Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Cabometyx (cabozantinib s-malate) - L01XE26

Updated on site: 05-Oct-2017

Cabometyx

kabozantinib

Dan huwa sommarju tar-rapport pubbliku Ewropew ta' valutazzjoni (EPAR) għal Cabometyx. Dan jispjega kif l-Aġenzija vvalutat il-mediċina sabiex tirrakkomanda l-awtorizzazzjoni tagħha fl-UE u l- kondizzjonijiet ta’ użu tagħha. Dan mhux maħsub biex jipprovdi konsultazzjoni prattika dwar l-użu ta’

Cabometyx.

Għal informazzjoni prattika dwar l-użu ta’ Cabometyx, il-pazjenti għandhom jaqraw il-fuljett ta’ tagħrif jew jikkuntattjaw lit-tabib jew lill-ispiżjar tagħhom.

X’inhu Cabometyx u għal xiex jintuża?

Cabometyx huwa mediċina kontra l-kanċer użat biex jikkura adulti b’karċinoma avvanzata fiċ-ċelloli renali (tip ta’ kanċer fil-kliewi) li kienu ġew ikkurati minn qabel b’tip ta’ mediċina kontra l-kanċer imsejħa ‘inibitur tal-fattur tat-tkabbir vaskulari endoteljali għall-użu (VEGF)’.

Cabometyx fih is-sustanza attiva kabozantinib.

Kif jintuża Cabometyx?

Cabometyx jista' jinkiseb biss b'riċetta ta' tabib u l-kura għandha tinbeda minn tabib li jkollu esperjenza fl-użu ta' mediċini kontra l-kanċer.

Cabometyx jiġi bħala pilloli (20, 40 u 60 mg). Id-doża rakkomandata hija ta’ 60 mg darba kuljum. Il- pazjenti ma għandhomx jieklu għal mill-inqas sagħtejn qabel u siegħa wara d-doża tagħhom ta' Cabometyx. Id-doża jista’ jkollha bżonn titnaqqas jew il-kura titwaqqaf b’mod temporanju jekk iseħħu effetti sekondarji serji jew intollerabbli. Il-kura għandha titkompla sakemm il-pazjent ikun qed jibbenefika minnha jew sakemm l-effetti sekondardji jsiru inaċċetabbli. Għal iktar informazzjoni, ara l- fuljett ta' tagħrif.

Kif jaħdem Cabometyx?

Is-sustanza attiva f’Cabometyx, il-kabozantinib, hija “inibitur tat-tirożina kinażi”. Dan ifisser li timblokka l-attività ta' enzimi magħrufin bħala tirożina kinażi. Dawn l-enzimi jistgħu jinstabu f'ċerti riċetturi (bħar-riċetturi VEGF, MET, AXL u RET) fiċ-ċelloli tal-kanċer, fejn huma jattivaw diversi proċessi inkluż id-diviżjoni taċ-ċelloli u t-tkabbir ta' vażijiet ġodda li jissupplixxu lill-kanċer. Billi timblokka l- attività ta' dawn ir-riċetturi fiċ-ċelloli tal-kanċer, il-mediċina tnaqqas it-tkabbir u t-tixrid tal-kanċer.

X’inhuma l-benefiċċji ta’ Cabometyx li ħarġu mill-istudji?

Cabometyx ġie investigat fi studju wieħed ewlieni li involva 658 adult b’karċinoma avvanzata fiċ-ċelloli renali li marret għall-agħar minkejja l-kura b’inibitur VEGF. Fl-istudju, Cabometyx tqabbel mal- mediċina kontra l-kanċer everolimus. Ir-riżultati wrew li Cabometyx huwa effettiv biex itawwal iż-żmien li l-pazjenti għexu mingħajr ma l-marda tagħhom qalbet għall-agħar (sopravivenza mingħajr progressjoni): pazjenti kkurati b’Cabometyx għexu għal medja ta’ 7.4 xhur mingħajr ma l-marda tagħhom marret għall-agħar meta mqabbla ma’ 3.8 xhur fil-pazjenti kkurati b’everolimus. Barra minn hekk, riżultati preliminari wrew li l-pazjenti kkurati b’Cabometyx għexu b’mod ġenerali aktar mill- pazjenti kkurati b’everolimus (medja ta’ 21.4 xahar imqabbla ma’ 16.5 xahar).

X’inhuma r-riskji assoċjati ma’ Cabometyx?

L-effetti sekondarji l-aktar komuni b’Cabometyx (li dehru f’mill-anqas 1 minn kull 4 persuni) huma dijarea, għeja, nawżja (li tħossok imdardar), nuqqas ta’ aptit, sindromu tal-eritrodisasteżija palmar- plantar (sindromu tal-idejn u s-saqajn, li jinvolvi raxx u tnemnim fil-pali tal-idejn u l-qigħan tas- saqajn), pressjoni għolja fid-demm, telf ta’ piż u stitikezza. L-aktar effetti sekondarji komuni huma uġigħ addominali (żaqq), effużjoni plewrali (evoluzzjoni ta’ fluwidu madwar il-pulmuni), dijarea u nawżja.

Għal-lista sħiħa tal-effetti sekondarji u r-restrizzjonijiet kollha b’Cabometyx, ara l-fuljett ta' tagħrif.

Għaliex ġie approvat Cabometyx?

Pazjenti kkurati minn qabel b’karċinoma avvanzata fiċ-ċelloli renali għandhom riżultati batuti u bżonn mediku għoli li ma ntlaqax. Cabometyx deher li jtejjeb b’mod sinifikanti ż-żmien li dawn il-pazjenti għexu mingħajr ma l-marda tagħhom marret għall-agħar. Riżultati bikrin indikaw ukoll li Cabometyx għen lill-pazjenti jgħixu aktar fit-tul. Is-sikurezza ta’ Cabometyx hija simili ta’ inibituri oħrajn tat- tirożina kinażi użati f’karċinoma taċ-ċelloli renali, u l-effetti sekondarji huma kkunsidrati maniġevoli. Għaldaqstant, il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem (CHMP) tal-Aġenzija ddeċieda li l-benefiċċji ta' Cabometyx huma akbar mir-riskji tiegħu u rrakkomanda li jiġi approvat għall-użu fl- UE.

X’miżuri qed jittieħdu biex jiġi żgurat l-użu sigur u effettiv ta’ Cabometyx?

Il-kumpanija li tqiegħed Cabometyx fis-suq ser tipprovdi r-riżultati finali tas-sopravivenza ġenerali tal- pazjenti fl-istudju ewlieni.

Ir-rakkomandazzjonijiet u l-prekawzjonijiet li għandhom jiġu segwiti mill-professjonisti fil-qasam tal- kura tas-saħħa u mill-pazjenti għall-użu sigur u effettiv ta' Cabometyx ġew inklużi wkoll fis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott u fil-fuljett ta' tagħrif.

Informazzjoni oħra dwar Cabometyx:

L-EPAR sħiħ għal Cabometyx jinstab fis-sit elettroniku tal-Aġenzija: ema.europa.eu/Find medicine/Human medicines/European public assessment reports Għal aktar informazzjoni rigward il- kura b’Cabometyx, aqra l-fuljett ta' tagħrif (parti wkoll mill-EPAR) jew ikkuntattja lit-tabib jew lill- ispiżjar tiegħek.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati