Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Celvapan (whole virion, inactivated containing...) - J07BB01

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaCelvapan
Kodiċi ATCJ07BB01
Sustanzawhole virion, inactivated containing antigen: A/California/07/2009 (H1N1)v
ManifatturNanotherapeutics Bohumil, s.r.o.

Celvapan

vaċċin tal-influwenza (H1N1)v (virjon sħiħ, derivat minn ċelloli Vero,

inattivat)

awtorizzat

 

Dan id-dokument huwa sommarju tar-Rapport Pubbliku Ewropew t ’ Valutazzjoni (EPAR) għal Celvapan.

Kif jaħdem Celvapan?

© European Medicines Agency, 2015. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged.

Meta persuna tingħata l-vaċċin, is-sistema immunitarja tagħraf il-virus inattivat bħala “barrani” u tagħmel antikorpi kontrih. Is-sistema immunitarja mbagħad tkun tista’ tipproduċi antikorpi aktar malajr meta tkun esposta darb’oħra għall-virus. Dan jgħin fil-protezzjoni kontra l-marda.

Il-virusis użati f’Celvapan jitkabbru f’ċelloli tal-mammiferi (‘ċelloli vero’), bil-kontra tal-bajd tat-tiġieġ.

Kif ġie studjat Celvapan?

Celvapan kien oriġinarjament żviluppat bħala vaċċin pandemiku, biex jintuża matul il-pandemija t l- influwenza A (H1N1) li ġiet iddikjarata f’Ġunju 2009. Saru żewġ studji ewlenin li ffukaw fuq l-abbiltà taż-żewġ dożaġġi ta’ Celvapan H1N1 li ngħataw tliet ġimgħat ’il bogħod minn xulxin sabiex jikkawżaw rispons immunitarju. Studju minnhom involva 408 adulti f’saħħithom, b’nofshom ikollhom ktar m nn 60 sena (202 ngħataw doża sħiħa ta’ Celvapan, u l-oħrajn nofs doża) filwaqt li t-tieni studju inv lva 167 tifel u tifla f’saħħithom ta’ bejn is-sitt xhur u s-17-il sena (101 ngħataw doża sħiħa a’ Celvapan, l- oħrajn nofs doża).

X’miżuri qegħmedidin jitteħdu biex jiġi żgurat l-użu sigur u effettiv ta’ Celvapan?

ProdottĠie żviluppat pjan ta’ ġestjoni tar-riskju biex jiġi żgurat li Celvapan jintuża bl-aktar mod sigur possibbli. Abbażi a’ dan il-pjan, fis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott u l-fuljett ta’ tagħrif ġiet

inkluża inf rmazzjoni rigward is-sigurtà ta’ Celvapan, inklużi l-prekawzjonijiet xierqa li għandhom ikunu segwiti mill-professjonisti tal-kura tas-saħħa u l-pazjenti.

Inf rmazzjoni oħra dwar Celvapan:

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq valida madwar l-Unjoni Ewropea kollha għal Celvapan fl-4 ta’ Marzu 2009.

L-EPAR sħiħ għal Celvapan jinstab fis-sit tal-Aġenzija ema.europa.eu/Find medicine/Human medicines/European public assessment reports. Għal aktar informazzjoni dwar il-kura b’Celvapan, aqra l-fuljett ta’ tagħrif (parti wkoll mill-EPAR) jew ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Dan is-sommarju ġie aġġornat l-aħħar f’03-2015.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati