Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Cayston (aztreonam lysine) – Fuljett ta’ tagħrif - J01DF01

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaCayston
Kodiċi ATCJ01DF01
Sustanzaaztreonam lysine
ManifatturGilead Sciences International Limited

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Cayston 75 mg trab u solvent għal soluzzjoni għan-nebulizzatur

Aztreonam

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Cayston u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Cayston

3.Kif għandek tieħu Cayston

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Cayston

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Cayston u għalxiex jintuża

Cayston fih is-sustanza attiva aztreonam. Cayston hu antibijotiku li jintuża biex irazzan infezzjoni kronika fil-pulmun ikkawżata mill-batterji Pseudomonas aeruginosa f’pazjenti li għandhom 6 snin jew iżjed bil-fibrożi ċistika. Il-fibrożi ċistika, magħrufa wkoll bħala mukovixxidosi, hi marda ta’ periklu għall-ħajja li tintiret u li taffettwa l-glandoli mukużi tal-organi interni, speċjalment il-pulmun, iżda wkoll tal-fwied, tal-frixa, u tas-sistema diġestiva. Il-fibrożi ċistika fil-pulmun twassal għal biex dan jinstadd b’mukus oħxon u li jwaħħal. Dan jagħmilha diffiċli biex wieħed jieħu n-nifs.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Cayston

Tiħux Cayston

-jekk inti allerġiku għal aztreonam jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis­ sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Cayston:

-jekk inti allerġiku/a għal xi antibijotiċi oħra (bħal penicillins, cephalosporins, u/jew carbapenems)

-jekk ma tittollerax jew ikollok dwejjaq fis-sider minħabba t-teħid ta’ mediċini oħra li jinġibdu man-nifs

-jekk għandek problemi tal-kliewi

-jekk qatt kellek demm mas-sogħla

-jekk qatt kellek tnaqqis fir-riżultat tat-testijiet tal-funzjoni pulmonari.

Jekk xi waħda minn dawn tapplika għalik, għid lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu Cayston.

Bħala mediċina li tinġibed man-nifs, Cayston jista’ jwasslek biex tisgħol, u dan jista’ jwassal biex tisgħol id-demm. Jekk xi darba sogħolt id-demm, għandek tuża Cayston biss jekk it-tabib tiegħek jaħseb li l-benefiċċju li tieħu din il-mediċina jiżboq ir-riskju li tisgħol id-demm.

Jista’ jkollok tnaqqis temporanju tar-riżultat tat-test tal-funzjoni tal-pulmun matul il-kura b’Cayston, imma dan tipikament hu effett li ma jdumx.

Tfal

Cayston mhuwiex għall-użu fit-tfal taħt is-6 snin.

Mediċini oħra u Cayston

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

M’hemmx tagħrif kliniku dwar l-użu ta’ Cayston f’nisa tqal, għalhekk m’għandekx tieħu Cayston matul it-tqala ħlief jekk tkun iddiskutejt dan b’mod speċifiku mat-tabib tiegħek.

Jekk qed tippjana biex tredda’, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel ma tieħu Cayston. Tista’ tredda’ waqt il-kura b’Cayston minħabba li l-ammont ta’ Cayston li x’aktarx li jgħaddi lit-tarbija tiegħek waqt it-treddigħ ser ikun estremament żgħir.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Cayston mhux mistenni li jaffettwa l-ħila tiegħek li ssuq jew tħaddem il-magni.

3.Kif gћandek tieћu Cayston

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rakkomandata hija:

-Ħu Cayston 3 darbiet kuljum f’ċikli ripetuti ta’ 28 jum fuq terapija segwita minn 28 jum bla terapija b’Cayston. Kull waħda mit-tliet dożi għandha tittieħed billi tinġibed man-nifs mill-inqas erba’ sigħat waħda mill-oħra, bl-użu ta’ Altera Nebuliser Handset. Tista’ tuża jew eBase Controller jew eFlow rapid Control Unit ma’ Altera Handset.

-Kull doża tikkonsisti minn kunjett wieħed ta’ Cayston imħallat ma’ ampulla waħda bis-solvent. Jeħtieġ li Cayston jitħallat ma’ solvent qabel jinġibed man-nifs permezz tal-Altera Nebuliser.

Poġġi s-soluzzjoni ppreparata ta’ Cayston fl-Altera Nebuliser Handset (ara hawn taħt). Kull sessjoni ta’ kura tieħu madwar 2 jew 3 minuti biex tinġibed man-nifs.

Uża bronkodilatur qabel kull doża ta’ Cayston. Bronkodilaturi li jaħdmu għal ftit ħin jistgħu jittieħdu bejn 15-il minuta u 4 sigħat u bronkodilaturi li jaħdmu għal ħin twil jistgħu jittieħdu bejn 30 minuta u 12-il siegħa qabel kull doża ta’ Cayston.

Jekk qed tuża terapiji oħrajn li jinġibdu man-nifs biex tikkura l-fibrożi ċistika, is-sekwenza rakkomandata tal-użu hi kif ġej:

1.bronkodilatur

2.mukolitiċi (mediċina li tgħin biex tħoll il-mukus oħxon magħmul fil-pulmun)

u finalment:

3.Cayston.

Tħallatx Cayston ma’ kwalunkwe mediċini oħrajn fl-Altera Nebuliser Handset.

-Tpoġġix mediċini oħra fl-Altera Nebuliser Handset.

-Tpoġġix il-forma ta’ aztreonam li tingħata ġol-vini (li tista’ tiġi injettata) fl-Altera Nebuliser Handset. Aztreonam li jingħata ġol-vini mhuwiex adattat għal ġbid man-nifs.

Kif tieħu Cayston billi tuża l-Altera Nebuliser Handset

Ser ikollok bżonn dawn li ġejjin:

Kunjett wieħed ta’ lewn safrani ta’ Cayston bi jew mingħajr għatu blu.

Ampulla waħda tal-plastik bis-solvent (0.17% w/v sodium chloride). L-informazzjoni li tidher fuq l-ampulla tas-solvent hi pprovduta bl-Ingliż biss (ara sezzjoni 6).

Altera Nebuliser Handset li fih Altera Aerosol Head ikkonnettjata ma’ eFlow Control Unit tat- tip 178 (eFlow rapid) jew tip 678 (eBase Controller).

Għandek tuża Altera Nebuliser Handset speċifiku għal Cayston u li jkun fih Altera Aerosol Head. Tippruvax tieħu Cayston billi tuża kwalunkwe tip ieħor ta’ nebuliser handset (li jinkludi l- handset eFlow rapid).

Iċċekkja li n-nebulizzatur tiegħek ikun jaħdem kif suppost qabel ma tibda l-kura tiegħek b’Cayston. Aqra sew l-istruzzjonijiet tal-manifattur għall-użu li huma pprovduti ma’ l-Altera Nebuliser System.

Kif tipprepara Cayston għal ġbid man-nifs

-Tippreparax Cayston qabel ma tkun lest/a biex tieħu doża.

-Tużax Cayston jekk tinnota li l-pakkett ikun imbagħbas.

-Tużax Cayston jekk ikun inħażen barra minn friġġ għal iktar minn 28 jum.

-Tużax is-solvent jew Cayston ippreparat jekk tkun imċajpra jew jekk ikun hemm il-frak fis­ soluzzjoni.

1.Ħu kunjett wieħed ta’ lewn safrani ta’ Cayston u ampulla waħda bis-solvent mill-kaxxa. L­ ampulli bis-solvent iridu jinqalgħu minn ma’ xulxin billi tiġbidhom u tifridhom bil-mod.

2.Tektek bil-mod il-kunjett ta’ lewn safrani li fih Cayston biex b’hekk it-trab joqgħod fin-naħa t’isfel. Dan jgħin biex jiżgura li int tieħu d-doża tal-mediċina li suppost.

3.Iftaħ il-kunjett ta’ lewn safrani: ċarrat u ilwi ’l fuq l-għatu blu jew tella’ l-flap tal-metall fin-naħa ta’ fuq (Figura 1a) u iġbed ’l isfel (Figura 1b) biex tneħħi bl-attenzjoni ċ-ċirku kollu tal-metall u l­ overcap mill-kunjett (Figura 1ċ). Armi ċ-ċirku b’mod sigur. Neħħi bl-attenzjoni t-tapp tal-lastku.

4.Iftaħ l-ampulla bis-solvent billi tilwi u taqla’ t-tarf tagħha. Agħfas u oħroġ il-kontenut kompletament għal ġol-kunjett (Figura 1d). Wara dan, dawwar bil-mod il-kunjett sakemm it-trab ikun inħall kompletament u l-likwidu jkun ċar.

L-aħjar metodu hu li tuża Cayston dritt wara li tkun għamilt is-soluzzjoni. Iżda, jekk ma tkunx tista’ tuża d-doża ppreparata immedjatment, ibdel it-tapp fil-kunjett u aħżen fi friġġ. Uża s-soluzzjoni ppreparata fi żmien 8 sigħat.

Figura 1a

Figura 1b

Figura 1ċ

Figura 1d

Kif tipprepara l-Altera Nebuliser biex tieħu Cayston

1.Aċċerta ruħek li l-Altera Nebuliser Handset ikun fuq wiċċ ċatt u stabbli.

2.Neħħi l-għatu tal-mediċina billi tilwih lejn ix-xellug.

3.Ferra’ l-Cayston kollu ppreparat minn ġol-kunjett għal ġol-kontenitur tal-mediċina tal-Altera Nebuliser Handset (Figura 2a). Aċċerta ruħek li tbattal il-kunjett kompletament. Tektek bil-mod il­ kunjett man-naħa tal-kontenitur tal-mediċina jekk ikun hemm bżonn.

4.Agħlaq il-kontenitur tal-mediċina billi tagħmel it-tabs tal-għatu tal-mediċina f’allinjament mas­ slottijiet fuq il-kontenitur. Agħfas l-għatu ’l isfel u dawru lejn il-lemin sakemm tista’ (Figura 2b).

Figura 2a

 

Figura 2b

Kif tuża l-Altera Nebuliser biex tieħu Cayston

1.Ibda l-kura

tiegħek.

Oqgħod bilqiegħda f’pożizzjoni rilassata u vertikali. Żomm il-handset b’mod orizzontali u poġġi l-biċċa tal-ħalq f’ħalqek u agħlaq xufftejk madwarha (Figura 3).

Figura 3

Żomm il-handset f’pożizzjoni orizzontali.

2.Agħfas u żomm il-buttuna On/Off fuq l-eFlow Control Unit għal ftit sekondi. Ser tisma “beep” waħda, u d-dawl li juri l-istat isir aħdar.

3.Wara ftit sekondi, iċ-ċpar tal-aerosol ser jibda jnixxi ġol-Kompartiment tal-Aerosol tal-Altera Nebuliser Handset. Jekk iċ-ċpar tal-aerosol ma jibdiex inixxi, jekk jogħġbok irreferi għall-manwal tal-Altera għal informazzjoni.

4.Ħu n-nifs b’mod normali (ħu n-nifs ’il ġewwa u ’l barra) minn ġol-biċċa tal-ħalq. Evita li tieħu n­ nifs minn ġo mnieħrek. Kompli ħu n-nifs ’il ġewwa u ’l barra bil-kumdità sakemm is-sessjoni tal­ kura tintemm.

5.Meta l-mediċina kollha tkun ingħatat, ser tisma’ ħoss li jfisser “il-kura tlestiet” (2 beeps).

6.Meta s-sessjoni tal-kura tkun lesta, iftaħ l-għatu tal-mediċina biex tiżgura li l-mediċina kollha tkun intużat. Jista’ jibqa’ xi ftit qtar tal-mediċina fil-kontenitur fit-tmiem tas-sessjoni tal-kura. Jekk jibqa’ iżjed minn ftit qtar ta’ likwidu, ibdel l-għatu tal-mediċina u ibda s-sessjoni tal-kura mill-ġdid.

7.Ġaladarba s-sessjoni tal-kura titlesta, skonnettja l-eFlow Control Unit u żarma l-Altera

Nebuliser Handset biex tnaddfu u tiddiżinfettah. Għal dettalji sħaħ dwar kif tnaddfu u tiddiżinfettah, irreferi għall-istruzzjonijiet għall-użu tal-manifattur li huma pprovduti mal-Altera Nebuliser Handset tiegħek.

X’jiġri jekk ikolli bżonn inwaqqaf is-sessjoni tal-kura qabel inkun lestejt?

8.Jekk għal xi raġuni tkun trid twaqqaf is-sessjoni tal-kura qabel ma tlesti, agħfas u żomm il-buttuna On/Off għal sekonda sħiħa. Biex tibda s-sessjoni tal-kura mill-ġdid, agħfas u żomm il-buttuna On/Off għal sekonda sħiħa u mbagħad ibda s-sessjoni tal-kura mill-ġdid.

Kif tibdel l-Altera Nebuliser Handset

L-Altera Nebuliser Handset hu maħsub biex iservi għal 3 korsijiet ta’ 28 jum ta’ Cayston meta jintuża skond l-istruzzjonijiet. Wara dan il-perjodu, ibdel l-Altera Nebuliser Handset tiegħek, li jinkludi l- Aerosol Head. Jekk tinnota l-prestazzjoni nbidlet qabel jgħaddi dan il-perjodu (per eżempju, jekk it­ tagħmir idum iktar biex jipproduċi ċ-ċpar, iktar minn 5 minuti), jekk jogħġbok irreferi għall­ istruzzjonijiet għall-użu tal-Altera Nebuliser.

Jekk tieħu Cayston aktar milli suppost

Jekk tkun ħadt aktar Cayston milli suppost, kellem lil tabib jew spiżjar immedjatament.

Jekk tinsa tieħu Cayston

Jekk tinsa tieħu doża, tista’ xorta waħda tieħu t-tliet dożi kollha ta’ kuljum, sakemm teħodhom mill­ inqas 4 sigħat waħda mill-oħra. Jekk ma tkunx tista’ tħalli intervall ta’ 4 sigħat, sempliċiment aqbeż id-doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Cayston

Tieqafx tieħu Cayston mingħajr ma l-ewwel titkellem mat-tabib tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Jekk tiżviluppa raxx, għid lit-tabib tiegħek immedjatament għax dan jista’ jfisser li għandek reazzjoni allerġika għal Cayston.

Effetti sekondarji komuni ħafna (jaffettwaw iktar minn utent 1 minn kull 10)

-Sogħla

-Imnieħer miżdud

-Tħarħir

-Uġigħ fil-griżmejn

-Qtugħ ta’ nifs

-Deni. Dan jista’ jkun iktar komuni fit-tfal milli fl-adulti.

Effetti sekondarji komuni (jaffettwaw minn 1 sa 10 utenti minn kull 100)

-Diffikultà biex tieħu n-nifs

-Skonfort fis-sider

-Imnieħer inixxi

-Tisgħol id-demm

-Raxx

-Uġigħ fil-ġogi

-Riżultat iktar baxx tat-test tal-funzjoni pulmonari

Effetti sekondarji mhux komuni (jaffettwaw minn 1 sa 10 utenti minn kull 1,000)

-Nefħa tal-ġogi

L-effetti sekondarji li ġejjin kienu osservati wara l-użu ta’ aztreonam għall-injezzjoni, iżda mhux wara li ttieħed Cayston: nefħa tal-wiċċ, xufftejn, ilsien u/jew gerżuma b’diffikultà biex tibla’ jew tieħu n­ nifs, tagħriq, irritazzjoni tal-ġilda u raxx bil-qxur u bil-ħakk, fwawar, tikek żgħar ħomor, u b’mod rari ħafna, infafet fuq il-ġilda. Dawn kollha jistgħu jkunu sinjali ta’ reazzjoni allerġika.

Għid lit-tabib tiegħek jekk ikollok xi wieħed minn dawn l-effetti.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament

permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Cayston

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta tal-kunjett, l-ampulla bis­ solvent u fuq il-kaxxa tal-kartun. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Kunjett bit-trab u ampulla bis-solvent:

Aħżen fi friġġ (2°C - 8°C). Il-kunjetti mhux miftuħa jistgħu jinħażnu wkoll barra mill-friġġ iżda taħt temperatura ta’ 25°C sa 28 jum.

Uża din il-mediċina immedjatament wara l-preparazzjoni. Jekk ma tintużax immedjatament, is­ soluzzjoni ppreparata trid tinħażen f’temperatura ta’ 2°C - 8°C u tintuża fi żmien 8 sigħat. Tippreparax iktar minn doża waħda kull darba.

Tużax din il-mediċina jekk tinnota li l-pakkett ikun imbagħbas.

Tużax din il-mediċina jekk tkun inħażnet barra minn friġġ għal iktar minn 28 jum.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fihom Cayston u s-solvent

-Il-kunjett bit-trab fih 75 mg ta’ aztreonam (bħala lysine).

-L-ampulla bis-solvent fiha ilma għall-injezzjonijiet u sodium chloride. L-ampulla hi stampata bl-Ingliż biss. L-informazzjoni li tidher fuq l-ampulla hi ppreżentata hawn taħt:

Solvent għal Cayston

Sodium Chloride 0.17%

Għal biex jinġibed man-nifs biss

1 ml

GILEAD SCIENCES

Kif jidher Cayston u l-kontenut tal-pakkett

Cayston hu trab ta’ lewn abjad jew abjad jagħti fil-griż jew fl-isfar u solvent għal soluzzjoni għan­ nebulizzatur.

Cayston jinsab f’kunjett tal-ħġieġ ta’ lewn safrani b’tapp griż tal-lastku u overseal tal-aluminju tear-off bi jew mingħajr għatu blu.

Il-1 ml ta’ solvent tkun fl-ampulla tal-plastik.

Kull pakkett ta’ 28 jum ta’ Cayston fih 84 kunjett ta’ Cayston lajofilizzat u 88 ampulla bis-solvent. L­ erba’ ampulli bis-solvent addizzjonali qegħdin hemm f’każ li jkun hemm xi tixrid.

Id-daqsijiet tal-pakketti li ġejjin huma disponibbli:

pakkett ta’ 28 jum ta’ Cayston

pakkett li fih pakkett wieħed ta’ 28 jum ta’ Cayston flimkien ma’ Altera Nebuliser Handset wieħed

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Gilead Sciences International Ltd

Granta Park

Abington

Cambridge

CB21 6GT

Ir-Renju Unit

Manifattur:

Gilead Sciences Ireland UC

IDA Business & Technology Park

Carrigtohill

County Cork

L-Irlanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Gilead Sciences Belgium SPRL-BVBA

Gilead Sciences Sweden AB

Tél/Tel: + 32 (0) 2 401 35 50

Tel: + 46 (0) 8 5057 1849

България

Luxembourg/Luxemburg

Gilead Sciences International Ltd

Gilead Sciences Belgium SPRL-BVBA

Teл.: + 44 (0) 20 7136 8820

Tél/Tel: + 32 (0) 2 401 35 79

Česká republika

Magyarország

Gilead Sciences s.r.o

Gilead Sciences International Ltd

Tel: + 420 910 871 9862

Tel: + 44 (0) 20 7136 8820

Danmark

Malta

Gilead Sciences Sweden AB

Gilead Sciences International Ltd

Tlf: + 46 (0) 8 5057 1849

Tel: + 44 (0) 20 7136 8820

Deutschland

Nederland

Gilead Sciences GmbH

Gilead Sciences Netherlands B.V.

Tel: + 31 (0) 20 718 36 98

Eesti

Norge

Gilead Sciences Sweden AB

Gilead Sciences Sweden AB

Tel: + 46 (0) 8 5057 1849

Tlf: + 46 (0) 8 5057 1849

Ελλάδα

Österreich

Gilead Sciences Ελλάς Μ.ΕΠΕ.

Gilead Sciences GesmbH

Τηλ: +30 210 8930 100

Tel: + 43 1 260 830

España

Polska

Gilead Sciences, S.L.

Gilead Sciences Poland Sp. z o.o.

Tel: + 34 91 378 98 30

Tel: + 48 22 262 8702

France

Portugal

Gilead Sciences

Gilead Sciences, Lda.

Tél: + 33 (0) 1 46 09 41 00

Tel: + 351 21 7928790

Hrvatska

România

Gilead Sciences International Ltd

Gilead Sciences International Ltd

Tel: + 44 (0) 20 7136 8820

Tel: + 44 (0) 20 7136 8820

Ireland

Slovenija

Gilead Sciences Ltd

Gilead Sciences International Ltd

Tel: + 44 (0) 8000 113700

Tel: + 44 (0) 20 7136 8820

Ísland

Slovenská republika

Gilead Sciences Sweden AB

Gilead Sciences International Ltd

Sími: + 46 (0) 8 5057 1849

Tel: + 421 232 121 210

Italia

Suomi/Finland

Gilead Sciences S.r.l.

Gilead Sciences Sweden AB

Tel: + 39 02 439201

Puh/Tel: + 46 (0) 8 5057 1849

Κύπρος

Sverige

Gilead Sciences Ελλάς Μ.ΕΠΕ.

Gilead Sciences Sweden AB

Τηλ: + 30 210 8930 100

Tel: + 46 (0) 8 5057 1849

Latvija

United Kingdom

Gilead Sciences Sweden AB

Gilead Sciences Ltd

Tel: + 46 (0) 8 5057 1849

Tel: + 44 (0) 8000 113700

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ .

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall­

Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati