Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Byetta (exenatide) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - A10BX04

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaByetta
Kodiċi ATCA10BX04
Sustanzaexenatide
ManifatturAstraZeneca AB

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Byetta 5 mikrogrammi soluzzjoni għall-injezzjoni, pinna mimlija għal-lest

Byetta 10 mikrogrammi soluzzjoni għall-injezzjoni, pinna mimlija għal-lest

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull doża fiha 5 mikrogrammi (mcg) ta’ exenatide f’20 mikrolitru (mcl), (0.25 mg exenatide kull ml).

Kull doża fiha 10 mikrogrammi (mcg) ta’ exenatide f’20 mikrolitru (mcl), (0.25 mg exenatide kull ml)

Eċċipjent b’effett magħruf:

Byetta 5 mcg: Kull doża fiha 44 mcg metacresol.

Byetta 10 mcg: Kull doża fiha 88 mcg metacresol.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Soluzzjoni għall-injezzjoni (injezzjoni).

Soluzzjoni ċara, bla kulur.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Byetta hija indikata fil-kura tad-dijabete mellitus tip 2 flimkien ma’:

-metformin

-sulphonylureas

-thiazolidinediones

-metformin u xi sulphonylurea

-metformin u xi thiazolidinedione

f’adulti li ma kisbux kontroll gliċemiku xieraq b’dożi massimi tollerabbli ta’ dawn it-terapiji orali.

Byetta hija wkoll indikata bħala terapija oħra miżjuda ma’ insulina bażilari, b’metformin jew mingħajru u/jew pioglitazone f’adulti li ma kisbux kontroll gliċemiku xieraq b’dawn il-prodotti mediċinali.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

It-terapija b’exenatide b’rilaxx immedjat (Byetta) għandha tinbeda b’doża ta’ 5 mcg exenatide mogħtija darbtejn kuljum (BID) għal mill-anqas xahar bil-għan li titjieb it-tollerabbilità. Id-doża ta’ exenatide mbagħad tista’ tiżdied għal 10 mcg biex jitjieb aktar il-kontroll gliċemiku. Mhux irrakkomandati dożi ta’ aktar minn 10 mcg BID.

Exenatide b’rilaxx immedjat jinstab bħala pinna mimlija għal-lest ta’ 5 mcg jew ta’ 10 mcg exenatide kull doża.

Exenatide b’rilaxx immedjat jista’ jingħata fi kwalunkwe ħin fil-perijodu ta’ 60 minuta qabel l-ikla ta’ filgħodu jew ta’ filgħaxija ( jew ż-żewġ ikliet prinċipali tal-ġurnata, madwar 6 sigħat jew aktar bejn

ikla u oħra). Exenatide b’rilaxx immedjat m’għandux jingħata wara ikla. Jekk tinqabeż injezzjoni, il- kura għandha titkompla mad-doża skedata li tmiss.

Exenatide b’rilaxx immedjat huwa rrakkomandat għall-użu f’pazjenti bid-dijabete mellitus tip 2 li diġà qegħdin jieħdu metformin, xi sulphonylurea, pioglitazone u/jew xi insulina bażilari. Exenatide b’rilaxx immedjat jista’ jitkompla meta xi insulina bażilari tiġi miżjuda mat-terapija eżistenti. Meta exenatide b’rilaxx immedjat jiżdied ma’ kura eżistenti b’metformin u/jew pioglitazone, tista’ titkompla d-doża attwali ta’ metformin u/jew pioglitazone billi mhux mistenni riskju akbar ta’ ipogliċemija meta mqabbel ma’ użu ta’ metformin jew pioglitazone waħidhom. Meta exenatide b’rilaxx immedjat jiżdied ma’ kura b’sulphonylurea, għandu jiġi kkunsidrat tnaqqis fid-doża ta’ sulphonylurea biex jitnaqqas ir- riskju ta’ ipogliċemija (ara sezzjoni 4.4). Meta exenatide b’rilaxx immedjat jintuża flimkien ma’ insulina bażilari, id-doża ta’ insulina bażilari għandha tiġi evalwata. F’pazjenti li għandhom riskju akbar ta’ ipogliċemija, għandu jiġi kkunsidrat tnaqqis fid-doża tal-insulina bażilari (ara sezzjoni 4.8).

M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fid-doża ta’ exenatide b’rilaxx immedjat ġurnata b’ġurnata skond il- monitoraġġ gliċemiku magħmul mill-pazjent innifsu. Madanakollu, il-monitoraġġ ta’ glucose fid- demm magħmul mill-pazjent innifsu jista’ jkun neċessarju biex tiġi aġġustata d-doża ta’ sulphonylureas jew id-doża tal-insulina bażilari..

Popolazzjonijiet speċjali

Anzjani

Exenatide b’rilaxx immedjat għandhu jintuża b’attenzjoni u żieda fid-doża minn 5 mcg għal 10 mcg għandha tingħata b’mod kawt f’pazjenti >70 sena. L-esperjenza klinika f’pazjenti >75 sena hija limitata ħafna.

Indeboliment renali

M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fid-doża f’pazjenti b’indeboliment renali ħafif (tneħħija tal- krejatinina: 50 – 80 ml/min).

F’pazjenti b’indeboliment renali moderat (tneħħija tal-krejatinina 30 – 50 ml/min), żieda fid-doża minn 5 mcg għal 10 mcg għandha tingħata b’mod kawt (ara sezzjoni 5.2).

Exenatide m’huwiex irrakkomandat għall-użu f’pazjenti b’mard renali fl-aħħar stadju jew b’indeboliment renali qawwi (tneħħija tal-krejatinina: <30 ml/min) (ara sezzjoni 4.4).

Indeboliment epatiku

M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fid-doża f’pazjenti b’indeboliment epatiku (ara sezzjoni 5.2).

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ exenetide fi tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena ma ġewx determinati (ara sezzjoni 5.2).

It-tagħrif li hemm disponibbli bħalissa huwa deskritt f’sezzjoni 5.2 iżda ma tista’ tingħata ebda rakkomandazzjoni dwar xi pożoloġija.

Mod ta’ kif għandu jingħata

Kull doża għandha tingħata bħala injezzjoni taħt il-ġilda fil-koxxa, fl-addome, jew fil-parti ta’ fuq tad- driegħ. Exenatide b’rilaxx immedjat u insulina bażilari għandhom jiġu amministrati bħala żewġ injezzjonijiet separati.

Għall-istruzzjonijiet dwar l-użu tal-pinna, ara sezzjoni 6.6 u l-manwal għall-utenti li hemm fil-fuljett ta’ tagħrif.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieħed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Exenatide m’għandux jintuża f’pazjenti b’dijabete mellitus tip 1 jew fil-kura ta’ ketoaċidożi dijabetika.

Exenatide b’rilaxx immedjat m’għandux jingħata permezz ta’ injezzjoni fil-vini jew fil-muskoli.

Indeboliment renali

Doża waħda ta’ exenatide b’rilaxx immedjat 5 mcg żiedet l-frekwenza u s-severità ta’ reazzjonijiet avversi gastro-intestinali f’pazjenti b’mard renali fl-aħħar stadju u li qegħdin fuq dijalisi. Exenatide mhuwiex irrakkomandata għall-użu f’pazjenti b’mard renali fl-aħħar stadju jew b’indeboliment renali qawwi (tneħħija tal-krejatinina <30 ml/min). L-esperjenza klinika f’pazjenti b’indeboliment renali moderat hija limitata ħafna (ara sezzjoni 4.2).

Ġew irrapportati avvenimenti mhux komuni u spontanji ta’ kambjament fil-funzjoni renali li jinkludu

żieda fil-krejatinina fis-serum, indeboliment renali, insuffiċjenza renali kronika li tmur għall-agħar u insuffiċjenza renali akuta li xi kultant teħtieġ l-emodijalisi. Xi wħud minn dawn l-avvenimenti seħħew f’pazjenti li kellhom avvenimenti li jistgħu jkollhom effett fuq l-idratazzjoni, li jinkludu tqalligħ, rimettar, u/jew dijarea u/jew qegħdin jirċievu prodotti mediċinali magħrufa li jkollhom effett fuq il- funzjoni renali/stat ta’ idratazzjoni. Prodotti mediċinali li ttieħdu flimkien kienu jinkludu inibituri tal- enzimi li jikkonvertu l-anġjotensin, antagonisti ta’ anġjotensin-II, prodotti mediċinali antinfjammatorji li m’humiex sterojdi u dijuretiċi. Ġie osservat li b’kura ta’ sosteniment u bit-twaqqif tal-prodotti mediċinali potenzjalment kawżattivi, li jinkludu exenatide, tista’ treġġa’ lura l-kambjament fil- funzjoni renali.

Pankreatite akuta

L-użu ta’ agonisti tar-riċettur GLP-1 ġie assoċjat mar-riskju li tiżviluppa pankreatite akuta. Ġew irrapportati avvenimenti spontanji ta’ pankreatite akuta b’exenatide. Ġie osservat li b’kura ta’ sostenn, il-pankreatite tirriżolva ruħa iżda f’każijiet rari ħafna ġiet irrapportata pankreatite nekrotizzanti jew emorraġika u/jew mewt. Il-pazjenti għandhom ikunu mgħarrfa dwar is-sintomu karateristiku ta’ pankreatite akuta: uġigħ addominali sever u persistenti. Jekk ikun hemm is-suspett ta’ pankreatite, exenatide għandhu jitwaqqaf; jekk tkun ikkonfermata pankreatite akuta, exenatide ma għandhux jerġa’ jinbeda. Għandha tiġi osservata l-kawtela f’pazjenti bi storja ta’ pankreatite.

Mard gastro-intestinali sever

Exenatide ma ġiex studjat f’pazjenti b’mard gastro-intestinali qawwi, fosthom il-gastroparesi. L-użu tiegħu huwa spiss assoċjat ma’ reazzjonijiet avversi gastro-intestinali, fosthom it-tqalligħ, r-rimettar, u d-dijarrea. Għaldaqstant, mhux irrakkomandat l-użu ta’ exenatide f’pazjenti b’mard gastro-intestinali qawwi.

Ipogliċemija

Meta exenatide b’rilaxx immedjat intuża flimkien ma’ xi sulphonylurea, l-inċidenza tal-ipogliċemija żdiedet fuq dik ta’ plaċebo flimkien ma’ xi sulphonylurea. Fl-istudji kliniċi, pazjenti b’indeboliment renali ħafif u li qegħdin jirċievu kombinazzjoni ma’ xi sulphonylurea kellhom żieda fl-inċidenza tal- ipogliċemija meta mqabbla ma’ pazjenti b’funzjoni renali normali. Biex jitnaqqas ir-riskju tal- ipogliċemija assoċjata ma’ l-użu ta’ xi sulphonylurea, għandu jiġi kkunsidrat it-tnaqqis fid-doża ta’ sulphonylurea.

Telf ta’ piż b’rata mgħaġġla

Ġie osservat li kien hemm telf ta’ piż ta’ iżjed minn 1.5 kg fil-ġimgħa f’kważi 5 % tal-pazjenti f’studju kliniku li kienu kkurati b’exenatide. Rata ta’ telf ta’ piż ta’ din it-tip jista’ jkollha konsegwenzi li jkunu ta’ ħsara, eż. kolelitijasi.

Prodotti mediċinali li jittieħdu fl-istess ħin

L-effett ta’ exenatide b’rilaxx immedjat li ttawwal il-ħin biex l-istonku jitbattal jista’ jnaqqas il-livell u r-rata ta’ assorbiment ta’ prodotti mediċinali meħuda b’mod orali. Exenatide b’rilaxx immedjat għandu jintuża b’attenzjoni f’pazjenti li jieħdu prodotti mediċinali orali li jeħtieġu assorbiment gastro- intestinali rapidu u meta jieħdu prodotti mediċinali b’indiċi terapewtiċi dojoq. Rakkomandazzjonijiet speċifiċi dwar it-teħid ta’ dawn il-prodotti mediċinali fir-rigward ta’ exenatide b’rilaxx immedjat jingħataw f’sezzjoni 4.5.

L-użu fl-istess ħin ta’ exenatide b’rilaxx immedjat ma’ derivattivi ta’ D-phenylalanine (meglitinides), inibituri ta’ alpha-glucosidase, inibituri ta’ dipeptidyl peptidase-4 jew agonisti oħra tar-riċettur GLP-1 ma ġiex studjat u ma jistax jiġi rrakkomandat.

Eċċipjenti

Dan il-prodott mediċinali fih metacresol, li jista’ jikkaġuna reazzjonijiet allerġiċi.

Dan il-prodott mediċinali fih anqas minn 1 mmol sodium kull doża, jiġifieri tista’ tgħid “bla sodium”.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

L-effett ta’ exenatide b’rilaxx immedjat li jtawwal il-ħin biex l-istonku jitbattal, jista’ jnaqqas il-livell u r-rata ta’ assorbiment ta’ prodotti mediċinali meħuda b’mod orali. Pazjenti li qegħdin jieħdu prodotti mediċinali b’indiċi terapewtiċi dojoq jew prodotti mediċinali li jeħtieġu monitoraġġ kliniku b’attenzjoni għandhom jiġu segwiti mill-qrib. Dawn il-prodotti mediċinali għandhom jittieħdu b’mod standardizzat fir-rigward tal-injezzjoni ta’ exenatide b’rilaxx immedjat. Jekk dawn il-prodotti mediċinali għandhom jittieħdu ma’ l-ikel, il-pazjenti għandhom jingħataw parir biex, jekk possibbli, jeħduhom ma’ ikla meta exenatide b’rilaxx immedjat ma jkunx qed jittieħed.

Għal prodotti mediċinali li jittiehdu b’ mod orali u li l-effikaċja tagħhom tiddependi partikolarment fuq il-livelli ta’ konċentrazzjonijiet, bħal antibijotiċi, il-pazjenti għandhom jingħataw parir biex jieħdu dawn il-prodotti mediċinali mill-anqas siegħa qabel l-injezzjoni ta’ exenatide b’rilaxx immedjat.

Formulazzjonijiet gastro-reżistenti li fihom sustanzi sensittivi għad-degradazzjoni fl-istonku, bħal inibituri tal-pompa tal-proton, għandhom jittieħdu mill-anqas siegħa qabel jew aktar minn 4 sigħat wara l-injezzjoni ta’ exenatide b’rilaxx immedjat.

Digoxin, lisinopril u warfarin

Ġie osservat dewmien ta’ madwar sagħtejn f’tmax meta digoxin, lisinopril jew warfarin ingħataw 30 minuta wara exenatide. Ma ġie osservat l-ebda effett klinikament relevanti fuq Cmax jew AUC.

Madanakollu, mill-introduzzjoni fis-suq, ġiet irrapportata żieda fl-INR b’mod spontanju waqt l-użu ta’ warfarin u exenatide fl-istess waqt. F’pazjenti fuq warfarin u/jew derivattivi ta’ cumarol, l-INR għandu jiġi osservat mill-qrib kemm fil-bidu tal-kura b’exenatide b’rilaxx immedjat u kif ukoll meta jkun hemm żieda fid-doża ta’ exenatide b’rilaxx immedjat (ara sezzjoni 4.8).

Metformin jew sulphonylureas

Mhux mistenni li exenatide b’rilaxx immedjat jkollu effetti klinikament relevanti fuq il- farmakokinetika ta’ metformin jew sulphonylureas. Għalhekk, m’hemmx bżonn ta’ restrizzjoni fil-ħin ta’ meta dawn il-prodotti mediċinali jittieħdu fir-rigward tal-injezzjoni ta’ exenatide b’rilaxx immedjat.

Paracetamol

Paracetamol ġie użat bħala prodott mediċinali mudell biex jiġi valutat l-effett ta’ exenatide fuq it- tbattil gastriku. Meta ngħataw 1000 mg paracetamol ma’ 10 mcg exenatide b’rilaxx immedjat (0 sigħat) u siegħa 1, sagħtejn u 4 sigħat wara l-injezzjoni ta’ exenatide b’rilaxx immedjat, l-AUCs ta’ paracetamol naqsu b’21 %, 23 %, 24 % u 14 % rispettivament; Cmax naqas b’37 %, 56 %, 54 % u

41 %, rispettivament; tmax żdied minn 0.6 sigħat fil-perijodu ta’ kontroll għal 0.9 sigħat, 4.2 sigħat, 3.3 sigħat, and 1.6 sigħat, rispettivament. Ma kienx hemm tibdil sinifikanti fl-AUC, Cmax u tmax ta’

paracetamol meta paracetamol ingħata siegħa qabel l-injezzjoni ta’ exenatide b’rilaxx immedjat. Fuq il-bażi tar-riżultati ta’ dawn l-istudji mhux meħtieġ aġġustament tad-doża ta’ paracetamol.

Inibituri ta’ Hydroxy Methyl Glutaryl Coenzyme A (HMG CoA) reductase

L-AUC u Cmax ta’ lovastatin naqsu b’madwar 40 % u 28 %, rispettivament, u kien hemm dewmien ta’ madwar 4 sigħat f’tmax meta exenatide b’rilaxx immedjat (10 mcg BID) ingħata fl-istess waqt ma’ doża waħda ta’ lovastatin (40 mg) mqabbel ma’ meta lovastatin ingħata waħdu. Fl-istudji kliniċi kkontrollati bil-plaċebo li damu 30 ġimgħa, l-użu fl-istess waqt ta’ exenatide b’rilaxx immedjat u inibituri ta’ HMG CoA reductase ma ġiex assoċjat ma’ tibdil konsistenti fil-profili tal-lipidi (ara sezzjoni 5.1). Tibdil fl-LDL-C jew fil-kolesterol totali huma possibbli, madankollu, ma huwa meħtieġ ebda aġġustament tad-doża. Il-profili tal-lipidi għandhom jiġu osservati regolarment

Ethinyl estradiol and levonorgestrel

It-teħid ta’ kontraċettiv orali kompost (30 mcg ethinyl estradiol flimkien ma’ 150 mcg levonorgestrel) siegħa qabel exenatide b’rilaxx immedjat (10 mcg BID) ma ġabx tibdil fl-AUC, fis-Cmax jew fis-Cmin ta’ ethinyl estradiol jew ta’ levonorgestrel. It-teħid tal-kontraċettiv orali 30 minuta wara exenatide b’rilaxx immedjat ma ġabx tibdil fl-AUC iżda kien hemm tnaqqis fis- Cmax ta’ ethinyl estradiol b’45 % u fis-Cmax ta’ levonorgestrel b’27-41 % u żieda biex jintlaħaq it-tmax ta’ bejn sagħtejn u 4 sigħat minħabba li kien hemm dewmien biex jitbattal l-istonku. It-tnaqqis fis-Cmax ma tantx hija klinikament rilevanti u m’hemmx bżonn ta’ aġġustament fid-dożaġġ tal-kontraċettivi orali.

Popolazzjoni pedjatrika

Studji ta’ interazzjoni twettqu biss f’adulti.

4.6Fertilità, tqala u Treddigħ

Nisa fl-età li jista’ jkollhom it-tfal

Jekk pazjenta tixtieq issir tqila jew it-tqala sseħħ, il-kura b’exenatide għandha titwaqqaf.

Tqala

M’hemmx tagħrif biżżejjed dwar l-użu ta’ exenatide waqt it-tqala. Studji fl-annimali wrew tossiċità fis-sistema riproduttiva (ara sezzjoni 5.3). Mhux magħruf ir-riskju potenzjali fuq in-nies. Exenatide m’għandux jintuża waqt it-tqala u hija rrakkomandata l-użu tal-insulina.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk exenatide joħroġx fil-ħalib uman. Exenatide m’għandux jintuża waqt it-treddigħ.

Fertilità

Fl-umani, studji dwar il-fertilità ma sarux

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Exenatide għandu effett żgħir fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni. Meta exenatide jintuża flimkien ma’ sulphonylurea jew xi insulina bażilari, il-pazjenti għandhom jingħataw parir biex jieħdu l-prekawzjonijiet sabiex tiġi evitata l-ipogliċemija waqt is-sewqan u t-tħaddim ta’ magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurtà

L-aktar reazzjonijiet avversi frekwenti kienu l-iżjed dawk gastro-intestinali (tqalligħ, rimettar u dijarea). L-aktar reazzjoni avversa li ġiet irrapportata b’mod frekwenti kien it-tqalligħ li kien assoċjat mal-bidu tal-kura u naqas maż-żmien. Pazjenti jistgħu jkollhom xi ipogliċemija meta exenatide b’rilaxx immedjat jintuża flimkien ma’ xi sulphonylurea. Il-biċċa l-kbira tar-reazzjonijiet avversi assoċjati ma’ exenatide b’rilaxx immedjat kienu ħfief għal moderati fl-intensità tagħhom.

Mit-tqegħid fis-suq ta’ exenatide b’rilaxx immedjat, ġiet irrapportata pankreatite akuta bi frekwenza mhux magħrufa u insuffiċjenza renali akuta ġiet irrapportata b’mod mhux komuni (ara sezzjoni 4.4).

Lista b’forma tabulari tar-reazzjonijiet avversi

Tabella 1 tagħti r-reazzjonijiet avversi rrapportati ta’ exenatide b’rilaxx immedjat minn provi kliniċi u rapporti spontanji (mhux osservati fi provi kliniċi, frekwenza mhux magħrufa).

Fi provi kliniċi, terapiji ta’ sfond li kienu qed jintużaw ukoll kienu jinkludu metformin, sulphonylurea, thiazolidinedione jew taħlita ta’ prodotti mediċinali li jbaxxu l-livelli ta’ glucose.

Ir-reazzjonijiet huma mniżżlin hawn taħt skond it-termini stabbiliti minn MedDRA ibbażati fuq is- sistema tal-klassifika tal-organi u l-frekwenza assoluta. Il-frekwenzi huma definiti bħala: komuni

ħafna (≥1/10) ,komuni (≥1/100 sa <1/10), mhux komuni (≥ 1/1,000 sa < 1/100), rari (≥1/10,000 sa <1/1,000), rari ħafna (<1/10,000) u mhux magħruf ( ma tistax tittieħed stima mid-dejta disponibbli).

Tabella 1: Reazzjonijiet avversi ta’ exenatide b’rilaxx immedjat identifikati minn provi kliniċi u rapporti spontanji

Sistema tal-klassifika

 

 

Frekwenza ta’ inċidenti

 

 

tal-organi/termini tar-

 

 

 

 

 

 

 

reazzjonijiet avversi

 

 

 

 

 

 

 

 

Komuni

 

 

Mhux

Rari

Rari

Mhux

 

ħafna

Komuni

 

komuni

 

ħafna

magħruf

Disturbi fis-sistema

 

 

 

 

 

 

 

immuni

 

 

 

 

 

 

 

Reazzjoni anafilattika

 

 

 

 

X1

 

 

Disturbi fil-

 

 

 

 

 

 

 

metaboliżmu u n-

 

 

 

 

 

 

 

nutrizzjoni

 

 

 

 

 

 

 

Ipogliċemija

X1

 

 

 

 

 

 

(b’metformin u xi

 

 

 

 

 

 

 

sulphonylurea)2

 

 

 

 

 

 

 

Ipogliċemija

X1

 

 

 

 

 

 

(b’sulphonylurea)

 

 

 

 

 

 

 

Nuqqas ta’ aptit

 

X1

 

 

 

 

 

Deidratazzjoni, ħafna

 

 

 

X1

 

 

 

drabi assoċjata ma’

 

 

 

 

 

 

 

tqalligħ, rimettar u/jew

 

 

 

 

 

 

 

dijarea

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fis-sistema

 

 

 

 

 

 

 

nervuża

 

 

 

 

 

 

 

Uġigħ ta’ ras 2

 

X1

 

 

 

 

 

Sturdament

 

X1

 

 

 

 

 

Disgewżja

 

 

 

X1

 

 

 

Ħedla ta’ ngħas

 

 

 

X1

 

 

 

Disturbi gastro-

 

intestinali

 

Sadd tal-imsaren

X1

Tqalligħ

X1

Rimettar

X1

Dijarrea

X1

Dispepsja

X1

Uġigħ addominali

X1

Mard tar-rifluss gastro-

X1

esofagali

 

Nefħa addominali

X1

Pankreatite akuta (ara

X3

sezzjoni 4.4)

 

Tfewwiq

X1

Stitikezza

X1

Gass fl-istonku

X1

Disturbi fil-ġilda u fit-

 

tessuti ta’ taħt il-ġilda

 

Iperidrożi 2

X1

Alopeċja

X1

Raxx makulari u papulari

X3

Ħakk u/jew urtikarja

X1

Edima anġjonewrotika

X3

Disturbi fil-kliewi u fis-

 

sistema urinarja

 

Kambjament fil-funzjoni

X1

renali, li jinkludi

 

insuffiċjenza renali

 

akuta, insuffiċjenza

 

renali kronika li tmur

 

għall-agħar,

 

indeboliment renali,

 

żieda fil-krejatinina fis-

 

serum

 

Disturbi ġenerali u

 

kondizzjonijiet ta’

 

mnejn jingħata

 

Tħossok nervuż

X1

Astenja 2

X1

Reazzjonijiet fis-sit tal-

X1

injezzjoni

 

Investigazzjonijiet

 

Tnaqqis fil-piż

X1

Żieda fl-INR bl-użu fl-

X3

istess waqt ta’ warfarin,

 

f’xi każijiet flimkien ma’

 

fsada.

 

1Rata bbażata fuq studji tal-effikaċja u tas-sigurtà fit-tul ikkompletati b’exenatide b’rilaxx immedjat. n=5763 total, (pazjenti fuq sulphonylurea n=2971).

2F’studji kkontrollati bl-insulina bħala komparatur u fejn metformin u xi sulphonylurea ngħataw fl- istess waqt, l-inċidenza ta’ dawn ir-reazzjonijiet avversi kienet simili kemm għal dawk il-pazjenti fuq kura ta’ insulina u kemm għal dawk ikkurati b’exenatide b’rilaxx immedjat.

3 Dejta minn rapporti spontanji (denominatur mhux magħruf)

Meta exenatide b’rilaxx immedjat intuża flimkien ma’ insulina bażilari, l-inċidenza u t-tipi ta’ reazzjonijiet avversi oħra li ġew osservati kienu simili għal dawk li ġew osservati fi studji kliniċi kkontrollati b’exenatide mogħti bħala monoterapija, ma’ metformin u/jew sulphonylurea jew xi thiazolidinedione, b’metformin jew mingħajru.

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi partikulari

Ipogliċemija

F’studji li saru f’pazjenti fuq kura ta’ exenatide b’rilaxx immedjat u xi sulphonylurea (b’metformin jew mingħajru), l-inċidenza ta’ ipogliċemija żdiedet meta mqabbla ma’ plaċebo (23.5 % u 25.2 % kontra 12.6 % u 3.3 %) u dehret li tiddependi fuq id-dożi kemm ta’ exenatide b’rilaxx immedjat kif ukoll ta’ sulphonylurea.

B’exenatide, ma kien hemm ebda differenza, klinikament rilevanti, fl-inċidenza jew fis-severità tal- ipogliċemija meta mqabbel mal-plaċebo, flimkien ma’ thiazolidinedione, bi jew mingħajr metformin. L-ipogliċemija ġiet irrapportata fi 11 % u fi 7 % tal-pazjenti kkurati b’exenatide u bi plaċebo rispettivament.

Il-biċċa l-kbira tal-episodji ta’ ipogliċemija kienu ħfief jew moderati fl-intensità, u waqfu mat-teħid ta’ karboidrat b’mod orali.

Fi studju li dam għaddej għal 30 ġimgħa, meta exenatide b’rilaxx immedjat jew plaċebo ngħata flimkien mat-terapija eżistenti ta’ insulina bażilari (insulin glargine), id-doża ta’ insulina bażilari ġiet imnaqqsa b’20% f’pazjenti b’HbA1c ≤ 8.0 %, skont il-pjan tal-protokoll sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ ipogliċemija. Iż-żewġ fergħat ta’ kura kellhom skeda ta’ dożaġġ magħmula biex jintlaħaq il-livell mixtieq ta’ glucose fid-demm fl-istat ta’ sawm (ara sezzjoni 5.1). Ma kienx hemm differenzi klinikament sinifikanti fl-inċidenza ta’ episodji ta’ ipogliċemija fil-grupp ta’ exenatide b’rilaxx immedjat meta mqabbel mal-grupp ta’ plaċebo (25% u 29% rispettivament). Ma kienx hemm episodji ta’ ipogliċemija maġġuri fil-fergħa ta’ exenatide b’rilaxx immedjat.

Fi studju li dam għaddej għal 24 ġimgħa, fejn ġie miżjud jew insulin lispro protamine f’suspensjoni jew insulin glargine flimkien ma’ terapija eżistenti ta’ exenatide b’rilaxx immedjat u metformin jew metformin u thiazolidinedione, l-inċidenza ta’ pazjenti li kellhom mill-anqas episodju wieħed ta’ ipogliċemija minuri kienet 18% u 9% rispettivament u pazjent wieħed irrapporta ipogliċemija maġġuri. F’pazjenti fejn it-terapija eżistenti kienet tinkludi xi sulphonylurea wkoll, l-inċidenza ta’ pazjenti li kellhom mill-anqas episodju wieħed ta’ ipogliċemija kien 48% u 54% rispettivament u pazjent wieħed irrapporta ipogliċemija maġġuri.

Tqalligħ

L-aktar reazzjoni avversa li ġiet irrapportata ta’ spiss kienet it-tqalligħ. F’pazjenti kkurati b’5 mcg jew b’10 mcg exenatide b’rilaxx immedjat, ġeneralment 36% irrapportaw mill-anqas episodju wieħed ta’ tqalligħ. Il-biċċa l-kbira tal-episodji ta’ tqalligħ kienu ħfief jew moderati u kienu jiddependu fuq id- doża. Bit-tkomplija tal-kura, l-frekwenza u s-severità naqsu fil-biċċa l-kbira tal-pazjenti li inizjalment esperjenzaw it-tqalligħ.

L-inċidenza tat-twaqqif tal-kura minħabba avvenimenti avversi kienet ta’ 8 % għal pazjenti fuq kura ta’ exenatide b’rilaxx immedjat, 3 % għal dawk fuq plaċebo u 1 % għal pazjenti fuq kura ta’ insulina fl- istudji kkontrollati fit-tul (16-il ġimgħa jew aktar). L-aktar avvenimenti avversi komuni li wasslu għat- twaqqif f’pazjenti fuq kura ta’ exenatide b’rilaxx immedjat kienu tqalligħ (4 % tal-pazjenti) u rimettar (1 %). F’pazjenti fuq kura ta’ plaċebo jew insulina, <1 % waqfu minħabba tqalligħ jew rimettar.

Fl-istudji ta’ estensjoni open-label, pazjenti fuq kura ta’ exenatide b’rilaxx immedjat esperjenzaw fi 82 ġimgħa avvenimenti avversi simili għal dawk osservati fl-istudji kkontrollati.

Reazzjonijiet fis-sit tal-injezzjoni

Reazzjonijiet fis-sit tal-injezzjoni ġew irrapportati f’madwar 5.1 % tas-suġġetti li ħadu exenatide b’rilaxx immedjat fi studji kkontrollati fit-tul (16-il ġimgħa jew aktar). Dawn ir-reazzjonijiet normalment kienu ħfief u ma rriżultawx fit-twaqqif tat-terapija ta’ exenatide b’rilaxx immedjat.

Immunoġeniċità

Konsistenti mal-kwalitajiet potenzjalment immunoġeniċi ta’ farmaċewtiċi magħmulin minn proteina jew peptide, pazjenti jistgħu jiżviluppaw anti-korpi kontra exenatide wara l-kura b’exenatide b’rilaxx immedjat. Fil-biċċa l-kbira tal-pazjenti li jiżviluppaw anti-korpi, l-ammont ta’ anti-korpi jonqos biż- żmien u jibqa’ baxx matul it-82 ġimgħa ta’ osservazzjoni.

B’mod ġenerali l-persentaġġ ta’ pazjenti li kienu posittivi għall-anti-korpi kien konsistenti fuq firxa ta’ studji kliniċi. Pazjenti li jiżviluppaw anti-korpi kontra exenatide għandhom tendenza li jkollhom iżjed reazzjonijiet fis-sit tal-injezzjoni (bħal per eżempju: ħmura fil-ġilda u ħakk) iżda altrimenti kellhom rati u tipi ta’ avvenimenti avversi simili għal dawk mingħajr anti-korpi kontra exenatide. Fit-tliet studji kkontrollati bil-plaċebo (n=963) 38 % tal-pazjenti kellhom ammont baxx ta’ anti-korpi kontra exenatide mat-30 ġimgħa. F’dan il-grupp, il-livell tal-kontroll tal-gliċemija (HbA1c) kien ġeneralment komparabbli ma’ dak osservat f’pazjenti mingħajr ammonti ta’ anti-korpi. 6% oħra ta’ pazjenti kellhom ammont ta’ anti-korpi ogħla mat-30 ġimgħa. Madwar nofs ta’ dawn is-6 % (3 % tat-total ta’ pazjenti li ngħataw exenatide b’rilaxx immedjat fl-istudji kkontrollati), ma kellhom l-ebda rispons gliċemiku apparenti għal exenatide b’rilaxx immedjat. Fi tlett studji kkontrollati bl-insulina bħala komparatur (n=790) ġie osservat li l-effikaċja u l-avvenimenti avversi kienu simili f’pazjenti fuq kura ta’ exenatide b’rilaxx immedjat u ma jiddipendux mill-ammont ta’ anti-korpi.

L-eżaminazzjoni ta’ kampjuni posittivi għall-anti-korpi minn studju wieħed mhux ikkontrollat magħmul fit-tul ma wrew ebda reazzjoni sinifikanti meta ġew assoċjati ma’ peptidi endoġeni simili

(glucagon jew GLP-1).

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Sinjali u sintomi ta’ doża eċċessiva jistgħu jinkludu tqalligħ qawwi, rimettar qawwi u tnaqqis rapidu fil-livell ta’ glucose fid-demm. F’każ ta’ doża eċċessiva, għandha tinbeda l-kura adattata ta’ sostenn (possibbilment b’mod parenterali) skond is-sinjali u s-sintomi kliniċi tal-pazjent.

5.TAGĦRIF FARMAKOLOĠIKU

5.1Tagħrif farmakodinamiku

Kategorija farmakoterapewtika: Mediċini użati fid-dijabete, mediċini oħra li jbaxxu l-glucose fid- demm, barra l-insulini, Kodiċi ATC: A10BX04.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Exenatide huwa agonist tar-riċettur glucagon-like petide-1 (GLP-1) li juri diversi azzjonijiet kontra l- ipergliċemija li juri glucagon-like peptide-1 (GLP-1). Is-sekwenza tal-aminoaċidi ta’ exenatide tikkoinċidi parzjalment ma’ dik ta’ GLP-1 uman. Ġie muri li in vitro exenatide jingħaqad u jattiva r- riċettur GLP-1 uman u l-mekkaniżmu ta’ azzjoni tiegħu huwa permezz tal-AMP ċikliku u/jew mekkaniżmi oħra ta’ sinjali intraċellulari.

Exenatide iżid, b’mod dipendenti fuq glucose, is-sekrezzjoni ta’ insulina miċ-ċelluli beta tal-frixa. Kif il-konċentrazzjonijiet ta’ glucose fid-demm jonqsu, tonqos is-sekrezzjoni ta’ insulina. Meta exenatide intuża flimkien ma’ metformin biss, ma ġiet osservata l-ebda żieda fl-inċidenza ta’ ipogliċemija aktar

minn dik ta’ plaċebo flimkien ma’ metformin li jista’ jkun minħabba dan il-mekkaniżmu insulinotropiku dipendenti fuq glucose (ara sezzjoni 4.4).

Exenatide irażżan is-sekrezzjoni ta’ glucagon li hi magħrufa li tkun iktar għolja milli suppost fid- dijabete tat-tip 2. Konċentrazzjonijiet anqas ta’ glucagon iwasslu għal tnaqqis fil-produzzjoni epatika ta’ glucose. Madanakollu, exenatide ma jdgħajjifx ir-rispons normali ta’ glucagon u ta’ ormoni oħra għall-ipogliċemija.

Exenatide itawwal il-ħin sabiex jitbattal l-istonku u b’hekk inaqqas ir-rata li biha glucose li ġej mill- ikel jidher fiċ-ċirkolazzjoni.

Effetti farmakodinamiċi

Exenatide b’rilaxx immedjat itejjeb il-kontroll gliċemiku permezz tal-effetti immedjati u fit-tul li jkun hemm mat-tnaqqis fil-livelli ta’ glucose kemm wara l-ikel, kif ukoll wara s-sawm, f’pazjenti bid- dijabete tat-tip 2.

Effikaċja klinika u sigurtà

Studji fuq exenatide b’rilaxx immedjat ma’ metformin, xi sulphonylurea jew it-tnejn meħuda flimkien bħala terapija bażika

L-istudji kliniċi kienu kostitwiti minn 3945 suġġett (2997 fuq kura ta’ exenatide), 56% rġiel u 44% nisa, 319-il suġġett (230 fuq kura ta’ exenatide) kienu ≥70 sena u 34 suġġett (27 fuq kura ta’ exenatide) kienu ≥75 sena.

Exenatide b’rilaxx immedjat naqqas l-HbA1c u l-piż tal-ġisem f’pazjenti kkurati għal 30 ġimgħa f’tliet studji kkontrollati bi plaċebo, kemm jekk exenatide b’rilaxx immedjat ġie miżjud ma’ metformin, ma’ xi sulphonylurea jew ma’ metformin u xi sulphonylurea flimkien. Dan it-tnaqqis fl-HbA1c ġeneralment ġie osservat fit-12-il ġimgħa mill-bidu tal-kura. Ara Tabella 2. It-tnaqqis fl-HbA1c inżamm u t-tnaqqis fil-piż tkompla għal mill-anqas 82 ġimgħa fil-kategorija ta’ pazjenti fuq 10 mcg BID li temmew kemm l-istudji kkontrollati bil-plaċebo kif ukoll l-istudji ta’ estensjoni mhux ikkontrollati (n=137).

Tabella 2: Ġabra ta’ riżultati tal-istudji kkontrollati bil-plaċebo li damu 30 ġimgħa (pazjenti fil- grupp bl-intenzjoni tal-kura)

 

Plaċebo

Exenatide b’rilaxx

Exenatide b’rilaxx

 

 

immedjat 5 mcg BID

immedjat 10 mcg

 

 

 

BID

N

Linja bażi ta’ HbA1c(%)

8.48

8.42

8.45

Bidla f’HbA1c(%) mil-

0.08

-0.59

-0.89

linja bażi

 

 

 

Proporzjon ta’ pazjenti

7.9

25.3

33.6

(%) li kisbu HbA1c ≤7%

 

 

 

Proporzjon ta’ pazjenti

10.0

29.6

38.5

(%)li kisbu HbA1c ≤7%

 

 

 

(pazjenti li temmew l-

 

 

 

istudji)

 

 

 

Linja bażi tal-piż(kg)

99.26

97.10

98.11

Bidla fil-piż mil-linja

-0.65

-1.41

-1.91

bażi(kg)

 

 

 

F’studji bl-insulina bħala komparatur, exenatide b’rilaxx immedjat (5 mcg BID għal 4 ġimgħat, segwit b’10 mcg BID) użata flimkien ma’ metformin u sulphonylurea tejbet b’mod sinifikanti (statistikament u klinikament) il-kontroll gliċemiku, imkejjel permezz tat-tnaqqis fl’HbA1c. Dan l-effett tal-kura kien komparabbli ma’ dak ta’ insulin glargine f’studju ta’ 26 ġimgħa (doża medja ta’ insulina ta’

24.9 IU/ġurnata, medda ta’ 4-95 IU/ġurnata, fi tmiem l-istudju) u insulin aspart bifażiku f’studju ta’ 52

ġimgħa (doża medja ta’ insulina ta’ 24.4 IU/ġurnata, medda ta’ 3-78 IU/ġurnata, fi tmiem l-istudju). Exenatide b’rilaxx immedjat tnaqqas l-HbA1c minn 8.21 % (n=228) u 8.6 % (n=222) b’1.13 % u 1.01 % filwaqt li insulin glargine naqsu minn 8.24% (n=227) b’1.10% u insulin aspart bifażiku minn

8.67 % (n=224) b’0.86 %. Kien hemm telf ta’ piż ta’ 2.3 kg (2.6%) b’exenatide b’rilaxx immedjat fl- istudju ta’ 26 ġimgħa u telf ta’ 2.5 kg (2.7 %) f’studju ta’ 52 gimgħa filwaqt li kura b’insulina kienet assoċjata ma’ żieda fil-piż. Id-differenzi minħabba l-kura (exenatide b’rilaxx immedjat mingħajr komparatur) kienu -4.1 kg fl-istudju ta’ 26 ġimgħa u -5.4 kg fl-istudju ta’ 52 ġimgħa.Il-profili ta’ glucose fid-demm b’ 7 punti meħuda mill-pazjent stess (qabel u wara l-ikel u fit-3 ta’ filgħodu) urew tnaqqis b’mod sinifikanti fil-valuri ta’ glucose meta mqabbla ma’ insulina fil-perijodi ta’ wara l-ikel wara l-injezzjoni ta’ exenatide b’rilaxx immedjat. Il-konċentrazzjonijiet ta’ glucose fid-demm qabel l- ikel kienu ġeneralment anqas f’pazjenti kkurati b’insulina meta mqabbla ma’ dawk ikkurati b’exenatide b’rilaxx immedjat. Il-valuri medji ta’ kuljum ta’ glucose fid-demm f’exenatide b’rilaxx immedjat u f’insulina kienu simili. F’dawn l-istudji l-inċidenza tal-ipogliċemija bil-kura ta’ exenatide b’rilaxx immedjat u bil-kura tal-insulina kienet simili.

Studji fuq exenatide b’rilaxx immedjat ma’ metformin, xi thiazolidinedione jew it-tnejn meħuda flimkien bħala terapija bażika

Ġew magħmula żewġ studji kkontrollati bil-plaċebo: wieħed li dam 16-il ġimgħa u ieħor li dam

26 ġimgħa, li rispettivament kellhom 121 u 111-il pazjent ikkurat b’exenatide b’rilaxx immedjat u 112 u 54 pazjent ikkurati bil-plaċebo, miżjuda mal-kura eżistenti ta’ thiazolidinedione, b’metformin jew mingħajru. Mill-pazjenti fil-grupp exenatide b’rilaxx immedjat, 12 % ġew ikkurati b’thiazolidinedione u exenatide b’rilaxx immedjat u 82 % ġew ikkurati b’thiazolidinedione, metformin u exenatide b’rilaxx immedjat. Exenatide b’rilaxx immedjat (5 mcg BID għal 4 ġimgħat, segwit b’10 mcg BID) irriżulta f’tnaqqis statistikament sinifikanti mil-linja bażi ta’ HbA1c meta mqabbel mal-plaċebo (-0.7% kontra +0.1%) kif ukoll tnaqqis sinifikanti fil-piż tal-ġisem (-1.5 kontra 0 kg) fl-istudju ta’ 16-il

ġimgħa.L-istudju ta’ 26 ġimgħa wera riżultati simili b’tnaqqis statistikament sinifikanti mil-linja bażi ta’ HbA1c meta mqabbel mal-plaċebo (-0.8% kontra -0.1%). Ma kien hemm ebda differenza sinifikanti fil-piż tal-ġisem bejn iż-żewġ gruppi ta’ kura, fit-tibdil mil-linja bażi sal-aħħar stadju tal-istudju (-1.4 kontra -0.8 kg).

Meta exenatide b’rilaxx immedjat ntuża flimkien ma’ xi thiazolidinedione, l-inċidenza tal-ipogliċemija kienet simili għal dik ta’ plaċebo użat flimkien ma’ xi thiazolidinedione. L-esperjenza f’pazjenti >65 sena u f’pazjenti b’indeboliment tal-funzjoni renali hija limitata. L-inċidenza u t-tip ta’ avvenimenti avversi oħra li ġew osservati kienu simili għal dawk li dehru fl-istudji kliniċi kkontrollati ta’

30 ġimgħa li saru b’xi sulphonylurea, b’metformin jew bit-tnejn meħuda flimkien.

Studji fuq exenatide b’rilaxx immedjat flimkien ma’ insulina bażilari

Fi studju li dam għaddej 30 ġimgħa, ġew mogħtija jew exenatide b’rilaxx immedjat (5 mcg BID għal 4 ġimgħat, segwit b’doża ta’ 10 mcg BID) jew plaċebo flimkien ma’ insulin glargine (b’metformin jew mingħajru, pioglitazone jew it-tnejn flimkien). Waqt l-istudju, id-dożaġġ ta’ insulin glargine, fiż-żewġ fergħat tal-kura, ġie mogħti b’kalkolazzjoni algoritmika li tirrifletti prattika medika kurrenti biex jintlaħaq il-livell ta’glucose fid-demm ta’ madwar 5.6 mmol/L waqt li l-pazjent ikun sajjem. L-età medja tal-pazjenti kienet 59 sena u n-numru medju ta’ snin ta’ dijabete kien ta’ 12.3 snin.

Fl-aħħar stadju tal-istudju, exenatide b’rilaxx immedjat (n = 137) wera tnaqqis statistikament sinifikanti fil-HbA1c u fil-piż meta mqabbel mal-plaċebo (n = 122). Exenatide b’rilaxx immedjat baxxa HbA1c b’1.7% mil-linja bażi ta’ 8.3% waqt li l-plaċebo baxxa HbA1c b’1.0% mil-linja bażi ta’

8.5%. Il-proporzjon ta’ pazjenti li kisbu HbA1c <7% u HbA1c <6.5% kienu 56% u 42% b’exenatide b’rilaxx immedjat u 29% u 13% bil-plaċebo. Kien hemm telf ta’ piż ta’ 1.8 kg mil-linja bażi ta’ 95kg b’exenatide b’rilaxx immedjat waqt li kien hemm żieda fil-piż ta’ 1.0 kg mil-linja bażi ta’ 94 kg bil- plaċebo.

Fil-fergħa ta’ exenatide b’rilaxx immedjat, id-doża tal-insulina żdiedet bi 13-il unit kuljum meta mqabbel ma’ 20 unit kuljum fil-fergħa tal- plaċebo. Meta l-pazjent kien sajjem, exenatide b’rilaxx immedjat naqqas il-livell tal-glucose fid-demm b’1.3 mmol/l u l-plaċebo naqqas il-livell ta’ glucose

fid-demm b’0.9mmol/l . Il-grupp ta’ exenatide b’rilaxx immedjat meta mqabbel mal-plaċebo kellu tnaqqis sinifikanti fil-livell ta’ glucose fid-demm wara l-ikel ta’ filgħodu (- 2.0 kontra -0,2 mmol/l) u wara l-ikel ta’ filgħaxija (- 1.6 kontra +0.1 mmol/l), ma kien hemm l-ebda differenza bejn it-terapiji f’nofsinhar.

Fi studju li dam sejjer 24 ġimgħa, fejn ġie mogħti jew insulin lispro protamine f’suspensjoni jew insulin glargine flimkien ma’ terapija eżistenti ta’ exenatide b’rilaxx immedjat u metformin, metformin u sulphonylurea jew metformin u pioglitazone, HbA1c ġie mnaqqas b’1.2% (n = 170) u b’1.4% (n = 167) rispettivament minn linja bażi ta’ 8.2%. Kien hemm żieda fil-piż ta’ 0.2 kg f’pazjenti li ġew mogħtija insulin lispro protamine f’suspensjoni u żieda ta’ 0.6 kg f’pazjenti li ġew mogħtija insulin glargine minn linja bażi ta’ 102 kg u 103 kg rispettivament.

Fi studju ta’ non-inferjorità ta’ 30 ġimgħa, b’tikketta mikxufa, bil-komparatur attiv ikkontrollat ġew evalwati s-sigurtà u l-effikaċja ta’ exenatide b’rilaxx immedjat (n=315) meta mqabbel ma’ insulin lispro titrat tliet darbiet kuljum (n=312) fuq sfond ta’ insulin glargine basali ottimizzat u metformin f’pazjenti b’dijabete tip 2.

Wara fażi ta’ ottimizzazzjoni tal-insulina basali (BIO - basal insulin optimization), il-pazjenti b’HbA1c >7.0% ġew randomizzati biex iżidu jew exenatide b’rilaxx immedjat jew insulin lispro mal-kors eżistenti tagħhom ta’ insulin glargine u metformin. Fiż-żewġ gruppi ta’ kura, individwi komplew jittitraw id-dożi ta’ insulin glargine tagħhom bl-użu ta’ algorittmu li jirrifletti l-prattika klinika attwali.

Il-pazjenti kollha assenjati fuq exenatide b’rilaxx immedjat fil-bidu rċievew 5 mcg BID għal erba’ ġimgħat. Wara erba’ ġimgħat, id-doża tagħhom żdiedet għal 10 mcg BID. Pazjenti fil-grupp ikkurat b’Byetta b’HbA1c ≤8.0% fit-tmiem tal-fażi BIO naqqsu d-doża ta’ insulin glargine tagħhom b’għallinqas 10%.

Exenatide b’rilaxx immedjat baxxa HbA1c b’1.1% minn linja bażi ta’ 8.3% u insulin lispro baxxa HbA1c b’1.1% minn linja bażi ta’ 8.2% u ntwera n-nuqqas ta’ inferjorità ta’ exenatide b’rilaxx immedjat għal lispro titrat. Il-proporzjon ta’ pazjenti li laħqu HbA1c < 7% kien 47.9% b’exenatide b’rilaxx immedjat u 42.8% b’insulin lispro. Ġie osservat telf fil-piż ta’ 2.6 kg minn linja bażi ta’

89.9kg b’exenatide b’rilaxx immedjat filwaqt li ġie osservat żieda ta’ 1.9 kg fil-piż minn linja bażi ta’

89.3kg b’insulin lispro.

Il-lipidi f’stat sajjem

Exenatide b’rilaxx immedjat ma weriex effetti avversi fuq il-parametri tal-lipidi. Mat-tnaqqis fil-piż ġiet osservata tendenza ta’ tnaqqis fit-trigliċeridi.

Il-funzjoni taċ-ċelluli beta

Studji kliniċi b’exenatide b’rilaxx immedjat indikaw titjib fil-funzjoni taċ-ċelluli beta, dokumentat permezz ta’indikaturi bħall-valutazzjoni tal-mudell tal-omejostażi (HOMA-B) għall-funzjoni taċ- ċelluli beta u l-proporzjon ta’ proinsulina għal insulina. Studju farmakodinamiku f’pazjenti bid- dijabete tat-tip 2 (n=13) wera tiġdid tal-ewwel fażi tas-sekrezzjoni ta’ insulina u titjib tat-tieni fażi tas- sekrezzjoni ta’ insulina b’rispons għal bolus ta’ glucose minn ġol-vina.

Il-piż tal-ġisem

Ġie osservat tnaqqis fil-piż f’pazjenti b’kura ta’ exenatide b’rilaxx immedjat irrispettivament mill- każijiet ta’ tqalligħ għalkemm it-tnaqqis kien akbar fil-grupp ta’ pazjenti bit-tqalligħ (tnaqqis medju ta’ 2.4 kg kontra 1.7 kg) fl-istudji kkontrollati fit-tul sa 52 ġimgħa.

Ġie muri li l-għoti ta’ exenatide, naqqas it-teħid tal-ikel minħabba nuqqas ta’ aptit u żieda fis- sensazzjoni ta’ xaba’.

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini iddifferiet l-obbligu li jiġu ppreżentati riżultati tal-istudji b’exenatide b’rilaxx immedjat f’wieħed jew iktar settijiet tal-popolazzjoni pedjatrika fid-dijabete mellitus tat-tip 2 (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Wara li jingħata taħt il-ġilda lil pazjenti bid-dijabete tat-tip 2, exenatide jilħaq il-medjan tal-ogħla konċentrazzjonijiet fil-plażma f’sagħtejn. Il-medja tal-ogħla konċentrazzjonijiet ta’ exenatide (Cmax) kienet ta’ 211 pg/ml u b’kollox il-medja tal-erja taħt il-kurva (AUC0-inf) kienet ta’ 1036 pg •h/ml wara l-għoti ta’ doża ta’ 10 mcg exenatide taħt il-ġilda. L-espożizzjoni għal exenatide żdiedet b’mod proporzjonali maż-żieda fid-doża terapewtika minn 5 mcg sa 10 mcg. Meta exenatide jingħata minn taħt il-ġilda,l-espożizzjoni miksuba hija simili kemm jekk jingħata fl-addome, kemm jekk jingħata fil- koxxa u kemm jekk jingħata fid-driegħ.

Distribuzzjoni

Il-volum apparenti medju ta’ distribuzzjoni ta’ exenatide wara li tingħata doża waħda ta’ exenatide taħt il-ġilda hu ta’ 28 l.

Bijotrasformazzjoni u eliminazzjoni

Studji mhux kliniċi wrew li exenatide huwa fil-biċċa l-kbira eliminat permezz ta’ filtrazzjoni glomerulari u sussegwentement b’degradazzjoni proteolitika. F’studji kliniċi t-tneħħija apparenti medja ta’ exenatide hi ta’ 9 l/h u l-half-life terminali medju hu ta’ 2.4 sigħat. Dawn il-karatteristiċi farmakokinetiċi ta’ exenatide huma indipendenti mid-doża.

Popolazzjonijiet speċjali

Indeboliment renali

F’pazjent b’indeboliment renali ħafif (tneħħija ta’ krejatinina 50 sa 80 ml/min) jew moderat (tneħħija ta’ krejatinina 30 sa 50 ml/min), it-tneħħija ta’ exenatide naqset bi ftit meta mqabbla mat-tneħħija f’individwi b’funzjoni renali normali (tnaqqis ta’ 13 % f’indeboliment renali ħafif u 36 % f’indeboliment renali moderat). Kien hemm tnaqqis b’mod sinifikanti ta’ 84 % fit-tneħħija f’pazjenti b’mard renali fl-aħħar stadju u li qegħdin fuq dijalisi (ara sezzjoni 4.2).

Insuffiċjenza epatika

Ma sarux studji farmakokinetiċi f’pazjenti b’insuffiċjenza epatika. Exenatide huwa primarjament imneħħi mill-kilwa, u għalhekk l-anormalità fil-funzjoni epatika mhux mistennija li taffettwa l- konċentrazzjonijiet ta’ exenatide fid-demm.

Sess u razza

Is-sess u r-razza m’għandhom l-ebda influwenza klinikament relevanti fuq il-farmakokinetika ta’ exenatide.

Anzjani

Fl-anzjani, tagħrif ikkontrollat fit-tul huwa limitat, iżda m’hemmx indikazzjonijiet ta’ bidliet kbar fl- espożizzjoni ta’ exenatide maż-żieda fl-età sa madwar l-età ta’ 75 sena. F’studju farmakokinetiku f’pazjenti bid-dijabete ta’ tip 2, l-għoti ta’ exenatide (10 mcg) irriżulta f’żieda medja ta’ 36 % fl-AUC ta’ exenatide fi 15-il suġġett anzjan ta’ età bejn 75 u 84 sena meta mqabbel ma’ 15-il suġġett ta’ età bejn 45 u 65 sena u dan wisq probabbli minħabba t-tnaqqis fil-funzjoni renali fil-grupp aktar anzjan (ara sezzjoni 4.2).

Popolazzjoni pedjatrika

F’studju farmakokinetiku b’doża waħda f’13-il pazjent bid-dijabete tat-tip 2 b’etajiet bejn 12 u 16-il sena, l-għoti ta’ exenatide (5 mcg) irriżulta f’tnaqqis żgħir fil-medja tal-AUC (tnaqqis ta’ 16%) u tas- Cmax (tnaqqis ta’ 25%) meta mqabbla ma dawk osservati fl-adulti.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tagħrif mhux kliniku ibbażat fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn dożi ripetuti jew effett tossiku fuq il-ġeni, ma juri l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin.

Fil-firien nisa li ġew mgħotija exenatide għal sentejn, ġiet osservata żieda fl-inċidenza ta’ adenomi beninni fiċ-celluli C tat-tirojde mad-doża l-iżjed għolja, 250 mcg/kg/ġurnata, doża li tagħti espożizzjoni ta’ exenatide fil-plażma ta’ 130-il darba iżjed minn espożizzjoni klinika fil-bniedem. Din l-inċidenza ma kinitx statistikament sinifikanti meta aġġustata għas-sopravivenza. Ma kienx hemm rispons tumuriġeniku fil-firien rġiel jew fil-ġrieden kemm dawk nisa u kemm dawk irġiel.

Studji fl-annimali ma wrew ebda effetti perikolużi diretti fuq il-fertilità jew it-tqala. Dożi għoljin ta’ exenatide f’nofs il-perijodu tat-tqala kkawżaw effetti skeltriċi u naqsu l-iżvilupp tal-fetu fil-ġrieden u naqsu l-iżvilupp tal-fetu fil-fniek. Naqas l-iżvilupp tal-wild fil-ġrieden esposti għal dożi għoljin waqt il-fażi finali tat-tqala u t-treddigħ.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

metacresol mannitol

glacial acetic acid sodium acetate trihydrate ilma għall-injezzjonijiet

6.2Inkompatibbiltajiet

Fin-nuqqas ta’ studji ta’ kompatibilità, dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin

Pinna waqt l-użu: 30 ġurnata

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħzen fi friġġ (2°C - 8°C).

Tagħmlux fil-friża.

Waqt l-użu

Aħżen f’temperatura taħt 25°C.

M’għandekx taħżen il-pinna bil-labra mwaħħla magħha.

Erġa’ poġġi l-kappa fuq il-pinna sabiex tilqa’ mid-dawl.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Skartoċċ tal-ħġieġ tat-tip I b’planġer tal-lasktu (bromobutyl), disk tal-lasktu u siġill tal-aluminju. Kull skartoċċ huwa mmontat f’strument ta’ injezzjoni b’forma ta’ pinna (pinna) li jintrema wara li jintuża.

5 mcg: Kull pinna mimlija għal-lest fiha 60 doża (kważi 1.2 ml ta’ soluzzjoni). 10 mcg: Kull pinna mimlija għal-lest fiha 60 doża (kważi 2.4 ml ta’ soluzzjoni).

Id-daqsijiet tal-pakketti huma ta’ pinna 1 u ta’ 3 pinen. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

M’humiex inklużi l-labar.

Il-labar Becton, Dickinson u Company huma tajbin biex jintużaw mal-pinna Byetta.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Il-pazjent għandu jiġi mgħarraf biex jarmi l-labra wara kull injezzjoni.

Kull fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

Struzzjonijiet għall-użu

Byetta għandha tintuża minn persuna waħda biss.

L-istruzzjonijiet dwar kif tintuża l-pinna, inkluż mal-fuljett, għandhom jiġu segwiti b’attenzjoni.

Il-pinna m’għandhiex tinħażen bil-labra mwaħħla.

Byetta m’għandiex tintuża jekk jidhru xi frak, jekk is-soluzzjoni m’hijiex ċara u/jew għandha xi kulur.

Tużax Byetta jekk tkun ġiet iffriżata.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

AstraZeneca AB

SE-151 85 Södertälje

L-Iżvezja

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/06/362/001 –4

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 20 ta’ Novembru 2006

Data tal-aħħar tiġdid: 20 ta’ Novembru 2011

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati