat sa

74/145

3/75

<0.0001

44/86

3/84

 

<0.0001

≤ 7 ijiem

(51.0%)

(4.0%)

(51.2%)

(3.6%)

 

 

 

 

†Test ta’ Cochran

-Mantel-Haenszel

 

 

 

 

 

 

 

BRINAVESS intwera li jipprovdi solljiev mis-sintomi ta’ fibrillazzjoni atrijali konsistenti ma’ qlib għal ritmu sinusali.

Ma kinux osservati differenzi sinifikanti fis-sigurtà u l-effikaċja fuq il-bażi tal-età, is-sess tal-persuna, l-użu ta’ medikazzjonijiet għall-kontroll tar-rata tat-taħbit tal-qalb, l-użu ta’ medikazzjonijiet antiarritmiċi, l-użu tal-warfarina, storja ta’ mard tal-qalb iskemiku, indeboliment tal-kliewi jew l- espressjoni tal-enzima taċ-ċitokromu P450 2D6.

It-trattament bi BRINAVESS ma affettwax ir-rata ta’ rispons għall-kardjoverżjoni elettrika (inkluż in- numru medjan ta’ xokkijiet jew joules meħtieġa għal kardjoverżjoni b’suċċess) f’każijiet meta ppruvata fi żmien 2 sa 24 siegħa mill-għoti tal-mediċina tal-istudju.

Il-qlib tal-fibrillazzjoni atrijali f’pazjenti li kellhom fibrillazzjoni atrijali li damet aktar fit-tul

(> 7 ijiem u ≤ 45 jum) ivvalutat bħala punt ta’ tmiem sekondarju tal-effikaċja f’total ta’ 185 pazjent ma weriex differenzi statistikament sinifikanti bejn BRINAVESS u plaċebo.

L-effikaċja f’pazjenti li żviluppaw fibrillazzjoni atrijali wara operazzjoni tal-qalb (ACT II)

L-effikaċja ġiet studjata f’pazjenti li kellhom fibrillazzjoni atrijali wara operazzjoni tal-qalb f’ACT II, studju ta’ grupp parallel, double-blind, ikkontrollat bil-plaċebo, ta’ fażi 3 (ACT II) f’150 pazjent b’fibrillazzjoni atrijali sostnuta (li damet minn 3 sigħat sa 72 siegħa) li seħħet bejn 24 siegħa u 7 ijiem wara coronary artery bypass graft u/jew operazzjoni valvulari. It-trattament bi BRINAVESS qaleb b’mod effettiv il-fibrillazzjoni atrijali għal ritmu sinusali (47.0% BRINAVESS, 14.0% plaċebo; valur P = 0.0001). Il-qalba tal-fibrillazzjoni atrijali għal ritmu sinusali seħħet malajr (ħin medjan sal-qalba, 12-il minuta mill-bidu tal-infużjoni).

Effikaċja kontra amiodarone (AVRO):

Vernakalant ġie studjat f’116-il pazjent b’fibrillazzjoni atrijali (3 sigħat sa 48 siegħa) fosthom pazjenti bi pressjoni għolja (74.1%), IHD (19%), mard tal-qalb valvulari (3.4%) u CHF (17.2%). Ebda pazjent b’NYHA III/IV ma ġie inkluż fl-istudju. F’AVRO, l-infużjoni ta’ amiodarone ngħatat tul sagħtejn (jiġifieri, siegħa doża ta’ tgħabbir ta’ 5 mg/kg, segwita minn infużjoni ta’ manteniment għal siegħa ta’ 50 mg). Il-punt ta’ tmiem primarju kien il-proporzjon ta’ pazjenti li kisbu ritmu sinusali (SR)

90 minuta wara l-bidu tat-terapija, li jillimita l-konklużjonijiet għall-effetti li dehru f’dan il-perjodu ta’ żmien. It-trattament b’vernakalant qaleb 51.7% tal-pazjenti għal SR wara 90 minuta kontra 5.2% b’amiodarone u dan jirriżulta f’rata ta’ konverżjoni konsiderevolment aktar mgħaġġla minn AF għal SR fl-ewwel 90 minuta meta mqabbel ma’ amiodarone (valur P log-rank <0.0001).

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini irrinunzjat għall-obbligu li jiġu ppreżentati r-riżultati tal-istudji bi BRINAVESS f’kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika fil-fibrillazzjoni atrijali (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Fil-pazjenti, il-konċentrazzjonijiet massimi medji ta’ vernakalant fil-plażma kienu ta’ 3.9 μg/ml wara infużjoni waħda ta’ 3 mg/kg fuq 10 minuti ta’ vernakalant hydrochloride, u 4.3 μg/ml wara t-tieni infużjoni ta’ 2 mg/kg b’intervall ta’ 15-il minuta bejn id-dożi.

Distribuzzjoni

Vernakalant huwa distribwit b’mod estensiv u malajr fil-ġisem, b’volum ta’ distribuzzjoni ta’ madwar 2 l/kg. Is-Cmax u l-AUC kienu proporzjonali mad-doża bejn 0.5 mg/kg u 5 mg/kg. Fil-pazjenti, it- tneħħija totali tipika ta’ vernakalant mill-ġisem kienet stmata għal 0.41 l/siegħa/kg. Il-frazzjoni libera ta’ vernakalant fis-serum uman hija 53-63% f’medda ta’ konċentrazzjoni ta’ 1-5 μg/ml.

Eliminazzjoni/eskrezzjoni

Vernakalant jitneħħa prinċipalment permezz ta’ demitilizzazzjoni-O medjata minn CYP2D6 f’metabolizzaturi estensivi ta’ CYP2D6. Il-glukoronidazzjoni u l-eskrezzjoni renali huma l- mekkaniżmi prinċipali tat-tneħħija f’metabolizzaturi ħżiena ta’ CYP2D6. Il-half-life medja tal- eliminazzjoni ta’ vernakalant fil-pazjenti kienet ta’ madwar 3 sigħat f’metabolizzaturi estensivi ta’ CYP2D6 u madwar 5.5 sigħat f’metabolizzaturi ħżiena.

Gruppi ta’ pazjenti speċjali

L-esponiment akut mhuwiex influwenzat b’mod sinifikanti mis-sess tal-persuna, l-istorja ta’ insuffiċjenza konġestiva tal-qalb, l-indeboliment tal-kliewi, l-indeboliment tal-fwied, jew l-għoti simultanju ta’ imblokkaturi beta u medikazzjonijiet oħra, fosthom warfarin, metoprolol, furosemide u digoxin. F’pazjenti b’indeboliment tal-fwied, l-espożizzjonijiet għolew b’9 sa 25%. M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fid-doża ta’ BRINAVESS għal dawn il-kundizzjonijiet, u lanqas fuq il-bażi tal-età, il- kreatinina fis-serum jew l-istatus ta’ metabolizzatur ta’ CYP2D6.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tagħrif mhux kliniku ibbażat fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn dożi ripetuti, effett tossiku fuq il-ġeni, ma juri l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin.

Fir-rigward tar-riproduzzjoni, ma ġie osservat ebda effett fuq it-tqala, l-iżvilupp embrijofetali, il-ħlas jew l-iżvilupp wara t-twelid wara għoti ġol-vini ta’ vernakalant f’livelli ta’ espożizzjoni (AUC) miksubin wara doża waħdanija ta’ vernakalant ġol-vini. Fi studji fuq l-iżvilupp embrijofetali b’amministrazzjoni orali ta’ vernakalant darbtejn kuljum f’livelli ta’ espożizzjoni (AUC) ġeneralment ogħla minn dawk miksubin fl-umani wara doża waħdanija ta’ vernakalant ġol-vini, seħħew malformazzjonijiet (għadam tal-kranju deformati/nieqsa/mwaħħlin ma’ xulxin inkluż qsim tas-saqaf tal-ħalq, radjus mgħawweġ, skapula mgħawwġa/deformata, trakea ristretta, tirojde nieqsa, testikoli li ma jinżlux) f’firien u żieda fl-imwiet embrijofetali, żieda fin-numru ta’ feti bi sternebrae magħqudin u/jew bi sternebrae addizzjonali ġew osservati fi fniek meta ttestjati bl-ogħla dożi.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Citric acid (E330)

Sodium chloride

Ilma għall-injezzjonijiet

Sodium hydroxide (E524) (għall-aġġustament tal-pH)

6.2Inkompatibbiltajiet

Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħra ħlief dawk imsemmija f’sezzjoni 4.2.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

4 snin.

Il-konċentrat sterili dilwit huwa kimikament u fiżikament stabbli għal 12-il siegħa f’temperatura ta’ 25°C jew inqas.

Minn perspettiva mikrobijoloġika, il-prodott mediċinali għandu jintuża mill-ewwel. Jekk ma jintużax mill-ewwel, iż-żminijiet u l-kundizzjonijiet ta’ ħażna waqt l-użu huma fir-responsabbiltà tal-utent u normalment ma jkunux aktar minn 24 siegħa f’temperatura ta’ 2°C sa 8°C, sakemm id-dilwizzjoni ma tkunx saret f’kundizzjonijiet asettiċi kkontrollati u validati.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Dan il-prodott mediċinali m’għandu bżonn tal-ebda kundizzjoni ta’ ħażna speċjali.

Għall-kundizzjonijiet ta’ ħażna tal-prodott mediċinali dilwit, ara sezzjoni 6.3.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Kunjetti tal-ħġieġ (Tip I) li jintużaw darba biss, b’tapp tal-lastiku tal-chlorobutyl u siġill tal-aluminju. Daqs tal-pakkett ta’ kunjett wieħed jinkludi jew 10 ml jew 25 ml ta’ konċentrat.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Aqra l-passi kollha qabel l-għoti

Tħejjija ta’ BRINAVESS għall-infużjoni

Pass 1: Il-kunjetti ta’ BRINAVESS għandhom jiġu spezzjonati viżwalment għal frak u tidnis qabel l- għoti. Tużax kunjetti li juru frak jew tidnis.

Nota: Il-konċentrat ta’ BRINAVESS għal soluzzjoni għall-infużjoni jvarja minn bla lewn għal isfar mitfi. Varjazzjonijiet fil-kulur f’din il-medda ma jaffettwawx il-qawwa.

Pass 2: Dilwizzjoni tal-konċentrat

Biex tiżgura li tagħti d-doża kif suppost, għandu jitħejja ammont suffiċjenti ta’ BRINAVESS 20 mg/ml fil-bidunett tat-terapija sabiex ikunu jistgħu jingħataw l-ewwel u t-tieni infużjoni jekk meħtieġ.

Oħloq soluzzjoni b’konċentrazzjoni ta’ 4 mg/ml filwaqt li ssegwi l-linji gwida tad-dilwizzjoni t’hawn taħt:

Pazjenti ≤ 100 kg: 25 ml ta’ BRINAVESS 20 mg/ml huma miżjudin ma’ 100 ml ta’ dilwent. Pazjenti > 100 kg: 30 ml ta’ BRINAVESS 20 mg/ml huma miżjudin ma’ 120 ml ta’ dilwent.

Pass 3: Spezzjona s-soluzzjoni.

Is-soluzzjoni sterili dilwita għandha tkun ċara, bla kulur għal safra mitfija. Erġa’ spezzjona viżwalment is-soluzzjoni għall-frak u tidnis qabel ma tagħtiha.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Cardiome UK Limited

Lakeside House

1 Furzeground Way

Stockley Park

Uxbridge

Middlesex

UB11 1BD

Ir-Renju Unit

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/10/645/001

EU/1/10/645/002

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 1 ta’ Settembru 2010

Data tal-aħħar tiġdid: 1 ta’ Settembru 2015

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati