Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Bronchitol (mannitol) – Fuljett ta’ tagħrif - R05CB16

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaBronchitol
Kodiċi ATCR05CB16
Sustanzamannitol
ManifatturPharmaxis Pharmaceuticals Limited

Fuljett ta’ tagħrif: informazzjoni għall-utent

Bronchitol 40 mg, trab li jittieħed man-nifs, kapsuli iebsin

Mannitol

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhux imniżżel f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Bronchitol u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Bronchitol

3.Kif għandek tuża Bronchitol

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Bronchitol

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Bronchitol u għalxiex jintuża

X’inhu Bronchitol

Bronchitol fih mediċina msejħa mannitol li hija sustanza mukolitika.

Għal x’hiex jintuża Bronchitol

Bronchitol għandu jintuża f’adulti minn 18-il sena 'l fuq. Apparti li tuża Bronchitol normalment tibqa’ tuża l-mediċini l-oħrajn li tieħu għal fibrożi ċistika.

Kif jaħdem Bronchitol

Bronchitol jittieħed man-nifs fil-pulmun biex jgħin il-fibrożi ċistika, marda li tintiret li taffettwa l- glandoli fil-pulmuni, fl-imsaren u fil-frixa li jnixxu fluwidi bħal mukus u meraq diġestiv.

Bronchitol jgħin billi jżid l-ammont ta’ ilma fuq il-wiċċ tal-passaġġi tal-arja u fil-mukus. Dan jgħin biex ineħħi l-mukus aktar malajr. Jgħin ukoll biex itejjeb il-kundizzjoni tal-pulmuni kif ukoll it-teħid tan-nifs. B’konsegwenza ta’ dan jista’ jkollok ‘sogħla produttiva’, li tgħin ukoll biex tneħħi l-mukus mill-pulmuni.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Bronchitol

Tużax Bronchitol

-jekk inti allerġiku għal mannitol

-jekk inti sensittiv/a għall-mannitol. Qabel tinbeda fuq Bronchitol, it-tabib tiegħek sejjer jara

jekk il-passaġġi tal-arja jkunux sensittivi wisq għal mannitol. Jekk inti sensittiv wisq għal mannitol, il-passaġġi tal-arja jidjiequ issibha aktar diffiċli tieħu nifs.

Jekk xi waħda minn dawn ta’ hawn fuq tapplika għalik (jew jekk m’intix ċert/a), kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tuża din il-mediċina.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tuża din il-mediċina:

-jekk għandek l-ażżma;

-jekk tisgħol bid-demm jew kellek id-demm fil-bżieq tiegħek;

-jekk għandek fibrożi ċistika severa, b’mod partikolari jekk il-funzjoni tal-pulmun tiegħek

imkejla mill-Volum Espiratorju Furzat fl-ewwel sekonda ta’ nifs ’il barra (FEV1) tkun normalment inqas minn 30%.

Jekk tieħu mediċina man-nifs, dan jista' jikkawża għafis fuq is-sider u tħarħir u dan jista' jseħħ minnufih wara li tieħu din il-mediċina. It-tabib tiegħek sejjer jgħinek tieħu l-ewwel doża tiegħek ta' Bronchitol u tikkontrolla l-funzjoni tal-pulmun tiegħek qabel, matul u wara d-doża. It-tabib tiegħek jista’ jitolbok tuża mediċini oħra bħal bronkodilatur qabel tieħu Bronchitol.

Jekk tieħu mediċini man-nifs, dan jista’ jikkawża wkoll sogħla u dan jista’ jseħħ bi Bronchitol. Kellem lit-tabib tiegħek jekk is-sogħla ma tkunx trid tmur jew tkun qed tinkwetak.

Tfal u adoloxxenti

Bronchitol m’għandux jintuża minn tfal u adoloxxenti taħt l-età ta’ 18-il sena. Dan minħabba li ftit hemm informazzjoni f’dan il-grupp ta’ nies.

Mediċini oħra u Bronchitol

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

Tista’ tkompli tuża l-mediċini għal fibrożi ċistika meta tkun qed tuża Bronchitol, dan jinkludi antibijotiċi li jittieħdu man-nifs bħal tobramycin u colistimethate sodium. Jekk m’intix ċert/a, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tuża Bronchitol.

Tqala u treddigħ

-Jekk inti tqila, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. Għandek tevita li tieħu din il-mediċina jekk inti tqila.

-Jekk inti qed tredda’ jew qed tippjana li tredda’, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. Huwa magħruf li din il-mediċina tgħaddi fil-ħalib uman.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Bronchitol mhuwiex probabbli li jaffettwa l-abbiltà tiegħek li ssuq jew tuża xi għodod jew magni.

3.Kif gћandek tuża Bronchitol

Dejjem għandek tuża din il-mediċina eżatt skont il-parir tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Dejjem ħu l-bronkodilatur tiegħek qabel tuża Bronchitol.

Kemm għandek tuża

Adulti ta’ 18-il sena u iktar

Doża tal-bidu

Qabel ma tingħata Bronchitol, it-tabib tiegħek sejjer jgħinek tieħu l-ewwel doża ta’ Bronchitol u sejjer jittestja l-funzjoni tal-pulmun f’kull pass sabiex jagħmel ċert li inti m’intix wisq sensittiv/a għal mannitol. L-ewwel doża tittieħed f’4 passi:-

Pass 1 – 1 kapsula (40 mg)

Pass 2 – 2 kapsuli (80 mg)

Pass 3 – 3 kapsuli (120 mg)

Pass 4 – 4 kapsuli (160 mg)

Fi tmiem id-doża inizjali, tkun ħadt 10 kapsuli (400 mg), l-istess ammont tad-doża normali.

Doża tal-kura (pakketti ta’ ġimagħtejn)

-Għandek tuża Bronchitol kuljum.

-Id-doża tas-soltu hija 10 kapsuli (400 mg) li jittieħdu man-nifs filgħodu, u 10 kapsuli li jittieħdu man-nifs filgħaxija.

-Tieħu d-doża ta’ filgħaxija għallinqas sagħtejn jew 3 sigħat qabel tmur fis-sodda.

-Għall-aqwa riżultati, ħu kull kapsula man-nifs, waħda wara l-oħra, biex b’hekk ikun hemm kemm jista’ jkun ftit dewmien bejn kapsula u oħra.

Meta għandek tuża din il-mediċina

Uża Bronchitol bħala parti mir-rutina tal-kura ta’ kuljum normali tiegħek. L-ordni ssuġġerita hija kif ġej, sakemm ma jingħatax parir mod ieħor mit-tabib tiegħek:

1.Uża l-bronkodilatur tiegħek;

2.Stenna 5 sa 15-il minuta;

3.Uża l-Bronchitol tiegħek qabel fiżjoterapija jekk din hija parti mir-rutina tal-kura għalik.

4.Dornase alfa (Pulmozyme) jekk din hija parti mir-rutina tal-kura tiegħek

5.Antibijotiċi li jittieħdu man-nifs jekk dawn huma parti mir-rutina tal-kura tiegħek

Kif tuża l-mediċina tiegħek

-Bronchitol jittieħed man-nifs (inalat) bħala trab mill-kapsula permezz tal-inalatur ipprovdut fil- pakkett. Huwa jittieħed man-nifs biss u m’għandekx tieħdu b’mod ieħor. Il-kapsuli ma għandekx tiblagħhom.

-It-trab fil-kapsuli għandu jittieħed biss man-nifs l ġewwa permezz tal-inalatur inkluż fil- pakkett.

-Uża inalatur ġdid kull ġimgħa.

-Kull waħda mill-10 kapsuli titpoġġa fl-inalatur waħda, waħda.

-Iġbed il-kontenut tal-kapsula man-nifs permezz tal-inalatur, b’nifs wieħed jew tnejn 'il ġewwa.

Għal struzzjonijiet dwar kif tuża l-inalatur, ara t-tmiem ta’ dan il-fuljett.

Jekk tuża Bronchitol aktar milli suppost

Jekk taħseb li użajt wisq mediċina, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek minnufih. Tista’:

-tħossok ma tistax tieħu nifs;

-tibda tħarħar;

-tisgħol ħafna.

It-tabib jista’ jagħtik l-ossiġnu u mediċini biex jgħinek tieħu nifs.

Jekk tinsa tuża Bronchitol

-Jekk tinsa tieħu doża, ħudha malli tiftakar u kompli bħas-soltu. Madankollu, jekk ikun kważi il- ħin għad-doża li jmiss, aqbeż id-doża li ma tkunx ħadt.

-Tiħux doża doppja sabiex tagħmel tajjeb għad-doża li tkun insejt.

Jekk tieqaf tuża Bronchitol

Jekk tieqaf tuża Bronchitol, is-sintomi tiegħek jistgħu imorru għall-agħar. Tieqafx tuża l-Bronchitol mingħajr ma tkellem lit-tabib l-ewwel, anki jekk tħossok aħjar. It-tabib sejjer jgħidlek għal kemm żmien għandek tuża din il-mediċina.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.

Ieqaf uża Bronchitol u ara tabib minnufih jekk tinnota l-effetti sekondarji serji li ġejjin:

-Diffikultà biex tieħu n-nifs, li tista’ tkun dovuta għax jidjiequ l-passaġġi tal-arja, iggravar tas- sintomi tal-ażżma jew tħarħir. Dan hu komuni, u jista’ jaffettwa sa persuna 1 minn kull 10.

-Sogħla bid-demm jew demm fil-bżieq tiegħek. Dan huwa komuni.

Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tinnota xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji:

-Sogħla severa. Din tiġri spiss.

-Aggravar tas-sintomi. Dan jiġri spiss.

Effetti sekondarji oħra jinkludu:

Komuni ħafna (jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10)

-Sogħla

Komuni

-Skumdità fis-sider

-Uġigħ ta’ ras

-Uġigħ fuq wara ta’ ħalqek u l-griżmejn u skumdità meta tibla’

-Irritazzjoni fil-griżmejn

-Rimettar, rimettar wara s-sogħla

Mhux komuni (jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 100)

-Sensazzjoni ta’ ħruq jew ta’ uġigħ fl-ilsien

-Dijabete relatata mas-CF

-Uġigħ fis-sider u uġigħ addominali

-Tibdil fil-vuċi

-Għaraq kiesaħ

-Konġestjoni

-Deidratazzjoni

-Tnaqqis fl-aptit

-Dijarea

-Uġigħ fil-widnejn

-Tħossok għajjien/a

-Tħossok stordut/a

-Tħossok ma tiflaħx

-Influwenza u deni

-Gass

-Ħruq ta’ stonku

-Uġigħ tal-ftuq

-Iperventilazzjoni

-Ħakk, raxx, akne

-Ebusija u uġigħ fil-ġogi

-Ħsibijiet morbużi

-Ulċeri fil-ħalq

-Infezzjoni fil-passaġġ respiratorju

-Flissjoni

-Infezzjoni tal-isputum

-Diffikultà biex torqod

-Infezzjoni tal-ħmira fil-ħalq (ħrar)

-Taħrablek l-awrina

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Bronchitol

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen f’temperatura taħt 30°C.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

Ladarba titneħħa mill-folja, il-kapsula għandha tintuża minnufih.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Bronchitol:

Is-sustanza attiva hija mannitol. Kull kapsula fiha man-nifs għal kull kapsula hija 32.2 milligramma

Kif jidher Bronchitol u l-kontenut tal-pakkett:

40 milligramma mannitol. Doża medja li tittieħed mannitol.

Bronchitol trab għall-inalazzjoni li jimtela f'kapsuli ibsin. Bronchitol 40 mg trab li jittieħed man-nifs, kapsuli iebsin fihom trab abjad jew kważi abjad mimli f’kapsuli ċari, bla kulur, iebsin b’“PXS 40 mg” stampata fuqhom. It-trab jinġibed fil-pulmun permezz ta’ inalatur ipprovdut fil-pakkett.

Pakkett ta' doża tal-bidu waħda ta' Bronchitol fih 1 folja b’10 kapsuli u 1 inalatur. Il-pakkett tad-doża tal-bidu jintuża matul il-valutazzjoni tad-doża tal-bidu mat-tabib tiegħek.

Pakkett wieħed ta’ kura ta’ ġimagħtejn ta’ Bronchitol fih 28 folja b’10 kapsuli kull waħda

(280 kapsula b’kollox) u 2 inalaturi. Il-pakkett ta’ kura ta’ ġimagħtejn huwa għal użu waqt kura.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Pharmaxis Pharmaceuticals Limited, 25 Moorgate, London, EC2R 6AY, Ir-Renju Unit.

Manifattur

Mawdsleys Clinical Services, Unit 22, Quest Park, Wheatley Hall Road, Doncaster, DN2 4LT, Ir- Renju Unit.

Arvato distribution GmbH, Gottlieb-Daimler Straβe 1, 33428 Harsewinkel,

North Rhine-Westphalia, Ġermanja.

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Pharmaxis Pharmaceuticals Limited

AB "PharmaSwiss

Tél/Tel: + 44 (0) 1628 902121

Tel: + 370 5 279 07 62

България

Luxembourg/Luxemburg

Pharmaxis Pharmaceuticals Limited

Pharmaxis Pharmaceuticals Limited

Teл.: + 44 (0) 1628 902121

Tél/Tel: + 44 (0) 1628 902121

Česká republika

Magyarország

4 Life Pharma CZ, s.r.o.

Pharmaxis Pharmaceuticals Limited Tel.:

Tel: +420 244 403 003

+36 30 303 96 31

Danmark

Malta

Pharmaxis Pharmaceuticals Limited

Pharmaxis Pharmaceuticals Limited

Tlf: + 44 (0) 1628 902121

Tel: + 44 (0) 1628 902121

Deutschland

Nederland

Chiesi GmbH

Pharmaxis Pharmaceuticals Limited

Tel: +49 (0) 40 897 240

Tel: + 44 (0) 1628 902121

Eesti

Norge

PharmaSwiss Eesti OÜ

Pharmaxis Pharmaceuticals Limited

Tel: + 372 6827400

Tlf: + 44 (0) 1628 902121

Ελλάδα

Österreich

Pharmaswiss Hellas SA

Pharmaxis Pharmaceuticals Limited

Τηλ: + 30 210 8108460

Tel: + 44 (0) 1628 902121

España

Polska

Medicare Pharma S.L.C

IMED Poland Sp. z o. o.

Tel: +34 91 848 9534

Tel: +48 22 663 43 10

France

Portugal

Pharmaxis Pharmaceuticals Limited

Pharmaxis Pharmaceuticals Limited

Tél: + 44 (0) 1628 902121

Tel: + 44 (0) 1628 902121

Hrvatska

România

PharmaSwiss d.o.o

Pharmaxis Pharmaceuticals Limited

Tel: + 385(1)6311-833

Tel: + 44 (0) 1628 902121

Ireland

Slovenija

Chiesi Limited

PharmaSwiss d.o.o

Tel: + 44 (0)161 488 5555

Tel: + 386 (0) 1 2364 700

Ísland

Slovenská republika

Pharmaxis Pharmaceuticals Limited

4 Life Pharma SK, s.r.o.

Sími: +44 (0) 1628 902121

Tel: + 420 244 403 003

Italia

Suomi/Finland

Chiesi Farmaceutici S.p.A

Pharmaxis Pharmaceuticals Limited

Tel: +39 0521 2791

Puh/Tel: + 44 (0) 1628 902121

Κύπρος

Sverige

Pharmaswiss Hellas SA

Pharmaxis Pharmaceuticals Limited

Τηλ: + 30 210 8108460

Tel: + 44 (0) 1628 902121

Latvija

United Kingdom

UAB PharmaSwiss

Chiesi Limited

Tel: + 371 67502185

Tel: + 44 (0)161 488 5555

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ 05/2017.

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/. Hemm ukoll links għal siti elettroniċi oħra dwar mard rari u kura.

-------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

Kif tuża l-inalatur

Id-dijagramma ta’ hawn taħt turi kif jidher l-inalatur. Il-kapsuli Bronchitol jistgħu jintużaw biss mal- inalatur li hemm ipprovdut fil-pakkett.

Spinning Chamber

Kompartiment tad-dawran

Mouthpiece

Bukkin

Filter

Filtru

Piercing Chamber

Kompartiment tat-titqib

Piercing Buttons

Buttuni tat-titqib

Apparat tal-inalatur

Il-passi li jmiss jispjegaw kif għandu jintuża l-inalatur. Għal aktar parir dwar kif tieħu ħsieb l-inalatur tiegħek, jekk jogħġbok ara t-tmiem tal-istruzzjonijiet.

1.

Neħħi l-kappa

-

Uża ż-żewġ idejn, żomm l-inalatur wieqaf u neħħi l-kappa.

2.

Iftaħ l-inalatur

-Żomm il-qiegħ tal-inalatur sod b’id waħda.

-Għandek iżżomm l-inalatur mill-qiegħ sabiex tkun ċert li ma tagħfasx il-buttuni li jniffdu l-folja.

-Imbagħad iftħu billi ddawwar il-biċċa tal-

ħalq fid-direzzjoni tal-vleġġa fuq l-inalatur.

3.

Poġġi l-kapsula

-

L-ewwel għamel ċert li idejk ikunu xotti.

-

Imbagħad oħroġ il-kapsula mill-folja (neħħi

 

biss il-kapsula eżatt qabel l-użu).

-

Poġġi l-kapsula fl-ispazju forma ta’ kapsula

 

fil-qiegħ tal-inalatur.

4.

Agħlaq l-inalatur

-Żomm l-inalatur f’pożizzjoni wieqfa.

-Imbagħad dawwar il-biċċa tal-ħalq fil- pożizzjoni magħluqa – meta tkun magħluqa tisma’ ‘klikk’.

5.Agħmel toqba fil-kapsula

-Dan jippermetti lit-trab fil-kapsula sabiex jintreħa meta tieħu nifs ’il ġewwa. F’dan il- fuljett, insejħu l-proċess li bih tniffed biex tagħmel it-toqba, ‘piercing’.

-Żomm l-inalatur f’pożizzjoni wieqfa u agħfas għal kollox ‘il ġewwa il-buttuni tal-‘Piercing’ fuq il-ġnub tal-inalatur fl-istess ħin, imbagħad erħihom. Agħmel dan darba biss.

Dan minħabba li piercing tal-kapsula aktar minn darba jista’ jaqsamha jew ifarrakha.

6.Ħejji għall-inalazzjoni

-Mejjel l-inalatur sabiex il-biċċa tal-ħalq tkun qed tħares xi ftit ’l isfel.

-Dan jippermetti li l-kapsula taqa’ ’l quddiem fil-kompartiment tat-tidwir.

-Żomm l-inalatur immejjel b’dan il-mod u onfoħ 'il barra għal kollox (’il bogħod mill-inalatur).

7.Ħu n-nifs ’il ġewwa

-Mejjel rasek kemmxejn lura.

-Inti u żżomm l-inalatur immejjel ’l isfel, poġġi l-inalatur ma’ ħalqek u agħmel ċert li tagħlaq xofftejk sewwa madwar il-biċċa tal- ħalq.

-Ħu nifs sod ’il ġewwa, biex timla l-pulmuni – imbagħad żomm in-nifs għal 5 sekondi. Meta tieħu nifs ’il ġewwa għandek tisma ħoss ta’ ‘ċekċik’ hekk kif il-kapsula tibda ddur fl- inalatur. Jekk dan ma jseħħx, il-kapsula tista’ tkun weħlet..

-Jekk ma tismax iċ-ċekċik, żomm l-inalatur mal-biċċa tal-ħalq tħares ’l isfel u taptap il-qiegħ b’mod sod. Tippruvax tħoll il-kapsula billi tagħfas il-buttuni tal-piercing mill-ġdid. Irrepeti l- inalazzjoni biex tikseb id-doża tiegħek.

8.Onfoħ ’il barra

-Neħħi l-inalatur tiegħek ’il bogħod minn ħalqek.

-Onfoħ ’il barra, u mbagħad ħu nifs normali mill-ġdid.

9.Iċċekkja l-kapsula

-Ħares biex tara jekk il-kapsula hijiex vojta – il-kapsula għandha ddur fl-inalatur biex titbattal. Jekk il-kapsula ma titbattalx jista' jkollok bżonn tirrepeti l-passi 6 sa 8.

10.Oħroġ il-kapsula użata

-Aqleb l-inalatur ta’ taħt fuq, taptap il-qiegħ u armi l-kapsula vojta.

11.Irrepeti l-passi 3 sa 10 għal kull kapsula

-Wettaq dawn il-passi għal kull waħda mill-għaxar kapsuli.

-Biex tikseb l-aqwa riżultati minn Bronchitol, ħu kull kapsula man-nifs, waħda wara l-oħra.

Informazzjoni addizzjonali dwar kif tieħu ħsieb l-inalatur tiegħek

-Żomm l-inalatur tiegħek xott u dejjem kun ċert li idejk huma xotti qabel tużah.

-Qatt ma għandek tieħu nifs jew tisgħol fl-inalatur tiegħek.

-Qatt tissepara l-inalatur tiegħek.

-Qatt ma għandek tpoġġ kaspsula direttament fil-biċċa tal-ħalq tal-inalatur tiegħek.

-Qatt ma għandek tħalli kapsula użata fil-kompartiment tal-inalatur tiegħek.

-Uża inalatur ġdid kull ġimgħa.

-Jekk l-inalatur jinkiser, uża t-tieni inalatur u kellem lit-tabib.

Tindif tal-inalatur – Normalment, l-inalatur jagħtik id-doża korretta tal-mediċina għal 7t ijiem mingħajr ma jkollu bżonn ta’ tindif. Madankollu, jekk l-inalatur tiegħek ma jkollux bżonn ta’ tindif, il-passi li għandek issegwi huma:

1.Kun żgur li l-inalatur huwa vojt.

2.Aħsel l-inalatur f’ilma sħun bil-biċċa tal-ħalq miftuħa.

3.Ħawwdu sakemm ma jkunx hemm qtar tal-ilma kbar fl-inalatur.

4.Ħallih jinxef fl-arja – poġġih fuq il-ġenb tiegħu bil-biċċa tal-ħalq miftuħa.

5.Għandek tħallih jinxef għal kollox, dan jista’ jieħu sa 24 siegħa. Waqt li jkun qed jinxef, uża l- inalatur l-ieħor.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati