Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Cholestagel (colesevelam) – Fuljett ta’ tagħrif - C10AC04

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaCholestagel
Kodiċi ATCC10AC04
Sustanzacolesevelam
ManifatturGenzyme Europe B.V.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Cholestagel 625 mg pilloli miksija b’rita

Colesevelam

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jistajkollok bżonn terġataqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljet. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Cholestagel u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma’ tieħu Cholestagel

3.Kif għandek tieħu Cholestagel

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Cholestagel

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Cholestagel u gћalxiex jintuża

Cholestagel fih is-sustanza attiva colesevelam (bħala hydrochloride). Meta tieħu Cholestagel, dan jgħinek tbaxxi l-livell tal-kolesterol fid-demm tiegħek. It-tabib tiegħek għandu jagħtik biss Cholestagel jekk id-dieta waħidha ta’ ammonti żgħar ta’ xaħmijiet u kolesterol, ma kinitx biżżejjed.

Cholestagel jaħdem fis-sistema intestinali tiegħek billi jorbot l-aċidi tal-bili magħmula mill-fwied tiegħek u jneħħi l-aċidi tal-bili minn ġismek ma’ l-ippurgar. Dan ma jħallix lill-ġismek jagħmel riċiklaġġ ta’ l-aċidi tal-bili fl-imsaren tiegħek bħas-soltu. Mingħajr dan il-proċess ta’ riċiklaġġ, il- fwied tiegħek irid jagħmel aktar aċidi tal-bili. Il-fwied tiegħek juża l-kolesterol mid-demm tiegħek biex jagħmel dan, u b’hekk ibaxxi l-livell tal-kolesterol f’demmek.

Cholestagel jingħata bir-riċetta tat-tabib biex jikkura kondizzjoni magħrufa bħala iperkolesterolimja primarja (meta l-kolesterol fid-demm ikun għoli) fl-adulti.

-Cholestagel għandu mnejn jingħata bir-riċetta tat-tabib waħdu flimkien ma’ dieta li hi baxxa fix-xaħam u l-kolesterol meta l-kura bi statin (klassi ta’ mediċini li jbaxxu l-kolesterol li jaħdmu fil-fwied) ma tgħoddx jew ma tkunx ittolerata tajjeb.

-Cholestagel għandu mnejn jingħata flimkien ma’ statin u d-dieta li jkun fiha ftit xaħam u kolesterol meta l-pazjenti ma jkunux ikkontrollati b’mod adegwat b’statin waħdu.

-Cholestagel jista’ jintuża wkoll flimkien ma’ ezetimibe (mediċina li tbaxxi l-kolesterol li taħdem billi tnaqqas l-assorbiment tal-kolesterol mill-imsaren), bi jew mingħajr statin.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Cholestagel

Tiħux Cholestagel

-jekk inti allerġiku għal colesevelam jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

-jekk int għandek imblokk fl-imsaren jew fil-kanali tal-bila (tubi li minnhom tgħaddi l- bila)

Jekk it-tabib jiktiblek riċetta għal Cholestagel u kwalunkwe mediċina oħra flimkien int trid taqra wkoll l-fuljett ta’ tagħrif tal-pazjent ta’ dik il-mediċina partikulari qabel ma tibda tieħu l-mediċina tiegħek.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Cholestagel

-jekk il-livelli tiegħek tat-trigliċeridi (xaħam tad-demm) huma ogħla minn 3.4 mmol/L

-jekk int issibha bi tqila biex tibla’, jew għandek disturbi serji ta’ l-istonku jew l-imsaren.

-jekk tbati mill-istitikezza, għax Cholestagel jista’ jikkaġuna jew iħarrax din il-kundizzjoni. Dan hu importanti speċjalment għal pazjenti b’mard koronarju tal-qalb u anġina pectoris.

Jekk taħseb li waħda minn dawn jgħoddu għalik, int għandek tgħarraf lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Cholestagel.

Qabel tibda terapija b’Cholestagel, it-tabib tiegħek għandu jiżgura li ċerti kondizzjonijiet ma jikkawżawx livelli għolja tal-kolesterol tiegħek. Dawn jinkludu dijabete li mhix ikkontrollata tajjeb, ipotirojdiżmu (livelli baxxi ta’ l-ormon tat-tirojde li bħalissa mhix qed tingħata kura għalih) mhux ikkurat, proteina fl-awrina (sindromu nefrotiku), bidla fil-livelli tal-proteina fid-demm (disproteinimja), u imblukkar tat-trasport tal-bila għall-bużżieqa tal-marrara tiegħek (mard li jinvolvi mblukkar fil-fwied)

Tfal u adolexxenti

Fit-tfal ( taħt l-età ta’ 18-il sena), is-sigurtà u l-effikaċja ma ġewx studjati. Għalhekk, l-użu ta’ Cholestagel mhux irrakkomandat f’din il-popolazzjoni.

Mediċini oħra u Cholestagel

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Jekk it-tabib tiegħek jissuspetta li Cholestagel għandu mnejn jaffetwa l-assorbiment tal-mediċini l-oħra, int għandek mnejn tingħata l-parir biex tieħu Cholestagel mill-inqas 4 sigħat qabel jew ta’ l- anqas 4 sigħat wara li tieħu l-mediċina l-oħra. Jekk ikollok bżonn tieħu mediċini oħrajn iktar minn darba kuljum, ftakar li l-pilloli tiegħek ta’ Cholestagel jistgħu jittieħdu darba kuljum.

Cholestagel jista’jaffettwa l-mod kif jaħdmu dawn il-mediċini li ġejjin :

Terapija kontra l-koaġulazzjoni tad-demm (mediċini, bħal warfarin, li jintuża biex iraqqaq id-demm). Jekk qed tieħu terapija b’mediċini li jraqqu d-demm għandek tkellem lit-tabib tiegħek biex jimmonitorja mill-qrib il-livelli tal-antikoagulazzjoni, għax Cholestagel jista’ jaffettwa l-assorbiment ta’ vitamina K u għalhekk jinterferixxi mal-attività ta’ warfarin.

Terapija minnflok it-tirojde (mediċini bħal thyroxine jew levothyroxine li jintużaw biex jikkuraw livelli baxxi ta’ l-ormoni tat-tirojde).

Kontraċettivi mill-ħalq (mediċini li jipprevjenju t-tqala).

Hu importanti li tieħu Cholestagel mill-inqas 4 sigħat wara li tieħu l-kontraċettiv orali kombinat biex taċċerta ruħek li l-effettività tal-kontraċettiv ma tkunx affettwata.

Verapamil jew olmesartan (mediċini li jintużaw biex tikkura l-pressjoni għolja tad- demm). Huwa importanti li tieħu olmesartan għall-inqas 4 sigħat qabel ma tieħu Cholestagel.

Mediċini kontra d-dijabete (mediċini użati fil-kura tad-dijabete, bħal pilloli ta’ metformin li jerħu l-mediċina b’mod imtawwal (ER), glimepiride, glipizide, pioglitazone, repaglinide jew glyburide).Jekk qed tieħu xi mediċini għad-dijabete, għandek titkellem mal-ispeċjalista tiegħek sabiex tiġi segwit bir-reqqa, Huwa importanti li tieħu glimepiride u glipizide għall-inqas 4 sigħat qabel ma tieħu Cholestagel.

Mediċini anti-epilettiċi (mediċini bħal phenytoin li jintużaw għall-kura ta’ l-epilessija).

Ciclosporin (mediċina li tintuża biex trażżan is-sistema immuni).

Ursodeoxycholic acid (mediċina li tintuża biex tħoll ġebel fil-marrara jew tikkura mard speċifiku kroniku tal-fwied).

Jekk int qed tieħu Cholestagel u waħda minn dawn il-mediċini, it-tabib tiegħek għandu mnejn ikun irid jagħmel testijiet biex jkun ċert li Cholestagel ma jinterferixxix ma’ dawn il-mediċini.

Barra minn dan, jekk int għandek kwalunkwe kondizzjoni li tista tikkawża defiċjenza tal-vitamini A, D, E jew K, it-tabib tiegħek għandu mnejn ikun irid jiċċekkja l-livelli tal-vitamini tiegħek perjodikament waqt li int qed tieħu Cholestagel. Jekk hemm bżonn, it-tabib tiegħek għandu mnejn jagħtik parir li għandek tieħu ammont miżjud ta’ vitamini.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il- parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Jekk tingħata riċetta għal Cholestagel flimkien ma’ statin, hu importanti li tgħid it-tabib tiegħek jekk inti tqila jew jekk qed tippjana li toħroġ tqila, għax l-istatins m’għandhomx jintużaw waqt it-tqala; il-fuljett ta’ tagħrif tal-pazjent li jkun ma’ dak l-istatin partikulari għandu jiġi kkonsultat. Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tredda’. It-tabib tiegħek jista’ jwaqqaf il-mediċina tiegħek.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Il-ħila tiegħek li ssuq jew tħaddem il-magni ma tkunx affettwata meta tieħu l-pilloli Cholestagel.

3.Kif gћandek tieћu Cholestagel

Qabel ma tibda t-terapija b’Cholestagel, int suppost tingħata l-parir li toqgħod fuq dieta li tbaxxi l-kolesterol u għandek tkompli toqgħod fuq din id-dieta matul il-kura.

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Kif spjegajna f’Sezzjoni 2, jekk int ser tieħu xi mediċini oħra flimkien ma’ Cholestagel, hu possibbli lit-tabib tiegħek ser jagħtik il-parir li għandek tieħu Cholestagel mill-inqas 4 sigħat wara li tieħu mediċini oħra.

Jekk tieħu mediċina msejħa jew Neoral® jew ciclosporin, jekk jogħġbok aċċerta ruħek li teħodha ma’ Cholestagel b’mod konsistenti matul il-jum; jew dejjem ma’ xulxin jew dejjem separati għal numru fiss ta’ sigħat.

Għandek tieħu l-pilloli Cholestagel mal-ikel u likwidu. Għandek tibla’ l-pilloli sħaħ. Tkissirx, tfarrakx jew tomgħod il-pilloli.

Terapija kombinata

Id-doża rakkomandata ta’ Cholestagel, meta jintuża ma’ statin jew ezetimibe jew it-tnejn flimkien, hi ta’ 4 sa 6 pilloli kuljum meħuda mill-ħalq. It-tabib tiegħek jista’ jgħidlek biex tieħu d-doża ta’ Cholestagel jew darba kuljum jew darbtejn kuljum; fi kwalunkwe każ, Cholestagel għandu jittieħed mal-ikel. Id-doża ta’ statin u l-ezetimibe għandha tingħata skond l-istruzzjonijiet għal dik il-mediċina partikulari. Il-mediċini għandhom mnejn jingħataw flimkien jew f’ħinijiet separati skond ir-riċetta tat-tabib tiegħek.

Monoterapija

Id-doża rakkomandata ta’ Cholestagel hi ta’ 3 pilloli li jittieħdu darbtejn kuljum ma’ l-ikel jew 6 pilloli kuljum ma’ l-ikla. It-tabib tiegħek għandu mnejn iżidlek id-doża għal 7 pilloli kuljum.

Jekk tieħu Cholestagel aktar milli suppost

Jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek. Jista’ jkun li tkun stitiku jew tħossok minfuħ.

Jekk tinsa tieħu Cholestagel

Tista’ tieħu d-doża tiegħek mal-ikel iktar tard, iżda m’għandek qatt tieħu f’ġurnata iżjed min- numru totali ta’ pilloli li t-tabib tiegħek tak riċetta għalihom.

Jekk tieqaf tieħu Cholestagel

Il-kolesterol tiegħek għandu mnejn jiżdid għal-livell li kien qabel ma bdiet il-kura. Mhux mistenni li jkun hemm effetti oħra partikolari.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

L-effetti sekondarji li ġejjin kienu rrappurtati f’pazjenti li kienu qed jieħdu Cholestagel: Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iktar minn persuna 1 minn kull 10): gass, stitikezza. Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10): rimettar, dijarea, indiġestjoni, uġigħ addominali, ippurgar anormali, tħossok imdardar, nefħa, uġigħ ta’ ras, livelli għolja ta’ triglycerides (xaħmijiet) fid-demm tiegħek.

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100): uġigħ fil-muskoli, livelli għolja ta’ enzimi tal-fwied fid-demm tiegħek, diffikultà biex tibla’.

Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10,000): infjammazzjoni tal-frixa.

Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli): l-imblokkar tal-intestini (li tista’ tiżdied fost pazjenti b’passat mediku ta’ imblokkar tal-intestini jew ta’ tneħħija tal- intestini).

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen Cholestagel

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta tal-kartuna u t-tikketta tal-flixkun wara “JIS’’

Żomm il-flixkun magħluq sewwa sabiex tilqa’ mill-umdità.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal- ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Cholestagel

-Is-sustanza attiva hi colesevelam (bħala hydrochloride). Kull pillola fiha 625 mg ta’ colesevelam.

-Is-sustanzi l-oħra (l-eċċipjenti) huma:

Il-qalba tal-pillola:

Microcrystalline cellulose (E460)

Silica colloidal anhydrous

Magnesium stearate

Ilma ppurifikat

Kisja tar-rita:

Hypromellose (E464)

Diacetylated monoglycerides

Linka tal-istampar:

Iron oxide black (E172)

Hypromellose (E464)

Propylene glycol

Kif jidher Cholestagel u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli Cholestagel huma ta’ lewn abjad jew abjad jagħti fil-griż, li għandhom forma ta’ kapsula, miksija b’rita, li għandhom stampat ‘C625’ fuq naħa waħda. Il-pilloli huma ppakkjati fi fliexken tal-plastik b’għotjien li ma jistgħux jinfetħu mit-tfal. Id-daqsijiet tal-pakkett huma 24 (1 x 24), 100 (2 x 50) u 180 (1 x 180) pilloli. Jista’ jkun li mhux id-daqsijiet tal-pakketti kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Genzyme Europe B.V., Gooimeer 10, 1411 DD Naarden, l-Olanda

Manifattur

Genzyme Ireland Ltd., IDA Industrial Park, Old Kilmeaden Road, Waterford, l-Irlanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-suq.

België/Belgique/Belgien/

Lietuva

Luxembourg/Luxemburg

UAB „SANOFI-AVENTIS

Sanofi Belgium

LIETUVA“

Tél/Tel: + 32 (0)2 710 54 00

Tel. +370 5 2755224

България

Magyarország

SANOFI BULGARIA EOOD

SANOFI-AVENTIS Zrt.

Tел: +359 (0)2 970 53 00

Tel.: +36 1 505 0050

Česká republika

Malta

sanofi-aventis, s.r.o.

Sanofi Malta Ltd

Tel: +420 233 086 111

Tel: +356 21493022

Danmark

Nederland

sanofi-aventis Denmark A/S

Genzyme Europe B.V.

Tlf: +45 45 16 70 00

Tel: +31 35 699 1200

Deutschland

Norge

Sanofi-Aventis Deutschland GmbH

sanofi-aventis Norge AS

Tel: +49 (0)180 2 222010

Tlf: + 47 67 10 71 00

Eesti

Österreich

sanofi-aventis Estonia OÜ

sanofi-aventis GmbH

Tel. +372 627 34 88

Tel: + 43 1 80 185 - 0

Ελλάδα

Polska

sanofi-aventis AEBE

sanofi-aventis Sp. z o.o.

Τηλ: +30 210 900 16 00

Tel.: +48 22 280 00 00

España

Portugal

sanofi-aventis, S.A.

Sanofi – Produtos Farmacêuticos, Lda.

Tel: +34 93 485 94 00

Tel: +351 21 35 89 400

France

România

sanofi-aventis France

Sanofi Romania SRL

Tél: 0 800 222 555

Tel: +40 (0) 21 317 31 36

Appel depuis l’étranger: +33 1 57 63 23 23

 

Hrvatska

Slovenija

sanofi-aventis Croatia d.o.o.

sanofi-aventis d.o.o.

Tel: +385 1 600 34 00

Tel: +386 1 560 4800

Ireland

Slovenská republika

sanofi-aventis Ireland Ltd. T/A SANOFI

sanofi-aventis Pharma Slovakia s.r.o.

Tel: +353 (0) 1 403 56 00

Tel.: +421 2 33 100 100

Ísland

Suomi/Finland

Vistor hf.

Sanofi Oy

Sími: +354 535 7000

Puh/Tel: + 358 (0) 201 200 300

Italia

Sverige

Genzyme Srl

Sanofi AB

Tel: +39 059 349811

Tel: +46 (0)8 634 50 00

Κύπρος

United Kingdom

sanofi-aventis Cyprus Ltd.

Sanofi

Τηλ: +357 22 871600

Tel: +44 (0) 845 372 7101

Latvija

 

sanofi-aventis Latvia SIA

 

Tel: +371 67 33 24 51

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati