Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Cetrotide (cetrorelix) – Fuljett ta’ tagħrif - H01CC02

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaCetrotide
Kodiċi ATCH01CC02
Sustanzacetrorelix
ManifatturMerck Serono Europe Ltd.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Cetrotide 0.25 mg trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni

Cetrorelix acetate

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, l-infermier jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Cetrotide u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Cetrotide

3.Kif għandek tuża Cetrotide

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Cetrotide

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra Kif tħallat u tinjetta Cetrotide

1.X’inhu Cetrotide u għalxiex jintuża

X’inhu Cetrotide

Cetrotide fih mediċina msejħa ‘cetrorelix acetate’. Din il-mediċina twaqqaf lil ġismek milli jerħi bajda minn wieħed mill-ovarji tiegħek (ovulazzjoni) matul iċ-ċiklu mestruwali. Cetrotide qiegħed fil-grupp ta’ mediċini msejħin ‘ormoni li jerħu antigonadotropin’.

Għalxiex jintuża Cetrotide

Cetrotide huwa wieħed mill-mediċini użati f’‘metodi tekniċi ta’ riproduzzjoni assistita biex jgħinuk tinqabad tqila. Ma jħallix li l-bajd jiġu lliberati minnufih. Ir-raġuni għal dan hija li jekk il-bajd jiġi lliberat kmieni wisq (ovulazzjoni prematura), jista’ jkun li ma jkunx possibbli li t-tabib tiegħek jiġborhom.

Kif jaħdem Cetrotide

Cetrotide jimblokka ormon naturali f’ġismek li jissejjaħ LHRH (‘ormon li jistimula l-produzzjonital- ormon ta’ lutejinazzazzjoni’).

LHRH jikkontrolla ormon ieħor, imsejjaħ LH (‘ormon ta’ lutejinazzazzjoni’).

LH jistimula l-ovulazzjoni matul iċ-ċiklu mestruwali tiegħek.

Dan ifisser li Cetrotide iwaqqaf il-katina ta’ episodji li jwasslu sabiex tiġi lliberata bajda mill-ovarji tiegħek. Meta l-bajd tiegħek ikunu jistgħu jinġabru, tingħatalek mediċina oħra li tilliberahom

(induzzjoni tal-ovulazzjoni).

2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Cetrotide

Tużax Cetrotide

jekk int allerġika għal cetrorelix acetate jew għal xi sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (elenkati f’sezzjoni 6).

jekk inti allerġika għal mediċini simili għal Cetrotide (jew għal xi ormoni peptidi oħrajn).

jekk int tqila jew qed tredda’.

jekk għandek mard serju fil-kliewi.

Tużax Cetrotide jekk xi wieħed minn dawn ta’ hawn fuq japplika għalik. Jekk m’intix ċerta, kellem lit- tabib tiegħek qabel tuża din il-mediċina.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Allerġiji

Għid lit-tabib tiegħek qabel tuża Cetrotide jekk għandek xi allerġija attiva jew kellek allerġiji fil- passat.

Sindrome tal-Iper-Stimulazzjoni tal-Ovarji (OHSS)

Cetrotide jintuża flimkien ma’ mediċini oħrajn li jistimulaw l-ovarji tiegħek sabiex inti tiżviluppa aktar bajd li jkun lest sabiex jiġi lliberat. Waqt li tkun qed tieħu jew wara li tieħu dawn il-mediċini, tista’ tiżviluppa Sindrome tal-Iper-Stimulazzjoni tal-Ovarji (OHSS). Dan iseħħ meta l-follikuli tiegħek jiżviluppaw iżżejjed u jsiru ċisti kbar.

Għal sinjali li jistgħu jitfaċċaw u li għandek toqgħod għassa għalihom u x’għandek tagħmel fil-każ li dan iseħħ, ara sezzjoni 4 ‘Effetti sekondarji possibbli’.

Kif tuża Cetrotide matul ċiklu wieħed jew iktar

Ftit hemm esperjenza dwar l-użu ta’ Cetrotide matul aktar minn ċiklu wieħed. It-tabib tiegħek ser jevalwa bir-reqqa l-benefiċċji u r-riskji għalik, jekk ikollok bżonn tieħu Cetrotide matul aktar minn ċiklu wieħed.

Mard tal-fwied

Għid lit-tabib tiegħek qabel ma tuża Cetrotide jekk għandek mard tal-fwied. Cetrorelix ma ġiex investigat f’pazjenti b’mard tal-fwied.

Mard tal-kliewi

Għid lit-tabib tiegħek qabel ma tuża Cetrotide jekk għandek mard tal-kliewi. Cetrorelix ma ġiex investigat f’pazjenti b’mard tal-kliewi.

Tfal u adolexxenti

Cetrotide mhuwiex indikat għall-użu fit-tfal u fl-adolexxenti.

Mediċini oħra u Cetrotide

Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Tqala u treddigħ

Tużax Cetrotide jekk int tqila, taħseb li tista’ tkun tqila, jew jekk qed tredda’.

Itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Cetrotide mhuwiex mistenni li jaffettwa l-ħila tiegħek li ssuq jew tħaddem il-magni.

3.Kif għandek tuża Cetrotide

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat- tabib tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Kif tuża din il-mediċina

Din il-mediċina hija biss għal injezzjoni eżattament taħt il-ġilda ta’ żaqqek (subkutaneja). Biex tnaqqas l-irritazzjoni tal-ġilda, agħżel parti differenti taż-żaqq kuljum.

It-tabib tiegħek irid jissorvelja l-ewwel injezzjoni tiegħek. It-tabib jew l-infermier/a ser juruk kif tħejji u tinjetta l-mediċina.

Tista’ tagħti l-injezzjonijiet li ġejjin inti stess sakemm it-tabib tiegħek ikun avżak bis-sintomi li jistgħu jindikaw allerġija u tal-konsegwenzi serji u ta’ theddida għall-ħajja li huma possibbli, li jkunu jeħtieġu kura immedjata (ara sezzjoni 4 ‘Effetti sekondarji possibbli’).

Jekk jogħġbok aqra b’attenzjoni u segwi l-istruzzjonijiet fit-tmiem ta’ dan il-fuljett imsejħa ‘Kif tħallat u tinjetta Cetrotide’.

Tibda billi tuża mediċina oħra f’jum 1 taċ-ċiklu ta’ kura tiegħek. Imbagħad tibda tuża Cetrotide ftit jiem wara. (Ara s-sezzjoni li jmiss ‘Kemm għandek tuża’).

Kemm għandek tuża

Injetta l-kontenut ta’ kunjett wieħed (0.25 mg Cetrotide) darba kuljum. L-aħjar li tuża l-mediċina fl- istess ħin tal-ġurnata, u tħalli 24 siegħa bejn doża u oħra.

Tista’ tagħżel li tinjetta kull filgħodu jew kull filgħaxija.

Jekk qed tinjetta kull filgħodu: Ibda l-injezzjonijiet tiegħek fil-5 jew 6 ġurnata taċ-ċiklu ta’ kura. It-tabib tiegħek ser jgħidlek eżatt id-data u l-ħin. Ser tibqa’ tuża din il-mediċina sakemm u

inkluż dakinhar filgħodu meta jinġabru l-bajd tiegħek (induzzjoni tal-ovulazzjoni).

JEW

Jekk qiegħda tinjetta kull filgħaxija: Ibda l-injezzjonijiet tiegħek fil-5 ġurnata taċ-ċiklu ta’ kura. It-tabib tiegħek ser jgħidlek eżatt id-data u l-ħin. Ser tibqa’ tuża din il-mediċina sakemm u inkluż dakinhar filgħaxija meta jinġabru l-bajd tiegħek (induzzjoni tal-ovulazzjoni).

Jekk tuża Cetrotide aktar milli suppost

Mhumiex mistennija effetti ħżiena jekk aċċidentalment inti tinjetta aktar minn din il-mediċina milli suppost. L-effett tal-mediċina jdum iktar. Normalment, ebda miżuri speċifiċi ma jkunu meħtieġa.

Jekk tinsa tuża Cetrotide

Jekk tinsa tieħu doża, injettaha malli tiftakar u kellem lit-tabib tiegħek.

M’għandekx tinjetta doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Reazzjonijiet allerġiċi

Fawra, ġilda ħamra, ħakk (spiss fl-irqiq ta’ bejn il-koxxa u ż-żaqq jew l-abt tiegħek), partijiet ħomor, bil-ħakk, minfuħin (ħorriqija), imnieħer inixxi, rata ta’ taħbit tal-qalba mgħaġġla jew irregolari, nefħa f’ilsienek u fi griżmejk, għatis, tħarħir jew diffikultà serja biex tieħu n-nifs, jew sturdament. Tista’ tkun qed taqbdek reazzjoni allerġika għall-mediċina li tista’ tkun serja jew ta’ theddida għall-ħajja. Din hi mhux komuni (taffettwa inqas minn 1% tan-nisa).

Sindrome tal-Istimulazzjoni Eċċessiva tal-Ovarji (OHSS)

Dan jista’ jseħħ minħabba l-mediċini l-oħrajn li tkun qed tuża biex tistimula l-ovarji tiegħek.

Is-sintomi ta’ Sindrome tal-Istimulazzjoni Eċċessiva tal-Ovarji (OHSS) jistgħu jkunu wġigħ fil- parti t’isfel tal-addome u tħossok imdardra (nawżja) jew li trid tirremetti. Dan jista’ jindika li l- ovarji jkunu għamlu reazzjoni eċċessiva għall-kura u li jkunu żviluppaw ċisti kbar fl-ovarji. Dan l-avveniment huwa komuni (jista’ jaffettwa sa mara 1 minn kull 10).

L-OHSS jista’ jsir iktar serju b’ovarji mkabbrin b’mod evidenti, tnaqqis fil-produzzjoni tal- awrina, żieda fil-piż, diffikultà fit-teħid tan-nifs jew fluwidu fl-istonku tiegħek jew f’sidrek. Dan l-avveniment mhuwiex komuni (jista’ jaffettwa sa mara 1 minn kull 100).

Jekk tosserva xi effetti sekondarji minn dawn t’hawn fuq, ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih.

Jekk tosserva xi effetti sekondarji minn dawn t’hawn fuq, tibqax tuża Cetrotide u kkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih.

Effetti sekondarji oħrajn

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa mara 1 minn kull 10):

Tista’ sseħħ irritazzjoni ħafifa tal-ġilda u għal żmien qasir fis-sit tal-injezzjoni bħal ħmura, ħakk jew nefħa.

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa mara 1 minn kull 100):

Tħossok imdardra (nawseja)

Uġigħ ta’ ras.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen Cetrotide

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kunjett wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

It-trab ta’ Cetrotide fil-kunjett u l-ilma sterili (solvent) fis-siringa mimlija għal-lest għandhom l-istess data ta’ skadenza. Din hi stampata fuq it-tikketti u fuq il-kartuna.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C.

Żomm il-kunjett fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.

It-taħlita għandha tintuża mill-ewwel wara li titħallat.

Tużax din il-mediċina jekk tinnota li l-pelitt abjad fil-kunjett inbidel fid-dehra. Tużahx jekk is- soluzzjoni ppreparata fil-kunjett ma tkunx ċara u mingħajr kulur, jew jekk ikun fiha xi frak.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

Jekk għandek xi mistoqsijiet oħra jekk jogħġbok staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Cetrotide

Is-sustanza attiva hi cetrorelix acetate. Kull kunjett fih 0.25 mg ta’ cetrorelix acetate.

Is-sustanza l-oħra hi mannitol.

Is-solvent huwa ilma sterili għall-injezzjonijiet.

Kif jidher Cetrotide u l-kontenut tal-pakkett

Cetrotide hu trab abjad għal soluzzjoni għall-injezzjoni f’kunjett tal-ħġieġ b’tapp tal-lastku. Dan jinstab f’pakketti ta’ kunjett wieħed jew seba’ kunjetti (jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq).

Għal kull kunjett, il-pakketti fihom:

siringa waħda mimlija għal-lest bl-ilma sterili għall-injezzjoni (solvent). Dan l-ilma għandu jintuża sabiex jitħallat mat-trab fil-kunjett.

labra waħda tal-injezzjoni b’marka safra - għall-injezzjoni tal-ilma sterili fil-kunjett u biex tinħareġ il-mediċina magħmula mill-kunjett.

labra waħda b’marka griża - għall-injezzjoni tal-mediċina taħt il-ġilda ta’ żaqqek

żewġ tajjar bl-alkoħol għat-tindif.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Merck Serono Europe Limited, 56 Marsh Wall, London E14 9TP, ir-Renju Unit.

Manifattur

Æterna Zentaris GmbH, Weismüllerstraße 50, D-60314 Frankfurt, il-Ġermanja jew

Merck KGaA, Frankfurter Straße 250, D-64293 Darmstadt, il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

MERCK NV/SA

Merck Serono UAB

Tél/Tel: +32 2 686 07 11

Tel: +370 37320603

България

Luxembourg/Luxemburg

„Мерк България“ ЕАД

MERCK NV/SA, Belgique/Belgien

Teл.: +359 24461 111

Tél/Tel: +32 2 686 07 11

Česká republika

Magyarország

Merck spol.s.r.o

Merck Kft.

Tel: +420 272084211

Tel: +36-1-463-8100

Danmark

Malta

Merck A/S

Vivian Corporation Ltd

Tlf: +45 35253550

Tel: +356-22-588600

Deutschland

Nederland

Merck Serono GmbH

Merck BV

Tel: +31-20-6582800

Eesti

Norge

Merck Serono OÜ

Merck Serono Norge

Tel: +372 682 5882

Tlf: +47 67 90 35 90

Ελλάδα

Österreich

Merck A.E.

Merck GesmbH.

Tηλ: +30-210-61 65 100

España

Polska

Merck S.L.

Merck Sp. z o.o.

Línea de Información: 900 102 964

Tel.: +48 22 53 59 700

Tel: +34-91-745 44 00

 

France

Portugal

Merck Serono s.a.s.

Merck, s.a.

Tél.: +33-4-72 78 25 25

Tel: +351-21-361 35 00

Numéro vert : 0 800 888 024

 

Hrvatska

România

Merck d.o.o,

MERCK d.o.o., Slovenia

Tel: +385 1 4864 111

Tel: +386 1 560 3 800

Íreland

Slovenija

Merck Serono Ltd, United Kingdom

MERCK d.o.o.

Tel: +44-20 8818 7200

Tel: +386 1 560 3 800

Ísland

Slovenská republika

Icepharma hf

Merck spol. s r.o.

Tel: + 354 540 8000

Tel: + 421 2 49 267 111

Italia

Suomi/Finland

Merck Serono S.p.A.

Merck Oy

Tel: +39-06-70 38 41

Puh/Tel: +358-9-8678 700

Κύπρος

Sverige

Χρ. Γ. Παπαλοϊζου Λτδ

Merck AB

Τηλ.: +357 22490305

Tel: +46-8-562 445 00

Latvija

United Kingdom

Merck Serono SIA

Merck Serono Ltd

Tel: +371 67152500

Tel: +44-20 8818 7200

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

KIF TĦALLAT U TINJETTA CETROTIDE

-Din is-sezzjoni tgħidlek kif tħallat it-trab u l-ilma sterili (solvent) flimkien u mbagħad kif tinjetta l-mediċina tiegħek.

-Qabel tibda tuża din il-mediċina, jekk jogħġbok l-ewwel aqra dawn l-istruzzjonijiet kollha.

-Din il-mediċina hija għalik biss – tagħtihiex lil xi ħadd ieħor.

-Uża kull labra, kunjett u siringa darba biss.

Qabel tibda

1.Aħsel idejk

-Hu importanti li idejk u l-oġġetti kollha li tuża għandhom ikunu nodfa kemm jista’ jkun.

2.Poġġi kull ma għandek bżonn fuq wiċċ nadif:

-kunjett wieħed ta’ trab

-siringa mimlija għal-lest b’ilma sterili (solvent)

-labra tal-injezzjoni b’marka safra għall-injezzjoni tal-ilma sterili fil-kunjett u għall-ġbid tal-mediċina li tkun għadha kif ġiet magħmula, ’il barra mill-kunjett

-labra tal-injezzjoni b’marka griża għall-injezzjoni tal-mediċina fiż-żaqq

-żewġ tajjar bl-alkoħol.

Kif tħallat it-trab u l-ilma biex tagħmel il-mediċina tiegħek

1.Neħħi l-għatu tal-plastik mill-kunjett

-Se jkun hemm tapp tal-lastku taħt – żomm dan fil-kunjett.

-Imsaħ it-tapp tal-lastku u ċ-ċirku tal-metall bl-ewwel tajjara bl-alkoħol.

2.Kif iżżid l-ilma mis-siringa mimlija għal-lest mat-trab fil-kunjett

-Neħħi t-tgeżwir minn mal-labra bil-marka safra fuqha.

-Neħħi l-għatu mis-siringa mimlija għal-lest u waħħal l-labra s-safra fuqha. Neħħi l-għatu minn fuq il-labra.

-Imbotta l-labra s-safra miċ-ċentru tat-tapp tal-lastku tal-kunjett.

-Imbotta bil-mod il-planġer tas-siringa biex tinjetta l-ilma fil-kunjett. M’għandekx tuża ebda tip ta’ ilma ieħor.

-Ħalli s-siringa fit-tapp tal-lastku.

3.Kif tħallat it-trab u l-ilma fil-kunjett

-Filwaqt li żżomm is-siringa u l-kunjett b’attenzjoni, dawwar bil-mod biex tħallat it-trab u l-ilma flimkien. Meta jitħalltu, is-soluzzjoni tidher ċara u ma jkollhiex frak fiha.

-Iċċaqlaqhiex b’mod eċċessiv għax inkella toħloq bżieżaq fil-mediċina tiegħek.

4.Kif timla mill-ġdid is-siringa bil-mediċina mill-kunjett

-Aqleb il-kunjett rasu ’l isfel.

-Iġbed il-planġer tas-siringa ’l barra biex tiġbed il-mediċina mill-kunjett lura għas-siringa.

-Jekk jibqa’ xi mediċina fil-kunjett, iġbed ’il barra l-labra s-safra sakemm it-tarf tal-labra jkun kemm kemm fit-tapp tal-lastku. Jekk tħares mill-ġenb mill-ispazju tat-toqba tat-tapp tal-lastku, tkun tista’ tikkontrolla l-moviment tal-labra u tal-likwidu.

-Qis li tiġbed il-mediċina kollha tiegħek mill-kunjett.

-Poġġi l-għatu lura fuq il-labra s-safra. Ħoll il-labra s-safra minn mas-siringa u poġġi s- siringa fuq wiċċ nadif.

Kif tħejji s-sit tal-injezzjoni u kif tinjetta l-mediċina tiegħek

1.Kif tneħħi l-bżieżaq tal-arja

-Neħħi t-tgeżwir mil-labra bil-marka griża fuqha. Waħħal il-labra l-griża mas-siringa u neħħi l-għatu mil-labra l-griża.

-Żomm is-siringa bil-labra l-griża tħares ’il fuq u ara li ma jkunx hemm bżieżaq tal-arja.

-Biex tneħħi l-bżieżaq tal-arja, tektek ħafif fuq is-siringa sakemm l-arja kollha tinġabar fuq nett – imbagħad imbotta l-planġer tas-siringa bil-mod sakemm jitilqu l-bżieżaq tal- arja kollha.

-Tmissx il-labra l-griża u oqgħod attenta li l-labra ma tmiss ma’ mkien.

2.Naddaf is-sit tal-injezzjoni

-Agħżel il-post tal-injezzjoni fuq żaqqek. Preferibbilment dan ikun madwar iż-żokra. Biex tnaqqas l-irritazzjoni tal-ġilda, agħżel parti differenti ta’ żaqqek kuljum.

-Naddaf il-ġilda fis-sit tal-injezzjoni magħżul minnek bit-tieni tajjara bl-alkoħol - uża moviment ċirkolari.

3.Kif ittaqqab il-ġilda tiegħek

-Żomm is-siringa f’id waħda – qisek qed iżżomm lapes.

-Bil-mod oqros il-ġilda madwar is-sit tal-injezzjoni u żommha sew bl-id l-oħra.

-Imbotta bil-mod il-labra l-griża għal kollox fil-ġilda tiegħek f’angolu ta’ madwar 45 sa

90 grad – imbagħad erħi l-ġilda tiegħek.

4.Kif tinjetta l-mediċina tiegħek

-Iġbed bil-mod il-planġer tas-siringa. Jekk joħroġ id-demm, segwi Pass 5 hawn taħt.

-Jekk ma joħroġx demm, imbotta bil-mod ’il ġewwa l-planġer tas-siringa biex tinjetta l- mediċina tiegħek.

-Meta s-siringa tkun vojta, oħroġ il-labra l-griża bil-mod bl-istess angolu.

-Uża t-tieni tajjara bl-alkoħol sabiex tapplika pressjoni fuq fejn tkun għadek kif injettajt.

5.Jekk joħroġ id-demm:

-oħroġ il-labra l-griża bil-mod bl-istess angolu.

-uża t-tieni tajjara bl-alkoħol sabiex tapplika pressjoni fuq fejn tkun għadek kif taqqabt il- ġilda tiegħek.

-battal il-mediċina tiegħek f’sink u segwi Pass 6 hawn taħt.

-aħsel idejk u ibda mill-ġdid b’kunjett u b’siringa mimlija għal-lest ġodda.

6.Rimi

-Uża kull labra, kunjett u siringa darba biss.

-Poġġi l-għatu lura fuq il-labar sabiex ikunu jistgħu jintremew bla periklu.

-Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi labar, kunjetti u siringi użati.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati