Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Bydureon (exenatide) – Fuljett ta’ tagħrif - A10BX04

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaBydureon
Kodiċi ATCA10BX04
Sustanzaexenatide
ManifatturAstraZeneca AB

Kontenut tal-Artiklu

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦALL-UTENT

Bydureon 2 mg trab u solvent għal suspensjoni għall-injezzjoni li terħi l-mediċina bil-mod exenatide

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tad-dijabete tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tad-dijabete tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Bydureon u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Bydureon

3.Kif għandek tuża Bydureon

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Bydureon

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Bydureon u għalxiex jintuża

Bydureon fih is-sustanza attiva exenatide. Huwa mediċina li tiġi injettata u jintuża sabiex itejjeb il- kontroll taz-zokkor fid-demm fl-adulti b’dijabete mellitus tat-tip 2.

Din il-mediċina tintuża flimkien ma’ dawn il-mediċini ta’ kontra d-dijabete li ġejjin: metformin, sulphonylureas u thiazolidinediones. It-tabib tiegħek issa qiegħed jordnalek din il-mediċina bħala mediċina addizzjonali li tgħinek tikkontrolla aħjar iz-zokkor fid-demm tiegħek. Kompli segwi l-pjan tiegħek ta’ ikel u eżerċizzju.

Għandek id-dijabete għaliex ġismek jew ma jipproduċix biżżejjed insulina biex jikkontrolla l-livell ta’ zokkor fid-demm jew mhux kapaċi juża l-insulina sew. Is-sustanza attiva f’din il-mediċina tgħin lil ġismek iżid il-produzzjoni tal-insulina meta l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek ikun għoli.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Bydureon

Tużax Bydureon

-jekk inti allerġiku/a għal exenatide jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tad-dijabete tiegħek qabel tuża Bydureon dwar dawn li ġejjin:

-Meta tuża din il-mediċina flimkien ma’ sulphonylurea, peress li jista’ jitbaxxa z-zokkor fid- demm (ipogliċemija). Iċċekkja l-livelli tal-glucose fid-demm regolarment. Staqsi lit-tabib, lill- ispiżjar jew lill-infermier tad-dijabete tiegħek jekk m’intix ċert jekk xi mediċina oħra li għandek fihiex sulphonylurea.

-Jekk għandek dijabete tat-tip 1 jew ketoaċidosi dijabetika, peress li din il-mediċina ma għandhiex tintuża.

-Dwar kif għandek tinjetta din il-mediċina. Din għandha tiġi injettata fil-ġilda u mhux ġo vina jew ġo muskolu.

-Jekk għandek problemi serji ta’ tbattil tal-istonku (inkluż il-gastroparesi) jew ta’ diġestjoni tal- ikel, peress li l-użu ta’ din il-mediċina mhux irrakkomandat. Is-sustanza attiva f’din il-mediċina tnaqqas ir-rata tat-tbattil tal-istonku u għalhekk l-ikel jgħaddi mill-istonku aktar bil-mod.

-Jekk qatt kellek infjammazzjoni tal-frixa (pankreatite) (ara sezzjoni 4).

-Jekk titlef il-piż malajr wisq (aktar minn 1.5 kg fil-ġimgħa) kellem lit-tabib tiegħek dwar dan peress li jista’ jikkawża problemi bħal ġebel fil-marrara.

-Jekk għandek mard tal-kliewi serju jew jekk qiegħed fuq id-dijalisi, peress li l-użu ta’ din il- mediċina mhuwiex irrakkomandat. Teżisti esperjenza limitata b’din il-mediċina f’pazjenti bi problemi fil-kliewi.

Tfal u adolexxenti

Tagħtix din il-mediċina lil tfal u adolexxenti ta’ taħt it-18-il sena, peress li m’hemm ebda esperjenza b’din il-mediċina f’dan il-grupp ta’ età.

Mediċini oħra u Bydureon

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra, b’mod partikolari:

-mediċini oħra li jintużaw biex jikkuraw dijabete tat-tip 2, bħall-insulina u mediċini oħrajn li jaħdmu bħal Bydureon (eż. liraglutide u Byetta [exenatide li jerħi l-mediċina b’mod immedjat]), peress li t-teħid ta’ dawn il-mediċini ma’ Bydureon mhuwiex irrakkomandat.

-mediċini li jintużaw biex iraqqu d-demm (antikoagulanti), eż. Warfarin, peress li ser tkun teħtieġ monitoraġġ addizzjonali tat-tibdil fl-INR (kejl tal-irquqija tad-demm) matul il-bidu tat- terapija b’din il-mediċina.

Tqala,u treddigħ

Mhuwiex magħruf jekk din il-mediċina tistax tagħmel ħsara lit-tarbija mhix imwielda tiegħek, għalhekk ma għandekx tużaha waqt it-tqala u għal tal-inqas 3 xhur qabel tqala ppjanata.

Mhux magħruf jekk exenatide jiġix eliminat mill-ħalib tas-sider tal-bniedem. Ma għandekx tuża din l- mediċina waqt li tkun qed tredda.

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Għandek tuża kontraċezzjoni jekk potenzjalment tista' tinqabad tqila waqt il-kura b'din il-mediċina. Mhux magħruf jekk il-mediċina f’Bydureon tgħaddix fil-ħalib tal-omm. Bydureon m’għandux jintuża jekk qiegħda tredda’.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Jekk tuża din il-mediċina ma’ sulphonylurea, jista’ jitbaxxa z-zokkor fid-demm (ipogliċemija). L- ipogliċemija tista’ tnaqqaslek l-abbiltà li tikkonċentra. Jekk jogħġbok, żomm dil-problema possibbli f’moħħok f’kull sitwazzjoni meta tpoġġi lilek innifsek u lill-oħrajn f’riskju (eż. issuq karozza jew tuża xi magni).

Tagħrif importanti dwar xi wħud mis-sustanzi ta’ Bydureon

Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol ta’ sodium (23 mg) f’kull doża, jiġifieri essenzjalment “ħielsa mis-sodium”.

3.Kif għandek tuża Bydureon

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib, l-ispiżjar jew tal-infermier tad- dijabete tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib, mal-ispiżjar jew mal-infermier tad-dijabete tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Għandek tinjetta din il-mediċina darba fil-ġimgħa, fi kwalunkwe ħin tal-ġurnata, mal-ikel jew le.

Għandek tinjetta din il-mediċina jiġi injettat fil-ġilda (injezzjoni taħt il-ġilda) tal-erja tal-istonku (addome), tal-parti ta’ fuq ta’ riġlejk (koxxa), jew fuq wara tal-parti ta’ fuq ta’ dirgħajk.

Tista’ tuża l-istess erja ta’ ġismek kull ġimgħa.Ara li tuża sit tal-injezzjoni differenti f’dik l-erja.

Iċċekkja regolarment il-livelli ta’ glucose fid-demm. Huwa partikolarment importanti li tagħmel dan jekk qed tieħu sulphonylurea wkoll.

Biex tinjetta Bydureon, segwi l-“Istruzzjonijiet għall-Utent” li hemm fil-kaxxa.

It-tabib jew l-infermier tad-dijabete tiegħek għandu jgħallmek kif tinjetta din il-mediċina qabel ma tużah l-ewwel darba.

Iċċekkja li l-likwidu fis-siringa huwa ċar u bla frak qabel ma tibda. Wara t-taħlit, uża s-suspensjoni biss jekk it-taħlita hija bajda għal bajda fil-griż u mċajpra. Jekk tara xi boċċi ta’ trab xott mal-ġnub jew fil-qiegħ tal-kunjett, il-mediċina MHIJIEX imħallta sew. Erġa’ ħawwad bis-saħħa sakemm titħallat sew.

Għandek tinjetta din il-mediċina għandu jiġi injettat minnufih wara li t-trab u s-solvent jitħalltu.

Uża labra tal-injezzjonijiet ġdida għal kull injezzjoni u armiha b’mod sigur wara l-użu kif ordnalek tagħmel it-tabib jew l-infermier tad-dijabete tiegħek.

Jekk tuża Bydureon aktar milli suppost

Jekk tuża wisq minn din il-mediċina jista’ jkollok bżonn ta’ kura medika. Wisq minn din il-mediċina jista’ jikkawża tqalligħ, rimettar, sturdament, jew sintomi ta’ zokkor baxx fid-demm (ara sezzjoni 4).

Jekk tinsa tuża Bydureon

Tista’ tippreferi li tagħżel ġurnata meta tippjana li dejjem tagħmel l-injezzjoni ta’ Bydureon. Jekk taqbeż doża, għandek teħodha malajr kemm jista’ jkun. Għall-injezzjoni li jmiss tiegħek, tista’ tirritorna għall-jum tal-injezzjoni magħżul tiegħek. Madankollu, għandha tittieħed injezzjoni waħda biss f’perjodu ta’ 24 siegħa. Tista’ wkoll tibdel il-ġurnata magħżula għall-injezzjoni. Tiħux żewġ injezzjonijiet fl-istess ġurnata.

Jekk m’intix ċert ħadtx id-doża sħiħa ta’ Bydureon

Jekk m’intix ċert ħadtx id-doża kollha, tinjettax doża oħra ta’ din il-mediċina, iżda ħudha l-ġimgħa ta’ wara kif ippjanat.

Jekk tieqaf tuża Bydureon

Jekk tħoss li għandek tieqaf tuża din il-mediċina, jekk jogħġbok l-ewwel staqsi lit-tabib. Jekk tieqaf tuża din il-mediċina jistgħu jiġu affettwati l-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill- infermier tad-dijabete tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Reazzjonijiet allerġiċi serji (anafilassi) ġew irrapportati b’mod rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1000).

Għandek tara lit-tabib tiegħek minnufih jekk tesperjenza sintomi bħal

Nefħa tal-wiċċ, ilsien jew gerżuma (anġjoedema)

Sensittività eċċessiva (raxxijiet, ħakk u nefħa rapida tat-tessut tal-għonq, wiċċ, ħalq jew griżmejn)

Diffikultà biex tibla’

Urtikarja u diffikultà biex tieħu n-nifs

Każijiet ta’ infjammazzjoni tal-frixa (pankreatite) ġew irrapportati (frekwenza mhux magħrufa) f’pazjenti li jirċievu din il-mediċina. Il-pankreatite tista’ tkun kundizzjoni medika serja u potenzjalment ta’ periklu għall-ħajja.

Għid lit-tabib tiegħek jekk xi darba kellek pankreatite, ġebel fil-marrara, alkoħoliżmu jew livelli għoljin ħafna ta’ trigliċeridi. Dawn il-kundizzjonijiet mediċi jistgħu jżidulek ir-riskju li taqbdek pankreatite, jew li terġa’ taqbdek, kemm jekk tieħu din il-mediċina jew le.

TIBQAX TIEĦU din il-mediċina u kkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih jekk tesperjenza uġigħ qawwi u persistenti fl-istonku, bl-irrimettar jew mingħajru, għaliex jista’ jkollok frixa infjammata (pankreatite).

Effetti sekondarji komuni ħafna ta’ Bydureon (jistgħu jaffettwaw lil aktar minn persuna 1 minn kull 10):

tqalligħ (it-tqalligħ komuni l-aktar fil-bidu tal-użu ta’ din il-mediċina, iżda jonqos biż-żmien f’ħafna pazjenti)

dijarea

ipogliċemija

Meta din il-mediċina tintuża ma’ mediċina li fiha sulphonylurea, jistgħu jseħħu episodji ta’ zokkor baxx fid-demm (ipogliċemija, ġeneralment ħafifa għal moderata). Jista’ jkun hemm il-ħtieġa li titnaqqas id-doża tal-mediċina b’sulphonylurea waqt li tuża din il-mediċina. Is-sinjali u s-sintomi taz- zokkor baxx fid-demm jistgħu jinkludu uġigħ ta’ ras, ngħas, debbolizza, sturdament, konfużjoni, irritabbilità, ġuħ, taħbit mgħaġġel tal-qalb, għaraq, u tħossok nervuż. It-tabib tiegħek għandu jgħidlek kif tikkura z-zokkor baxx fid-demm.

Effetti sekondarji komuni ta’ Bydureon (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10):

sturdament

uġigħ ta’ ras

rimettar

nuqqas ta’ enerġija jew saħħa

għeja (bla saħħa)

stitikezza

uġigħ fl-erja tal-istonku

stonku minfuħ bil-gass

indiġestjoni

gass

ħruq ta’ stonku

tnaqqis fl-aptit

Din il-mediċina jista’ jnaqqaslek l-aptit, l-ammont ta’ ikel li tiekol, u l-piż.

Jekk titlef il-piż malajr wisq (aktar minn 1.5 kg fil-ġimgħa) kellem lit-tabib tiegħek billi dan jikkawża problemi bħal ġebel fil-marrara.

reazzjonijiet fis-sit tal-injezzjoni

Jekk ikollok reazzjoni fis-sit tal-injezzjoni (ħmura, raxx, jew ħakk) tista’ tistaqsi lit-tabib tiegħek għal xi ħaġa li ttaffi dawn is-sinjali jew sintomi. Tista’ tara jew tħoss boċċa żgħira taħt il-ġilda wara l- injezzjoni; din għandha tinżel wara 4 sa 8 ġimgħat. M’għandekx bżonn twaqqaf il-kura.

Effetti sekondarji mhux komuni ta’ Bydureon (jistgħu jaffettwaw lil aktar minn persuna 1 minn kull 100):

tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi

deidratazzjoni, xi kultant bi tnaqqis fil funzjoni tal-kliewi

imblokk intestinali (sadd tal-imsaren)

tifwiq

togħma mhux tas-soltu fil-ħalq

żieda fl-għaraq

telf ta’ xagħar

ngħas

Effetti sekondarji rari ta’ Bydureon (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000):

tħossok nervuż

Minbarra dawn, ġew osservati effetti sekondarji oħrajn (frekwenza mhux magħrufa, ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli).

tibdil fl-INR (kejl ta’ kemm jirqaq id-demm) ġie rrapportat meta ntuża flimkien ma’ warfarin

reazzjonijiet fil-ġilda fis-sit tal-injezzjoni wara injezzjoni ta’ exenatide. Dawn jinkludu: kavità li fiha l-materja (axxessi) u żona ħamra tal-ġilda, minfuħa li tinħass taħraq u sensittiva (ċellulite).

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen Bydureon

Żomm din il-mediċina fejn ma tintlaħaqx u ma tidhirx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fi friġġ (2°C sa 8°C).. Tagħmlux ġo friża.

Il-kitt jista’ jinżamm għal mhux aktar minn 4 ġimgħat f’temperatura taħt 30ºC qabel l-użu. Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

Armi kull kitt ta’ Bydureon li jkun iffriżat.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Bydureon

Is-sustanza attiva hi exenatide. Kull kunjett fih 2 mg ta’ exenatide.

Is-sustanzi l-oħra huma:

Fit-trab: poly (D, L-lactide-co-glycolide) u sucrose.

Fis-solvent: carmellose sodium, sodium chloride, polysorbate 20, sodium dihydrogen monohydrate, disodium phosphate heptahydrate u ilma għall-injezzjoni.

Kif jidher Bydureon u l-kontenut tal-pakkett

Trab u solvent għal suspensjoni għall-injezzjoni li terħi l-mediċina bil-mod.

It-trab huwa abjad għal abjad fil-griż u l-isfar u s-solvent huwa soluzzjoni ċara, bla kulur għal safra ċara għal kannella ċara.

Kull kitt b’doża waħda fih kunjett wieħed b’2 mg trab ta’ exenatide, siringa waħda mimlija għal-lest b’0.65 ml ta’ solvent, konnekter wieħed tal-kunjett, u żewġ labriet tal-injezzjonijiet. Labra minnhom hija sper.

Issibu f’pakketti ta’ 4 kitts ta’ doża waħda u 3 pakketti ta’ 4 kitts ta’ doża waħda. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

AstraZeneca AB

SE-151 85 Södertälje

L-Isvezja

Manifattur

AstraZeneca UK Limited

Silk Road Business Park,

Macclesfield, Cheshire, SK10 2NA

Ir-Renju Unit

Swords Laboratories T/A Lawrence Laboratories

Unit 12 Distribution Centre, Shannon Industrial Estate, Shannon, Co. Clare

L-Irlanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

AstraZeneca S.A./N.V.

UAB AstraZeneca Lietuva

Tel: +32 2 370 48 11

Tel: +370 5 2660550

България

Luxembourg/Luxemburg

АстраЗенека България ЕООД

AstraZeneca S.A./N.V.

Тел.: +359 (2) 44 55 000

Tél/Tel: +32 2 370 48 11

Česká republika

Magyarország

AstraZeneca Czech Republic s.r.o.

AstraZeneca Kft.

Tel: +420 222 807 111

Tel.: +36 1 883 6500

Danmark

Malta

AstraZeneca A/S

Associated Drug Co. Ltd

Tlf: +45 43 66 64 62

Tel: +356 2277 8000

Deutschland

Nederland

AstraZeneca GmbH

AstraZeneca BV

Tel: +49 41 03 7080

Tel: +31 79 363 2222

Eesti

Norge

AstraZeneca

AstraZeneca AS

Tel: +372 6549 600

Tlf: +47 21 00 64 00

Ελλάδα

Österreich

AstraZeneca A.E.

AstraZeneca Österreich GmbH

Τηλ: +30 210 6871500

Tel: +43 1 711 31 0

España

Polska

AstraZeneca Farmacéutica Spain, S.A.

AstraZeneca Pharma Poland Sp. z o.o.

Tel: +34 91 301 91 00

Tel.: +48 22 245 73 00

France

Portugal

AstraZeneca

AstraZeneca Produtos Farmacêuticos, Lda.

Tél: +33 1 41 29 40 00

Tel: +351 21 434 61 00

Hrvatska

România

AstraZeneca d.o.o.

AstraZeneca Pharma SRL

Tel: +385 1 4628 000

Tel: +40 21 317 60 41

Ireland

Slovenija

AstraZeneca Pharmaceuticals (Ireland) Ltd

AstraZeneca UK Limited

Tel: +353 1609 7100

Tel: +386 1 51 35 600

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

AstraZeneca AB, o.z.

Sími: +354 535 7000

Tel: +421 2 5737 7777

Italia

Suomi/Finland

AstraZeneca S.p.A.

AstraZeneca Oy

Tel: +39 02 9801 1

Puh/Tel: +358 10 23 010

Κύπρος

Sverige

Αλέκτωρ Φαρµακευτική Λτδ

AstraZeneca AB

Τηλ: +357 22490305

Tel: +46 8 553 26 000

Latvija

United Kingdom

SIA AstraZeneca Latvija

AstraZeneca UK Ltd

Tel: +371 67377100

Tel: +44 1582 836 836

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦALL-UTENT

Bydureon 2 mg trab u solvent għal suspensjoni għall-injezzjoni li terħi l-mediċina bil-mod f’pinna mimlija għal-lest

exenatide

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tad-dijabete tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tad-dijabete tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Bydureon u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Bydureon

3.Kif għandek tuża Bydureon

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Bydureon

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Bydureon u għalxiex jintuża

Bydureon fih is-sustanza attiva exenatide. Huwa mediċina li tiġi injettata u jintuża sabiex itejjeb il- kontroll taz-zokkor fid-demm fl-adulti b’dijabete mellitus tat-tip 2.

Din il-mediċina tintuża flimkien ma’ dawn il-mediċini ta’ kontra d-dijabete li ġejjin: metformin, sulphonylureas u thiazolidinediones. It-tabib tiegħek issa qiegħed jordnalek din il-mediċina bħala mediċina addizzjonali li tgħinek tikkontrolla aħjar iz-zokkor fid-demm tiegħek. Kompli segwi l-pjan tiegħek ta’ ikel u eżerċizzju.

Għandek id-dijabete għaliex ġismek jew ma jipproduċix biżżejjed insulina biex jikkontrolla l-livell ta’ zokkor fid-demm jew mhux kapaċi juża l-insulina sew. Is-sustanza attiva f’din il-mediċina tgħin lil ġismek iżid il-produzzjoni tal-insulina meta l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek ikun għoli.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Bydureon

Tużax Bydureon

-jekk inti allerġiku/a għal exenatide jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tad-dijabete tiegħek qabel tuża Bydureon dwar dawn li ġejjin:

-Meta tuża din il-mediċina flimkien ma’ sulphonylurea, peress li jista’ jitbaxxa z-zokkor fid- demm (ipogliċemija). Iċċekkja l-livelli tal-glucose fid-demm regolarment. Staqsi lit-tabib, lill- ispiżjar jew lill-infermier tad-dijabete tiegħek jekk m’intix ċert jekk xi mediċina oħra li għandek fihiex sulphonylurea.

-Jekk għandek dijabete tat-tip 1 jew ketoaċidosi dijabetika, peress li din il-mediċina ma għandhiex tintuża.

-Dwar kif għandek tinjetta din il-mediċina. Din għandha tiġi injettata fil-ġilda u mhux ġo vina jew ġo muskolu.

-Jekk għandek problemi serji ta’ tbattil tal-istonku (inkluż il-gastroparesi) jew ta’ diġestjoni tal- ikel, peress li l-użu ta’ din il-mediċina mhux irrakkomandat. Is-sustanza attiva f’din il-mediċina tnaqqas ir-rata tat-tbattil tal-istonku u għalhekk l-ikel jgħaddi mill-istonku aktar bil-mod.

-Jekk qatt kellek infjammazzjoni tal-frixa (pankreatite) (ara sezzjoni 4).

-Jekk titlef il-piż malajr wisq (aktar minn 1.5 kg fil-ġimgħa) kellem lit-tabib tiegħek billi dan jista’ jikkawża problemi bħal ġebel fil-marrara.

-Jekk għandek mard tal-kliewi serju jew jekk qiegħed fuq id-dijalisi, peress li l-użu ta’ din il- mediċina mhuwiex irrakkomandat. Teżisti esperjenza limitata b’din il-mediċina f’pazjenti bi problemi fil-kliewi.

Tfal u adolexxenti

Tagħtix din il-mediċina lil tfal u adolexxenti ta’ taħt it-18-il sena, peress li m’hemm ebda esperjenza b’din il-mediċina f’dan il-grupp ta’ età.

Mediċini oħra u Bydureon

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra, b’mod partikolari:

-mediċini oħra li jintużaw biex jikkuraw dijabete tat-tip 2, bħall-insulina u mediċini oħrajn li jaħdmu bħal Bydureon (eż. liraglutide u Byetta [exenatide li jerħi l-mediċina b’mod immedjat]), peress li t-teħid ta’ dawn il-mediċini ma’ Bydureon mhuwiex irrakkomandat.

-mediċini li jintużaw biex iraqqu d-demm (antikoagulanti), eż. Warfarin, peress li ser tkun teħtieġ monitoraġġ addizzjonali tat-tibdil fl-INR (kejl tal-irquqija tad-demm) matul il-bidu tat- terapija b’din il-mediċina.

Tqala u treddigħ

Mhuwiex magħruf jekk din il-mediċina tistax tagħmel ħsara lit-tarbija mhix imwielda tiegħek, għalhekk ma għandekx tużaha waqt it-tqala u għal tal-inqas 3 xhur qabel tqala ppjanata.

Mhux magħruf jekk exenatide jiġix eliminat mill-ħalib tas-sider tal-bniedem. Ma għandekx tuża din l- mediċina waqt li tkun qed tredda.

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Għandek tuża kontraċezzjoni jekk potenzjalment tista' tinqabad tqila waqt il-kura b'din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Jekk tuża din il-mediċina ma’ sulphonylurea, jista’ jitbaxxa z-zokkor fid-demm (ipogliċemija). L- ipogliċemija tista’ tnaqqaslek l-abbiltà li tikkonċentra. Jekk jogħġbok, żomm dil-problema possibbli f’moħħok f’kull sitwazzjoni meta tpoġġi lilek innifsek u lill-oħrajn f’riskju (eż. issuq karozza jew tuża xi magni).

Tagħrif importanti dwar xi wħud mis-sustanzi ta’ Bydureon

Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol ta’ sodium (23 mg) f’kull doża, jiġifieri essenzjalment “ħielsa mis-sodium”.

3.Kif għandek tuża Bydureon

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib, l-ispiżjar jew tal-infermier tad- dijabete tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib, mal-ispiżjar jew mal-infermier tad-dijabete tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Għandek tinjetta din il-mediċina darba fil-ġimgħa, fi kwalunkwe ħin tal-ġurnata, mal-ikel jew le.

Għandek tinjetta din il-mediċina (injezzjoni taħt il-ġilda) tal-erja tal-istonku (addome), tal-parti ta’ fuq ta’ riġlejk (koxxa), jew fuq wara tal-parti ta’ fuq ta’ dirgħajk.

Tista’ tuża l-istess erja ta’ ġismek kull ġimgħa. Ara li tuża sit tal-injezzjoni differenti f’dik l-erja.

Iċċekkja regolarment il-livelli ta’ glucose fid-demm. Huwa partikolarment importanti li tagħmel dan jekk qed tieħu sulphonylurea wkoll.

Biex tinjetta Bydureon, segwi l-“Istruzzjonijiet għall-Utent” li hemm fil-kaxxa.

It-tabib jew l-infermier tad-dijabete tiegħek għandu jgħallmek kif tuża din il-mediċina qabel ma tużah l-ewwel darba.

Iċċekkja li l-likwidu fil-pinna huwa ċar u bla frak qabel ma tibda. Wara li l-likwidu jitħallat mat-trab, uża s-suspensjoni biss jekk it-taħlita hija bajda għal bajda fil-griż u mċajpra. Jekk tara xi boċċi ta’ trab xott mal-ġnub tal-pinna, il-mediċina MHIJIEX imħallta sew. Erġa’ ħawwad bis-saħħa sakemm titħallat sew.

Għandek tinjetta din il-mediċina minnufih wara li t-trab u s-solvent jitħalltu.

Uża pinna ġdida għal kull injezzjoni u armiha wara l-użu. Għandek tarmi din il-pinna b’mod sigur, bil- labra għadha mwaħħla, wara l-użu, kif ordnalek tagħmel it-tabib jew l-infermier tad-dijabete tiegħek.

Jekk tuża Bydureon aktar milli suppost

Jekk tuża wisq din il-mediċina jista’ jkollok bżonn ta’ kura medika. Wisq din il-mediċina jista’ jikkawża tqalligħ, rimettar, sturdament, jew sintomi ta’ zokkor baxx fid-demm (ara sezzjoni 4).

Jekk tinsa tuża Bydureon

Tista’ tippreferi li tagħżel ġurnata meta tippjana li dejjem tagħmel l-injezzjoni ta’ Bydureon. Jekk taqbeż doża għandek teħodha malajr kemm jista’ jkun. Għall-injezzjoni li jmiss tiegħek, tista’ tirritorna għall-jum tal-injezzjoni magħżul tiegħek. Madankollu, għandha tittieħed injezzjoni waħda biss f’perjodu ta’ 24 siegħa. Tista’ wkoll tibdel il-ġurnata magħżula għall-injezzjoni. Tiħux żewġ injezzjonijiet fl-istess ġurnata.

Jekk m’intix ċert ħadtx id-doża sħiħa ta’ Bydureon

Jekk m’intix ċert ħadtx id-doża kollha, tinjettax doża oħra ta’ din il-mediċina, iżda ħudha l-ġimgħa ta’ wara kif ippjanat.

Jekk tieqaf tuża Bydureon

Jekk tħoss li għandek tieqaf tuża din il-mediċina, jekk jogħġbok l-ewwel staqsi lit-tabib. Jekk tieqaf tuża din il-mediċina jistgħu jiġu affettwati l-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill- infermier tad-dijabete tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Reazzjonijiet allerġiċi serji (anafilassi) ġew irrapportati b’mod rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1000).

Għandek tara lit-tabib tiegħek minnufih jekk tesperjenza sintomi bħal

Nefħa tal-wiċċ, ilsien jew gerżuma (anġjoedema)

Sensittività eċċessiva (raxxijiet, ħakk u nefħa rapida tat-tessut tal-għonq, wiċċ, ħalq jew griżmejn)

Diffikultà biex tibla’

Urtikarja u diffikultà biex tieħu n-nifs

Każijiet ta’ infjammazzjoni tal-frixa (pankreatite) ġew irrapportati (frekwenza mhux magħrufa) f’pazjenti li jirċievu din il-mediċina. Il-pankreatite tista’ tkun kundizzjoni medika serja u potenzjalment ta’ periklu għall-ħajja.

Għid lit-tabib tiegħek jekk xi darba kellek pankreatite, ġebel fil-marrara, alkoħoliżmu jew livelli għoljin ħafna ta’ trigliċeridi. Dawn il-kundizzjonijiet mediċi jistgħu jżidulek ir-riskju li taqbdek pankreatite, jew li terġa’ taqbdek, kemm jekk tieħu din il-mediċina jew le.

TIBQAX TIEĦU din il-mediċina u kkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih jekk tesperjenza uġigħ qawwi u persistenti fl-istonku, bl-irrimettar jew mingħajru, għaliex jista’ jkollok frixa infjammata (pankreatite).

Effetti sekondarji komuni ħafna ta’ Bydureon (jistgħu jaffettwaw lil aktar minn persuna 1 minn kull 10):

tqalligħ (it-tqalligħ komuni l-aktar fil-bidu ta’ din il-mediċina, iżda jonqos biż-żmien f’ħafna pazjenti)

dijarea

ipogliċemija

Meta din l-mediċina tintuża ma’ mediċina li fiha sulphonylurea, jistgħu jseħħu episodji ta’ zokkor baxx fid-demm (ipogliċemija, ġeneralment ħafifa għal moderata). Jista’ jkun hemm il-ħtieġa li titnaqqas id-doża tal-mediċina b’sulphonylurea waqt li tuża din il-mediċina. Is-sinjali u s-sintomi taz- zokkor baxx fid-demm jistgħu jinkludu uġigħ ta’ ras, ngħas, debbolizza, sturdament, konfużjoni, irritabbilità, ġuħ, taħbit mgħaġġel tal-qalb, għaraq, u tħossok nervuż. It-tabib tiegħek għandu jgħidlek kif tikkura z-zokkor baxx fid-demm.

Effetti sekondarji komuni ta’ Bydureon (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10):

sturdament

uġigħ ta’ ras

rimettar

nuqqas ta’ enerġija jew saħħa

għeja (bla saħħa)

stitikezza

uġigħ fl-erja tal-istonku

stonku minfuħ bil-gass

indiġestjoni

gass

ħruq ta’ stonku

tnaqqis fl-aptit

Din il-mediċina tista’ tnaqqaslek l-aptit, l-ammont ta’ ikel li tiekol, u l-piż.

Jekk titlef il-piż malajr wisq (aktar minn 1.5 kg fil-ġimgħa) kellem lit-tabib tiegħek billi dan jista’ jikkawża problemi bħal ġebel fil-marrara.

reazzjonijiet fis-sit tal-injezzjoni

Jekk ikollok reazzjoni fis-sit tal-injezzjoni (ħmura, raxx, jew ħakk) tista’ tistaqsi lit-tabib tiegħek għal xi ħaġa li ttaffi dawn is-sinjali jew sintomi. Tista’ tara jew tħoss boċċa żgħira taħt il-ġilda wara l- injezzjoni; din għandha tinżel wara 4 sa 8 ġimgħat. M’għandekx bżonn twaqqaf il-kura.

Effetti sekondarji mhux komuni ta’ Bydureon (jistgħu jaffettwaw lil aktar minn persuna 1 minn kull 100):

tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi

deidratazzjoni, xi kultant bi tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi

imblokk intestinali (sadd tal-imsaren)

tifwiq

togħma mhux tas-soltu fil-ħalq

żieda fl-għaraq

telf ta’ xagħar

ngħas

Effetti sekondarji rari ta’ Bydureon (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000):

tħossok nervuż

Minbarra dawn, ġew osservati effetti sekondarji oħrajn (frekwenza mhux magħrufa, ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli).

tibdil fl-INR (kejl ta’ kemm jirqaq id-demm) ġie rrapportat meta ntuża flimkien ma’ warfarin

reazzjonijiet fil-ġilda fis-sit tal-injezzjoni wara injezzjoni ta’ exenatide. Dawn jinkludu: kavità li fiha l-materja (axxessi) u żona ħamra tal-ġilda, minfuħa li tinħass taħraq u sensittiva (ċellulite).

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen Bydureon

Żomm din il-mediċina fejn ma tintlaħaqx u ma tidhirx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fi friġġ (2°C sa 8°C).. Tagħmlux ġo friża.

Il-pinna jista’ jinżamm għal mhux aktar minn 4 ġimgħat f’temperatura taħt 30ºC qabel l-użu. Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

Armi kull kitt ta’ Bydureon li jkun iffriżat.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Bydureon

Is-sustanza attiva hi exenatide. Kull pinna mimlija għal-lest fiha 2 mg ta’ exenatide. Wara s- sospensjoni, id-doża mogħtija hija 2 mg/0.65 ml.

Is-sustanzi l-oħra huma:

Fit-trab: poly (D, L-lactide-co-glycolide) u sucrose.

Fis-solvent: carmellose sodium, sodium chloride, polysorbate 20, sodium dihydrogen phosphate monohydrate, disodium phosphate heptahydrate, ilma għall-injezzjonijiet u sodium hydroxide (għall-aġġustament tal-pH).

Kif jidher Bydureon u l-kontenut tal-pakkett

Din il-mediċina hija pprovduta bħala trab u solvent (likwidu) għal suspensjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest. It-trab (2 mg) f’kompartiment wieħed, huwa abjad għal abjad fil-griż u l-isfar u s-

solvent (0.65 ml) fil-kompartiment l-ieħor huwa soluzzjoni ċara, bla kulur għal safra ċara għal kannella ċara. Kull pinna mimlija għal-lest ta’ doża waħda hija pprovduta b’labra apposta. Kull kartuna fiha labra addizzjonali waħda.

Din il-mediċina tiġi f’daqs ta’ pakkett ta’ 4 pinen mimlijin għal-lest ta’ doża waħda u pakkett multiplu li fih 12 (3 pakketti ta’ 4)-il pinna mimlijin għal-lest ta’ doża waħda. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

AstraZeneca AB

SE-151 85 Södertälje

L-Isvezja

Manifattur

AstraZeneca UK Limited

Silk Road Business Park,

Macclesfield, Cheshire, SK10 2NA

Ir-Renju Unit

Swords Laboratories T/A Lawrence Laboratories

Unit 12 Distribution Centre, Shannon Industrial Estate, Shannon, Co. Clare

L-Irlanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

AstraZeneca S.A./N.V.

UAB AstraZeneca Lietuva

Tel: +32 2 370 48 11

Tel: +370 5 2660550

България

Luxembourg/Luxemburg

АстраЗенека България ЕООД

AstraZeneca S.A./N.V.

Тел.: +359 (2) 44 55 000

Tél/Tel: +32 2 370 48 11

Česká republika

Magyarország

AstraZeneca Czech Republic s.r.o.

AstraZeneca Kft.

Tel: +420 222 807 111

Tel.: +36 1 883 6500

Danmark

Malta

AstraZeneca A/S

Associated Drug Co. Ltd

Tlf: +45 43 66 64 62

Tel: +356 2277 8000

Deutschland

Nederland

AstraZeneca GmbH

AstraZeneca BV

Tel: +49 41 03 7080

Tel: +31 79 363 2222

Eesti

Norge

AstraZeneca

AstraZeneca AS

Tel: +372 6549 600

Tlf: +47 21 00 64 00

Ελλάδα

Österreich

AstraZeneca A.E.

AstraZeneca Österreich GmbH

Τηλ: +30 210 6871500

Tel: +43 1 711 31 0

España

Polska

AstraZeneca Farmacéutica Spain, S.A.

AstraZeneca Pharma Poland Sp. z o.o.

Tel: +34 91 301 91 00

Tel.: +48 22 245 73 00

France

Portugal

AstraZeneca

AstraZeneca Produtos Farmacêuticos, Lda.

Tél: +33 1 41 29 40 00

Tel: +351 21 434 61 00

Hrvatska

România

AstraZeneca d.o.o.

AstraZeneca Pharma SRL

Tel: +385 1 4628 000

Tel: +40 21 317 60 41

Ireland

Slovenija

AstraZeneca Pharmaceuticals (Ireland) Ltd

AstraZeneca UK Limited

Tel: +353 1609 7100

Tel: +386 1 51 35 600

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

AstraZeneca AB, o.z.

Sími: +354 535 7000

Tel: +421 2 5737 7777

Italia

Suomi/Finland

AstraZeneca S.p.A.

AstraZeneca Oy

Tel: +39 02 9801 1

Puh/Tel: +358 10 23 010

Κύπρος

Sverige

Αλέκτωρ Φαρµακευτική Λτδ

AstraZeneca AB

Τηλ: +357 22490305

Tel: +46 8 553 26 000

Latvija

United Kingdom

SIA AstraZeneca Latvija

AstraZeneca UK Ltd

Tel: +371 67377100

Tel: +44 1582 836 836

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/

ISTRUZZJONIJIET GĦALL-UTENT

Gwida pass pass

Bydureon 2 mg trab u solvent għal suspensjoni għall-injezzjoni li terħi l-mediċina bil-mod

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar kif tieħu Bydureon

Irreferi għall-Mistoqsijiet komuni u tweġibiet

Suġġerimenti siewja

Tgħaġġilx.

Segwi dawn l-istruzzjonijiet pass pass.

Ser ikollok bżonn ħin biżżejjed biex tlesti l-passi kollha bla ma tieqaf.

Huwa probabbli li meta tidra tieħu l-injezzjonijiet iddum anqas.

IMPORTANTI:

Aqra u segwi sew kull pass li hemm f’dawn l-istruzzjonijiet kull darba li tieħu Bydureon. Taqbiżx xi pass. Aqra wkoll il-Fuljett ta’ Tagħrif li hemm fil-kaxxa tiegħek.

Gwida tal-partijiet

Sett b’doża waħda

Iftaħ hawn biex tara l-partijiet aħjar

Żomm din il-perpura miftuħa biex tkun tista’ tirreferi għaliha inti u ssegwi l-passi

 

 

Likwidu

Siringa

Planġer

(solvent) ġewwa Tapp Abjad

 

 

 

 

Linja tad-Doża

Kunjett

Tapp Aħdar

It-trab ta’ hawn ġew huwa l-mediċina tiegħek

Tapp Blu

Labra

Konnekter tal-kunjett

Qoxra tal-karti

Pakkett tal-konnekter tal-kunjett

Konnekter Oranġjo

Labra (monoject)

Is-sett b’doża waħda fih labra sper (ma tidhirx

hawn) f’każ ta’ bżonn. Għatu tal-labra

Gwida tal-partijiet

Kitt b’doża waħda

Siringa

Labar (2)

Kunjett

Konnekter tal-kunjett

 

(vial connector)

X’hemm ġewwa

Biex tieħu d-doża l-korretta, aqra kull sezzjoni biex tagħmel kull pass fl-ordni.

Din il-gwida maqsuma f’sezzjonijiet:

1Biex tibda

2Twaħħil tal-partijiet

3Taħlit tal-mediċina u mili tas-siringa

4Injezzjoni tal-mediċina

Mistoqsijiet komuni u tweġibiet

1. Biex Tibda

1a Oħroġ kitt b’doża waħda mill-friġġ.

Ipprepara fejn tarmi labar u siringi użati b’mod sikur. Lesti dak li teħtieġ biex tarmi labar u siringi użati b’mod sikur.

1b Aħsel idejk.

Qaxxar il-qoxra tal-karti biex tiftaħ.

Oħroġ is-siringa. Il-likwidu fis-siringa għandu jkun ċar u mingħajr frak. Ma jimpurtax jekk ikun hemm bżieżaq tal-arja.

Poġġi l-labra, il-pakkett tal-konnekter tal-kunjett, il-kunjett, u s-siringa fuq wiċċ nadif u ċatt.

1d

Aqbad il-labra u ilwi t-tapp il-blu biex tiftħu.

Neħħi l-labra mgħottija minn idejk. Il-labra issa lesta għall-użu. Ser ikollok bżonnha aktar ’il quddiem.

Għandek labra sper f’każ ta’ bżonn

1e

Taptap!

Aqbad il-kunjett.

Taptap il-kunjett ħafna drabi ma’ wiċċ iebes biex tħoll it-trab.

1f

Uża sebgħek il-kbir biex tneħħi t-tapp l-aħdar.

Neħħi l-kunjett minn idejk.

2. Twaħħil tal-partijiet

2a

Aqbad il-pakkett tal-konnekter tal-kunjett u qaxxar il-qoxra tal-karti. Tmissx il-konnekter oranġjo ta’ ġewwa.

2b

Żomm il-pakkett tal-konnekter tal-kunjett. F’idek l-oħra, żomm il-kunjett.

B’mod sod, agħfas in-naħa ta’ fuq tal-kunjett fil-konnekter oranġjo.

2d

Oħroġ il-kunjett mill-pakkett, bil-konnekter oranġjo mwaħħal.

2e

Il-kunjett issa għandu jidher hekk.

Neħħih minn idejk biex tużah aktar ’il quddiem.

2f

Aqbad is-siringa.

B’idek l-oħra, żomm sew iż-żewġ kaxxxi l-griżi fuq it-tapp abjad.

Ċlaqq!

Qaċċat it-tapp.

Ara li ma tagħfasx il-planġer.

Qed tqaċċat it-tapp bħalma kieku taqsam zokk.

It-tapp imqaċċat jidher hekk.

It-tapp m’għandekx bżonnu aktar u tista’ tarmih.

2i

Is-siringa issa għandha tidher hekk.

2j

Issa, aqbad il-kunjett bil-konnekter oranġjo mwaħħal.

Dawwar il-konnekter oranġjo mas-siringa sakemm jissikka. Inti u ddawwar, qis li żżomm il- konnekter oranġjo. Tissikkax iżżejjed. Ara li ma tagħfasx il-planġer.

2k

Il-partijiet issa għandhom jidhru hekk wara li jkunu mqabbdin.

3. Taħlit tal-mediċina u mili tas-siringa

IMPORTANTI:

F’dawn il-passi li jmiss ser tkun qed tħallat il-mediċina u timla s-siringa. Ladarba tħallat il- mediċina, trid tinjettaha minnufih. M’għandekx terfa’ l-mediċina mħallta biex tinjettaha f’ħin ieħor.

3a

B’sebgħek il-kbir, agħfas il-planġer sakemm jieqaf u ibqa’ żommu.

Tista’ tħoss il-planġer qisu ser jerġa’ jitla’ lura xi ftit.

3b

Ibqa’ agħfas il-planġer ’l isfel b’sebgħek il-kbir u ħawwad bis-saħħa. Ibqa’ ħawwad sakemm il- likwidu u t-trab jitħalltu sew.

Tinkwetax li jista’ jinqala’ l-kunjett. Il-konnekter oranġjo jzommu mwaħħal mas-siringa.

Ħawwad bis-saħħa bħalma tħawwad flixkun żejt bil-ħall għal fuq l-insalata.

Meta l-mediċina titħallat sew, għandha tidher imċajpra.

Jekk tara xi ċapep ta’ trab xott mal-ġnub jew fil-qiegħ tal-kunjett, il-mediċina MHIJIEX imħallta sew.

Erġa’ ħawwad bis-saħħa sakemm titħallat sew.

Ibqa’ agħfas il-planġer b’sebgħek il-kbir int u tħawwad.

3e

Issa, żomm il-kunjett b’tali mod li s-siringa tipponta ’l fuq. Ibqa’ agħfas il-planġer b’sebgħek il- kbir sakemm jieqaf, u ibqa’ żommu.

3f

Taptap il-kunjett bil-mod b’idek l-oħra. Ibqa’ agħfas il-planġer b’sebgħek il-kbir biex iżżommu f’postu.

It-taptip jgħin lill-mediċina ċċarċar mal-ġnub tal-kunjett. Ma jimpurtax jekk ikun hemm bżieżaq tal- arja.

Iġbed il-planġer ’l isfel u aqbeż il-Linja tad-Doża sewda ttikkjata.

Hekk tiġbed il-mediċina mill-kunjett għal ġos-siringa. Tista’ tara l-bżieżaq tal-arja. Dan normali. Xi ftit likwidu jista’ jibqa’ mwaħħal mal-ġnub tal-kunjett. Dan ukoll normali.

B’id waħda, żomm il-planġer f’postu biex ma jiċċaqlaqx.

3i

B’idek l-oħra, dawwar il-konnekter oranġjo biex taqalgħu.

Wara li taqla’ l-konnekter ara li ma tagħfasx il-planġer.

3j

Is-siringa issa għandha tidher hekk.

4. Injezzjoni tal-mediċina

IMPORTANTI:

Aqra sew il-passi li ġejjin u ħares lejn l-istampi sew.

Dan jgħinek tieħu d-doża korretta ta’ mediċina.

4a

Dawwar il-labra mas-siringa sakemm tissikka. Taqlax l-għatu tal-labra għalissa. Ara li ma tagħfasx il-planġer.

4b

Agħfas bil-mod

Naħa ta’ fuq tal- planġer

Bil-mod, agħfas il-planġer sakemm in-naħa ta’ fuq tal-planġer tiġi bi dritt il-Linja tad-Doża ttikkjata sewda.

Imbagħad, neħħi sebgħek il-kbir minn fuq il-planġer.

Importanti li issa tieqaf tagħfas il-planġer, inkella taħli l-mediċina u ma tiħux id-doża korretta.

In-naħa ta’ fuq tal-planġer trid tibqa’ bi dritt il-Linja tad-Doża ttikkjata sewda waqt li ssegwi l- passi li ġejjin. Dan jgħinek tieħu d-doża korretta tal-mediċina.

IMPORTANTI:

Huwa normali li tara ftit bżieżaq tal-arja fit-taħlita.

Il-bżieżaq tal-arja mhux ser jagħmlulek ħsara jew jaffettwawlek id-doża.

4d

Fuq wara

 

tal-parti ta’

fuq ta’ digħajk

Stonku

Koxxa

Quddiem

Wara

Erjas fil-ġisem għall-injezzjoni

Tista’ tinjetta kull doża tal-mediċina fl-erja tal-istonku (addome) tiegħek, f’koxxtok, jew fuq wara tal-parti ta’ fuq ta’ dirgħajk.

Tista’ tuża l-istess erja ta’ ġismek kull ġimgħa, iżda ara li tuża sit tal-injezzjoni differenti f’dik l-erja.

4e

Żomm is-siringa mil-Linja tad-Doża ttikkjata bl-iswed.

4f

Iġbed

Iġbed u aqla’ l-għatu tal-labra.

Iddawrux.

Ara li ma tagħfasx il-planġer.

Meta tneħħi l-għatu, tista’ tara qatra jew tnejn ta’ likwidu. Dan normali.

Qis li tuża t-teknika tal-injezzjoni li rrakkomandalek it-tabib jew l-infermier tad-dijabete tiegħek. Ftakar: Trid tieħu l-injezzjoni ta’ Bydureon immedjatament wara li tħallatha.

Daħħal il-labra fil-ġilda tiegħek (taħt il-ġilda). Biex tinjetta d-doża sħiħa, agħfas il-planġer sakemm jieqaf b’sebgħek il-kbir.

Oħroġ il-labra.

Irreferi għall-fuljett ta’ tagħrif (sezzjoni 3) dwar x’għandek tagħmel jekk m’intix ċert jekk ħadtx id- doża kollha.

4ħ. Erġa’ poġġi l-għatu fuq il-labra. Armi s-siringa bil-labra mgħottija mwaħħla skont l- istruzzjonijiet li tak it-tabib jew l-infermier tad-dijabete tiegħek. TIPPROVAX tgħatti jew tuża l-labra.

M’għandek għalfejn terfa’ l-ebda parti. Kull kitt b’doża waħda fih kull ma teħtieġ għad-doża tiegħek ta’ kull ġimgħa ta’ Bydureon.

Il-mediċini m’għandhomx jintremew mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill- ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għall- protezzjoni tal-ambjent.

Meta jiġi l-waqt għad-doża ta’ kull ġimgħa li jmiss, erġa’ ibda minn pass 1.

Mistoqsijiet komuni u tweġibiet

 

Jekk il-mistoqsija tiegħek hija dwar:

Ara mistoqsija numru:

Kemm għandek tinjetta malajr wara t-taħlit

It-taħlit tal-mediċina

Bżieżaq tal-arja fis-siringa

It-twaħħil tal-labra

Il-qlugħ tal-għatu tal-labra

Il-planġer mhux bi dritt il-Linja tad-Doża ttikkjata sewda

Mhux jirnexxilek tagħfas ’l isfel il-planġer meta tinjetta

Mistoqsijiet komuni u tweġibiet

1. Wara li nħallat il-mediċina, kemm nista’ ndum biex nieħu l-injezzjoni?

Trid tieħu l-injezzjoni ta’ Bydureon immedjatament wara li tħallatha. Jekk ma tinjettax Bydureon minnufih, il-mediċina tibda tifforma boċċi żgħar fis-siringa. Dawn il-boċċi jistgħu jsoddu l-labra meta tieħu l-injezzjoni (ara mistoqsija 7).

2. Kif inkun naf li l-mediċina tħalltet sew?

Meta l-mediċina titħallat sew għandha tkun tidher imċajpra. M’għandux ikun hemm xi trab xott mal - ġnub jew fil-qiegħ tal-kunjett. Jekk tara xi trab xott, ħawwad bis-saħħa filwaqt li tibqa’ tagħfas il- planġer ’l isfel b’sebgħek il-kbir. (Din il-mistoqsija hija relatata mal-passi murija fis-sezzjonijiet 3a sa 3d).

3. L-injezzjoni lesta biex neħodha. X’għandi nagħmel jekk nara l-bżieżaq tal-arja fis-siringa?

Huwa normali li jkun hemm il-bżieżaq tal-arja fis-siringa. Il-bżieżaq tal-arja mhux ser jagħmlulek ħsara jew jaffettwawlek id-doża. Bydureon jiġi injettat fil-ġilda (taħt il-ġilda). Il-bżieżaq tal-arja mhumiex problema f’din it-tip ta’ injezzjoni.

4. X’għandi nagħmel jekk il-labra tħabbatni biex inwaħħalha?

L-ewwel nett, ara li neħħejt it-tapp il-blu. Imbagħad, dawwar il-labra fuq is-siringa sakemm tissikka. Biex tevita telf ta’ mediċina, tagħfasx il-planġer int u twaħħal il-labra. Għal aktar tagħrif dwar it- tekniċi tal-injezzjonijiet kellem lill-professjonist tal-kura tas-saħħa tiegħek.

(Din il-mistoqsija hija relatata ma’ pass 4a.)

5. X’għandi nagħmel jekk l-għatu tal-labra jħabbatni biex naqalgħu?

B’id waħda, żomm is-sirinġa minn fejn il-Linja tad-Doża ttikkjata sewda. B’idek l-oħra, żomm l-għatu tal-labra. Iġbed u aqla’ l-għatu tal-labra. Iddawrux. (Din il-mistoqsija hija relatata ma’ pass 4f.)

6. Wasalt f’pass 4ċ. X’għandi nagħmel jekk qbiżt in-naħa ta’ fuq tal-planġer wara l-Linja tad- Doża ttikkjata sewda?

Il-Linja tad-Doża ttikkjata sewda turik id-doża korretta. Jekk qbiżt in-naħa ta’ fuq tal-planġer wara din il-linja, għandek tkompli minn pass 4d u tieħu l-injezzjoni. Qabel l-injezzjoni tal-ġimgħa li jmiss, erġa’ ara sew l-istruzzjonijiet għal passi 3a sa 4ħ.

7. Waqt l-injezzjoni, x’għandi nagħmel jekk ma nkunx nista’ nagħfas il-planġer sa isfel?

Dan ifisser li l-labra nstaddet. Neħħi l-labra u waħħal il-labra sper mill-kitt. Imbagħad agħżel sit differenti għall-injezzjoni u kompli ħu l-injezzjoni kollha.

Sabiex terġa’ tara kif:

Taqla’ t-tapp il-blu tal-labra, ara pass 1d

Twaħħal il-labra, ara pass 4a

Taqla’ l-għatu tal-labra u tieħu l-injezzjoni, ara passi 4e sa 4ġ

Jekk xorta ma tistax tagħfas il-planġer kollu sa isfel, oħroġ il-labra. Irreferi għall-fuljett ta’ tagħrif (sezzjoni 3) dwar x’għandek tagħmel jekk m’intix ċert jekk ħadtx id-doża kollha.

Sabiex tevita li tinstaddlek il-labra, dejjem ħawwad il-mediċina sewwa ħafna, u injettaha kif tħawwadha minnufih.

Bydureon jittieħed darba fil-ġimgħa biss.

Ħu nota li llum ħadt Bydureon u mmarka l-kalendarju meta jmissek tieħu l-injezzjoni li jmiss.

Fejn titgħallem aktar dwar Bydureon

Tkellem mat-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tad-dijabete tiegħek

Aqra sew il-Fuljett ta’ Tagħrif

STRUZZJONIJIET GĦALL-UTENT

Aqra dawn l-istruzzjonijiet b'attenzjoni qabel tuża

Bydureon 2 mg trab u solvent għal sospensjoni b'rilaxx prolongat għal injezzjoni f'pinna mimlija għal-lest

Kif tuża Bydureon pinna mimlija għal-lest

Tieqa tat-taħlita

Tikketta bi Strixxi

Pum

 

Għatu Labra Fuq tal-

Tieqa ta’ spezzjoni

Tikketta

Tikketta oranġjo

 

Qabel tuża l-pinna, huwa rrakkomandat li inti għandek tiġi mħarreġ/imħarrġa minntabib jew infermier tad-dijabete dwar l-użu xieraq tagħha.

Sakemm persuna mħarrġa ma tkunx tista' tgħinek biex tinjetta din il -mediċina, mhijiex rakkomandata għal nies li jkunu għomja jew li ma jistgħux jaraw tajjeb.

Pass 1: Ħejji l-pinna tiegħek

Ħalli l-pinna tiegħek tisħon. Neħħi pinna waħda mill-friġġ u ħalliha toqgħod f'temperatura ambjentali għal mill-inqas 15-il minuta. TUŻAX pinna wara d-data ta' skadenza.

Aħsel idejk meta l-pinna tkun qed tisħon.

Iftaħ it-trej billi tiġbed it-tab tar-rokna. Imbagħad neħħi l-pinna u l-labra. TUŻAX il- pinna jew il-labra tiegħek jekk ikun hemm xi parti miksura jew nieqsa.

Iċċekkja l-likwidu ġewwa t-tieqa tal-ispezzjoni. Għandu jkun ċar u bla frak. Huwa normali jekk tara xi bżieżaq tal-arja fil-likwidu.

STENNA

-il Minuta

Qaxxar it-tab tal-karti mill-għatu tal-labra.

Waħħal il-labra mal-pinna billi timbotta u tinvitha mal-parti ta' fuq tal-pinna sakemm tkun issikata. TNEĦĦIX l-għatu tal-labra għalissa.

Pass 2: Ħallat id-doża tiegħek

Ikkombina l-mediċina Filwaqt li żżomm il- pinna wieqfa bl-għatu tal-labra 'l fuq nett, dawwar bil-mod il-pum kontra l-arloġġ. IEQAF meta tisma' l-klikk u t-tikketta l-ħadra tisparixxi.

Taptap b'mod sod il-pinna biex tħallat. Żomm il-pinna mit-tarf bit-tikketta l-oranġjo u taptap il-pinna b'mod sod kontra l-wiċċ ta' idejk. MINGĦAJR ma tgħawweġ il-pum, DAWWAR il-pinna ma' kull ftit taptip. Taptap il-pinna mimlija għal-lest b'mod sod sakemm tinkiseb sospensjoni mdardra b'mod uniformi mingħajr ċapep fiha. Jista' jkollok bżonn li ttaptap 80 darba jew aktar.

Żomm wieqaf

80 darba jew

Iċċekkja s-sospensjoni. Żomm il-pinna 'l fuq lejn id-dawl u ħares lejn iż-żewġ naħat tat-tieqa tat-taħlit. Is-soluzzjoni ma għandu jkollha EBDA ĊAPPA u għandha tkun imdardra b'mod uniformi.

Mhux Imħallta Tajjeb

Imħallta Tajjeb

Ċapep, Soluzzjoni mhux uniformi

EBDA ċappa, soluzzjoni mċajpra b’mod

 

uniformi

Biex tikseb id-doża sħiħa tiegħek, il-mediċina għandha tkun imħallta sew. Jekk ma tkunx imħallta sew, taptap għal ħin itwal u b'mod aktar sod.

TKOMPLIX sakemm il-mediċina tiegħek tkun imħallta sew.

IEQA

Biex tikseb id-doża sħiħa tiegħek, il-mediċina għandha tkun imħallta sew. Jekk ma tkunx imħallta sew, taptap għal ħin itwal u b'mod aktar sod. Huwa normali jekk tara xi bżieżaq tal-arja fil-likwidu, u ma huma se jikkawżaw ebda ħsara.

Qabbel iż-żewġ naħat tat-tieqa tat-taħlit mar-ritratti taħt

Oqgħod attent/a għall-wiċċ tal-qiegħ. Jekk ma tara ebda ċappa,

billi żżomm il-pinna kontra l-paġna. inti lest/a biex tinjetta.

Ara l-pinna tiegħek hawn

Ibqa’

Lest/a biex

Pass 3: Injetta d-doża tiegħek

IMPORTANTI Ladarba l-mediċina tkun imħallta sew, għandek tinjetta d-doża minnufih. Ma

tistax iżżommha għal użu aktar tard.

Agħżel is-sit tal-injezzjoni tiegħek jew fl- istonku, fil-koxxa jew fuq wara tad-dirgħajn tiegħek. Kull ġimgħa, tista' tuża l-istess erja tal- ġisem tiegħek iżda agħżel sit ta' injezzjoni differenti f'dik l-erja. Bil-mod naddaf l-erja bis- sapun u l-ilma jew swab tal-alkoħol.

Għawweġ il-pum biex terħi l-buttuna tal- injezzjoni. Filwaqt li żżomm il-pinna wieqfa bl- għatu tal-labra fil-parti ta' fuq nett, għawweġ il- pum kontra l-arloġġ sakemm it-tikketta l-oranġjo tisparixxi u l-buttuna tal-injezzjoni tintreħa. TIMBUTTAX il-buttuna tal-injezzjoni għalissa.

Neħħi l-għatu tal-labra billi tiġbed direttament 'il barra. TGĦAWWIĠX. Tista' tara xi ftit qtar tal-likwidu fuq il-labra jew fl-għatu.

Injetta l-mediċina. Daħħal il-labra fil-ġilda tiegħek (taħt il-ġilda). Agħfas il-buttuna tal- injezzjoni bil-behem sakemm tisma' klikk.

Żomm għal 10 sekondi biex tagħmel ċert li tkun qed tieħu d-doża kollha.

Żommha

Buttuna ta’

Injezzjoni

Wieqfa

IĠBE

AGĦFAS u

Sekondi

Armi l-pinna tiegħek b'mod xieraq, bil-labra mwaħħla, f'reċipjent li jiflaħ għat-titqib. TERĠAX tipprova tpoġġi l-għatu jew terġa' tuża l-labra.

Mistoqsijiet Komuni u Tweġibiet

1.Kif inkun naf li l-mediċina hija mħawwda sew?

Il-mediċina hija mħawwda sew meta l-likwidu jkun jidher imsaħħab miż-żewġ naħat tat-tieqa. Ma għandekx tara ċapep fil-likwidu. Tista' tkun ta' għajnuna li żżomm il-pinna wieqfa lejn id- dawl sabiex tara fit-tieqa. Jekk tara xi ċapep ta' kwalunkwe daqs, ibqa' taptap fuq il-pinna b'mod sod kontra l-wiċċ ta' idejk sakemm titħallat.

2.Qed ikolli problema nħallat id-doża tiegħi. X'għandi nagħmel?

Ftakar, qabel tħejji d-doża tiegħek, li għandek tħalli l-pinna barra mill-friġġ għal mill-inqas 15-il minuta. Dan iħalli lill-pinna tiegħek tibred għal temperatura ambjentali. Ikun aktar faċli li tħallat il-mediċina jekk il-pinna tkun f'temperatura ambjentali.

Agħmel ċert li tkun qed iżżomm il-pinna mit-tarf bil-pum u t-tikketta l-oranġjo. Dan jgħinek biex ikollok qabda aħjar tal-pinna u biex tkun tista' ttaptapha b'mod aktar sod kontra l-wiċċ ta' idejk.

Jista' jgħin ukoll li ttaptap fuq it-tieqa tat-taħlit fuq iż-żewġ naħat kontra l-wiċċ ta' idejk. Jekk tara xi ċapep, ibqa' taptap.

3.Wara li nħallat il-mediċina, kemm nista' ndum qabel nieħu l-injezzjoni?

Għandek tinjetta d-doża tiegħek eżattament wara li tħallatha. Jekk ma tħallatx id-doża tiegħek minnufih, jistgħu jiffurmaw għaqid żgħar tal-mediċina fil-pinna u jista' jkun li inti ma tiħux id- doża sħiħa.

4.Lest biex ninjetta d-doża tiegħi. X'irrid nagħmel jekk nara bżieżaq tal-arja fil-pinna?

Huwa normali li jkun hemm bżieżaq tal-arja fil-pinna. Il-mediċina tiġi injettata fil-ġilda tiegħek (taħt il-ġilda). Il-bżieżaq tal-arja mhumiex se jagħmlulek ħsara u mhumiex sejrin jaffettwaw id-doża tiegħek b'din it-tip ta' injezzjoni.

5. X'irrid nagħmel jekk ma nkunx nista' nimbotta l-buttuna tal-injezzjoni kollha 'il ġewwa meta nipprova ninjetta d-doża tiegħi?

Ara li tkun invitajt il-labra tal-pinna għal kollox. Agħmel ċert/a wkoll li tkun ilwejt il-pum sakemm jieqaf, it-tikketta oranġjo sparixxiet, u tidher il-buttuna tal-injezzjoni.

Jekk ma tistax timbotta l-buttuna 'il ġewwa, dan jista' jfisser li l-labra hija mblukkata. Neħħi l- labra minn mal-ġilda tiegħek u ssostitwixxiha bil-labra addizzjonali mill-kartuna. Erġa' ara kif twaħħal il-labra. Imbagħad agħżel sit tal-injezzjoni differenti u temm it-teħid tal-injezzjoni.

Jekk xorta ma tistax timbotta l-buttuna 'il ġewwa kollha kemm hi, neħħi l-labra minn mal- ġilda tiegħek. Uża reċipjent li jiflaħ għat-titqib sabiex tarmi l-pinna meta l-labra tkun għadha mwaħħla.

6.Kif inkun naf li injettajt id-doża kollha tiegħi?

Biex tkun ċert li tieħu d-doża kollha tiegħek, agħfas il-buttuna tal-injezzjoni bil-behem sakemm tisma' klikk. Wara l-klikk, kompli żomm il-labra fil-ġilda tiegħek għal 10 sekondi. Dan jagħtik biżżejjed żmien sabiex il-mediċina kollha tmur mill-pinna għal taħt il-ġilda tiegħek.

7.Kif narmi l-pinna ta' Bydureon tiegħi?

Ikollok bżonn ta' reċipjent li jiflaħ għat-titqib li jkun kbir biżżejjed sabiex iżomm il-pinna kollha b'labra użata mwaħħla. Kun żgur li r-reċipjent għandu għatu. Tista' tuża reċipjent tal- bioperiklu, reċipjent tal-plastik iebes ieħor, jew reċipjent tal-metall. Reċipjent mhuwiex inkluż fil-kartuna.

Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif tarmi r-reċipjent mingħajr periklu bil-pinen u l-labar użati. Tarmix ir-reċipjent fl-iskart domestiku tiegħek.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati