Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Cinryze (C1 inhibitor (human)) – Fuljett ta’ tagħrif - B06AC01

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaCinryze
Kodiċi ATCB06AC01
SustanzaC1 inhibitor (human)
ManifatturShire Services BVBA

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Cinryze 500 Unità ta’ trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni

Inibitur ta’ C1 (uman)

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Cinryze u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Cinryze

3.Kif għandek tieħu Cinryze

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Cinryze

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Cinryze u gћalxiex jintuża

Cinryze fih il-proteina umana msejħa “inibitur ta’ C1” bħala s-sustanza attiva.

Inibitur ta’ C1 huwa proteina li teżisti fin-natura li normalment tinsab fid-demm. Jekk ikollok ammont baxx ta’ inibitur ta’ C1 fid-demm tiegħek jew l-inibitur ta’ C1 tiegħek ma jkunx qed jaħdem kif suppost, dan jista’ jwassal għal attakki ta’ nefħa (imsejħa anġjoedema). Is-sintomi jistgħu jinkludu wġigħ fl-istonku u nefħa tal-:

idejn u saqajn

wiċċ, tebqet il-għajnejn, xufftejn jew ilsien

larinġi, li jista’ jikkawża diffikultà biex tieħu n-nifs

partijiet ġenitali

F’persuni adulti u fit-tfal, Cinryze jista’ jżid l-ammont ta’ inibitur ta’ C1 fid-demm u jew ma jħallix qabel ma jsiru proċeduri mediċi jew dentali) li dawn l-attakki ta’ nefħa jseħħu, jew iwaqqaf l-attakki ta’ nefħa ġaladarba jkunu bdew.

Fl-adulti, fl-adoloxxenti u fit-tfal (li jkollhom sitt snin jew aktar), Cinryze jista’ jżid l-ammont ta’ inibitur ta’ C1 fid-demm u regolarment jipprevjeni milli jseħħu attakki ta’ nefħa.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Cinryze

Tiħux Cinryze

Jekk inti allerġiku għal inibitur ta’ C1 jew għal xi sustanza oħra ta’ Cinryze (elenkati fis- sezzjoni 6). Hu importanti li tgħid lit-tabib tiegħek jekk taħseb li xi darba kellek reazzjoni allerġika għal kwalunkwe mis-sustanzi f’Cinryze.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Qabel tibda l-kura b’Cinryze, hu importanti li tgħid lit-tabib tiegħek, jekk għandek jew kellek problemi bit-tagħqid tad-demm tiegħek (avvenimenti trombotiċi). Ser tkun immonitorjat bir- reqqa jekk dan ikun il-każ.

Jekk tibda tbati minn raxxijiet, tagħfis fis-sider, tħarħir, jew taħbit mgħaġġel tal-qalb meta tkun ħadt Cinryze, għandek tgħid it-tabib tiegħek immedjatament. Ara sezzjoni 4.

Meta l-mediċini jkunu magħmulin minn demm jew plażma umana, jittieħdu ċerti miżuri biex jiġi evitat li l-infezzjonijiet jgħaddu lil pazjenti. Dawn jinkludu l-għażla bir-reqqa ta’ donaturi tad-demm u tal-plażma, biex jiġi żgurat li dawk li qegħdin f’riskju li jkollhom infezzjonijiet jiġu esklużi, u l-ittestjar ta’ kull għotja u ta’ lotts ta’ plażma għal sinjali ta’ virus/infezzjonijiet. Il- manifatturi ta’ dawn il-prodotti jinkludu wkoll miżuri fl-ipproċessar tad-demm jew tal-plażma, li jistgħu jiddiżattivaw jew ineħħu l-viruses. Minkejja dawn il-miżuri, meta jingħataw mediċini ppreparati minn demm jew plażma umana, il-possibbiltà li tgħaddi xi infezzjoni ma tistax tiġi eskluża għal kollox. Dan japplika wkoll għal kwalunkwe viruses mhux magħrufa jew ġodda, jew tipi oħrajn ta’ infezzjonijiet.

Il-miżuri li jittieħdu huma kkunsidrati li huma effettivi għal viruses enveloped bħal virus tal- immunodefiċjenza umana (HIV), viruses ta’ epatite B u epatite Ċ, u viruses non-enveloped ta’ epatite A u parvovirus B19.

It-tabib tiegħek jista’ jirrakkomanda li tikkunsidra li jkollok tilqim kontra epatite A u B jekk regolarment jew b’mod ripetut tirċievi prodotti ta’ inibitur ta’ C1 li jkunu ttieħdu minn plażma umana.

Hu rakkomandat bil-qawwa li kull darba li tirċievi doża ta’ Cinryze, l-isem u n-numru tal-lott tal-prodott jiġu rreġistrati fin-noti mill-infermiera jew mit-tabib tiegħek sabiex jinżamm rekord tal-lottijiet li jintużaw.

Tfal

Cinryze mhuwiex approvat għall-użu fi tfal inqas minn 6 snin għall-prevenzjoni b’rutina ta’ attakki ta’ anġjoedema.

Mediċini oħra u Cinryze

Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. Hemm esperjenza limitata dwar is-sigurtà tal-użu ta’

Cinryze matul it-tqala u t-treddigħ. It-tabib tiegħek ser jiddiskuti miegħek ir-riskji u l-benefiċċji li tieħu din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Cinryze għandu effett żgħir fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

Cinryze fih sodium

Kull kunjett ta’ Cinryze fih madwar 11.5 mg ta’ sodium. Dan għandu jitqies f’pazjenti li jikkontrolla l- ammont ta’ sodium li jieħdu fid-dieta.

3.Kif gћandek tieћu Cinryze

Il-kura tiegħek se tinbeda u tiġi mmaniġġjata taħt is-superviżjoni ta’ tabib b’esperjenza fil-kura ta’ pazjenti b’anġjoedema ereditarja (HAE).

Tabib jew infermiera jistgħu jippreparawlek u jinjettawlek Cinryze. Jekk it-tabib tiegħek jiddeċiedi li inti tista’ tagħti l-mediċina lilek innifsek, it-tabib jew l-infermier tiegħek se jħarrġuk lilek jew lil xi membru tal-familja biex tippreparaw u tinjettaw Cinryze. It-tabib tiegħek se jirrevedi regolarment l- proċess ta’ preparazzjoni u l-għoti miegħek jew ma’ membru tal-familja jew persuna li tindokra.

Id-doża rakkomandata ta’ Cinryze għal persuni adulti, adolexxenti, tfal, persuni anzjani, jew pazjenti li jbatu minn problemi fil-kliewi jew problemi fil-fwied hija kif ġej:

Adulti u adoloxxenti (12-il sena jew aktar)

Kura ta’ attakki ta’ nefħa

Doża ta’ 1,000 Unità (żewġ kunjetti) ta’ Cinryze għandha tiġi injettata mal-ewwel sinjal ta’ attakk ta’ nefħa.

It-tieni injezzjoni ta’ 1000 Unità tista’ tingħata jekk is-sintomi tiegħek ma jmorrux għall-aħjar wara 60 minuta.

Jekk ikun qed ikollok attakk sever, partikularment nefħa tal-larinġ, jew jekk il-bidu tal-kura jiġi ttardjat, it-tieni doża ta’ 1000 Unità tista’ tingħata qabel ma jgħaddu 60 minuta mill-ewwel doża, skont ir-rispons kliniku tiegħek.

Cinryze għandu jiġi injettat minn ġo vina (ġo vina).

Prevenzjoni ta’ rutina ta’ attakki ta’ nefħa

Doża ta’ 1,000 Unità (żewġ kunjetti) ta’ Cinryze għandha tiġi injettata kull 3 jew 4 ijiem għal prevenzjoni ta’ rutina ta’ attakki ta’ nefħa.

L-intervall tad-dożaġġ jista’ jiġi aġġustat mit-tabib tiegħek skont ir-rispons tiegħek għal

Cinryze.

Cinryze għandu jiġi injettat minn ġo vina (ġo vina).

Prevenzjoni ta’ attakki ta’ nefħa qabel operazzjoni

Doża ta’ 1,000 Unità (żewġ kunjetti) ta’ Cinryze għandha tiġi injettata sa 24 siegħa qabel proċedura medika, dentali, jew kirurġika.

Cinryze għandu jiġi injettat minn ġo vina (ġo vina).

Tfal

Kura ta’ attakki ta’ anġjoedema

Prevenzjoni ta’

Prevenzjoni ta’ rutina ta’

 

preproċedura ta’ attakki

attakki anġjoedema

 

ta’ anġjoedema

 

2 sa 11-il sena, >25 kg:

2 sa 11-il sena, >25 kg:

6 sa 11-il sena:

Doża ta’ 1000 Unità (żewġ kunjetti) ta’

Doża ta’ 1000 Unità

Doża ta’ 500 Unità (kunjett

Cinryze għandha tiġi injettata mal-

(żewġ kunjetti) ta’

wieħed) ta’ Cinryze għandha

ewwel sinjal ta’ attakk ta’ nefħa.

Cinryze għandhom jiġu

tiġi injettata kull 3 jew

 

injettati sa 24 siegħa qabel

4 ijiem għall-prevenzjoni ta’

Tista’ tingħata tieni injezzjoni ta’

proċedura medika, dentali

rutina ta’ attakki ta’ nefħa.

1000 Unità jekk is-sintomi tiegħek ma

jew kirurġika.

 

jitjibux wara 60 minuta.

 

L-intervall tad-dożaġġ jista’

2 sa 11-il sena, 10-25 kg:

2 sa 11-il sena, 10-25 kg:

jiġi aġġustat mit-tabib

tiegħek skont ir-rispons

Doża ta’ 500 Unità (kunjett wieħed) ta’

Doża ta’ 500 Unita

tiegħek għal Cinryze.

Cinryze għandha tiġi injettata mal-

(kunjett wieħed) ta’

 

ewwel sinjal ta’ attakk ta’ nefħa.

Cinryze għandha tiġi

 

 

injettata sa 24 siegħa

 

Tista’ tingħata tieni injezzjoni ta’

qabel proċedura medika,

 

500 Unità jekk is-sintomi tiegħek ma

dentali jew kirurġika.

 

jitjibux wara 60 minuta.

 

 

 

 

 

Rikostituzzjoni u metodu ta’ kif għandu jingħata

Cinryze normalment jiġi injettat ġo vina mit-tabib jew mill-infermiera tiegħek. Inti jew il-persuna li qed tieħu ħsiebek tistgħu wkoll tagħtu Cinryze bħala injezzjoni, iżda biss wara li tkun irċivejtu taħriġ adegwat. Jekk qed tinjetta Cinryze lilek innifsek, dejjem użah eżattament kif qallek it-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib tiegħek jekk m’intix ċert. Jekk it-tabib tiegħek jiddeċiedi li inti tista’ tkun adattat għal din il-kura d-dar, hu/hi ser jagħtuk istruzzjonijiet dettaljati. Ser ikollok bżonn iżżomm djarju sabiex tieħu nota ta’ kull kura li tkun irċivejt id-dar u li ġġibu miegħek għal kull waħda mill-viżti tiegħek għand it-tabib. Ser issir evalwazzjoni regolari tat-teknika tal-injezzjoni tiegħek/tal-persuna li qed tieħu ħsiebek biex jiġi żgurat li jkompli jkun hemm immaniġġjar kif suppost.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, Cinryze jista’ jikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Dan jista’ jinkludi reazzjonijiet tat-tip allerġiku.

Għid lit-tabib tiegħek immedjatament jekk ikollok xi wieħed minn dawn is-sintomi wara li tieħu din il-mediċina. Għalkemm huma rari, is-sintomi jistgħu jkunu severi.

Tħarħir għal għarrieda, diffikultà biex tieħu n-nifs, nefħa ta’ tebqet il-għajnejn, tal-wiċċ jew tax- xufftejn, raxx jew ħakk (speċjalment li jaffettwa l-ġisem kollu).

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni): raxx.

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna): livell għoli ta’ zokkor, sturdament, uġigħ ta’ ras, emboli tad-demm, uġigħ fil-vini, fwawar, sogħla, nawseja, rimettar, uġigħ fl-istonku, dijarea, qxur fil-ġilda, ħakk jew ħmura, nefħa u wġigħ fil-ġogi, uġigħ fil-muskoli, raxx jew uġigħ fis-sit tal-injezzjoni, skonfort fis-sider, u deni.

L-effetti sekondarji fit-tfal u fl-adolexxenti huma mistennija li jkunu simili bħal dawk fl-adulti.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Cinryze

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna jew il-kunjetti wara “JIS”.

Aħżen f’temperatura taħt 25°C. Tagħmlux fil-friża. Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

Ġaladarba jiġi rikostitwit, is-soluzzjoni ta’ Cinryze għandha tintuża immedjatament.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Cinryze

Is-sustanza attiva hi inibitur ta’ C1 magħmul mill-plażma ta’ donaturi umani. Kull kunjett bit-trab fih 500 unità ta’ inibitur ta’ C1. Wara r-rikostituzzjoni, kunjett wieħed ikun fih 500 Unità (U) ta’ inibitur ta’ C1 (uman) f’kull 5 ml, li tikkorrispondi għal konċentrazzjoni ta’ 100 U/ml. Żewġ kunjetti ta’

Cinryze fihom 1000 Unità ta’ inibitur ta’ C1 (uman) kull 10 ml li jikkorrispondu għal konċentrazzjoni ta’ 100 U/ml.

Il-kontenut totali tal-proteini tas-soluzzjoni rikostitwita hu ta’ 15 ± 5 mg/ml.

Unità waħda hi ekwivalenti għall-kwantità medja ta’ inibitur ta’ C1 li jkun hemm f’1 ml ta’ plażma normali tal-bniedem.

Is-sustanzi l-oħra (eċċipjenti) huma:

Kunjett bit-trab: sodium chloride, sucrose, sodium citrate, L-valine, L-alanine u L-threonine. Ara sezzjoni 2).

Kunjett bis-solvent: ilma għall-injezzjonijiet

Kif jidher Cinryze u l-kontenut tal-pakkett

Cinryze hu trab abjad li jinsab f’kunjett.

Wara li jkun inħall fl-ilma għall-injezzjonijiet, is-soluzzjoni tkun ċara u bla kulur sa ftit blu.

Kull pakkett ta’ Cinryze fih:

2 kunjetti ta’ Cinryze 500 Unità ta’ trab għal soluzzjoni għall-injezzjoni

2 kunjetti ta’ ilma għall-injezzjonijiet (5 ml kull wieħed) 2 tagħmir tat-trasferiment bil-filtru

2 siringi ta’ 10 ml li jintremew wara l-użu

2 settijiet għal venipuntura

2 tvalji protettivi

Uża biss siringa mingħajr silicone (ipprovduta fil-pakkett) għall-għoti tal-prodott.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Shire Services BVBA Rue Montoyer 47

B - 1000 Brussels Il-Belġju medinfoeuceemea@shire.com

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq Mediċini http://www.ema.europa.eu/. Hemm ukoll links kura.

is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- għal siti elettroniċi oħra dwar mard rari u

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku:

Ir-rikostituzzjoni u l-għoti ta’ Cinryze

Ir-rikostituzzjoni, l-għoti tal-prodott u l-immaniġġjar tas-sett tal-għoti u l-labar għandhom isiru b’kawtela.

Uża jew it-tagħmir tat-trasferiment bil-filtru pprovdut ma’ Cinryze jew labra b’żewġ itruf disponibbli kummerċjalment.

Uża biss siringa mingħajr silicone (ipprovduta fil-pakkett) għall-għoti tal-prodott.

Preparazzjoni u mmaniġġjar

Cinryze hu intenzjonat għal għoti ġol-vini (ġo vina) wara r-rikostituzzjoni b’ilma għall-injezzjonijiet. Il-kunjett ta’ Cinryze hu maħsub biex jintuża darba biss.

Rikostituzzjoni

Għal doża ta’ 500 Unità: Għandek bżonn kunjett bit-trab wieħed, kunjett bis-solvent 1, tagħmir tat- trasferiment bil-filtru, siringa 1 ta’ 10 ml li tintrema wara l-użu, sett 1 għal venipuntura u tvalja protettiva 1. Aħżen il-kunjett li jifdal u t-tagħmir tal-proċess tal-għoti għad-doża li jmiss.

Għal doża ta’ 1000 Unità: Għandek bżonn żewġ kunjetti bit-trab, 2 kunjetti bis-solvent, 2 tagħmir tat- trasferiment bil-filtru, siringa 1 ta’ 10 ml li tintrema wara l-użu, sett 1 għal venipuntura u tvalja protettiva.

Kull kunjett tal-prodott għandu jiġi rikostitwit b’5 ml ta’ ilma għall-injezzjonijiet Kunjett wieħed ta’ Cinryze rikostitwit jikkorrispondi għal doża ta’ 500 Unità. Għalhekk, irrikostitwixxi kunjett wieħed biss ta’ Cinryze għal doża waħda ta’ 500 Unità.

Żewġ kunjetti ta’ Cinryze rikostitwit jikkorrispondu għal doża ta’ 1000 Unità. Għalhekk żewġ kunjetti jitħalltu ma’ xulxin biex jagħtu doża ta’ 1000 Unità.

1.Aħdem fuq it-tvalja pprovduta u aħsel idejk qabel ma twettaq il-proċeduri li ġejjin.

2.Għandha tintuża teknika asettika waqt il-proċedura tar-rikostituzzjoni.

3.Żgura li l-kunjett bit-trab u l-kunjett bis-solvent ikunu fit-temperatura tal-kamra (15ºC - 25ºC).

4.Iftaħ it-tikketta tal-kunjett bit-trab billi tiġbed l-istrixxa perforata indikata mit-triangolu maqlub.

5.Neħħi l-għatjien tal-plastik mill-kunjetti bit-trab u bis-solvent.

6.Naddaf it-tappijiet bi swab għad-diżinfezzjoni u ħallihom jinxfu qabel jintużaw.

7.Neħħi l-għata protettiva min-naħa ta’ fuq tal-pakkett tat-tagħmir tat-trasferiment. Tneħħix it- tagħmir mill-pakkett.

8.Nota: it-tagħmir tat-trasferiment irid ikun imwaħħal mal-kunjett bis-solvent qabel ma jitwaħħal mal-kunjett bit-trab, biex b’hekk il-vacuum fil-kunjett bit-trab ma jintilifx. Poġġi l-kunjett bis- solvent fuq wiċċ ċatt u daħħal it-tarf il-blu tat-tagħmir tat-trasferiment ġol-kunjett bis-solvent, imbuttah ’l isfel sakemm il-ponta tippenetra min-nofs tat-tapp tal-kunjett bis-solvent u t-tagħmir jikklikkja f’postu. It-tagħmir tat-trasferiment irid ikun f’pożizzjoni vertikali qabel ma jippenetra l-għeluq tat-tapp.

9.Neħħi l-pakkett tal-plastik minn mat-tagħmir tat-trasferiment u armih. Oqgħod attent li ma tmissx it-tarf mikxuf tat-tagħmir tat-trasferiment.

10.Poġġi l-kunjett bit-trab fuq wiċċ ċatt. Aqleb ta’ taħt fuq it-tagħmir tat-trasferiment u l-kunjett bis-solvent li jkun fih ilma għall-injezzjonijiet u daħħal it-tarf ċar tat-tagħmir tat-trasferiment

ġol-kunjett bit-trab, imbotta ’l isfel sakemm il-ponta tippenetra t-tapp tal-lastku u t-tagħmir tat- trasferiment jikklikkja f’postu. It-tagħmir tat-trasferiment irid ikun f’pożizzjoni vertikali qabel ma jippenetra l-għeluq tat-tapp tal-kunjett bit-trab. Il-vacuum fil-kunjett bit-trab ser iġbed lis- solvent ’il ġewwa. Jekk ma jkun hemm l-ebda vacuum fil-kunjett, tużax il-prodott.

11.Dawwar il-kunjett bit-trab bil-mod sakemm it-trab kollu jkun inħall. Iċċaqlaqx il-kunjett bit- trab. Aċċerta ruħek li t-trab kollu jkun inħall kompletament.

12.Aqla l-kunjett bis-solvent billi ddawru lejn ix-xellug. Tneħħix it-tarf ċar tat-tagħmir tat- trasferiment minn mal-kunjett bit-trab.

Kunjett wieħed ta’ Cinryze rikostitwit fih 500 Unità ta’ inibitur ta’ C1 f’5 ml, li jirriżulta f’konċentrazzjoni ta’ 100 Unità/ml. Kompli għall-proċess ta’ amministrazzjoni jekk il-pazjenti jirċievu doża ta’ 500 Unità.

Żewġ kunjetti ta’ trab ta’ Cinryze jridu jiġu rikostitwiti biex jagħmlu doża waħda (1000 Unità/10 ml). Għalhekk, irrepeti istruzzjonijiet 1 sa 12 hawn fuq billi tuża pakkett addizzjonali li jkun fih tagħmir tat-trasferiment biex tirrikostitwixxi t-tieni miż-żewġ kunjetti bit-trab. Terġax tuża t-tagħmir tat- trasferiment. Ladarba ż-żewġ kunjetti jiġu rikostitwiti, ipproċedi għall-proċess ta’ amministrazzjoni għal doża ta’ 1000 Unità.

Proċess tal-għoti għal doża ta’ 500 Unità

1.Għandha tintuża teknika asettika waqt il-proċedura tal-għoti.

2.Wara r-rikostituzzjoni, is-soluzzjonijiet ta’ Cinryze huma bla kulur sa ftit blu u ċari. Tużax il- prodott jekk is-soluzzjonijiet ikunu mċajprin jew b’kulur mibdul.

3.Billi tuża siringa sterilizzata ta’ 10 ml, li tintrema wara li tintuża, iġbed lura l-planġer biex tippermetti madwar 5 ml ta’ arja ġos-siringa.

4.Waħħal is-siringa fuq in-naħa ta’ fuq tat-tarf ċar tat-tagħmir tat-trasferiment billi ddawwarha lejn il-lemin.

5.Aqleb il-kunjett ta’ taħt fuq bil-mod u injetta l-arja ġos-soluzzjoni u mbagħad bil-mod iġbed is- soluzzjoni rikostitwita ta’ Cinryze ġos-siringa.

6.Aqla’ s-siringa minn mal-kunjett billi ddawwarha kontra l-arloġġ u iġbidha minn mat-tarf ċar tat-tagħmir tat-trasferiment.

7.Spezzjoni s-soluzzjoni rikostitwita ta’ Cinryze għal xi frak qabel l-għoti; tużax is-soluzzjoni jekk tara xi frak.

8.Waħħal sett għal venipuntura mas-siringa li jkun fiha s-soluzzjoni ta’ Cinryze u injetta ġol- pazjent minn ġo vina (ġo vina). Agħti 500 Unità (rikostitwiti f’5 ml ta’ ilma għall-injezzjonijiet) ta’ Cinryze permezz ta’ injezzjoni minn ġol-vini (ġo vina) b’rata ta’ 1 ml kull minuta fuq perjodu ta’ 5 minuti.

Proċess tal-għoti għal doża ta’ 1000 Unità

1.Għandha tintuża teknika asettika waqt il-proċedura tal-għoti.

2.Wara r-rikostituzzjoni, is-soluzzjonijiet ta’ Cinryze jkunu bla kulur sa ftit blu u ċari. Tużax il- prodott jekk is-soluzzjonijiet ikunu mċajprin jew b’kulur mibdul.

3.Billi tuża siringa sterilizzata ta’ 10 ml, li tintrema wara li tintuża, iġbed lura l-planġer biex tippermetti madwar 5 ml ta’ arja ġos-siringa.

4.Waħħal is-siringa fuq in-naħa ta’ fuq tat-tarf ċar tat-tagħmir tat-trasferiment billi ddawwarha lejn il-lemin.

5.Aqleb il-kunjett ta’ taħt fuq bil-mod u injetta l-arja ġos-soluzzjoni u mbagħad bil-mod iġbed is- soluzzjoni rikostitwita ta’ Cinryze ġos-siringa.

6.Aqla’ s-siringa minn mal-kunjett billi ddawwarha lejn ix-xellug u tiġbidha minn mat-tarf ċar tat- tagħmir tat-trasferiment.

7.Billi tuża l-istess siringa, irrepeti passi 3 sa 6 bit-tieni kunjett ta’ Cinryze rikostitwit biex tagħmel doża waħda sħiħa ta’ 10 ml.

8.Eżamina s-soluzzjoni rikostitwita ta’ Cinryze għal xi frak qabel l-għoti; tużax is-soluzzjoni jekk tara xi frak.

9.Waħħal sett għal venipuntura mas-siringa li jkun fiha s-soluzzjoni ta’ Cinryze u injetta ġol- pazjent minn ġo vina (ġo vina). Agħti 1000 Unità (rikostitwiti f’10 ml ta’ ilma għall- injezzjonijiet) ta’ Cinryze permezz ta’ injezzjoni minn ġol-vini (ġo vina) b’rata ta’ 1 ml kull minuta fuq perjodu ta’ 10 minuti.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati