Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Capecitabine Teva (capecitabine) – Fuljett ta’ tagħrif - L01BC06

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaCapecitabine Teva
Kodiċi ATCL01BC06
Sustanzacapecitabine
ManifatturTeva Pharma B.V.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Capecitabine Teva 150 mg pilloli miksija b’rita Capecitabine Teva 500 mg pilloli miksija b’rita capecitabine

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett (ara sezzjoni 4).

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Capecitabine Teva u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Capecitabine Teva

3.Kif għandek tieħu Capecitabine Teva

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Capecitabine Teva

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Capecitabine Teva u għalxiex jintuża

Capecitabine Teva jappartieni għall-grupp ta’ mediċini msejħa "mediċini ċitostatiċi", li jwaqqfu l- iżvilupp taċ-ċelluli tal-kanċer. Capecitabine Teva fih capecitabine, li huwa nnifsu mhuwiex mediċina ċitostatika. Huwa biss wara li jiġi assorbit mill-ġisem li jinbidel f’mediċina attiva kontra l-kanċer (aktar f’tessut tat-tumur milli f’tessut normali).

Capecitabine Teva jintuża fil-kura ta’ kanċer tal-kolon, tar-rektum, tal-istonku jew tas-sider.

Barra dan, Capecitabine Teva jintuża biex jipprevjeni okkorrenza ġdida ta’ kanċer tal-kolon wara t- tneħħija kollha tat-tumur permezz ta’ kirurġija.

Capecitabine Teva jista’ jintuża waħdu jew f’taħlita ma’ mediċini oħra.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Capecitabine Teva

Tiħux Capecitabine Teva:

-jekk inti allerġiku għal capecitabine jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6). Għandek tgħarraf lit-tabib tiegħek jekk taf li għandek allerġija jew sensittività eċċessiva għal din il-mediċina,

-jekk qabel kellek reazzjonijiet severi għal terapija ta’ fluoropyrimidine (grupp ta’ mediċini kontra l-kanċer bħal fluorouracil).

-jekk inti tqila jew qed tredda’,

-jekk għandek livelli baxxi ħafna ta’ ċelluli bojod jew plejtlits fid-demm (lewkopenija, newtropenija jew tromboċitopenija),

-jekk għandek problemi severi tal-fwied jew tal-kliewi,

-jekk taf li għandek nuqqas komplut tal-attività tal-enżima dihydropyrimidine dehydrogenase (DPD),

-jekk qed tiġi kkurat issa jew kont ikkurat fl-aħħar 4 ġimgħat b’brivudine, sorivudine jew klassijiet simili ta’ sustanzi bħala parti minn terapija għal herpes zoster (ġidri r-riħ jew ħruq ta’ Sant’Antnin).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Capecitabine Teva

-jekk taf li għandek defiċjenza parzjali tal-attività tal-enzima dihydropyrimidine dehydrogenase (DPD)

-jekk għandek mard tal-fwied jew tal-kliewi

-jekk għandek jew kellek problemi bil-qalb (per eżempju taħbit tal-qalb irregolari jew uġigħ fis- sider, xedaq u dahar li jinħass meta tagħmel sforz fiżiku u kkawżat minn problemi fil-fluss tad- demm lejn il-qalb)

-jekk għandek mard tal-moħħ (eżempju. kanċer li nfirex lejn il-moħħ, jew ħsara fin-nervaturi (newropatija)

-jekk għandek żbilanċ fil-kalċju (osservat fit-testijiet tad-demm)

-jekk għandek id-dijabete

-jekk ma tistax iżżomm ikel jew ilma f’ġismek minħabba tqalligħ u rimettar sever

-jekk għandek dijarea

-jekk deidratat jew issir deidratat

-jekk għandek żbilanċ tal-joni fid-demm tiegħek (żbilanċ fl-elettroliti, osservati fit-testijiet)

-jekk għandek storja ta’ problemi fl-għajnejn għandu mnejn ikollok bżonn aktar monitoraġġ ta’ għajnejk

-jekk għandek reazzjoni severa tal-ġilda.

Defiċjenza ta’ DPD: Defiċjenza ta’ DPD hija kondizzjoni rari preżenti mit-twelid li normalment ma tkunx assoċjata ma’ problemi ta’ saħħa jekk ma tiħux ċertu mediċini. Jekk għandek defiċjenza ta’ DPD mhux magħrufa u tieħu capecitabine, għandek riskju ogħla ta’ bidu akut bikri ta’ forom qawwija tal-effetti sekondarji elenkati taħt sezzjoni 4 Effetti sekondarji possibbli. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih jekk tinsab imħasseb dwar xi wieħed mill-effetti sekondarji jew jekk tinnota xi effetti sekondarji oħra li mhumiex imniżzla f’dan il-fuljett (ara sezzjoni 4 Effetti sekondarji possibbli).

Tfal u adolexxenti

Capecitabine mhux indikat fit-tfal u l-adolexxenti. Tagħtix capecitabine lil tfal u adolexxenti.

Mediċini oħra u Capecitabine Teva

Qabel il-bidu tal-kura, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Dan huwa importanti ħafna, għax it-teħid ta’ aktar minn mediċina waħda fl-istess ħin jista’ jsaħħaħ jew idgħajjef l-effett tal-mediċini. Hemm bżonn li toqgħod attent b’mod speċjali jekk inti qed tieħu xi wieħed minn dawn li ġejjin:

-mediċini għall-gotta (allopurinol),

-mediċini biex traqqaq id-demm (coumarin, warfarin),

-ċerti mediċini antivirali (sorivudine u brivudine),

-mediċini għall-aċċessjonijiet jew għar-rogħda (phenytoin),

-ċerti mediċini użati għall-kura ta’ diversi tipi ta’ kanċers jew infezzjonijiet virali (interferon alpha),

-radjuterapija u ċertu mediċini użati għall-kura tal-kanċer (folinic acid, oxaliplatin, bevacizumab, cisplatin, irinotecan),

-mediċini użati biex jikkuraw defiċjenza ta’ folic acid.

Capecitabine Teva ma’ ikel u xorb

Għandek tieħu Capecitabine Teva mhux aktar tard minn 30 minuta wara l-ikel.

Tqala u Treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

M’għandekx tieħu Capecitabine Teva jekk inti tqila jew taħseb li tista’ tkun tqila. M’għandekx tredda’ jekk qed tieħdu Capecitabine Teva.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Capecitabine Teva jista’ jġiegħlek tħossok sturdut, imqalla’ jew għajjien. Għalhekk huwa possibbli li Capecitabine Teva jista’ jaffettwa l-abilità tiegħek li ssuq karrozza jew li tħaddem magni.

Capecitabine Teva fih lactose.

Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi zokkrijiet, kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

3.Kif għandek tieħu Capecitabine Teva

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat- tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Capecitabine għandu jiġi preskritt biss minn tabib b’esperjenza fl-użu ta’ mediċini kontra l-kanċer.

It-tabib tiegħek se jippreskrivilek doża u kors ta’ kura li huwa adattat għalik. Id-doża ta’ Capecitabine Teva hija bbażata fuq l-erja tas-superfiċje tal-ġisem tiegħek. Din hija kkalkulata mit-tul u l-piż tiegħek. Id-doża tas-soltu għall-adulti hija ta’ 1250 mg/m2 ta’ erja tas-superfiċje tal-ġisem meħuda darbtejn kuljum (filgħodu u filgħaxija). Żewġ eżempji huma pprovuti hawnhekk: persuna li għandha piż tal- ġisem ta’ 64 kg u tul ta’ 1.64 m għandha erja tas-superfiċje tal-ġisem ta’ 1.7 m2 u għandha tieħu 4 pilloli ta’ 500 mg u pillola ta’ 150 mg darbtejn kuljum. Persuna li għandha piż tal-ġisem ta’ 80 kg u tul ta’ 1.80 m għandha erja tas-superfiċje tal-ġisem ta’ 2.00 m2 u għandha tieħu 5 pilloli ta’ 500 mg darbtejn kuljum.

It-tabib tiegħek jgħidlek x’doża għandek bżonn tieħu, meta trid teħodha u għal kemm għandek bżonn teħodha.

It-tabib tiegħek jista’ jagħtik parir biex tieħu taħlita ta’ pilloli ta’ 150 mg u ta’ 500 mg għal kull doża.

-Ħu l-pilloli filgħodu u filgħaxija kif preskritt mit-tabib tiegħek.

-Ħu l-pilloli fi żmien 30 minuta wara li tispiċċa l-ikel (kolazzjon u ikla ta’ filgħaxija ) u iblaħhom sħaħ mal-ilma.

-Huwa importanti li tieħu l-mediċina kollha tiegħek kif preskritt mit-tabib tiegħek.

Normalment, pilloli Capecitabine Teva jittieħdu għal 14-il ġurnata segwit minn perjodu ta’ waqfien ta’ sebat ijiem (fejn ma jittieħdux pilloli). Dan il-perjodu ta’ 21 ġurnata huwa ċiklu wieħed ta’ kura.

F’taħlita ma’ mediċini oħra id-doża tas-soltu għall-aduti tista’ tkun inqas minn 1250 mg/m2 ta’ erja tas-superfiċje tal-ġisem, u jista’ jkollok bżonn tieħu l-pilloli fuq perjodu ta’ ħin differenti (e.ż. kujum, mingħajr perjodu ta’ waqfien).

Jekk tieħu Capecitabine Teva aktar milli suppost

Jekk tieħu aktar capecitabine milli suppost, kellem lit-tabib tiegħek malajr kemm jista’ jkun qabel tieħu d-doża li jmiss.

Jista’ jkollok l-effetti sekondarji li ġejjin jekk tieħu ħafna aktar capecitabine milli suppost: tħossok imdardar jew tirremetti, dijarea, infjammazzjoni jew ulċerazzjoni tal-musrana jew ħalq, uġigħ jew fsada mill-musrana jew mill-istonku, jew depressjoni tal-mudullun tal-għadam (tnaqqis f’ċertu tipi ta’ ċelluli tad-demm). Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk ikollok xi wieħed minn dawn is-sintomi.

Jekk tinsa tieħu Capecitabine Teva

Tiħux id-doża li insejt tieħu. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu. Minflok, kompli ħu d-dożi regolari tiegħek skont l-skeda u ħu l-parir tat-tabib tiegħek.

Jekk tieqaf tieħu Capecitabine Teva

M’hemm l-ebda effetti sekondarji kkawżati minn waqfien tal-kura b’capecitabine. F’każ li inti qed tuża antikoagulanti coumarin (li fihom eż. phenprocoumon), il-waqfien ta’ capecitabine jista’ jirrekjiedi li t-tabib tiegħek ibiddel id-doża tal-antikoagulanti tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

WAQQAF it-teħid ta’ Capecitabine Teva minnufih u ikkuntattja lit-tabib tiegħek jekk iseħħ xi wieħed minn dawn is-sintomi:

Dijarea: jekk ikollok żieda ta’ 4 episodji jew aktar ta’ purgar meta mqabbel mal-ippurgar normali tiegħek ta’ kuljum jew kwalunkwe dijarea matul il-lejl.

Rimettar: jekk tirremetti aktar minn darba f’perijodu ta’ 24 siegħa.

Tqalligħ: jekk titlef l-aptit tiegħek, u l-ammont ta’ ikel li tiekol kuljum huwa ħafna inqas minn dak tas-soltu.

Stomatite: jekk ikollok uġigħ, ħmura, nefħa jew ulċeri f’ħalqek u/jew fi griżmejk.

Reazzjoni tal-ġilda tal-idejn u tas-saqajn: jekk ikollok uġigħ, nefħa, ħmura jew tingiż fl-idejn u/jew fis-saqajn.

Deni: jekk ikollok temperatura ta’ 38°C jew iżjed.

Infezzjoni: jekk ikollok sinjali ta’ infezzjoni kkawżati minn batterja jew virus, jew organiżmi oħra.

Uġigħ fis-sider: jekk ikollok uġigħ lokalizzat fiċ-ċentru tas-sider, speċjalement jekk dan iseħħ waqt eżerċizzju.

Sindrome ta’ Steven-Johnson: jekk ikollok raxx juġgħa ta’ lewn aħmar jew jagħti fil-vjola li jinfirex u nfafet u/jew leżjonijiet oħra jibdew jidhru fil-membrani mukużi (eż. ħalq u xufftejn), b’mod partikolari jekk qabel kellek sensittività għad-dawl, infezzjonijiet tas-sistema respiratorju (eż. bronkite) u/jew deni.

Defiċjenza ta’ DPD: jekk għandek defiċjenza magħrufa ta’ DPD, għandek riskju ogħla ta’ bidu akut bikri ta’ tossiċità u reazzjonijiet avversi severi, ta’ periklu għall-ħajja jew fatali kkawżati minn Capecitabine Teva (eż. stomatite, infjammazzjoni tal-mukuża, dijarea, newtropenija, u newrotossiċità).

Jekk tilqagħlhom kmieni, dawn l-effetti sekondarji s-soltu jitjiebu fi żmien jumejn sa 3 tijiem wara l- waqfien tal-kura. Madankollu, jekk dawn l-effetti sekondarji jkomplu, ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih. It-tabib tiegħek jista’ jagħtik istruzzjonijiet biex terġa’ tibda l-kura b’doża aktar baxxa.

Reazzjoni tal-ġilda tal-idejn u s-saqajn tista’ twassal għal telf tal-marki tas-swaba, li jista’ jkollu impatt fuq l-identifikazzjoni tiegħek permezz ta’ skan tal-marki tas-swaba.

Minbarra ta’ fuq, meta capecitabine jintuża waħdu, effetti sekondarji komuni ħafna li jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna minn kull 10 huma:

uġigħ addominali

raxx, ġilda xotta jew ħakk tal-ġilda

għeja

telf t’aptit (anoreksja)

Dawn l-effetti sekondarji jistgħu jsiru severi; għalhekk, huwa importanti li dejjem tikkuntattja lit- tabib tiegħek minnufih meta tibda tħoss xi effett sekondarju. It-tabib tiegħek jista’ jagħtik istruzzjonijiet biex tnaqqas id-doża u/jew twaqqaf il-kura b’Capecitabine Teva temporanjament. Dan jgħin biex tnaqqas il-probabbilità li l-effett sekondarju jkompli jew isir sever.

Effetti sekondarji oħra huma:

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10) jinkludu:

tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli bojod tad-demm jew ċelluli ħomor tad-demm (osservati f’testijiet)

deidratazzjoni, telf ta’ piż

nuqqas ta’ rqad (insomnja), depressjoni

uġigħ ta’ ras, ħedla ta’ ngħas, sturdament, sensazzjoni mhux normali fil-ġilda (sensazzjoni ta’ tnemnim jew tingiż), bidliet fit-togħma

irritazzjoni fl-għajnejn, żieda fid-dmugħ, ħmura fl-għajnejn (konġuntivite)

infjammazzjoni fil-vini (tromboflebite)

qtugħ ta’ nifs, fsada mill-imnieħer, sogħla, imnieħer inixxi

ponot tad-deni jew infezzjonijiet oħra kkawżati minn herpes

infezzjonijiet fil-pulmun jew fis-sistema respiratorja (eż. pnewmonja jew bronkite)

fsada mill-musrana, stitikezza, uġigħ fl-addome ta’ fuq, indiġestjoni, gass żejjed, ħalq xott

raxx tal-ġilda, telf ta’ xagħar (alopeċja), ħmura tal-ġilda, ġilda xotta, ħakk (pruritus), tibdil fil- kulur tal-ġilda, telf tal-ġilda, infjammazzjoni tal-ġilda, disturb fid-dwiefer

uġigħ fil-ġogi, jew fir-riġlejn jew dirgħajn (estremitajiet), sider jew dahar

deni, nefħa fir-riġlejn jew dirgħajn, tħossok ma tiflaħx

problemi bil-funzjoni tal-fwied (osservati fit-testijiet tad-demm) u żieda ta’ bilirubin fid-demm (eliminat mill-fwied)

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100) jinkludu:

infezzjoni fid-demm, infezzjoni fl-apparat tal-awrina, infezzjoni fil-ġilda, infezzjonijiet fl- imnieħer u fil-gerżuma, infezzjonijiet mill-moffa (inkluż dawk tal-ħalq), influwenza, gastroenterite, axxess tas-snien

għoqiedi taħt il-ġilda (lipoma)

tnaqqis fiċ-ċelluli tad-demm inkluż plejtlits, demm debboli (osservat fit-testijiet)

allerġija

dijabete, tnaqqis fil-potassium fid-demm, dgħjufija kkawżata minn nuqqas ta’ ikel sustanzjuż, żieda ta’ trigliċeridi fid-demm

stat ta’ konfużjoni, attakki ta’ paniku, burdata depressa, tnaqqis fil-libido

diffikultà biex titkellem, indeboliment fil-memorja, telf ta’ koordinazzjoni fil-moviment, disturb fil-bilanċ, ħass ħażin, ħsara fin-nervaturi (newropatija) u problemi bis-sensazzjoni

vista mċajpra jew doppja

vertigo, uġigħ fil-widnejn

taħbit tal-qalb irregolari u palpitazzjonijiet (arritmija), uġigħ fis-sider u attakk ta’ qalb (infart)

emboli ta’ demm fil-vini l-fondi, pressjoni għolja jew baxxa, fwawar, riġlejn u dirgħajn kesħin (estremitajiet), ponot vjola fil-ġilda

emboli ta’ demm fil-vini tal-pulmun (emboliżmu pulmonari), kollass tal-pulmun, tisgħol id- demm, ażżma, qtugħ ta’ nifs meta tistrapazza

ostruzzjoni fl-imsaren, ġabra ta’ fluwidu fl-addome, infjammazzjoni tal-musrana ż-żgħira jew il- kbira, tal-istonku jew l-esofagu, uġigħ fil-parti t’isfel tal-addome, skomdu fl-addome, ħruq ta’ stonku (rifluss ta’ ikel mill-istonku), demm fl-ippurgar

suffejra (il-ġilda u l-għajnejn jisfaru)

ulċera jew nuffata fil-ġilda, reazzjoni tal-ġilda għad-dawl tax-xemx, il-pali tal-idejn jiħmaru, nefħa jew uġigħ fil-wiċċ

nefħa jew ebusija tal-ġogi, uġigħ fl-għadam, dgħjufija jew ebusija fil-muskoli

ġabra ta’ fluwidu fil-kliewi, żieda fil-frekwenza tal-awrina matul il-lejl, inkontinenza, demm fl- awrina, żieda fil-krejatinina fid-demm (sinjal ta’ disfunzjoni tal-kliewi)

fsada mhux tas-soltu mill-vaġina

nefħa (edima), tkexkix ta’ bard u tertir

Xi wħud minn dawn l-effetti sekondarji huma aktar komuni meta capecitabine jintuża ma’ mediċini oħra għall-kura tal-kanċer. Effetti sekondarji oħra osservati f’din is-sitwazzjoni huma dawn li ġejjin:

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10) jinkludu:

livell imnaqqas ta’ sodium, magnesium jew calcium fid-demm, żieda ta’ zokkor fid-demm

uġigħ fin-nervaturi

tisfir jew żarżir fil-widnejn (tinnitus), telf tas-smigħ

infjammazzjoni tal-vini

sulluzzu, bidla fil-vuċi

uġigħ jew sensazzjoni mibdula/mhux normali fil-ħalq, uġigħ fix-xedaq

għaraq, għaraq matul il-lejl

spażmi fil-muskoli

diffikultà biex tgħaddi l-awrina, demm jew proteina fl-awrina

tbenġil jew reazzjoni fis-sit tal-injezzjoni (ikkawżati minn mediċini mogħtija permezz ta’ injezzjoni fl-istess waqt)

Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1,000) jinkludu:

djuq jew sadd tal-kanal tad-dmugħ (stenosi tal-kanal tad-dmugħ)

insuffiċjenza tal-fwied

infjammazzjoni li twassal għal disfunzjoni jew sadd fis-sekrezzjoni tal-bili (epatite kolestatika)

bidliet speċifiċi fl-elettrokardjogramma ( titwil ta’ QT)

ċertu tipi ta’ arritmija (inkluż fibrillazzjoni tal-ventrikolu, torsade de pointes, u bradikardija)

infjammazzjoni fl-għajnejn li tikkawża uġigħ fl-għajnejn u possibilment problemi fil-vista

infjammazzjoni tal-ġilda li tikkawża rqajja ħomor bil-qoxra kkawżata minn marda fis-sistema immune

Effetti sekondarji rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10,000) jinkludu:

reazzjoni severa fil-ġilda bħal raxx fil-ġilda, ulċerazzjoni u nfafet li jistgħu jinvolvu ulċeri fil- ħalq, imnieħer, ġenitali, idejn, saqajn u għajnejn (għajnejn ħomor u minfuħin)

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Capecitabine Teva

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna ta’ barra u l-folja wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30 C.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Capecitabine Teva:

-Is-sustanza attiva hi capecitabine.

-Capecitabine Teva 150 mg pilloli miksija b’rita

Kull pillola miksija b’rita fiha 150 mg ta’ capecitabine.

-Capecitabine Teva 500 mg pilloli miksija b’rita

Kull pillola miksija b’rita fiha 500 mg ta’ capecitabine.

-Is-sustanzi mhux attivi l-oħra huma:

-Qalba tal-pillola: lactose, microcrystalline cellulose, hypromellose, croscarmellose sodium, magnesium stearate.

-Kisja tal-pillola: macrogol 400, hypromellose, titanium dioxide (E171), yellow iron oxide (E172), red iron oxide (E172).

Kif jidher Capecitabine Teva u l-kontenut tal-pakkett

Capecitabine Teva 150 mg pilloli miksija b’rita

Pilloli miksija b’rita ta’ lewn il-ġilda, ibbuzzati fuq iż-żewġ naħat, ovali, b’iskrizzjoni “C” fuq naħa waħda u “150” fuq in-naħa l-oħra.

Il-pilloli jiġu f’folji li fihom 10 pilloli miksijin b’rita. Kull pakkett fih 60 pillola.

Capecitabine Teva 500 mg pilloli miksija b’rita

Pilloli miksija b’rita ta’ lewn il-ġilda, ibbuzzati fuq iż-żewġ naħat, ovali, b’iskrizzjoni “C” fuq naħa waħda u “500” fuq in-naħa l-oħra.

Il-pilloli jiġu f’folji li fihom 10 pilloli miksijin b’rita. Kull pakkett fih 120 pillola.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Teva B.V.

Swensweg 5

2031 GA Haarlem

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Manifattur

Teva Czech Industries s.r.o.

Ostravska 29, c.p. 305, 74770

Opava-Komarov

Ir-Repubblika Ċeka

Pharmachemie B.V.

Swensweg 5, 2031 GA Haarlem

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Merckle GmbH

Ludwig Merckle Str. 3

89143 Blaubeuren

Il-Ġermanja

Teva Operations Poland Sp. z.o.o ul. Mogilska 80,

31-546 Krakow Il-Polonja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./A.G.

UAB “Sicor Biotech”

Tel/Tél: +32 3 820 73 73

Tel: +370 5 266 02 03

България

Luxembourg/Luxemburg

Тева Фармасютикълс България ЕООД

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./A.G.,

Teл: +359 2 489 95 82

Belgique/Belgien

 

Tél: +32 3 820 73 73

 

 

Česká republika

Magyarország

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o.

Teva Gyógyszergyár Zrt.

Tel: +420 251 007 111

Tel.: +36 1 288 6400

Danmark

Malta

Teva Denmark A/S

Teva Pharmaceuticals Ireland, L-Irlanda

Tlf: +45 44 98 55 11

Τel: +353 51 321740

Deutschland

Nederland

Teva GmbH

Teva Nederland B.V.

Tel: +49 731 402 08

Tel: +31 (0) 800 0228400

Eesti

Norge

Teva Eesti esindus UAB Sicor Biotech

Teva Norway AS

Eesti filiaal

Tlf: +47 66 77 55 90

Tel: +372 661 0801

 

Ελλάδα

Österreich

Teva Ελλάς Α.Ε.

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH

Τηλ: +30 210 72 79 099

Tel: +43 1 970070

España

Polska

Teva Pharma, S.L.U

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o.

Tél: +34 91 387 32 80

Tel.: +48 22 345 93 00

France

Portugal

Teva Santé

Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos Lda

Tél: +33 1 55 91 7800

Tel: +351 214 767 550

Hrvatska

România

Pliva Hrvatska d.o.o

Teva Pharmaceuticals S.R.L

Tel: + 385 1 37 20 000

Tel: +40 21 230 65 24

Ireland

Slovenija

Teva Pharmaceuticals Ireland

Pliva Ljubljana d.o.o.

Tel: +353 (0) 51 321 740

Tel: +386 1 58 90 390

Ísland

Slovenská republika

ratiopharm Oy, Finnland

Teva Pharmaceuticals Slovakia s.r.o.

Sími: +358 20 180 5900

Tel: +421 2 5726 7911

Italia

Suomi/Finland

Teva Italia S.r.l.

ratiopharm Oy

Tel: +39 0289 17981

Puh/Tel: +358 20 180 5900

Κύπρος

Sverige

Teva Ελλάς Α.Ε., Ελλάδα

Teva Sweden AB

Τηλ: +30 210 72 79 099

Tel: +46 42 12 11 00

Latvija

United Kingdom

UAB Sicor Biotech filiāle Latvijā

Teva UK Limited

Tel: +371 67 323 666

Tel: +44 1977 628 500

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati