Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Champix (varenicline) – Fuljett ta’ tagħrif - N07BA03

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaChampix
Kodiċi ATCN07BA03
Sustanzavarenicline
ManifatturPfizer Limited

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

CHAMPIX 0.5 mg pilloli miksijin b'rita

CHAMPIX 1 mg pilloli miksijin b'rita

Varenicline

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista' jkollok bżonn terġa' taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista' tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F'dan il-fuljett

1.X'inhu CHAMPIX u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu CHAMPIX

3.Kif għandek tieħu CHAMPIX

4.Effetti sekondarji li jista' jkollu

5.Kif taħżen CHAMPIX

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu CHAMPIX u gћalxiex jintuża

CHAMPIX fih is-sustanza attiva varenicline. CHAMPIX hu mediċina li tintuża fl-adulti biex jgħinhom jaqtgħu t-tipjip.

CHAMPIX jista' jgħinek biex ittaffi x-xenqa u s-sintomi ta' l-irtirar assoċjati mal-waqfien mit-tipjip. CHAMPIX jista' jnaqqas ukoll il-pjaċir tas-sigarretti jekk inti tpejjep waqt il-kura.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu CHAMPIX

Tiħux CHAMPIX:

-jekk int allerġiku għal varenicline jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu CHAMPIX

Kien hemm rapporti ta’ dipressjoni, ideat u atteġjamenti ta’ suwiċidju f’pazjenti li jkunu qed jieħdu CHAMPIX. Jekk qed tieħu CHAMPIX u tibda tħossok aġitat, ikollok burdati ta’ dwejjaq, jew bdil fl- fil-manjieri li jinkwetaw kemm lilek jew lill-familja jew jekk jibda jkollok ideat jew atteġġjamenti li tikkommetti suwiċidju, għandek tieqaf tieħu CHAMPIX u għandek tkellem immedjatament lit-tabib tiegħek għal valutazzjoni tat-trattament.

L-effetti ta' waqfien mit-tipjip

L-effetti tal-bidliet fis-sistema tiegħek minħabba li waqaft tpejjep, bi jew mingħajr kura b'CHAMPIX, jistgħu jbiddlu l-mod kif jaħdmu mediċini oħra. Għalhekk, f'ċerti każijiet jista' jkun meħtieġ aġġustament fid-doża. Għal aktar dettalji ara hawn taħt fis-sezzjoni ‘Mediċini oħra u CHAMPIX’ .

Għal ċerti nies il-waqfien mit-tipjip, kemm waqt kura u kemm le, kien assoċjat ma' riskju akbar li jħossu bidla fil-manjieri jew ħsieb, sensazzjonijiet ta’ depressjoni u ansjeta' u jista’ jkun assoċjat ma’ disturbi psikjatriċi li kienu hemm qabel u qed imorru għall-agħar. Jekk għandek storja ta’ disturbi psikjatriċi għandek tiddiskuti dan mat-tabib tiegħek.

Sintomi kardjovaskulari

Kienu rrapurtati problemi ġodda jew aggravar tal-problemi, fil-qalb jew fil-vini u fl-arterji (kardjovaskulari), l-aktar f’persuni li diġà kellhom problemi kardjovaskulari. Għid lit-tabib tiegħek jekk għandek xi tibdil fis-sintomi matul it-trattament b’CHAMPIX. Ikseb għajnuna medika ta’ emerġenza mill-ewwel jekk għandek sintomi ta’ attakk tal-qalb jew puplesija.

Aċċessjonijiet

Għid lit-tabib tiegħek jekk ikollok aċċessjonijiet jew kellek epilessija qabel bdejt it-trattament b’CHAMPIX. Kien hemm nies li rrapurtaw li kellhom aċċessjonijiet waqt li kienu qed jieħdu CHAMPIX.

Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva

Ieqaf ħu Champix u għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk ikollok kwalunkwe wieħed mis-sinjali u sintomi li ġejjin li jistgħu jindikaw reazzjoni allerġika serja: nefħa fil-wiċċ, fix-xofftejn, fl-ilsien, fil- ħanek, fil-gerżuma jew fil-ġisem u/jew diffikultà biex tieħu n-nifs, tħarħir.

Reazzjonijiet tal-ġilda

Raxxijiet fil-ġilda potenzjalment fatali (sindrome ta’ Stevens-Johnson u Eritema multiformi) kienu rrappurtati bl-użu ta’ Champix. Jekk tiżviluppa raxx jew jekk il-ġilda tiegħek tibda titqaxxar jew itella’ l-imfafet, tibqax tieħu Champix u fittex għajnuna medika ta’ emerġenza.

Tfal u adolexxenti

CHAMPIX mhuwiex irrakkomandat għall-użu fit-tfal jew adolexxenti taħt it-18-il sena għax is-sigurtà u l-effikaċja ma ġewx determinati s’issa.

Mediċini oħra u CHAMPIX

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

F’ċerti każijiet bħala riżultat tat-twaqqif tat-tipjip, b’CHAMPIX jew mingħajru, jista’ jkun meħtieġ aġġustament fid-doża ta’ mediċini oħrajn. Eżempji jinkludu theophylline (mediċina għall-kura ta’ problemi tan-nifs), warfarin (mediċina biex traqqaq id-demm), u l-insulina (mediċina biex tikkura d- dijabete). F'każ ta’ dubju, inti għandek tikkonsulta mat-tabib jew ma' l-ispiżjar tiegħek.

Jekk għandek mard sever tal-kliewi, inti għandek tevita li tieħu cimetidine (mediċina li tintuża għal problemi fl-istonku) fl-istess ħin ma’ CHAMPIX għaliex tista’ żżid il-livelli ta’ CHAMPIX fid-demm.

Użu ta' CHAMPIX ma' terapiji oħra għal waqfien mit-tipjip

Kellem lit-tabib tiegħek qabel ma’ tuża CHAMPIX ma' terapiji oħrajn għal waqfien mit-tipjip.

CHAMPIX ma’ ikel u xorb

Kien hemm xi rapporti ta’ żieda fl-effetti intossikanti tal-alkoħol f’pazjenti li kienu qegħdin jieħdu CHAMPIX. Madankollu, mhuwiex magħruf jekk fil-fatt, CHAMPIX iżidx l-intossikazzjoni tal- alkoħol.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Hu preferribbli li jiġi evitat l-użu ta’ CHAMPIX meta tkun tqila. Tkellem mat-tabib tiegħek jekk qed tippjana li tinqabad tqila.

Għalkemm ma ġiex studjat, CHAMPIX jista' jgħaddi ġol-ħalib tas-sider. Itlob il-parir tat-tabib jew ta’ l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu CHAMPIX.

Sewqan u tħaddim ta' magni

CHAMPIX jista' jikkawża sturdament u ngħas. Issuqx, tħaddimx makkinarju kumpless jew tinvolvi ruħek f'attivitajiet oħra li jistgħu jkunu perikolużi sakemm tkun taf jekk din il-mediċina taffettwax il- ħila tiegħek biex twettaq dawn l-attivitajiet.

3.Kif gћandek tieћu CHAMPIX

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina eżatt skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Għandek ċans akbar li tieqaf tpejjep jekk tkun immotivat/a biex tieqaf. It-tabib u l-ispiżjar tiegħek jistgħu jipprovdu parir, appoġġ u sorsi ta' aktar informazzjoni biex jiġi żgurat li t-tentattiv tiegħek li taqta' t-tipjip jirnexxi.

Qabel ma tibda l-kors tiegħek ta' CHAMPIX inti għandek normalment tiddeċiedi data fit-tieni ġimgħa tal-kura (bejn jum 8 u jum 14) meta se tieqaf tpejjep. Jekk m’intix lest jew m’intix kapaċi tistabbilixxi data biex tieqaf tpejjep fi żmien ġimgħatejn, inti stess tista’ tagħżel id-data biex tieqaf tpejjep fi żmien 5 ġimgħat wara li tibda l-kura. Inti għandek tikteb din id-data fuq il-pakkett biex tiftakar.

Il-pilloli CHAMPIX għandhom jinbelgħu sħaħ bl-ilma.

CHAMPIX jiġu f’pillola bajda (0.5 mg) u pillola blu ċara (1 mg). Inti għandek tibda bil-pillola l- bajda, imbagħad normalment taqleb fuq il-pillola l-blu ċara. Ara l-lista t’hawn taħt għall- istruzzjonijiet tad-dożaġġ normali li għandek timxi magħhom minn l-ewwel jum.

L-1wel

Doża

ġimgħa

 

Jum 1

- 3

Minn jum 1 sa jum 3, inti għandek tieħu CHAMPIX 0.5 mg pillola bajda miksija b'rita

 

 

darba kuljum.

 

 

 

Jum 4

- 7

Minn jum 4 sa jum 7, inti għandek tieħu pillola CHAMPIX 0.5 mg pillola bajda miksija

 

 

b'rita darbtejn kuljum, darba filgħodu u darba filgħaxija, bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin

 

 

kuljum.

 

 

It-2ni ġimgħa

 

Jum 8

- 14

Minn jum 8 sa jum 14, inti għandek tieħu CHAMPIX 1 mg pillola blu ċara miksija b'rita

 

 

darbtejn kuljum, darba filgħodu u darba filgħaxija, bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin kuljum.

 

 

 

It-3et - 12-il

 

ġimgħa

 

Jum 15 -

Minn jum 15 sat-tmiem tal-kura, inti għandek tieħu CHAMPIX 1 mg pillola blu ċara

tmiem tal-kura

miksija b'rita darbtejn kuljum, darba filgħodu u darba filgħaxija, bejn wieħed u ieħor fl-

 

istess ħin kuljum.

Wara 12-il ġimgħa ta' kura, jekk tkun waqaft tpejjep, it-tabib tiegħek jista' jirrakkomanda 12-il ġimgħa oħra ta' kura b'CHAMPIX 1 mg pilloli miksijin b'rita darbtejn kuljum biex jgħinek tevita li terġa’ tibda tpejjep.

Jekk ma tkunx kapaċi jew ma tkunx trid tieqaf tpejjep immedjatment, għandek tnaqqas it-tipjip matul l-ewwel 12-il ġimgħa ta’ kura u tieqaf għal kollox sat-tmiem ta’ dak il-perijodu ta’ kura. Imbagħad għandek tkompli tieħu CHAMPIX 1 mg pilloli miksija b’rita darbtejn kuljum għal 12-il ġimgħa oħra li jirriżulta f’total ta’ 24 ġimgħa ta’ kura.

F’każ li jkollok xi effetti avversi li ma tkunx tista’ tittollerahom, it-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jnaqqas id-doża tiegħek b’mod temporanju jew permanenti għal 0.5 mg darbtejn kuljum.

Jekk għandek problemi bil-kliewi, inti għandek tkellem it-tabib qabel ma tieħu CHAMPIX. Jista’ jkollok bżonn doża iktar baxxa.

Champix huwa għall-użu mill-ħalq.

Il-pilloli għandhom jinbelgħu sħaħ mal-ilma u jistgħu jittieħdu mal-ikel jew waħidhom.

Jekk tieħu CHAMPIX aktar milli suppost

Jekk aċċidentalment tieħu aktar CHAMPIX milli ordnalek it-tabib tiegħek, inti għandek tfittex parir mediku jew tmur fid-dipartiment ta' l-emerġenza ta' l-eqreb sptar immedjatament. Ħu l-kaxxa tal- pilloli miegħek.

Jekk tinsa tieħu CHAMPIX

Tiħux doża doppja biex tpatti għall-pillola li tkun insejt tieħu. Importanti li tieħu CHAMPIX b'mod regolari fl-istess ħin kuljum. Jekk tinsa tieħu doża, ħudha malli tiftakar. Jekk ikun fadallek 3-4 siegħat qabel id-doża li jmiss, tiħux il-pillola li tkun insejt.

Jekk tieqaf tieħu CHAMPIX

Fil-provi kliniċi ntwera li t-teħid tad-dożi kollha tal-mediċina tiegħek fil-ħinijiet korretti u għall- perijodu rakkomandat ta' kura deskritt fuq iżid iċ-ċansijiet tiegħek li taqta' t-tipjip. Għalhekk, sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx biex twaqqaf il-kura, huwa importanti li tkompli tieħu CHAMPIX, skond l-istruzzjonijiet deskritti fit-tabella ta' hawn fuq.

Fit-terapija tal-waqfien mit-tipjip, ir-riskju li tirritorna għat-tipjip jista’ jkun elevat fil-perjodu li jsegwi b’mod immedjat it-tmiem tal-kura. Tista’ tesperjenza b’mod temporanju irritabilità miżjuda, impuls li tpejjep, depressjoni u/jew disturbi fl-irqad meta tieqaf tieħu CHAMPIX. It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jbaxxilek b’mod gradwali d-doża ta’ CHAMPIX fl-aħħar tal-kura.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji li jista' jkollu

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Il-waqfien mit-tipjip bi jew mingħajr kura jista' jikkawża diversi sintomi. Dawn jistgħu jinkludu bidliet fil-burdata (bħal tħossok depress/a, irritabbli, frustrat/a jew ansjuż/a), nuqqas ta' rqad, diffikulta' biex tikkonċentra, tnaqqis fit-taħbit tal-qalb u żieda fl-aptit jew żieda fil-piż.

Għandek tkun konxju/a tal-fatt li jistgħu jfeġġu sintomi newropsikjatriċi serji bħal aġitazzjoni, burdata ta’ dwejjaq, jew bidliet fl-imġiba waqt tentattiv ta’ waqfien bi jew mingħajr CHAMPIX u għandek tikkuntattja lil tabib jew spiżjar jekk ikollok sintomi bħal dawn.

Seħħew effetti sekondarji serji ta’ frekwenza mhux komuni jew rari f’nies li ppruvaw iwaqqfu t-tipjip b’CHAMPIX: aċċessjoni, puplesija, attakk tal-qalb, ħsibijiet ta’ suwiċidju, telf ta’ kuntatt mar-realtà u ma jkunux jistgħu jaħsbu jew jieħdu ġudizzju b’mod ċar (psikosi), bidliet fil-ħsieb jew fl-imġiba (bħal aggressjoni u mġiba mhux normali). Kien hemm ukoll rapporti ta’ reazzjonijiet severi tal-ġilda li jinkludu Eritema Multiformi (tip ta’ raxx) u s-Sindrome ta’ Stevens-Johnson (marda sejra bl-infafet fil-ġilda, fil-ħalq, madwar l-għajnejn jew fil-ġenitali) u reazzjonijiet allerġiċi sejri li jinkludu l- anġjoedima (nefħa fil-wiċċ, ħalq jew griżmejn).

-Komuni ħafna: jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10

-Infjammazzjoni tal-imnieħer u l-gerżuma, ħolm mhux normali, diffikulta' biex torqod, uġigħ ta' ras

-Dardir

-Komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10

-Infezzjoni fis-sider, infjammazzjoni tas-sinuses

-Żieda fil-piż, tnaqqis fl-aptit, żieda fl-aptit

-Ngħas, sturdament, tibdil fil-mod li jtiegħmu l-affarijiet

-Qtugħ ta’ nifs, sogħla

-Ħruq fl-istonku, rimettar, stitikezza, dijarea, tħossok mifqugħ, uġigħ addominali, uġigħ fis-snien, indiġestjoni, gass fl-istonku, ħalq xott

-Raxx fil-ġilda, ħakk

-Uġigħ fil-ġoġi, uġigħ fil-muskoli, uġigħ fid-dahar

-Uġigħ fis-sider, għeja

-Mhux komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100

-Infezzjoni fungali, infezzjoni virali

-Sensazzjoni ta' paniku, diffikulta' biex taħseb, irrekwitezza, tibdil fil-burdata, dipressjoni, ansjetà, alluċinazzjonijiet, tibdil fl-impulsi jew fil-prestazzjoni sesswali

-Aċċessjoni, tregħid, sensazzjoni ta' indeboliment jew malesseri, sensittivita' anqas li tħoss

-Konġunktivite, uġigħ fl-għajnejn

-Żarżir fil-widnejn

-Anġina, ritmu tal-qalb mgħaġġel, palpitazzjonijiet, żieda fir-ritmu tal-qalb

-Pressjoni tad-demm aktar għolja, fwawar

-Infjammazzjoni fl-imnieħer, sinuses u griżmejn, konġestjoni fl-mnieħer, fil-griżmejn u fis-sider, ħanqa, hay fever, irritazzjoni tal-gerżuma, sinus miżdudin, tnixxija eċċessiva mill-imnieħer li tikkawża sogħla, imnieħer iqattar

-Purgar bid-demm aħmar, stonku irritat, bidla fil-frekwenza ta' l-ippurgar tiegħek, tifwiq, ulċeri fil-ħalq, uġigħ fil-ħniek

-l-ġilda tiħmar, akne, żieda fl-għaraq, tagħriq bil-lejl

-Spażmi fil-muskoli, uġigħ fil-ħajt tas-sider

-Frekwenza mhux normali tal-awrina, passaġġ tal-awrina bil-lejl

-Fluss mestruwali akbar

-Skonfort fis-sider, mard bħal influwenza, deni, tħossok dgħajjef jew ma tiflaħx

-Zokkor għoli fid-demm

-Attakk tal-qalb

-Ħsibijiet ta’ suwiċidju

-Bidliet fil-ħsieb jew fl-imġiba (bħal aggressjoni)

-Rari: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000 huma elenkati hawn isfel:

-Għatx eċċessiv

-Tħossok ma tiflaħx jew mhux ferħan, taħseb bil-mod

-Puplesija

-Tensjoni akbar fil-muskoli, diffikultà fid-diskors, diffikultà fil-koordinazzjoni, tnaqqis fis-sens tat-togħma, bdil fil-ħin tal-irqad

-Disturb fil-vista, tidnis fil-boċċa tal-għajn, pupilli mwessgħin, sensittivita' għad-dawl, tara mill-qrib biss, għajnejn idemmgħu

-Taħbit tal-qalb irregolari jew disturb fir-ritmu tal-qalb

-Uġigħ fil-griżmejn, inħir

-Demm fir-rimettar, purgar mhux normali, ilsien miksi

-Ġogi ebsin, uġigħ fil-kustilji

-Glukożju fl-awrina, volum u frekwenza akbar tal-awrina

-Tnixxija vaġinali, tibdil fl-abilità sesswali

-Sensazzjoni ta' kesħa, ċesta

-Dijabete

-Mixi waqt l-irqad

-Telf ta’ kuntatt mar-realtà u ma tkunx tista’ taħseb jew tieħu deċiżjonijiet b’mod ċar (psikożi)

-Imġiba anormali

-Reazzjonijiet severi tal-ġilda li jinkludu Eritema Multiformi (tip ta’ raxx) u s-Sindrome ta’ Stevens-Johnson (marda serja bl-infafet fil-ġilda, fil-ħalq, madwar l-għajnejn jew mal- ġenitali)

-Reazzjonijiet allerġiċi serji li jinkludu l-anġjoedima (nefħa fil-wiċċ, ħalq jew griżmejn)

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex ikun hemm aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen CHAMPIX

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-pakkett tal-kartun jew fuq il-kaxxa wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Folji: Aħżen f’temperatura taħt 30°C

Flixkun: Din il-mediċina ma teħtieġx kondizzjonijiet ta' ħażna speċjali.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m'għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X'fih CHAMPIX

-Is-sustanza attiva hi varenicline

-Kull pillola ta’ 0.5 mg miksija b’rita fiha 0.5 mg ta’ varenicline (bħala tartrat).

-Kull pillola ta’ 1 mg miksija b’rita fiha 1 mg ta’ varenicline (bħala tartrat).

-Is-sustanzi l-oħra huma:

Qalba tal-Pillola - CHAMPIX 0.5 mg u 1 mg pilloli miksijin b'rita

Cellulose, Microcrystalline

Calcium Hydrogen Phosphate Anhydrous

Croscarmellose Sodium

Silica, colloidal anhydrous

Magnesium Stearate

Rita tal-pillola -– CHAMPIX 0.5 mg pilloli miksijin b'rita

Hypromellose

Titanium Dioxide (E171)

Macrogols

Triacetin

Rita tal-pillola -– CHAMPIX 1 mg pilloli miksijin b'rita

Hypromellose

Titanium Dioxide (E171)

Macrogol 400

Indigo Carmine Aluminium Lake E132

Triacetin

Kif jidher CHAMPIX u l-kontenut tal-pakkett

-CHAMPIX 0.5 mg pilloli miksijin b'rita huma pilloli bojod, miksijin b'rita, forma ta' kapsula mmodifikata, immarkat “Pfizer” u “CHX 0.5”

-CHAMPIX 1 mg pilloli miksijin b'rita huma pilloli blu ċari, miksijin b'rita, forma ta' kapsula modifikata, immarkati “Pfizer” u “CHX 1.0”

CHAMPIX hu disponibbli fil-pakketti li ġejjin:

-Pakkett għall-bidu tal-kura li fih 2 folji; folja trasparenti ta' 11 x CHAMPIX 0.5 mg pilloli miksijin b'rita u folja trasparenti ta' 14 x CHAMPIX 1 mg pilloli miksijin b'rita f'pakkett tal- kartun.

-Pakkett għall-bidu tal-kura li fih 2 folji; folja trasparenti ta’ 11 x CHAMPIX 0.5 mg u 14 x 1 mg pilloli miksija b’rita u folja trasparenti ta’ 28 x CHAMPIX 1 mg pilloli miksija b’rita f’pakkett tal-kartun.

-Pakkett ta' kontinwazzjoni (manteniment) li fih 2 folji trasparenti ta' 14 x CHAMPIX 1 mg pilloli miksijin b'rita f'pakkett tal-kartun.

-Pakkett ta' kontinwazzjoni (manteniment) li fih 2 folji trasparenti ta' 28 x CHAMPIX 1 mg pilloli miksijin b'rita f'pakkett tal-kartun.

-Pakkett ta' kontinwazzjoni (manteniment) li fih 2 folji trasparenti ta' 14 x CHAMPIX 0.5 mg pilloli miksijin b'rita f'pakkett tal-kartun.

-Pakkett ta' kontinwazzjoni (manteniment) li fih 2 folji trasparenti ta' 28 x CHAMPIX 0.5 mg pilloli miksijin b'rita f'pakkett tal-kartun.

-Pakkett għall-bidu tal-kura li fih 2 folji; folja trasparenti ta' 11 x CHAMPIX 0.5 mg pilloli miksijin b'rita u folja trasparenti ta' 14 x CHAMPIX 1 mg pilloli miksijin b'rita f'kaxxa.

-Pakkett ta' kontinwazzjoni (manteniment) li fih 2 folji trasparenti ta' 14 x CHAMPIX 1 mg pilloli miksijin b'rita f'kaxxa.

-Pakkett ta' kontinwazzjoni (manteniment) li fih 4 folji trasparenti ta' 14 x CHAMPIX 1 mg pilloli miksijin b'rita f'kaxxa.

-Pakkett ta' kontinwazzjoni (manteniment) li fih 8 folji trasparenti ta' 14 x CHAMPIX 1 mg pilloli miksijin b'rita f'kaxxa.

-Pakkett ta’ kontinwazzjoni (manteniment) li fih 10 folji trasparenti ta’ 14 x CHAMPIX 1mg pilloli miksijin b’rita f’kaxxa.

-Flixkun HDPE ta' lewn abjad kaħlani ssiġillat, b'tapp bil-kamin reżistenti għat-tfal, f'kaxxa, li fih 56 x CHAMPIX 1 mg pilloli miksijin b'rita.

-Flixkun HDPE ta' lewn abjad kaħlani ssiġillat, b'tapp bil-kamin reżistenti għat-tfal, f'kaxxa, li fih 56 x CHAMPIX 0.5 mg pilloli miksijin b'rita.

Jista' jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Pfizer Limited

Ramsgate Road

Sandwich

Kent

CT13 9NJ

Renju Unit

Manifattur

R-Pharm Germany GmbH

Heinrich-Mack-Str. 35, 89257 Illertissen

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.

België/Belgique/Belgien

Pfizer S.A./N.V.

Tél/Tel: + 32 (0)2 554 62 11

България

Пфайзер Люксембург САРЛ, Клон България Тел.: +359 2 970 4333

Česká republika

Pfizer PFE, spol. s r.o. Tel: + 420 283 004 111

Danmark

Pfizer ApS

Tlf: + 45 44 20 11 00

Deutschland

Pfizer Pharma GmbH

Tel: +49 (0)30 550055-51000

Eesti

Pfizer Luxembourg SARL Eesti filiaal Tel: +372 666 7500

Ελλάδα

PFIZER ΕΛΛΑΣ Α.Ε., Τηλ.: +30 210 67 85 800

Lituva

Pfizer Luxembourg SARL filialas Lietuvoje Tel. +3705 2514000

Luxembourg/Luxemburg

Pfizer S.A.

Tél/Tel: + 32 (0)2 554 62 11

Magyarország

Pfizer Kft.

Tel.: +36 1 488 37 00

Malta

V.J. Salomone Pharma Ltd.

Tel : +356 21220174

Nederland

Pfizer bv

Tel: +31 (0)10 406 43 01

Norge

Pfizer Norge AS

Tlf: +47 67 52 61 00

Österreich

España

Polska

Pfizer, S.L.

Pfizer Polska Sp. z o.o.

Tel: + 34 91 490 99 00

Tel.: + 48 22 335 61 00

France

Portugal

Pfizer

Pfizer Biofarmacêutica, Sociedade Unipessoal Lda

Tél: + 33 (0)1 58 07 34 40

Tel: +351 21 423 5500

Hrvatska

România

Pfizer Croatia d.o.o.

Pfizer România S.R.L.

Tel: + 385 1 3908 777

Tel: +40 (0)21 207 28 00

Ireland

Slovenija

Pfizer Healthcare Ireland

Pfizer Luxembourg SARL, Pfizer, podružnica za

Tel: 1800 633 363 (toll free)

svetovanje s področja farmacevtske dejavnosti,

+44 (0) 1304 616161

Ljubljana

 

Tel: + 386 (0) 1 52 11 400

Ísland

Slovenská republika

Icepharma hf.

Pfizer Luxembourg SARL, organizačná zložka

Simi: +354 540 8000

Tel: +421-2-3355 5500

Italia

Suomi/Finland

Pfizer S.r.l.

Pfizer Oy

Tel: +39 06 33 18 21

Puh/Tel: + 358 (0)9 43 00 40

Κύπρος

Sverige

PFIZER ΕΛΛΑΣ Α.Ε. (CYPRUS BRANCH),

Pfizer Innovations AB

Τηλ: +357 22 817690

Tel: + 46 (0)8 550 520 00

Latvija

United Kingdom

Pfizer Luxembourg SARL filiāle Latvijā

Pfizer Limited

Tel: + 371 670 35 775

Tel: + 44 (0) 1304 616161

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

 

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

 

Tagħrif iddettaljat dwar din il-mediċina huwa disponibbli fuq is-sit elettroniku ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini: http://www.ema.europea.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati