Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Cancidas (Caspofungin MSD) (caspofungin) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - J02AX04

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaCancidas (Caspofungin MSD)
Kodiċi ATCJ02AX04
Sustanzacaspofungin
ManifatturMerck Sharp

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

CANCIDAS 50 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għal infużjoni

CANCIDAS 70 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għal infużjoni

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

CANCIDAS 50 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għal infużjoni

Kull kunjett fih 50 mg caspofungin (bħala aċetat).

Eċċipjenti b’effett magħruf:

Kull kunjett ta’ 50 mg fih 35.7 mg ta’ sucrose.

CANCIDAS 70 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għal infużjoni

Kull kunjett fih 70 mg caspofungin (bħala aċetat).

Eċċipjenti b’effett magħruf:

Kull kunjett ta’ 70 mg fih 50.0 mg ta’ sucrose.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Trab għal konċentrat għal soluzzjoni għal infużjoni.

Qabel ir-rikostituzzjoni, it-trab huwa kumpatt u ta’ lewn abjad għal offwajt.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Trattament ta’ kandidjasi invażiva f’pazjenti adulti jew pedjatriċi.

Trattament ta’ asperġillożi invażiva f’pazjenti adulti jew pedjatriċi li huma refrattorji jew intolleranti għal amphotericin B, formulazzjonijiet lipidi ta’ amphotericin B u/jew itraconazole. Ir-refrattorjetà hija definita bħala l-progressjoni tal-infezzjoni jew in-nuqqas ta’ titjib wara minimu ta’ 7 ijiem ta’ dożi terapewtiċi preċedenti ta’ terapija antifungali effettiva.

Terapija empirika għal infezzjonijiet fungali preżunti (bħal Candida jew Aspergillus) f’pazjenti newtropeniċi febbri adulti jew pedjatriċi.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Caspofungin għandu jinbeda minn tabib li għandu esperjenza fil-ġestjoni ta’ infezzjonijiet fungali invażivi.

Pożoloġija

Pazjenti adulti

Fl-ewwel jum għandha tingħata loading dose waħda ta’ 70 mg, li mbagħad tkun segwita minn 50 mg kuljum. F’pazjenti li jiżnu aktar minn 80 kg, wara l-loading dose inizjali ta’ 70 mg, huwa rakkomandat caspofungin 70 mg kuljum (ara sezzjoni 5.2). M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fid-doża bbażat fuq is- sess tal-persuna jew ir-razza (ara sezzjoni 5.2).

Pazjenti pedjatriċi (12-il xahar sa 17-il sena)

F’pazjenti pedjatriċi (12-il xahar sa 17-il sena), id-doża għandha tkun ibbażata fuq l-arja tas-superfiċje tal-ġisem tal-pazjent (ara l-Istruzzjonijiet għall-Użu f’Pazjenti Pedjatriċi, Formula Mosteller1). Għall- indikazzjonijiet kollha, għandha tingħata loading dose waħda ta’ 70-mg/m2 (li ma taqbiżx doża attwali ta’ 70 mg), segwita wara b’50 mg/m2 kuljum (li m’għandhiex taqbeż doża attwali ta’ 70 mg kuljum).

Jekk id-doża ta’ 50-mg/m2 kuljum tkun ittollerata tajjeb iżda ma tipprovdix rispons kliniku adegwat, id-doża tal-ġurnata tista’ tiżdied għal 70 mg/m2 (li m’għandhiex taqbeż doża attwali ta’ 70 mg kuljum).

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ caspofungin ma ġewx studjati biżżejjed fi provi kliniċi li kienu jinvolvu trabi għadhom jitwieldu u trabi ta’ inqas minn 12-il xahar. Hija rakkomandata kawtela fit- trattament ta’ dan il-grupp ta’ età. Tagħrif limitat jissuġġerixxi li caspofungin f’doża ta’ 25 mg/m2 kuljum fi trabi għadhom jitwieldu u trabi (ta’ inqas minn 3 xhur) u 50 mg/m2 kuljum fi tfal żgħar (3 sa 11-il xahar) jista’ jiġi kkunsidrat (ara sezzjoni 5.2).

Tul tat-trattament

It-tul tat-terapija empirika għandu jkun ibbażat fuq ir-rispons kliniku tal-pazjent. It-terapija għandha tissokta sa 72 siegħa wara s-solvien tan-newtropenija (ANC≥500). Il-pazjenti misjuba li għandhom infezzjoni fungali għandhom jiġu kkurati għal minimu ta’ 14-il jum u t-trattament għandu jissokta għal mill-anqas 7 ijiem wara li kemm in-newtropenija kif ukoll is-sintomi kliniċi jitilqu.

It-tul tat-trattament ta’ kandidjasi invażiva għandu jkun ibbażat fuq ir-rispons kliniku u mikrobijoloġiku tal-pazjent. Wara li s-sinjali u s-sintomi ta’ kandidjasi invażiva jitjiebu u l-kulturi jkunu saru negattivi, tista’ tiġi kkunsidrata bidla għal terapija antifungali orali. B’mod ġenerali, it- terapija antifungali għandha tissokta għal mill-anqas 14-il jum wara l-aħħar kultura pożittiva.

It-tul tat-trattament ta’ asperġillożi invażiva jiġi determinat fuq il-bażi ta’ kull każ individwali u għandu jkun ibbażat fuq is-severità tal-marda sottostanti tal-pazjent, l-irkupru mill- immunosuppressjoni, u r-rispons kliniku. B’mod ġenerali, it-trattament għandu jissokta għal mill- anqas 7 ijiem wara l-għibien tas-sintomi.

L-informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ tul ta’ kura ta’ iżjed minn 4 ġimgħat hija limitata. Madankollu, dejta disponibbli tissuġġerixxi li caspofungin ikompli jkun ittollerat tajjeb b’korsijiet itwal ta’ terapija (sa 162 ġurnata f’pazjenti adulti u sa 87 ġurnata f’pazjenti pedjatriċi).

Popolazzjonijiet speċjali

Pazjenti anzjani

Fil-pazjenti adulti (65 sena jew aktar), l-erja taħt il-kurva (AUC) tiżdied b’madwar 30%. Madankollu, m’hemm bżonn ta’ ebda aġġustament sistematiku fid-doża. Hemm esperjenza limitata ta’ trattament f’pazjenti ta’ 65 sena u aktar (ara sezzjoni 5.2).

Indeboliment tal-kliewi

M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fid-doża minħabba indeboliment tal-kliewi (ara sezzjoni 5.2).

Indeboliment tal-fwied

M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fid-doża għal pazjenti adulti b’indeboliment epatiku ħafif (punteġġ Child-Pugh 5 sa 6). Fil-każ ta’ pazjenti adulti b’indeboliment epatiku moderat (punteġġ Child-Pugh 7 sa 9), huwa rrakkomandat caspofungin 35 mg kuljum skont informazzjoni farmakokinetika. Fl-ewwel jum għandha tingħata doża inizjali ta’ 70 mg. M’hemmx esperjenza klinika f’pazjenti adulti b’indeboliment epatiku sever (punteġġ Child-Pugh akbar minn 9) u f’pazjenti pedjatriċi bi kwalunkwe livell ta’ indeboliment tal-fwied (ara sezzjoni 4.4).

1 Mosteller RD: Simplified Calculation of Body Surface Area. N Engl J Med 1987 Oct 22;317(17):1098 (letter)

Għoti fl-istess ħin ma’ indutturi ta’ enzimi metaboliċi

Informazzjoni limitata tissuġġerixxi li għandha tiġi kkunsidrata żieda fid-doża ta’ kuljum ta’ caspofungin għal 70 mg, wara l-loading dose ta’ 70 mg, meta caspofungin jingħata f’pazjenti adulti fl- istess ħin ma’ ċerti indutturi ta’ enzimi metaboliċi (ara sezzjoni 4.5). Meta caspofungin jingħata lil pazjenti pedjatriċi (12-il xahar sa 17-il sena) fl-istess ħin ma’ dawn l-istess indutturi ta’ enzimi metaboliċi (ara sezzjoni 4.5), għandha tiġi kkunsidrata doża ta’ caspofungin ta’ 70-mg/m2 kuljum (li m’għandhiex taqbeż doża attwali ta’ 70 mg kuljum).

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Wara r-rikostituzzjoni u d-dilwizzjoni, is-soluzzjoni għandha tingħata permezz ta’ infużjoni bil-mod fil-vini fuq medda ta’ madwar siegħa. Għall-istruzzjonijiet dwar ir-rikostituzzjoni ara sezzjoni 6.6.

Hemm disponibbli kunjetti ta’ 70 mg u ta’ 50 mg.

Caspofungin għandu jingħata bħala infużjoni waħda kuljum.

4.3Kontra-indikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Kienet irrappurtata anafilassi waqt l-għoti ta’ caspofungin. Jekk dan iseħħ, caspofungin għandu jitwaqqaf u għandha tingħata kura xierqa. Reazzjonijiet avversi possibbilment medjati mill-istamina, inkluż raxx, nefħa fil-wiċċ, anġjoedima, ħakk, sensazzjoni ta’ sħana, jew bronkospażmu kienu rrappurtati u jistgħu jkunu jeħtieġu twaqqif u/jew għoti ta’ kura xierqa.

Informazzjoni limitata tissuġġerixxi li ħmejjer mhux Candida u mofof mhux Aspergillus inqas komuni mhumiex koperti minn caspofungin. L-effikaċja ta’ caspofungin kontra dawn il-patoġeni fungali ma ġietx stabbilita.

L-użu konkomitanti ta’ caspofungin ma’ cyclosporin ġie evalwat f’voluntiera adulti b’saħħithom u f’pazjenti adulti. Xi voluntiera adulti b’saħħithom li rċevew żewġ dożi ta’ 3 mg/kg ta’ cyclosporin ma’ caspofungin urew żidiet għaddiena fl-alanine transaminase (ALT) u fl-aspartate transaminase (AST) ta’ inqas minn jew ugwali għal tliet darbiet il-limitu ta’ fuq tan-normal (ULN) li telqu bit-twaqqif tat- trattament. Fi studju retrospettiv ta’ 40 pazjent ittrattati waqt l-użu kummerċjalizzat b’caspofungin u cyclosporin għal 1 sa 290 ġurnata (medjan 17.5 ġurnata), ma ġew innotati l-ebda reazzjonijiet avversi serji fil-fwied. Din l-informazzjoni tissuġġerixxi li caspofungin jista’ jintuża f’pazjenti li jkunu qegħdin jirċievu cyclosporin meta l-benefiċċju li jista’ jkun hemm ikun akbar mir-riskju li jista’ jkun hemm. Għandu jiġi kkunsidrat monitoraġġ mill-viċin tal-enzimi tal-fwied jekk caspofungin u cyclosporin jintużaw flimkien.

F’pazjenti adulti b’indeboliment ħafif u moderat tal-fwied, l-AUC tiżdied madwar 20% u 75%, rispettivament. Huwa rakkomandat tnaqqis fid-doża ta’ kuljum għal 35 mg għall-adulti li jkollhom indeboliment moderat tal-fwied. M’hemmx esperjenza klinika f’pazjenti adulti b’indeboliment epatiku sever jew f’pazjenti pedjatriċi b’xi livell ta’ indeboliment tal-fwied. Huwa mistenni esponiment akbar milli f’indeboliment tal-fwied moderat u caspofungin għandu jintuża b’kawtela f’dawn il-pazjenti (ara sezzjonijiet 4.2 u 5.2).

Dehru riżultati mhux normali f’testijiet tal-laboratorju tal-funzjoni tal-fwied f’voluntiera f’saħħithom u f’pazjenti adulti u pedjatriċi kkurati b’caspofungin. F’xi pazjenti adulti u pedjatriċi li kellhom kondizzjonijiet serji eżistenti li kienu qed jirċievu ħafna mediċini f’daqqa flimkien ma’ caspofungin, kienu rrappurtati każijiet ta’ funzjoni ħażina tal-fwied, epatite u insuffiċjenza epatika sinifikanti b’mod kliniku; ma ġiex stabbilit jekk caspofungin kienx il-kawża ta’ dan. Pazjenti li jiżviluppaw riżultati mhux normali ta’ testijiet tal-funzjoni tal-fwied waqt terapija b’caspofungin għandhom jiġu

mmonitorjati għal xhieda ta’ funzjoni tal-fwied li qegħda tmur għall-agħar u għandhom jiġu evalwati mill-ġdid ir-riskju u l-benefiċċju li titkompla t-terapija b’caspofungin.

Dan il-prodott mediċinali fih is-sucrose. Pazjenti bi problemi ereditarji rari ta’ intolleranza għall- fructose jew insuffiċjenza ta’ sucrase-isomaltase m’għandhomx jieħdu dan il-prodott mediċinali (ara sezzjoni 2).

Każijiet tas-Sindrome ta’ Stevens-Johnson (SJS) u nekrolożi epidermali tossika (TEN) ġew irrapportati wara l-użu ta’ caspofungin wara t-tqegħid fis-suq. Għandha tintuża l-kawtela f’pazjenti bi storja ta’ reazzjoni allerġika tal-ġilda (ara sezzjoni 4.8).

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Studji in vitro juru li caspofungin ma huwa inibitur tal-ebda enzima fis-sistema taċ-ċitokromu P450 (CYP). Fi studji kliniċi, caspofungin ma induċiex il-metaboliżmu CYP3A4 ta’ sustanzi oħra. Caspofungin mhuwiex substrat għall-P-glikoproteina u huwa substrat fqir għall-enzimi taċ-ċitokromu P450. Madankollu, caspofungin intwera li jinteraġixxi ma’ prodotti mediċinali oħra fi studji farmakoloġiċi u kliniċi (ara taħt).

F’żewġ studji kliniċi li saru fuq individwi adulti b’saħħithom, cyclosporin A (doża waħda ta’ 4 mg/kg jew żewġ dożi ta’ 3 mg/kg 12-il siegħa ’l bogħod minn xulxin) żied l-AUC ta’ caspofungin b’madwar 35%. Dawn iż-żidiet fl-AUC huma probabbilment dovuti għal teħid imnaqqas ta’ caspofungin mill- fwied. Caspofungin ma żiedx il-livelli fil-plażma ta’ cyclosporin. Kien hemm żidiet għaddiena fl-ALT u l-AST fil-fwied ta’ inqas minn jew ugwali għal tliet darbiet il-limitu ta’ fuq tan-normal (ULN) meta caspofungin u cyclosporin ingħataw flimkien, li marru bit-twaqqif tal-prodotti mediċinali. Fi studju retrospettiv ta’ 40 pazjent ittrattati waqt l-użu kummerċjalizzat b’caspofungin u cyclosporin għal 1 sa 290 ġurnata (medjan 17.5 ġranet), ma ġew innotati l-ebda reazzjonijiet avversi serji fil-fwied (ara sezzjoni 4.4). Għandu jiġi kkunsidrat monitoraġġ mill-qrib tal-enzimi tal-fwied jekk iż-żewġ prodotti mediċinali jintużaw flimkien.

Caspofungin naqqas il-konċentrazzjoni ta’ isfel ta’ tacrolimus b’26% f’voluntiera adulti b’saħħithom. Fil-każ ta’ pazjenti li jirċievu ż-żewġ terapiji, huma obbligatorji monitoraġġ standard tal- konċentrazzjonijiet ta’ tacrolimus fid-demm u aġġustamenti xierqa fid-dożaġġ ta’ tacrolimus.

Studji kliniċi fuq voluntiera adulti b’saħħithom juru li l-farmakokinetiċi ta’ caspofungin ma jinbidlux b’mod klinikament sinifikanti b’itraconazole, amphotericin B, mycophenolate, nelfinavir, jew tacrolimus. Caspofungin ma influwenzax il-farmakokinetiċi ta’ amphotericin B, itraconazole, rifampicin jew mycophenolate mofetil. Għalkemm l-informazzjoni dwar is-sigurtà hija limitata, jidher li m’hemmx bżonn prekawzjonijiet speċjali meta amphotericin B, itraconazole, nelfinavir jew mycophenolate mofetil jingħataw fl-istess ħin ma’ caspofungin.

Rifampicin ikkaġuna żieda ta’ 60% fl-AUC u żieda ta’ 170% fl-inqas konċentrazzjoni ta’ caspofungin fl-ewwel jum ta’ għoti flimkien meta ż-żewġ prodotti mediċinali ġew mibdija flimkien f’voluntiera adulti b’saħħithom. L-inqas livelli ta’ caspofungin naqsu b’mod gradwali wara għoti ripetut. Wara ġimagħtejn għoti, rifampicin kellu effett limitat fuq l-AUC, iżda l-inqas livelli kienu 30% iżjed baxxi milli f’individwi adulti li rċevew caspofungin waħdu. Il-mekkaniżmu tal-interazzjoni jista’ jkun dovut għal inibizzjoni inizjali u induzzjoni suċċessiva ta’ proteini tat-trasport. Jista’ jkun mistenni effett simili għal prodotti mediċinali oħra li jinduċu l-enzimi metaboliċi. Informazzjoni limitata minn studji farmakokinetiċi fuq il-popolazzjoni tindika li l-użu konkomitanti ta’ caspofungin mal-indutturi efavirenz, nevirapine, rifampicin, dexamethasone, phenytoin, jew carbamazepine jista’ jirriżulta fi tnaqqis fl-AUC ta’ caspofungin. Meta jingħataw fl-istess ħin indutturi tal-enzimi metaboliċi, għandha tiġi kkunsidrata żieda fid-doża ta’ kuljum ta’ caspofungin għal 70 mg fil-pazjenti adulti wara l-loading dose ta’ 70 mg (ara sezzjoni 4.2).

L-istudji kollha ta’ interazzjoni bejn mediċina u oħra fuq l-adulti deskritti fuq saru b’doża ta’ 50 jew 70 mg kuljum ta’ caspofungin. L-interazzjoni ta’ dożi ogħla ta’ caspofungin ma’ prodotti mediċinali oħrajn ma ġietx studjata b’mod formali.

F’pazjenti pedjatriċi, ir-riżultati minn analiżijiet ta’ rigressjoni ta’ informazzjoni farmakokinetika jissuġġerixxu li l-għoti ta’ dexamethasone ma’ caspofungin jista’ jirriżulta fi tnaqqis kliniku sinifikanti fl-inqas konċentrazzjonijiet ta’ caspofungin. Din is-sejba tista’ tindika li pazjenti pedjatriċi se jkollhom tnaqqis simili bl-indutturi kif jidher fl-adulti. Meta caspofungin jingħata lil pazjenti pedjatriċi (12-il xahar sa 17-il sena) fl-istess ħin ma’ indutturi tat-tneħħija tal-mediċina, bħal rifampicin, efavirenz, nevirapine, phenytoin, dexamethasone, jew carbamazepine, għandha tiġi kkunsidrata doża ta’ caspofungin ta’ 70-mg/m2 kuljum (li m’għandhiex taqbeż doża attwali ta’ 70 mg kuljum).

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx dejta jew hemm dejta limitata dwar l-użu ta’ caspofungin f’nisa tqal. Caspofungin m’għandux jintuża waqt it-tqala jekk ma jkunx hemm bżonn ċar. Studji fuq l-annimali urew tossiċità fuq l-iżvilupp (ara sezzjoni 5.3). Caspofungin intwera li jgħaddi mill-barriera tal-plaċenta.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk caspofungin jiġix eliminat fil-ħalib tas-sider tal-bniedem. Dejta farmakodinamika/tossikoloġika disponibbli mill-annimali uriet li kien hemm eliminazzjoni ta’ caspofungin fil-ħalib tas-sider. Nisa li jkunu qegħdin jirċievu caspofungin m’għandhomx ireddgħu.

Fertilità

Għal caspofungin, ma kienx hemm effetti fuq il-fertilità fi studji li saru fuq firien irġiel u nisa (ara sezzjoni 5.3). M’hemmx dejta klinika għal caspofungin biex tevalwa l-impatt tiegħu fuq il-fertilità.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Kienu rrappurtati reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva (anafilassi u reazzjonijiet avversi possibbilment medjati mill-istamina) (ara sezzjoni 4.4).

Edima fil-pulmun, sindrome ta’ distress respiratorju fl-adulti (ARDS), u infiltrati radjografiċi wkoll kienu rrappurtati f’pazjenti b’asperġillożi invażiva.

Pazjenti adulti

Fi studji kliniċi, 1,865 individwu adult ingħataw dożi waħdiena jew multipli ta’ caspofungin: 564 pazjent newtropeniku bid-deni (studju ta’ terapija empirika), 382 pazjent b’kandidjasi invażiva, 228 pazjent b’asperġillożi invażiva, 297 pazjent b’infezzjonijiet Candida lokalizzati, u 394 individwu rreġistrati fi studji ta’ Fażi I. Fl-istudji tat-terapija empirika, il-pazjenti kienu rċevew kemjoterapija għal tumuri malinni jew kienu sottosposti għal trapjant ematopoetiku tal-istem-cells (fosthom 39 trapjant alloġeneiku). Fl-istudji li kienu jinvolvu pazjenti b’infezzjonijiet Candida dokumentati, il- maġġoranza tal-pazjenti b’infezzjonijiet Candida invażivi kellhom kundizzjonijiet mediċi sottostanti (eż. tumuri tad-demm jew oħrajn, operazzjoni maġġuri riċenti, HIV) li kienu jeħtieġu diversi medikazzjonijiet konkomitanti. Il-pazjenti fl-istudju mhux komparattiv dwar l-Aspergillus sikwit kellhom kundizzjonijiet mediċi serji ta’ predispożizzjoni (eż. trapjanti tal-mudullun jew tal-istem cells periferali, tumuri ematoloġiċi, tumuri solidi jew trapjanti tal-organi) li kienu jeħtieġu diversi medikazzjonijiet konkomitanti.

Il-flebite kienet reazzjoni avversa lokali fis-sit tal-injezzjoni rrappurtata b’mod komuni fil- popolazzjonijiet kollha tal-pazjenti. Reazzjonijiet lokali oħra kienu jinkludu eritema, uġigħ/irtubija, ħakk, tnixxija, u sensazzjoni ta’ ħruq.

L-anormalitajiet kliniċi u tal-laboratorju li ġew irrappurtati fost l-adulti ttrattati b’caspofungin (total 1,780) kienu ġeneralment ħfief u rari wasslu għal twaqqif tal-kura.

Lista f’tabella ta’ reazzjonijiet avversi

Kienu rrappurtati r-reazzjonijiet avversi li ġejjin waqt l-istudji kliniċi u/jew użu wara t-tqegħid fis-suq:

Sistema tal-

Komuni (≥1/100

Mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100)

Mhux magħruf

Klassifika tal-

sa <1/10)

 

(ma tistax

Organi

 

 

tittieħed stima

 

 

 

mid-data

 

 

 

disponibbli)

Disturbi tad-demm

tnaqqis fl-

anemija, tromboċitopenja,

 

u tas-sistema

emoglobina,

koagulopatija, lewkopenja, żieda fl-

 

limfatika

tnaqqis fl-

għadd ta’ eosinofili, tnaqqis fl-għadd

 

 

ematokrit,

ta’ plejtlits, żieda fl-għadd ta’ plejtlits,

 

 

tnaqqis fl-

tnaqqis fl-għadd ta’ limfoċiti, żieda fl-

 

 

ammont ta’

għadd ta’ ċelloli tad-demm bojod,

 

 

ċelloli tad-demm

tnaqqis fl-ammont ta’ newtrofili

 

 

bojod

 

 

Disturbi fil-

ipokalemija

ammont żejjed ta’ fluwidu,

 

metaboliżmu u n-

 

ipomanjeżamija, anoreksja, żbilanċ fl-

 

nutrizzjoni

 

elettroliti, ipergliċemija, ipokalċemija,

 

 

 

aċidożi metabolika

 

Disturbi psikjatriċi

 

ansjetà, diżorjentament, diffikultà fl-

 

 

 

irqad

 

Disturbi fis-sistema

uġigħ ta’ ras

sturdament, disgweżja, paraesteżija,

 

nervuża

 

ħedla ta’ rqad, rogħda, ipoestesija

 

Disturbi fl-għajnejn

 

ikterus okulari, viżta mċajpra, edema

 

 

 

tal-kappell tal-għajn, żieda fid-dmugħ

 

Disturbi fil-qalb

 

palpitazzjonijiet, takikardija, arritmija,

 

 

 

fibrillazzjoni atrijali, kollass kardijaku

 

 

 

konġestiv

 

Disturbi vaskulari

flebite

tromboflebite, fwawar, fwawar tas-

 

 

 

sħana, pressjoni għolja, pressjoni baxxa

 

Disturbi

dispneja

konġestjoni nasali, uġigħ

 

respiratorji, toraċiċi

 

farinġolarinġeali, takipnea,

 

u medjastinali

 

bronkospasmi, sogħla, dispnea

 

 

 

parossimali notturnali, ipoksja, ħsejjes

 

 

 

tal-pulmun, tħarħir

 

Disturbi gastro-

dardir, dijarea,

uġigħ addominali, uġigħ addominali fil-

 

intestinali

rimettar

parti ta’ fuq, ħalq xott, dispepsja,

 

 

 

skumdità fl-istonku, distensjoni

 

 

 

addominali, axxite, stitikezza, disfaġja,

 

 

 

gass

 

Disturbi fil-fwied u

valuri tal-fwied

kolestażi, epatomegalija,

 

fil-marrara

għoljin (alanine

iperbilirubinemija, suffejra, funzjoni

 

 

aminotransferase,

tal-fwied anormali, tossiċità tal-fwied,

 

 

aspartate

disturbi fil-fwied, żieda fil-gamma-

 

 

aminotranserase,

glutamyltransferase

 

 

alkaline

 

 

 

phosphatase fid-

 

 

 

demm, bilirubin

 

 

 

konjugat,

 

 

 

bilirubin tad-

 

 

 

demm)

 

 

Disturbi fil-ġilda u

raxx, ħakk,

eritema multiforme, raxx makulari,

Nekrolożi

fit-tessuti ta’ taħt il-

eritema,

raxx makulo-papulari, raxx bil-ħakk,

epidermali

ġilda

iperidrożi

urtikarja, dermatite allerġika, ħakk

tossika u

 

 

ġeneralizzat, raxx eritematuż, raxx

syndrome ta’

 

 

ġeneralizzat, raxx morbilliforme,

Stevens-Johnson

 

 

leżjoni fil-ġilda

syndrome (ara

 

 

 

sezzjoni 4.4)

Disturbi

artralġja

uġigħ fid-dahar, uġigħ fl-estremitajiet,

 

muskolu-

 

uġigħ fl-għadam, dgħjufija muskulari,

 

skeletriċi u tat-

 

mijalġja

 

tessuti

 

 

 

konnettivi

 

 

 

Disturbi fil-

 

indeboliment tal-kliewi, indeboliment

 

kliewi u fis-

 

akut tal-kliewi

 

sistema

 

 

 

urinarja

 

 

 

Disturbi ġenerali u

deni, tkexkix ta’

uġigħ, uġigħ fis-sit tal-katiter, għeja,

 

kondizzjonijiet ta’

bard, ħakk fis-sit

bard, sħana, eritema fis-sit ta’ infużjoni,

 

mnejn jingħata

tal-infużjoni

twebbis tas-sit ta’ infużjoni, uġigħ fis-

 

 

 

sit ta’ infużjoni, flebite fis-sit tal-

 

 

 

injezzjoni, edema periferali, sensittività,

 

 

 

skumdità fis-sider, uġigħ fis-sider,

 

 

 

edema fil-wiċċ, ħass ta’ bidla fit-

 

 

 

temperatura tal-ġisem, twebbis,

 

 

 

ekstravażazzjoni fis-sit ta’ infużjoni,

 

 

 

irritazzjoni tas-sit ta’ infużjoni, flebite

 

 

 

tas-sit ta’ infużjoni, raxx fis-sit ta’

 

 

 

infużjoni, urtikarja fis-sit ta’ infużjoni,

 

 

 

eritema tas-sit ta’ injezzjoni, edema fis-

 

 

 

sit ta’ injezzjoni, uġigħ fis-sit ta’

 

 

 

injezzjoni, nefħa fis-sit ta’ injezzjoni,

 

 

 

telqa, edema

 

Investigazzjonijiet

tnaqqis tal-

żieda tal-kreatinina fid-demm, preżenza

 

 

potassju fid-

ta’ ċelloli ħomor tad-demm fl-awrina,

 

 

demm, tnaqqis

tnaqqis fit-total ta’ proteini, preżenza

 

 

tal-albumina fid-

tal-proteini fl-awrina, żieda fil-ħin ta’

 

 

demm

prothrombin, tnaqqis fil-ħin ta’

 

 

 

prothrombin, tnaqqis tas-sodju fid-

 

 

 

demm, żieda tas-sodju fid-demm,

 

 

 

tnaqqis tal-kalċju fid-demm, żieda tal-

 

 

 

kalċju fid-demm, tnaqqis tal-chloride

 

 

 

fid-demm, żieda tal-glukożju fid-

 

 

 

demm, tnaqqis tal-manjeżju fid-demm,

 

 

 

tnaqqis tal-fosfru fid-demm, żieda tal-

 

 

 

fosfru fid-demm, żieda tal-urea fid-

 

 

 

demm, ħin ta’ thromboplastin parzjali

 

 

 

attivat imtawwal, tnaqqis tal-bikarbunat

 

 

 

tad-demm, żieda tal-chloride fid-demm,

 

 

 

żieda tal-potassju fid-demm, żieda fil-

 

 

 

pressjoni tad-demm, tnaqqis tal-uric

 

 

 

acid fid-demm, demm fl-awrina

 

 

 

preżenti, ħsejjes mhux normali man-

 

 

 

nifs, tnaqqis fil-carbon dioxide, żieda

 

 

 

fil-livell ta’ mediċina

 

 

 

immunosuppressanti, żieda fil-

 

 

 

proporzjon normalizzat internazzjonali,

 

 

 

casts tal-awrina, żieda fiċ-ċelloli bojod

 

 

 

tad-demm, u żieda fil-pH tal-awrina.

 

Caspofungin ġie evalwat ukoll b’150 mg kuljum (għal mhux aktar minn 51 jum) f’100 pazjent adult (ara sezzjoni 5.1). L-istudju qabbel caspofungin b’50 mg kuljum (wara doża inizjali qawwija ta’

70 mg f’Jum 1) ma’ 150 mg kuljum fil-kura ta’ kandidjasi invażiva. F’dan il-grupp ta’ pazjenti, is- sigurtà ta’ caspofungin f’din id-doża ogħla dehret ġeneralment simili għal dik ta’ pazjenti li kienu qegħdin jirċievu d-doża ta’ 50 mg ta’ kuljum ta’ caspofungin. Il-proporzjon ta’ pazjenti b’reazzjoni avversa serja relatata mal-mediċina jew reazzjoni serja relatata mal-mediċina li wasslet għall-waqfien ta’ caspofungin kienet komparabbli fiż-2 gruppi ta’ kura.

Pazjenti pedjatriċi

Dejta minn 5 studji kliniċi kompluti f’171 pazjent pedjatriku tissuġġerixxi li l-inċidenza globali ta’ esperjenzi avversi kliniċi (26.3%; 95% CI -19.9, 33.6) ma kinitx agħar minn dik irrappurtata għall- adulti kkurati b’caspofungin (43.1%; 95% CI -40.0, 46.2). Madankollu, pazjenti pedjatriċi probabbilment għandhom profil ta’ każijiet avversi differenti meta mqabbel ma’ pażjenti adulti. L- aktar esperjenzi kliniċi avversi komuni marbuta mal-mediċina rrappurtati f’pazjenti pedjatriċi kkurati b’caspofungin kienu deni (11.7%), raxx (4.7%) u uġigħ ta’ ras (2.9%).

Lista f’tabella ta’ reazzjonijiet avversi

Ġew irrappurtati dawn ir-reazzjonijiet avversi:

Sistema tal-Klassifika tal-Organi

Komuni

Komuni (≥1/100 sa <1/10)

 

ħafna (≥1/10)

 

Disturbi tad-demm u tas-sistema

 

żieda fl-għadd ta’ eosinofili

limfatika

 

 

Disturbi fis-sistema nervuża

 

uġigħ ta’ ras

Disturbi fil-qalb

 

takikardija

Disturbi vaskulari

 

fwawar, pressjoni baxxa

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

 

żieda fil-livelli tal-enzimi fil-fwied (AST, ALT)

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’

 

raxx, ħakk

taħt il-ġilda

 

 

Disturbi ġenerali u

deni

tertir, uġigħ fis-sit tal-kateter

kondizzjonijiet ta’ mnejn

 

 

jingħata

 

 

Investigazzjonijiet

 

tnaqqis fil-potassju, ipomanjesimja, żieda fil-

 

 

glukożju, tnaqqis fil-fosfru, u żieda fil-fosfru

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Kien hemm rapporti ta’ għoti aċċidentali ta’ dożi sa 400 mg ta’ caspofungin f’ġurnata waħda. Dawn l- inċidenzi ma rriżultawx f’reazzjonijiet avversi klinikament sinifikanti. Caspofungin mhuwiex dijalizzabbli.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: antimikotiċi għall-użu sistemiku, Kodiċi ATC: J02AX04

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

L-aċetat ta’ caspofungin huwa kompost ta’ lipopeptide (echinocandin) semisintetiku sintetizzat minn prodott ta’ fermentazzjoni ta’ Glarea lozoyensis. L-aċetat ta’ caspofungin jimpedixxi s-sinteżi ta’ beta (1,3)-D-glucan, komponent essenzjali tal-ħajt taċ-ċelloli ta’ ħafna fungi u ħmira li fihom fibri qishom ħjut. Beta (1,3)-D-glucan mhuwiex preżenti fiċ-ċelloli mammiferi.

L-attività fungiċida b’caspofungin ġiet murija kontra ħmejjer Candida. Studji in vitro u in vivo juru li l-esponiment tal-Aspergillus għal caspofungin jirriżulta f’lisi u mewt tal-ponot apikali tal-filamenti fil- miċelju ta’ fungu u tal-fergħat fejn iseħħu t-tkabbir u l-qsim taċ-ċelloli.

Effetti farmakodinamiċi

Caspofungin għandu attività in vitro kontra l-ispeċijiet Aspergillus (Aspergillus fumigatus [N = 75], Aspergillus flavus [N = 111], Aspergillus niger [N = 31], Aspergillus nidulans [N = 8], Aspergillus terreus [N = 52], u Aspergillus candidus [N = 3]). Caspofungin għandu wkoll attività in vitro kontra l- ispeċijiet Candida (Candida albicans [N = 1032], Candida dubliniensis [N = 100], Candida glabrata [N = 151], Candida guilliermondii [N = 67], Candida kefyr [N = 62], Candida krusei [N = 147], Candida lipolytica [N = 20], Candida lusitaniae [N = 80], Candida parapsilosis [N = 215], Candida rugosa [N = 1], u Candida tropicalis [N = 258]), fosthom iżolati b’multiple resistance transport mutations u dawk b’reżistenza akkwiżita jew intrinsika għal fluconazole, amphotericin B, u 5- flucytosine. L-ittestjar tas-suxxettibilità sar skont modifika kemm tal-metodu M38-A2 (għall-ispeċijiet Aspergillus) tal-Istitut għall-Istandards Kliniċi u tal-Laboratorju (CLSI, li qabel kien magħruf bħala l- Kumitat Nazzjonali għall-Istandards tal-Laboratorji Kliniċi [NCCLS]) kif ukoll tal-metodu M27-A3 (għall-ispeċijiet Candida).

Metodi standardizzati għall-ittestjar tas-suxxettibilità ġew stabbiliti għal ħmira minn EUCAST. Il- breakpoints ta’ EUCAST għadhom ma ġewx stabbiliti għal caspofungin, minħabba varjazzjoni sinifikanti ta’ ġewwa l-laboratorju fil-firxiet tal-MIC għal caspofungin. Minflok breakpoints, iżolati ta’ Candida li huma suxxettibbli għal anidulafungin kif ukoll micafungin għandhom jitqiesu suxxettibbli għal caspofungin. B’mod simili, iżolati ta’ C. parapsilosis intermedji għal anidulafungin u micafungin jistgħu jitqiesu bħala intermedji għal caspofungin.

Mekkaniżmu ta’ reżistenza

Iżolati ta’ Candida b’suxxettibilità mnaqqsa għal caspofungin ġew identifikati f’numru żgħir ta’ pazjenti waqt il-kura (MICs għal caspofungin >2 mg/L (żidiet ta’ bejn 4 darbiet sa 30 darba l-MIC) kienu rrappurtati bl-użu ta’ tekniki ta’ ttestjar standardizzati tal-MIC approvati minn CLSI). Il- mekkaniżmu ta’ reżistenza identifikat huwa mutazzjonijiet fil-ġene FKS1 u/jew FKS2 (għal C. glabrata). Dawn il-każijiet ġew assoċjati ma’ riżultati kliniċi ħżiena.

Kien identifikat żvilupp ta’ reżistenza in vitro għal caspofungin mill-ispeċijiet Aspergillus. F’esperjenza klinika limitata, kienet osservata reżistenza għal caspofungin f’pazjenti b’asperġillożi invażiva. Il-mekkaniżmu tar-reżistenza ma kienx stabbilit. L-inċidenza tar-reżistenza għal caspofungin mid-diversi iżolati kliniċi ta’ Aspergillus hija rari. Ir-reżistenza għal caspofungin f’Candida ġiet osservata iżda l-inċidenza tista’ tkun differenti skont l-ispeċi jew ir-reġjun.

Effikaċja klinika u sigurtà

Kandidjasi Invażiva f’Pazjenti Adulti: Mitejn u disgħa u tletin pazjent ġew irreġistrati fi studju inizjali li qabbel caspofungin ma’ amphotericin B għat-trattament ta’ kandidjasi invażiva. Erbgħa u għoxrin pazjent kellhom newtropenija. L-aktar sejbiet frekwenti kienu infezzjonijiet fin-nixxiegħa tad-demm (candidaemia) (77 %, n=186) u peritonite Candida (8 %, n=19); pazjenti b’endokardite, osteomjelite, jew meninġite Candida kienu esklużi minn dan l-istudju. Caspofungin 50 mg darba kuljum ingħata wara loading dose ta’ 70 mg, filwaqt li amphotericin B ingħata f’doża ta’ 0.6 sa 0.7 mg/kg/kuljum lil pazjenti mhux newtropeniċi jew 0.7 sa 1.0 mg/kg/kuljum lil pazjenti newtropeniċi. It-tul medju tat- terapija fil-vini kien ta’ 11.9 ġranet, b’medda ta’ 1 sa 28 ġurnata. Rispons favorevoli kien jeħtieġ kemm għibien tas-sintomi kif ukoll tneħħija mikrobijoloġika tal-infezzjoni Candida. Mitejn u erbgħa u għoxrin pazjent kienu inklużi fl-analiżi primarja tal-effikaċja (analiżi MITT) tar-rispons fit-tmiem tat- terapija ta’ studju fil-vini; ir-rati ta’ rispons favorevoli għat-trattament ta’ kandidjasi invażiva kienu komparabbli għal caspofungin (73 % [80/109]) u amphotericin B (62 % [71/115]) [% differenza 12.7

(95.6 % CI -0.7, 26.0)]. Fost il-pazjenti b’candidaemia, ir-rati ta’ rispons favorevoli fit-tmiem tat- terapija ta’ studju fil-vini kienu komparabbli għal caspofungin (72 % [66/92]) u amphotericin B (63 % [59/94]) fl-analiżi primarja tal-effikaċja (analiżi MITT) [% differenza 10.0 (95.0 % CI -4.5, 24.5)]. L- informazzjoni minn pazjenti b’siti ta’ infezzjoni mhux fid-demm kienet iżjed limitata. Ir-rati ta’ rispons favorevoli f’pazjenti newtropeniċi kienu 7/14 (50 %) fil-grupp ta’ caspofungin u 4/10 (40 %) fil-grupp ta’ amphotericin B. Din l-informazzjoni limitata hija appoġġata mill-eżitu tal-istudju dwar it- terapija empirika.

Fit-tieni studju, pazjenti b’kandidjasi invażiva rċevew dożi ta’ kuljum ta’ caspofungin b’50 mg/kuljum (wara doża inizjali qawwija ta’ 70 mg f’Jum 1) jew caspofungin b’150 mg/kuljum (ara sezzjoni 4.8). F’dan l-istudju, id-doża ta’ caspofungin ingħatat fuq sagħtejn (minflok bl-għoti ta’ rutina ta’ siegħa). L-istudju eskluda pazjenti ssuspettati li kellhom endokardite, meninġite, jew osteomijelite kkawżata minn Candida. Minħabba li dan kien studju ta’ terapija primarja, pazjenti li kienu rifrattorji għal sustanzi antifungali preċedenti kienu esklużi wkoll. In-numru ta’ pazjenti newtropeniċi reġistrati f’dan l-istudju kien wieħed limitat ukoll (8.0%). L-effikaċja kienet punt ta’ tmiem sekondarju f’dan l-istudju. Il-pazjenti li ssodisfaw il-kriterji tad-dħul u li rċevew doża waħda jew aktar tal-kura tal-istudju ta’ terapija ta’ caspofungin ġew inklużi fl-analiżi tal-effikaċja. Ir-rati ta’ rispons ġenerali favorevoli fi tmiem il-kura b’caspofungin kienu simili fiż-2 gruppi ta’ kura: 72 % (73/102) u 78 % (74/95) għall- gruppi ta’ kura ta’ caspofungin 50 mg u 150 mg, rispettivament (differenza 6.3 % [95 % CI -5.9, 18.4]).

Asperġillożi Invażiva f’Pazjenti Adulti: Disgħa u sittin pazjent adult (18-80 sena) b’asperġillożi invażiva ġew irreġistrati fi studju open-label, mhux komparattiv biex jiġu evalwati s-sigurtà, it- tollerabilità u l-effikaċja ta’ caspofungin. Il-pazjenti riedu jkunu jew refrattorji (progressjoni tal-marda jew nuqqas ta’ titjib b’terapiji antifungali oħra mogħtija għal mill-anqas 7 ijiem) (84 % tal-pazjenti rreġistrati) jew intolleranti (16 % tal-pazjenti rreġistrati) għal terapiji antifungali oħra standard. Il- biċċa l-kbira tal-pazjenti kellhom kundizzjonijiet sottostanti (tumuri ematoloġiċi [N = 24], trapjant alloġeneiku tal-mudullun jew trapjant ta’ stem cells [N = 18], trapjant ta’ organi [N = 8], tumur solidu [N = 3], jew kundizzjonijiet oħra [N = 10]). Intużaw definizzjonijiet strinġenti, immudellati wara l- Kriterji tal-Grupp ta’ Studju dwar il-Mikożi, għad-dijanjosi tal-asperġillożi invażiva u għar-rispons għat-terapija (rispons favorevoli kien jeħtieġ kemm titjib kliniku sinifikanti fir-radjografs kif ukoll fis- sinjali u s-sintomi). It-terapija damet medja ta’ 33.7 ġranet, b’medda ta’ 1 sa 162 ġurnata. Panel ta’ esperti indipendenti stabbilixxa li 41% (26/63) tal-pazjenti li rċevew mill-anqas doża waħda ta’ caspofungin kellhom rispons favorevoli. Fil-każ ta’ dawk il-pazjenti li rċevew iżjed minn 7 ijiem ta’ terapija b’caspofungin, 50 % (26/52) kellhom rispons favorevoli. Ir-rati ta’ rispons favorevoli għall- pazjenti li kienu jew refrattorji jew intolleranti għal terapiji preċedenti kienu 36 % (19/53) u 70 % (7/10), rispettivament. Għalkemm id-dożi tat-terapiji antifungali preċedenti f’5 pazjenti rreġistrati bħala refrattorji kienu iżjed baxxi minn dawk li sikwit jingħataw għal asperġillożi invażiva, ir-rata ta’ rispons favorevoli matul it-terapija b’caspofungin f’dawn il-pazjenti kienet simili għal dik li dehret fil- bqija tal-pazjenti refrattorji (2/5 kontra 17/48, rispettivament). Ir-rati ta’ rispons fost pazjenti b’mard pulmonari u mard ekstrapulmonari kienu 47% (21/45) u 28% (5/18), rispettivament. Fost il-pazjenti b’mard ekstrapulmonari, 2 minn 8 pazjenti li kellhom ukoll involviment definittiv, probabbli, jew possibbli tal-CNS kellhom rispons favorevoli.

Terapija Empirika f’Pazjenti Newtropeniċi Febbrili Adulti: Total ta’ 1111-il pazjent b’deni persistenti u newtropenija ġew irreġistrati fi studju kliniku u ttrattati b’caspofungin 50 mg darba kuljum wara loading dose ta’ 70 mg jew b’amphotericin B liposomali 3.0 mg/kg/kuljum. Il-pazjenti eliġibbli kienu rċevew kemjoterapija għal tumuri jew kienu sottoposti għal trapjant ematopoetiku tal-istem cells, u

ppreżentaw newtropenija (<500 ċellola/mm3 għal 96 siegħa) u deni (>38.0°C) li ma rrispondewx għal ≥96 siegħa ta’ terapija antibatterika parenterali. Il-pazjenti kellhom jiġu kkurati sa 72 siegħa wara li titlaq in-newtropenija, b’dewmien massimu ta’ 28 ġurnata. Madankollu, pazjenti misjuba li għandhom infezzjoni fungali dokumentata setgħu jiġu ttrattati għal perjodu itwal. Jekk il-mediċina kienet ittollerata sewwa iżda d-deni tal-pazjent ippersista u l-kundizzjoni klinika ddeterjorat wara 5 ijiem ta’ terapija, id-doża tal-mediċina tal-istudju setgħet tiżdied għal 70 mg/kuljum ta’ caspofungin (13.3% tal- pazjenti ttrattati) jew għal 5.0 mg/kg/kuljum ta’ amphotericin B liposomali (14.3 % tal-pazjenti ttrattati). Kien hemm 1095 pazjent inklużi fl-analiżi primarja tal-effikaċja Modified Intention-To-Treat (MITT) tar-rispons favorevoli globali; caspofungin (33.9 %) kien effettiv daqs amphotericin B

liposomali (33.7 %) [% differenza 0.2 (95.2 % CI –5.6, 6.0)]. Rispons favorevoli globali kien jeħtieġ li jiġu sodisfatti kull wieħed minn 5 kriterji: (1) trattament b’suċċess ta’ kwalunkwe infezzjoni fungali fil-linja bażi (caspofungin 51.9 % [14/27], amphotericin B liposomali 25.9 % [7/27]), (2) ebda infezzjonijiet fungali ġodda waqt l-għoti tal-mediċina tal-istudju jew sa 7 ijiem wara t-tlestija tat- trattament (caspofungin 94.8 % [527/556], amphotericin B liposomali 95.5 % [515/539]), (3) sopravivenza għal 7 ijiem wara t-tlestija tat-terapija tal-istudju (caspofungin 92.6 % [515/556], amphotericin B liposomali 89.2 % [481/539]), (4) ebda twaqqif mill-mediċina tal-istudju minħabba effett tossiku relatat mal-mediċina jew nuqqas ta’ effikaċja (caspofungin 89.7 % [499/556], amphotericin B liposomali 85.5 % [461/539]), u (5) tluq tad-deni matul il-perjodu ta’ newtropenija (caspofungin 41.2 % [229/556], amphotericin B liposomali 41.4 % [223/539]). Ir-rati ta’ rispons għal caspofungin u amphotericin B liposomali għall-infezzjonijiet tal-linja bażi kkawżati mill-ispeċijiet Aspergillus kienu, rispettivament, 41.7 % (5/12) u 8.3 % (1/12), u mill-ispeċijiet Candida kienu

66.7 % (8/12) and 41.7 % (5/12). Pazjenti fil-grupp ta’ caspofungin esperjenzaw infezzjonijiet ġodda minħabba dawn il-ħmejjer u mofof mhux komuni: speċi Trichosporon (1), speċi Fusarium (1), speċi Mucor (1), u speċi Rhizopus (1).

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ caspofungin ġiet evalwata f’pazjenti pedjatriċi minn 3 xhur sa 17-il sena f’żewġ provi kliniċi prospettivi multiċentri. Id-disinn tal-istudju, il-kriterji dijanjostiċi, u l-kriterji għall-valutazzjoni tal-effikaċja kienu simili għall-istudji korrispondenti f’pazjenti adulti (ara sezzjoni 5.1).

L-ewwel studju, li rreġistra 82 pazjent ta’ bejn 2 u 17-il sena, kien studju double-blind, randomizzat li qabbel caspofungin (50 mg/m2 IV darba kuljum wara loading dose ta’ 70-mg/m2 f’Jum 1 [li m’għandux jaqbeż 70 mg kuljum]) ma’ amphotericin B liposomali (3 mg/kg IV kuljum) b’mod ta’ trattament ta’ 2:1 (56 fuq caspofungin, 26 fuq amphotericin B liposomali) bħala terapija empirika f’pazjenti pedjatriċi b’deni persistenti u newtropenija. Ir-rati globali ta’ suċċess fir-riżultati tal-analiżi MITT, aġġustati skont il-faxxa tar-riskju, kienu kif ġej: 46.6 % (26/56) għal caspofungin u 32.2 % (8/25) għal amphotericin B liposomali.

It-tieni studju kien studju prospettiv, open-label, mhux komparattiv li kkalkula s-sigurtà u l-effikaċja ta’ caspofungin f’pazjenti pedjatriċi (6 xhur sa 17-il sena) b’kandidjasi invażiva, kandidjasi esofagali, u asperġillożi invażiva (bħala terapija ta’ salvataġġ). Kienu rreġistrati disgħa u erbgħin pazjent li rċevew caspofungin f’doża ta’ 50 mg/m2 IV darba kuljum wara loading dose ta’ 70 mg/m2 f’Jum 1 (li m’għandhiex taqbeż 70 mg kuljum), li 48 minnhom ġew inklużi fl-analiżi MITT. Minn dawn, 37 kellhom kandidjasi invażiva, 10 kellhom asperġillożi invażiva, u pazjent wieħed kellu kandidjasi esofagali. Ir-rata ta’ rispons favorevoli, skont l-indikazzjoni, fit-tmiem tat-terapija b’caspofungin kienet segwenti fl-analiżi MITT: 81 % (30/37) fil-kandidjasi invażiva, 50 % (5/10) fl-asperġillożi invażiva, u 100 % (1/1) fil-kandidjasi esofagali.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Distribuzzjoni

Caspofungin jeħel b’mod estensiv mal-albumina. Il-frazzjoni mhux imwaħħla ta’ caspofungin fil- plażma tvarja minn 3.5% f’voluntiera b’saħħithom għal 7.6% f’pazjenti b’kandidjasi invażiva. Id- distribuzzjoni tilgħab rwol prominenti fil-farmakokinetiċi ta’ caspofungin fil-plażma u hija l-pass li jikkontrolla r-rata fil-fażijiet ta’ dispożizzjoni kemm alpha kif ukoll beta. Id-distribuzzjoni fit-tessuti laħqet l-ogħla livell ma’ 1.5 sa 2 ġranet wara l-għoti tad-doża meta 92% tad-doża kien distribwit fit- tessuti. Huwa probabbli li frazzjoni żgħira biss tal-caspofungin li jidħol fit-tessuti jerġa’ lura fil- plażma bħala kompost ewlieni. Għaldaqstant, isseħħ eliminazzjoni fin-nuqqas ta’ ekwilibriju ta’ distribuzzjoni, u stima reali tal-volum ta’ distribuzzjoni ta’ caspofungin hija attwalment impossibbli li tinkiseb.

Bijotrasformazzjoni

Caspofungin jgħaddi minn degradazzjoni spontanja għal kompost open ring. Metaboliżmu ulterjuri jinvolvi idrolisi tal-peptide u N-acetylation. Żewġ prodotti intermedji, iffurmati waqt id-degradazzjoni

ta’ caspofungin għal dan il-kompost open ring, jiffurmaw adducts kovalenti għall-proteini tal-plażma li jirriżultaw f’livell baxx irriversibbli ta’ twaħħil mal-proteini tal-plażma.

Studji in vitro juru li caspofungin mhuwiex inibitur tal-enzimi taċ-ċitokromu P450 1A2, 2A6, 2C9, 2C19, 2D6 jew 3A4. Fi studji kliniċi, caspofungin ma kkawżax jew impedixxa l-metaboliżmu CYP3A4 ta’ prodotti mediċinali oħra. Caspofungin mhuwiex substrat għall-glikoproteina P u huwa substrat fqir għall-enzimi taċ-ċitokromu P450.

Eliminazzjoni

L-eliminazzjoni ta’ caspofungin mill-plażma sseħħ bil-mod bi tneħħija ta’ 10-12 ml/min. Il- konċentrazzjoni ta’ caspofungin fil-plażma tonqos b’mod polifażiku wara infużjonijiet waħdiena ta’ siegħa ġol-vini. Fażi alpha qasira sseħħ immedjatament wara l-infużjoni, segwita minn fażi beta b’half-life ta’ 9 sa 11-il siegħa. Isseħħ ukoll fażi gamma addizzjonali b’half-life ta’ 45 siegħa. Id- distribuzzjoni, pjuttost milli l-eskrezzjoni jew il-bijotrasformazzjoni, hija l-mekkaniżmu dominanti li jinfluwenza t-tneħħija mill-plażma.

Madwar 75% ta’ doża radjuattiva ġiet irkuprata tul 27 ġurnata: 41% fl-awrina u 34% fl-ippurgar. Ftit isseħħ eskrezzjoni jew bijotrasformazzjoni ta’ caspofungin matul l-ewwel 30 siegħa wara l-għoti. L- eskrezzjoni hija bil-mod u l-half-life terminali tar-radjuattività kienet ta’ 12 sa 15-il ġurnata. Ammont żgħir ta’ caspofungin jitneħħa mhux mibdul fl-awrina (madwar 1.4% tad-doża).

Caspofungin juri farmakokinetiċi moderati mhux lineari b’akkumulazzjoni miżjuda hekk kif tiżdied id-doża, u dipendenza fuq id-doża fil-ħin sakemm jintlaħaq stat stabbli wara l-għoti ta’ ħafna dożi.

Popolazzjonijiet speċjali

Deher esponiment akbar għal caspofungin f’pazjenti adulti b’indeboliment fil-kliewi u indeboliment ħafif tal-fwied, fin-nisa, u fl-anzjani. Ġeneralment iż-żieda kienet modesta u mhix kbira biżżejjed biex titlob aġġustament fid-doża. F’pazjenti adulti b’indeboliment moderat fil-fwied u f’pazjenti itqal fil- piż, jista’ jkun meħtieġ aġġustament fid-doża (ara taħt).

Piż: Il-piż instab li jaffettwa l-farmakokinetiċi ta’ caspofungin fl-analiżi farmakokinetika tal- popolazzjoni f’pazjenti adulti f’kandidjasi. Il-konċentrazzjonijiet fil-plażma jonqsu maż-żieda fil-piż. L-esponiment medju f’pazjent adult li jiżen 80 kg kien imbassar li huwa madwar 23% inqas milli f’pazjent adult li jiżen 60 kg (ara sezzjoni 4.2).

Indeboliment tal-fwied: F’pazjenti adulti b’indeboliment ħafif u moderat tal-fwied, l-AUC tiżdied madwar 20 u 75%, rispettivament. M’hemmx esperjenza klinika f’pazjenti adulti b’indeboliment epatiku sever u f’pazjenti pedjatriċi bi kwalunkwe livell ta’ indeboliment tal-fwied. Fi studju ta’ dożi multipli, tnaqqis fid-doża għal 35 mg kuljum f’pazjenti adulti b’indeboliment moderat tal-fwied intwera li jipprovdi AUC simili għal dik miksuba f’suġġetti adulti b’funzjoni tal-fwied normali li kienu qegħdin jirċievu t-terapija standard (ara sezzjoni 4.2).

Indeboliment tal-kliewi: Fi studju kliniku ta’ dożi waħdiena ta’ 70 mg, il-farmakokinetiċi ta’ caspofungin kienu simili fil-voluntiera adulti b’indeboliment renali ħafif (tneħħija tal-kreatinina ta’ 50 sa 80 ml/min) u s-suġġetti ta’ kontroll. Indeboliment renali moderat (tneħħija tal-kreatinina ta’ 31 sa 49 ml/min), avanzat (tneħħija tal-kreatinina ta’ 5 sa 30 ml/min), u tal-aħħar stadju (tneħħija tal- kreatinina ta’ <10 ml/min u dipendenti fuq id-dijalisi) żied moderatament il-konċentrazzjonijiet ta’ caspofungin fil-plażma wara l-għoti ta’ doża waħda (medda: 30 sa 49 % għall-AUC). Madankollu, f’pazjenti adulti b’kandidjasi invażiva, kandidjasi esofagali, jew asperġillożi invażiva li rċevew dożi multipli kuljum ta’ caspofungin 50 mg, ma kienx hemm effett sinifikanti ta’ indeboliment renali ħafif sa avanzat fuq il-konċentrazzjonijiet ta’ caspofungin. M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fid-doża għal pazjenti b’indeboliment tal-kliewi. Caspofungin mhuwiex dijalizzabbli, u għalhekk m’hemmx bżonn ta’ dożi supplimentari wara emodijalisi.

Sess tal-persuna: Bħala medja, il-konċentrazzjonijiet ta’ caspofungin fin-nisa kienu 17-38% ogħla milli fl-irġiel.

Anzjani: Kienet osservata żieda modesta fl-AUC (28 %) u l-C24h (32 %) f’individwi rġiel anzjani meta mqabbel ma’ rġiel żgħażagħ. Fil-pazjenti li ġew ittrattati b’mod empiriku jew li kellhom kandidjasi invażiva, deher effett modest simili f’pazjenti akbar fl-età meta mqabbel ma’ pazjenti iżgħar.

Razza: Tagħrif farmakokinetiku mill-pazjenti indika li ma dehrux differenzi kliniċi sinifikanti fil- farmakokinetiċi ta’ caspofungin fost il-Kawkasi, is-Suwed, l-Ispaniċi, u l-Mestizos.

Pazjenti pedjatriċi:

Fl-adoloxxenti (etajiet minn 12 sa 17-il sena) li rċevew caspofungin f’doża ta’ 50 mg/m2 kuljum (massimu 70 mg kuljum), l-AUC0-24hr ta’ caspofungin fil-plażma kienet ġeneralment komparabbli ma’ dik li dehret f’persuni adulti li rċevew caspofungin f’doża ta’ 50 mg kuljum. L-adoloxxenti kollha rċevew dożi ta’ >50 mg kuljum, u, fil-fatt, 6 minn 8 irċevew id-doża massima ta’ 70 mg/kuljum. Il- konċentrazzjonijiet fil-plażma ta’ caspofungin f’dawn l-adoloxxenti kienu mnaqqsa meta mqabbla ma’ persuni adulti li rċevew 70 mg kuljum, id-doża li ngħatat l-aktar ta’ spiss lill-adoloxxenti.

Fit-tfal (etajiet minn 2 sa 11-il sena) li rċevew caspofungin f’doża ta’ 50 mg/m2 kuljum (massimu

70 mg kuljum), l-AUC0-24hr ta’ caspofungin fil-plażma wara dożi multipli kienet komparabbli ma’ dik li dehret f’persuni adulti li rċevew caspofungin f’doża ta’ 50 mg/kuljum.

Fit-tfal żgħar u t-trabi li għadhom kemm telqu jimxu (etajiet minn 12 sa 23 xahar) li rċevew caspofungin f’doża ta’ 50 mg/m2 kuljum (massimu 70 mg kuljum), l-AUC0-24hr ta’ caspofungin fil- plażma wara dożi multipli kienet komparabbli ma’ dik li dehret f’persuni adulti li rċevew caspofungin f’doża ta’ 50 mg kuljum u ma’ dik fi tfal akbar (etajiet minn 2 sa 11-il sena) li rċevew id-doża ta’

50 mg/m2 kuljum.

B’mod ġenerali, l-informazzjoni disponibbli dwar il-farmakokinetika, l-effikaċja u s-sigurtà hija limitata f’pazjenti ta’ bejn 3 u 10 xhur. Tagħrif farmakokinetiku minn tarbija waħda ta’ 10 xhur li

rċeviet id-doża ta’ 50 mg/m2 kuljum indika AUC0-24hr fl-istess medda bħal dik osservata fi tfal akbar u l-adulti bid-doża ta’ 50 mg/m2 u d-doża ta’ 50 mg, rispettivament, filwaqt li f’tarbija waħda ta’ 6 xhur

li rċeviet id-doża ta’ 50 mg/m2, l-AUC0-24hr kienet kemxejn ogħla.

Fi trabi għadhom jitwieldu u trabi żgħar (<3 xhur) li rċevew caspofungin f’doża ta’ 25 mg/m2 kuljum (doża medja korrispondenti ta’ 2.1 mg/kg kuljum), l-akbar konċentrazzjoni ta’ caspofungin fil-plażma (C1 hr) u l-inqas konċentrazzjoni ta’ caspofungin fil-plażma (C24 hr) wara dożi multipli kienu komparabbli ma’ dawk li dehru f’persuni adulti li rċevew caspofungin f’doża ta’ 50 mg kuljum. F’Jum 1, il-C1 hr kienet komparabbli u l-C24 hr daqsxejn għolja (36 %) f’dawn it-trabi għadhom jitwieldu u t- trabi żgħar meta mqabbel mal-adulti. Madankollu, dehret varjabilità kemm fil-C1 hr (Jum 4 medja ġeometrika 11.73 µg/ml, medda 2.63 sa 22.05 µg/ml) kif ukoll fil-C24 hr (Jum 4 medja ġeometrika 3.55

µg/ml, medda 0.13 sa 7.17 µg/ml). Ma sarx kejl tal-AUC0-24hr f’dan l-istudju minħabba li ma tantx ittieħdu kampjuni ta’ plażma. Fatt importanti, l-effikaċja u s-sigurtà ta’ caspofungin ma ġewx studjati

adegwatament fi provi kliniċi prospettivi li kienu jinkludu trabi għadhom jitwieldu u trabi ta’ inqas minn 3 xhur.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Studji dwar l-effett tossiku minn dożi ripetuti fil-firien u x-xadini bl-użu ta’ dożi sa 7-8 mg/kg mogħtija ġol-vini wrew reazzjonijiet fis-sit tal-injezzjoni fil-firien u x-xadini, sinjali ta’ rilaxx tal- istamina fil-firien, u evidenza ta’ effetti avversi diretti fil-fwied tax-xadini. Studji tal-effett tossiku fuq l-iżvilupp fil-firien urew li caspofungin ikkaġuna tnaqqis fil-piż tal-ġisem tal-fetu u żieda fl-inċidenza ta’ ossifikazzjoni inkompleta tal-vertebra, tal-isternebra, u tal-għadma tal-kranju b’dożi ta’ 5 mg/kg li kienu msieħba ma’ effetti ħżiena fl-omm bħal sinjali ta’ rilaxx tal-istamina f’firien tqal. Ġiet innotata wkoll żieda fl-inċidenza tal-kustilji ċervikali. Caspofungin kien negattiv f’assaġġi in vitro għall- ġenotossiċità potenzjali kif ukoll fit-test kromosomali in vivo fuq il-mudullun tal-ġurdien. Ma sarux studji fit-tul fuq l-annimali biex jiġi evalwat il-potenzjal karċinoġeniku. Għal caspofungin, ma kienx hemm effetti fuq il-fertilità fi studji li saru fuq firien rġiel u nisa sa 5 mg/kg/jum.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Sucrose

Mannitol

Glacial acetic acid

Sodium hydroxide (biex jaġġusta l-pH)

6.2Inkompatibbiltajiet

Tħallatx ma’ dilwenti li fihom il-glucose, billi CANCIDAS mhuwiex stabbli f’dilwenti li fihom il- glucose. Fin-nuqqas ta’ studji ta’ kompatibilità, dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

sentejn

Il-konċentrat rikostitwit: għandu jintuża mill-ewwel. Informazzjoni dwar l-istabilità wriet li l- konċentrat għal soluzzjoni għal infużjoni jista’ jinħażen 24 siegħa meta l-kunjett jinħażen f’temperatura ta’ 25°C jew inqas u jkun rikostitwit b’ilma għall-injezzjoni.

Is-soluzzjoni dilwita għal infużjoni tal-pazjent: għandha tintuża mill-ewwel. Informazzjoni dwar l- istabilità wriet li l-prodott jista’ jintuża fi żmien 24 siegħa meta jinħażen f’temperatura ta’ 25°C jew inqas, jew fi żmien 48 siegħa meta l-borża (flixkun) tal-infużjoni fil-vini tinħażen fi friġġ (2 sa 8°C) u tkun dilwita b’soluzzjoni ta’ klorur tas-sodju 9 mg/ml (0.9 %), 4.5 mg/ml (0.45 %), jew 2.25 mg/ml (0.225 %) għal infużjoni, jew soluzzjoni lactated ta’ Ringer.

CANCIDAS ma fihx preservattivi. Minn perspettiva mikrobijoloġika, il-prodott għandu jintuża immedjatament. Jekk ma jintużax mill-ewwel, iż-żminijiet u l-kundizzjonijiet effettivi ta’ ħażna qabel l-użu huma r-responsabbiltà tal-utent u normalment ma jkunux aktar minn 24 siegħa f’temperatura ta’ 2 sa 8°C, sakemm ir-rikostituzzjoni u d-dilwizzjoni ma jkunux saru f’kundizzjonijiet asettiċi kkontrollati u validati.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Kunjetti mhux miftuħin: aħżen fi friġġ (2°C - 8°C).

Għall-kondizzjonijiet ta’ ħażna wara r-rikostituzzjoni u d-dilwizzjoni tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

CANCIDAS 50 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għal infużjoni

Kunjett tal-ħġieġ tat-Tip I ta’ 10 ml b’tapp griż tal-butyl u għatu tal-plastik b’faxxa ħamra tal- aluminju.

Jiġi f’pakketti ta’ kunjett wieħed.

CANCIDAS 70 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għal infużjoni

Kunjett tal-ħġieġ tat-Tip I ta’ 10 ml b’tapp griż tal-butyl u għatu tal-plastik b’faxxa oranġjo tal- aluminju.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Ir-rikostituzzjoni ta’ CANCIDAS

TUŻAX DILWENTI LI FIHOM IL-GLUCOSE għax CANCIDAS mhuwiex stabbli f’dilwenti li fihom il-glucose. CANCIDAS M’GĦANDUX JIĠI MĦALLAT JEW INFUŻ MA’ MEDIĊINI OĦRA, billi ma hemmx informazzjoni disponibbli dwar il-kompatibilità ta’ CANCIDAS ma’ sustanzi, addittivi, jew prodotti mediċinali oħra għal ġol-vini. Eżamina viżwalment is-soluzzjoni għal infużjoni għal xi frak jew tidnis.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

CANCIDAS 50 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għal infużjoni

ISTRUZZJONIJIET GĦALL-UŻU F’PAZJENTI ADULTI

Pass 1 Rikostituzzjoni ta’ kunjetti konvenzjonali

Biex tirrikostitwixxi t-trab, ġib il-kunjett għat-temperatura tal-kamra u b’mod asettiku żid 10.5 ml ta’ ilma għall-injezzjoni. Il-konċentrazzjoni tal-kunjetti rikostitwiti se tkun 5.2 mg/ml.

It-trab kompatt abjad għal offwajt lajofilizzat għandu jinħall kompletament. Ħawwad bil-mod sakemm tinkiseb soluzzjoni ċara. Is-soluzzjonijiet rikostitwiti għandhom jiġu eżaminati viżwalment għal xi frak jew tidnis. Din is-soluzzjoni rikostitwita tista’ tinħażen sa 24 siegħa f’temperatura ta’ 25°C jew inqas.

Pass 2 Iż-żieda ta’ CANCIDAS rikostitwit mas-soluzzjoni għal infużjoni tal-pazjent

Id-dilwenti għas-soluzzjoni finali għal infużjoni huma: soluzzjoni ta’ klorur tas-sodju għal injezzjoni, jew soluzzjoni lactated ta’ Ringer. Is-soluzzjoni għal infużjoni tiġi ppreparata billi b’mod asettiku jiżdied l-ammont xieraq ta’ konċentrat rikostitwit (kif muri fit-tabella ta’ hawn isfel) ma’ borża jew flixkun tal-infużjoni ta’ 250 ml. Meta jkun medikament meħtieġ, jistgħu jintużaw infużjonijiet ta’ volum imnaqqas f’100 ml, għad-dożi ta’ 50 mg jew 35 mg kuljum. Is-soluzzjoni m’għandhiex tintuża jekk tkun imdennsa jew preċipitat.

PREPARAZZJONI TAS-SOLUZZJONI GĦAL INFUŻJONI FL-ADULTI

DOŻA*

Volum ta’

Preparazzjoni

Infużjoni ta’ volum

 

CANCIDAS

standard

imnaqqas

 

rikostitwit għal

(CANCIDAS rikostitwit

(CANCIDAS rikostitwit

 

trasferiment ġo

miżjud ma’

miżjud ma’

 

borża jew flixkun

konċentrazzjoni finali

konċentrazzjoni finali ta’

 

għal ġol-vini

ta’ 259 ml)

100 ml)

50 mg

10 ml

0.20 mg/ml

-

50 mg f’volum

10 ml

-

0.47 mg/ml

imnaqqas

 

 

 

35 mg għal

 

 

 

indeboliment moderat

7 ml

0.14 mg/ml

-

tal-fwied (minn kunjett

 

 

 

wieħed ta’ 50 mg)

 

 

 

35 mg għal

 

 

 

indeboliment moderat

 

 

 

tal-fwied (minn kunjett

7 ml

-

0.34 mg/ml

wieħed ta’ 50 mg)

 

 

 

f’volum imnaqqas

 

 

 

* 10.5 ml għandhom jintużaw għar-rikostituzzjoni tal-kunjetti kollha

STRUZZJONIJIET GĦALL-UŻU F’PAZJENTI PEDJATRIĊI

Kalkulazzjoni tal-Arja tas-Superfiċje tal-Ġisem (BSA) għal dożaġġ pedjatriku

Qabel ma tipprepara l-infużjoni, ikkalkula l-arja tas-superfiċje tal-ġisem (BSA) tal-pazjent billi tuża din il-formula: (Formula Mosteller)

Preparazzjoni tal-infużjoni ta’ 70 mg/m2 għal pazjenti pedjatriċi minn 3 xhur ’il fuq (billi jintuża kunjett ta’ 50 mg)

1.Stabbilixxi l-loading dose attwali li għandha tintuża fil-pazjent pedjatriku billi tuża l-BSA tal-

pazjent (kif ikkalkulata hawn fuq) u l-ekwazzjoni segwenti: BSA (m2) X 70 mg/m2 = Loading Dose

Il-loading dose massima f’Jum 1 m’għandhiex taqbeż 70 mg, irrispettivament mid-doża kkalkulata tal-pazjent.

2.Ġib il-kunjett imkessaħ ta’ CANCIDAS għat-temperatura tal-kamra.

3.B’mod asettiku żid 10.5 ml ta’ ilma għall-injezzjoni.a Din is-soluzzjoni rikostitwita tista’ tinħażen sa 24 siegħa f’temperatura ta’ 25°C jew inqas.b Din tagħti konċentrazzjoni finali ta’ caspofungin fil-kunjett ta’ 5.2 mg/ml.

4.Neħħi mill-kunjett il-volum ta’ prodott mediċinali ugwali għal-loading dose kkalkulata (Pass 1). Ittrasferixxi b’mod asettiku dan il-volum (ml)c ta’ CANCIDAS rikostitwit għal borża (jew

flixkun) IV li fiha 250 ml ta’ 0.9%, 0.45 %, jew 0.225 % Injezzjoni ta’ Klorur tas-Sodju, jew Injezzjoni Lactated ta’ Ringers. B’mod alternattiv, il-volum (ml)c ta’ CANCIDAS rikostitwit jista’ jiġi miżjud ma’ volum imnaqqas ta’ 0.9 %, 0.45 %, jew 0.225 % Injezzjoni ta’ Klorur tas- Sodju jew Injezzjoni Lactated ta’ Ringers, li m’għandhiex taqbeż konċentrazzjoni finali ta’

0.5 mg/ml. Din is-soluzzjoni għal infużjoni trid tintuża fi żmien 24 siegħa jekk tinħażen f’temperatura ta’ 25°C jew inqas jew fi żmien 48 siegħa jekk tinħażen fi friġġ f’temperatura ta’ 2 sa 8°C.

Preparazzjoni tal-infużjoni ta’ 50 mg/m2 għal pazjenti pedjatriċi minn 3 xhur ’il fuq (billi jintuża kunjett ta’ 50 mg)

1.Stabbilixxi d-doża ta’ manteniment attwali ta’ kuljum li għandha tintuża fil-pazjent pedjatriku

billi tuża l-BSA tal-pazjent (kif ikkalkulata hawn fuq) u l-ekwazzjoni segwenti: BSA (m2) X 50 mg/m2 = Doża ta’ Manteniment ta’ Kuljum

Id-doża ta’ manteniment ta’ kuljum m’għandhiex taqbeż 70 mg, irrispettivament mid-doża kkalkulata tal-pazjent.

2.Ġib il-kunjett imkessaħ ta’ CANCIDAS għat-temperatura tal-kamra

3.B’mod asettiku żid 10.5 ml ta’ ilma għall-injezzjoni.a Din is-soluzzjoni rikostitwita tista’ tinħażen sa 24 siegħa f’temperatura ta’ 25°C jew inqas.b Din tagħti konċentrazzjoni finali ta’ caspofungin fil-kunjett ta’ 5.2 mg/ml.

4.Neħħi mill-kunjett il-volum ta’ prodott mediċinali ugwali għad-doża ta’ manteniment ta’ kuljum kkalkulata (Pass 1). Ittrasferixxi b’mod asettiku dan il-volum (ml)c ta’ CANCIDAS rikostitwit

għal borża (jew flixkun) IV li fiha 250 ml ta’ 0.9%, 0.45 %, jew 0.225 % Injezzjoni ta’ Klorur tas-Sodju, jew Injezzjoni Lactated ta’ Ringers. B’mod alternattiv, il-volum (ml)c ta’ CANCIDAS rikostitwit jista’ jiġi miżjud ma’ volum imnaqqas ta’ 0.9 %, 0.45 %, jew 0.225 % Injezzjoni ta’ Klorur tas-Sodju jew Injezzjoni Lactated ta’ Ringers, li m’għandhiex taqbeż konċentrazzjoni finali ta’ 0.5 mg/ml. Din is-soluzzjoni għal infużjoni trid tintuża fi żmien 24 siegħa jekk tinħażen f’temperatura ta’ 25°C jew inqas jew fi żmien 48 siegħa jekk tinħażen fi friġġ f’temperatura ta’ 2 sa 8°C.

Noti dwar il-preparazzjoni:

a Il-“cake” abjad għal offwajt għandu jinħall kompletament. Ħawwad bil-mod sakemm tinkiseb soluzzjoni ċara.

b Eżamina viżwalment is-soluzzjoni rikostitwita għal frak jew tidnis waqt ir-rikostituzzjoni u qabel l- infużjoni. Is-soluzzjoni m’għandhiex tintuża jekk tkun imdennsa jew preċipitat.

ċ CANCIDAS huwa fformulat sabiex jipprovdi d-doża ttikkettjata kollha tal-kunjett (50 mg) meta jinġibdu 10 ml mill-kunjett.

CANCIDAS 70 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għal infużjoni

ISTRUZZJONIJIET GĦALL-UŻU F’PAZJENTI ADULTI

Pass 1 Rikostituzzjoni ta’ kunjetti konvenzjonali

Biex tirrikostitwixxi t-trab, ġib il-kunjett għat-temperatura tal-kamra u b’mod asettiku żid 10.5 ml ta’ ilma għall-injezzjoni. Il-konċentrazzjoni tal-kunjetti rikostitwiti se tkun 7.2 mg/ml.

It-trab kompatt abjad għal offwajt lajofilizzat għandu jinħall kompletament. Ħawwad bil-mod sakemm tinkiseb soluzzjoni ċara. Is-soluzzjonijiet rikostitwiti għandhom jiġu eżaminati viżwalment għal xi frak jewxi bidla fil-kulur. Din is-soluzzjoni rikostitwita tista’ tinħażen sa 24 siegħa f’temperatura ta’ 25°C jew inqas.

Pass 2 Iż-żieda ta’ CANCIDAS rikostitwit mas-soluzzjoni għal infużjoni tal-pazjent

Id-dilwenti għas-soluzzjoni finali għal infużjoni huma: soluzzjoni ta’ klorur tas-sodju għal injezzjoni, jew soluzzjoni lactated ta’ Ringer. Is-soluzzjoni għal infużjoni tiġi ppreparata billi b’mod asettiku jiżdied l-ammont xieraq ta’ konċentrat rikostitwit (kif muri fit-tabella ta’ hawn isfel) ma’ borża jew flixkun tal-infużjoni ta’ 250 ml. Meta jkun medikament meħtieġ, jistgħu jintużaw infużjonijiet ta’ volum imnaqqas f’100 ml, għad-dożi ta’ 50 mg jew 35 mg kuljum. Is-soluzzjoni m’għandhiex tintuża jekk tkun imdennsa jew preċipitat.

PREPARAZZJONI TAS-SOLUZZJONI GĦAL INFUŻJONI FL-ADULTI

DOŻA*

Volum ta’

Preparazzjoni

Infużjoni ta’ volum

 

CANCIDAS

standard

imnaqqas

 

rikostitwit għal

(CANCIDAS rikostitwit

(CANCIDAS rikostitwit

 

trasferiment ġo

miżjud ma’

miżjud ma’

 

borża jew flixkun

konċentrazzjoni finali

konċentrazzjoni finali ta’

 

għal ġol-vini

ta’ 250 ml)

100 ml)

70 mg

10 ml

0.28 mg/ml

Mhux Rakkomandat

70 mg (minn żewġ

14 ml

0.28 mg/ml

Mhux Rakkomandat

kunjetti ta’ 50 mg)**

 

 

 

35 mg għal

 

 

 

indeboliment moderat

5 ml

0.14 mg/ml

0.34 mg/ml

tal-fwied (minn kunjett

 

 

 

wieħed ta’70 mg)

 

 

 

*10.5 ml għandhom jintużaw għar-rikostituzzjoni tal-kunjetti kollha

**Jekk kunjett ta’ 70 mg mhuwiex disponibbli, id-doża ta’ 70 mg tista’ tiġi ppreparata minn żewġ kunjetti ta’ 50 mg.

STRUZZJONIJIET GĦALL-UŻU F’PAZJENTI PEDJATRIĊI

Kalkulazzjoni tal-Arja tas-Superfiċje tal-Ġisem (BSA) għal dożaġġ pedjatriku

Qabel ma tipprepara l-infużjoni, ikkalkula l-arja tas-superfiċje tal-ġisem (BSA) tal-pazjent billi tuża din il-formula: (Formula Mosteller)

Preparazzjoni tal-infużjoni ta’ 70 mg/m2 għal pazjenti pedjatriċi minn 3 xhur ’il fuq (billi jintuża kunjett ta’ 70 mg)

1.Stabbilixxi l-loading dose attwali li għandha tintuża fil-pazjent pedjatriku billi tuża l-BSA tal-

pazjent (kif ikkalkulata hawn fuq) u l-ekwazzjoni segwenti: BSA (m2) X 70 mg/m2 = Loading Dose

Il-loading dose massima f’Jum 1 m’għandhiex taqbeż 70 mg, irrispettivament mid-doża kkalkulata tal-pazjent.

2.Ġib il-kunjett imkessaħ ta’ CANCIDAS għat-temperatura tal-kamra.

3.B’mod asettiku żid 10.5 ml ta’ ilma għall-injezzjoni.a Din is-soluzzjoni rikostitwita tista’ tinħażen sa 24 siegħa f’temperatura ta’ 25°C jew inqas.b Din tagħti konċentrazzjoni finali ta’ caspofungin fil-kunjett ta’ 7.2 mg/ml.

4.Neħħi mill-kunjett il-volum ta’ prodott mediċinali ugwali għal-loading dose kkalkulata (Pass 1). Ittrasferixxi b’mod asettiku dan il-volum (ml)c ta’ CANCIDAS rikostitwit għal borża (jew

flixkun) IV li fiha 250 ml ta’ 0.9%, 0.45 %, jew 0.225 % Injezzjoni ta’ Klorur tas-Sodju, jew Injezzjoni Lactated ta’ Ringers. B’mod alternattiv, il-volum (ml)c ta’ CANCIDAS rikostitwit jista’ jiġi miżjud ma’ volum imnaqqas ta’ 0.9 %, 0.45 %, jew 0.225 % Injezzjoni ta’ Klorur tas- Sodju jew Injezzjoni Lactated ta’ Ringers, li m’għandhiex taqbeż konċentrazzjoni finali ta’

0.5 mg/ml. Din is-soluzzjoni għal infużjoni trid tintuża fi żmien 24 siegħa jekk tinħażen f’temperatura ta’ 25°C jew inqas jew fi żmien 48 siegħa jekk tinħażen fi friġġ f’temperatura ta’ 2 sa 8°C.

Preparazzjoni tal-infużjoni ta’ 50 mg/m2 għal pazjenti pedjatriċi minn 3 xhur ’il fuq (billi jintuża kunjett ta’ 70 mg)

1.Stabbilixxi d-doża ta’ manteniment attwali ta’ kuljum li għandha tintuża fil-pazjent pedjatriku

billi tuża l-BSA tal-pazjent (kif ikkalkulata hawn fuq) u l-ekwazzjoni segwenti: BSA (m2) X 50 mg/m2 = Doża ta’ Manteniment ta’ Kuljum

Id-doża ta’ manteniment ta’ kuljum m’għandhiex taqbeż 70 mg, irrispettivament mid-doża kkalkulata tal-pazjent.

2.Ġib il-kunjett imkessaħ ta’ CANCIDAS għat-temperatura tal-kamra

3.B’mod asettiku żid 10.5 ml ta’ ilma għall-injezzjoni.a Din is-soluzzjoni rikostitwita tista’ tinħażen sa 24 siegħa f’temperatura ta’ 25°C jew inqas.b Din tagħti konċentrazzjoni finali ta’ caspofungin fil-kunjett ta’ 7.2 mg/ml.

4.Neħħi mill-kunjett il-volum ta’ prodott mediċinali ugwali għad-doża ta’ manteniment ta’ kuljum kkalkulata (Pass 1). Ittrasferixxi b’mod asettiku dan il-volum (ml)c ta’ CANCIDAS rikostitwit

għal borża (jew flixkun) IV li fiha 250 ml ta’ 0.9%, 0.45 %, jew 0.225 % Injezzjoni ta’ Klorur tas-Sodju, jew Injezzjoni Lactated ta’ Ringers. B’mod alternattiv, il-volum (ml)c ta’ CANCIDAS rikostitwit jista’ jiġi miżjud ma’ volum imnaqqas ta’ 0.9 %, 0.45 %, jew 0.225 % Injezzjoni ta’ Klorur tas-Sodju jew Injezzjoni Lactated ta’ Ringers, li m’għandhiex taqbeż konċentrazzjoni finali ta’ 0.5 mg/ml. Din is-soluzzjoni għal infużjoni trid tintuża fi żmien 24 siegħa jekk tinħażen f’temperatura ta’ 25°C jew inqas jew fi żmien 48 siegħa jekk tinħażen fi friġġ f’temperatura ta’ 2 sa 8°C.

Noti dwar il-preparazzjoni:

a Il-“cake” abjad għal offwajt għandu jinħall kompletament. Ħawwad bil-mod sakemm tinkiseb soluzzjoni ċara.

bEżamina viżwalment is-soluzzjoni rikostitwita għal frak jew bidla fil-kulurwaqt ir-rikostituzzjoni u qabel l-infużjoni. Is-soluzzjoni m’għandhiex tintuża jekk tkun imdennsa jew preċipitat.

ċ CANCIDAS huwa fformulat sabiex jipprovdi d-doża ttikkettjata kollha tal-kunjett (70 mg) meta jinġibdu 10 ml mill-kunjett.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Merck Sharp & Dohme Ltd

Hertford Road, Hoddesdon

Hertfordshire EN11 9BU

Ir-Renju Unit

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/01/196/001

EU/1/01/196/003

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 24 ta’ Ottubru 2001.

Data tal-aħħar tiġdid: 07 ta’ Settembru 2011.

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati