Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Circadin (melatonin) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - N05CH01

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaCircadin
Kodiċi ATCN05CH01
Sustanzamelatonin
ManifatturRAD Neurim Pharmaceuticals EEC Limited

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Circadin 2 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod.

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull pillola li terħi l-mediċina bil-mod fiha 2 mg melatonin.

Eċċipjent b’effett magħruf: kull pillola li terħi l-mediċina bil-mod fiha 80 mg lactose monohydrate.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola li terħi l-mediċina bil-mod.

Pilloli bojod għal offwajt, tondi u ibbuzzati fuq iż-żewġ naħat

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Circadin huwa indikat bħala monoterapija għall-kura ta’ perjodu qasir ta’ insomnja primarja ikkaratterizzata minn kwalità ħażina ta’ rqad f’pażjenti b’età ta’ 55 sena jew aktar.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Id-doża rakkomandata hi ta’ 2 mg darba kuljum, siegħa sa’ sagħtejn qabel il-ħin ta’ l-irqad u wara l- ikel. Dan id-dożaġġ jista’ jitkompla sa tlettax-il ġimgħa.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Circadin fit-tfal minn età ta’ 0 sa 18-il sena ma ġewx determinati s’issa. Dejta mhux disponibbli

Indeboliment renali

L-effett ta’ indeboliment renali ta’ kull stadju fuq il-farmakokinetika ta’ melatonin ma ġiex studjat. Għandu jkun hemm attenzjoni meta melatonin jingħata lil dawn il-pazjenti.

Indeboliment epatiku

M’hemmx esperjenza ta’ użu ta’ Circadin f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied. Informazzjoni ippublikata turi b’mod ċar livelli għolja ta’ melatonin endoġenu matul is-siegħat ta’ bi nhar minħabba tnaqqis fit-tneħħija f’pazjenti b’indeboliment epatiku. Għalhekk, Circadin mhux rakkomandat għall- użu f’pazjenti b’indeboliment epatiku.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Użu orali. Il-pilloli għandhom jittieħdu sħaħ biex jinżammu l-kwalitajiet ta’ reħa tal-mediċina bil-mod. M’għandhomx jitfarku jew jintmagħdu biex jinbelgħu b’mod aktar facli.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Circadin jista jħeddel. Għalhekk il-prodott għandu jintuża b’attenzjoni jekk l-effetti tat-tħeddil jistgħu jiġu assoċjati ma’ riskju għas-sikurtà.

M’hemmx tagħrif disponnibli dwar l-użu ta’ Circadin f’individwi b’mard awto-immun. Għalhekk, Circadin mhux rakkomandat għall-użu f’pazjenti b’mard awto-immun.

Circadin fih lactose. Pazjenti bi problemi ereditarji rari ta’ intolleranza għal galattosju, defiċjenza LAPP lactase jew assorbiment ħażin ta’ glukosju-galattosju m’għandhomx jieħdu din il-mediċina.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Studji ta’ interazzjoni twettqu biss fl-adulti.

Interazzjonijiet farmakokinetiċi

F’konċentrazzjonijiet supra-terapewtiċi kien osservat li Melatonin jinduċi CYP3A in vitro. Ir-rilevanza klinika ta’ dawn is-sejbiet m’hix magħrufa. Jekk isseħħ induzzjoni, din tista’ tirriżulta fi tnaqqis tal-konċentrazzjonijiet fil-plażma ta’ prodotti mediċinali mogħtija fl-istess waqt.

Melatonin ma jinduċix l-enżimi CYP1A in vitro f’konċentrazzjonijiet supra-terapewtiċi. Għalhekk, interazzjonijiet bejn melatonin u sustanzi attivi oħra bħala konsekwenza ta’ l-effett ta’ melatonin fuq l-enżimi CYP1A x’aktarx ma jkunux sinifikanti.

Il-metaboliżmu ta’ Melatonin huwa medjat l-aktar mill-enżimi CYP1A. Għalhekk, interazzjonijiet bejn melatonin u sustanzi attivi oħra bħala konsekwenza ta’ l-effett tagħhom fuq l-enżimi CYP1A huma possibli.

Għandha tintuża kawtela f’pazjenti li qed jieħdu fluvoxamine, li jżid il-livelli ta’ melatonin (l-AUC bi 17-il darba ogħla, u Cmax fis-serum bi 12-il darba ogħla) billi jinibixxi l-metaboliżmu tiegħu mill-isożimi epatiċi taċ-ċitokromju P450 (CYP), CYP1A2 u CYP2C19. It-taħlita għandha tiġi evitata.

Għandha tintuża kawtela f’pazjenti li qed jieħdu 5- jew 8-methoxypsoralen (5 u 8- MOP), li jżid il-livelli ta’ melatonin billi jinibixxi l-metaboliżmu tiegħu.

Għandha tintuża kawtela f’pazjenti li qed jieħdu cimetidine, inibitur ta’ CYP2D, li jżid il-livelli ta’ melatonin billi jinibixxi l-metaboliżmu tiegħu.

It-tipjip tas-sigaretti jista’ jnaqqas il-livelli ta’ melatonin peress li jinduċi CYP1A2.

Għandha tintuża kawtela f’pazjenti li qed jieħdu oestrogens (eż. kontraċettivi jew terapija ta’ sostituzzjoni ta’ l-ormon), li jżidu il-livelli ta’ melatonin billi jinibixxu l- metaboliżmu tiegħu minn CYP1A1 u CYP1A2.

Inibituri ta’ CYP1A2 bħal quinolones jistgħu jżidu l-espożizzjoni għal melatonin.

Indutturi ta’ CYP1A2 bħal carbamazepine u rifampicin jistgħu jirriżultaw fi tnaqqis tal- konċentrazzjonijiet fil-plażma ta’ melatonin.

Hemm ammont kbir ta’ tagħrif fil-letteratura dwar l-effett ta’ agonisti/antagonisti adrinerġiċi, agonisti/antagonisti narkotiċi, prodotti mediċinali antidepressanti, inibituri ta’ prostaglandin, benzodiazepines, tryptophan u alkoħol, fuq ir-reħa ta’ melatonin endoġenu. Ma ġiex studjat jekk dawn is-sustanzi attivi ifixklux l-effetti dinamiċi jew kinetiċi ta’ Circadin jew vice versa.

Interazzjonijiet farmakodinamiċi

L-alkoħol m’għandux jittieħed flimkien ma’ Circadin, għax inaqqas l-effettività ta’ Circadin fuq l-irqad.

Circadin jista’ jsaħħaħ l-proprjetajiet sedattivi ta’ benzodiazepines u ipnotiċi mhux benzodiazepines, bħal zaleplon, zolpidem u zopiclone. Fi prova klinika, kien hemm evidenża ċara ta’ interazzjoni farmakodinamika transitorja bejn Circadin u zolpidem

siegħa wara li ngħataw flimkien. It-teħid flimkien wassal għal żieda fin-nuqqas ta’ attenzjoni, memorja u ko-ordinazzjoni meta’ mqabbel ma’ zolpidem waħdu.

Fi studji Circadin ingħata flimkien ma’ thioridazine u imipramine; sustanzi attivi li jaffettwaw is-sistema nervuża ċentrali. Fl-ebda każ ma nstabu interazzjonijiet farmakokinetiċi ta’ sinnifikat kliniku. Iżda, l-għotja ta’ Circadin flimkien ma’ dawn, irriżultat f’sensazzjoni akbar ta’ trankwillità u diffikultà biex jitwettqu azzjonijiet meta’ mqabbla ma’ imipramine waħdu, u sensazzjoni akbar ta’ konfużjoni tal-moħħ meta’ mqabbla ma’ thioridazine waħdu.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Għal melatonin m’hemmx tagħrif kliniku dwar l-użu waqt it-tqala. Studji fuq il-bhejjem ma jurux effetti ħżiena diretti jew indiretti fuq it-tqala, fuq l-iżvilupp ta’ l-embriju/fetu, ħlas jew żvilupp wara t- twelid (ara sezzjoni 5.3). Minħabba n-nuqqas ta’ tagħrif kliniku, l-użu f’nisa tqal jew f’nisa li jixtiequ joħorġu tqal mhux rakkomandat.

Treddigħ

Melatonin endoġenu kien imkejjel fil-ħalib tas-sider tal-bniedem u għalhekk probabbilment melatonin exoġenu jintreħa fil-ħalib uman. Hemm tagħrif f’mudelli annimali inkluż rodentiċi, ngħaġ, baqar u primati li jindikaw trasferiment ta’ melatonin mill-omm għall-fetu permezz tal-plaċenta jew fil-ħalib. Għalhekk, it-treddigħ mhux rakkomandat f’nisa li qed jiġu kkurati b’melatonin.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Circadin għandu effet moderat fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Circadin jista’ jikkawża sturdament, għalhekk il-prodott għandu jintuża b’attenzjoni jekk l-effetti ta’ sturdament jistgħu jikkawżaw riskju għas-sigurtà.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Fi provi klinċi (fejn total ta’ 1,931 pazjent kienu qed jieħdu Circadin u 1,642 pazjent kienu qed jieħdu plaċebo), 48.8% tal-pazjenti li kienu qed jingħataw Circadin irrappurtaw reazzjoni avversa meta’ mqabbla ma’ 37.8% li kienu qed jieħdu plaċebo. Meta tqabbel ir-rata ta’ pazjenti reazzjoni avversa għal kull 100 ġimgħa ta’ pazjent, ir-rata kienet ogħla għall-plaċebo milli b’Circadin (5.743– plaċebo kontra 3.013– Circadin). L-aktar reazzjonijiet avversi komuni kienu uġigħ ta’ ras, nażofarinġite, uġigħ fid-dahar u artralġja, li skond id-definizzjoni MedDRA, kienu komuni kemm fil-ġrupp ikkurat b’Circadin kif wkoll fil-ġrupp ikkurat bil-plaċebo.

Lista ta’ reazzjonijiet avversi f’tabella

Dawn ir-reazzjonijiet avversi li ġejjin kienu irrappurtati fi provi kliniċi u minn rappurtar spontanju wara t-tqegħid fis-suq . Fi provi kliniċi total ta’ 9.5% tal-pazjenti li ngħataw Circadin irrappurtaw reazzjoni avversa meta mqabbel ma’ 7.4% tal-pazjenti li kienu qed jieħdu plaċebo. Taħt huma nklużi biss dawk ir-reazzjonijiet avversi irrappurtati waqt provi kliniċi li seħħew f’pazjenti b’rata ekwivalenti jew akbar milli bil-plaċebo.

F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa għandhom jitniżżlu skond is-serjetà tagħhom. L- effetti li huma l-aktar serji għandhom jitniżżlu l-ewwel, segwiti minn dawk anqas serji.

Komuni ħafna (≥ 1/10); Komuni (≥ 1/100 sa <1/10); Mhux komuni (≥ 1/1,000 sa <1/100); Rari (≥ 1/10,000 sa <1/1,000); Rari ħafna (<1/10,000), Mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli).

Sistema tal-

Komuni

Komuni

Mhux Komuni

Rari

Mhux

Klassifika tal-

ħafna

 

 

 

magħruf (ma

Organi

 

 

 

 

tistax tittieħed

 

 

 

 

 

stima mid-

 

 

 

 

 

dejta

 

 

 

 

 

disponibbli)

Infezzjonijiet u

 

 

 

Herpes zoster

 

infestazzjonijiet

 

 

 

 

 

Disturbi tad-

 

 

 

Lewkopenja,

 

demm u tas-

 

 

 

tromboċitopenja

 

sistema limfatika

 

 

 

 

 

Disturbi fis-

 

 

 

 

Reazzjoni ta’

sistema immuni

 

 

 

 

sensittività

 

 

 

 

 

eċċessiva

Disturbi fil-

 

 

 

Ipertrigliċeridimja,

 

metaboliżmu u n-

 

 

 

ipokalċimija,

 

nutrizzjoni

 

 

 

iponatrimija

 

Disturbi

 

 

Irritabilità, nervi,

Bidla fil-burdata,

 

psikjatriċi

 

 

tħossok bla sabar,

aggressjoni,

 

 

 

 

nuqqas ta’ rqad,

aġitazzjoni, biki,

 

 

 

 

ħolm mhux

sintomi ta’ stress,

 

 

 

 

normali, ħmar il-

disorjentazzjoni,

 

 

 

 

lejl, ansjetà

qawmien kmieni

 

 

 

 

 

filgħodu, żieda fil-

 

 

 

 

 

libido, burdata

 

 

 

 

 

depressa,

 

 

 

 

 

depressjoni

 

Disturbi fis-

 

 

Emigranja, uġigħ

Sinkope,

 

sistema nervuża

 

 

ta’ ras, letarġija,

indeboliment tal-

 

 

 

 

iperattività

memorja, disturbi

 

 

 

 

psikomotorja,

fl-attenzjoni,

 

 

 

 

sturdament,

tħossok f’dinja

 

 

 

 

ngħas

oħra, sindrome ta’

 

 

 

 

 

riġlejn dejjem

 

 

 

 

 

jiċċaqalqu, rqad

 

 

 

 

 

ta’ kwalità ħażina,

 

 

 

 

 

parestesija

 

Disturbi fl-

 

 

 

Akutezza tal-vista

 

għajnejn

 

 

 

mnaqqsa, vista

 

 

 

 

 

mċajpra, żieda fid-

 

 

 

 

 

dmugħ

 

Disturbi fil-

 

 

 

Vertigo

 

widnejn u fis-

 

 

 

pożizzjonali,

 

sistema labirintika

 

 

 

vertigo

 

Disturbi fil-qalb

 

 

 

Angina pectoris,

 

 

 

 

 

palpitazzjonijiet

 

Disturbi vaskulari

 

 

Pressjoni għolja

Fwawar

 

Sistema tal-

Komuni

Komuni

Mhux Komuni

Rari

Mhux

Klassifika tal-

ħafna

 

 

 

magħruf (ma

Organi

 

 

 

 

tistax tittieħed

 

 

 

 

 

stima mid-

 

 

 

 

 

dejta

 

 

 

 

 

disponibbli)

Disturbi gastro-

 

 

Uġigħ

Marda ta’ rifluss

 

intestinali

 

 

addominali,

gastro-intestinali,

 

 

 

 

uġigħ fl-addome

disturb gastro-

 

 

 

 

ta’ fuq, ulċeri fil-

intestinali, infafet

 

 

 

 

ħalq, ħalq xott,

fil-mukuża tal-

 

 

 

 

tqalligħ

ħalq, ulċeri fl-

 

 

 

 

 

ilsien, taqlib

 

 

 

 

 

gastro-intestinali,

 

 

 

 

 

rimettar, ħsejjes

 

 

 

 

 

tal-musrana mhux

 

 

 

 

 

nornali, gass,

 

 

 

 

 

żieda fit-tnixxija

 

 

 

 

 

tal-bżieq, alitosi,

 

 

 

 

 

skomdu fl-

 

 

 

 

 

addome, disturb fl-

 

 

 

 

 

istonku, gastrite

 

Disturbi fil-fwied

 

 

Iperbilirubinimja

 

 

u fil-marrara

 

 

 

 

 

Disturbi fil-ġilda

 

 

Dermatite,

Ekżema, eritima,

Anġjoedima,

u fit-tessuti ta’

 

 

tegħreq ħafna

dermatite fl-idejn,

edima fil-

taħt il-ġilda

 

 

matul il-lejl,

psorijasi, raxx

ħalq, edima

 

 

 

ħakk, raxx, ħakk

ġeneralizzat, raxx

fl-ilsien

 

 

 

ġeneralizzat,

bil-ħakk, disturbi

 

 

 

 

ġilda xotta

fid-dwiefer

 

Disturbi muskolu-

 

 

Uġigħ fl-

Artrite, spażmi fil-

 

skeletriċi u tat-

 

 

estremitajiet

muskuli, uġigħ fl-

 

tessuti konnettivi

 

 

 

għonq,

 

 

 

 

 

bugħawwieġ matul

 

 

 

 

 

il-lejl

 

Disturbi fil-kliewi

 

 

Glukosju fl-

Poliurja, ematurja,

 

u fis-sistema

 

 

awrina, proteina

nokturja

 

urinarja

 

 

fl-awrina

 

 

Disturbi fis-

 

 

Sintomi tal-

Priapismu,

Sekrezzjoni

sistema

 

 

menopawsa

prostatite

mhux

riproduttiva u fis-

 

 

 

 

normali ta’

Sider

 

 

 

 

ħalib mis-

 

 

 

 

 

sider

Disturbi ġenerali

 

 

Astenja, uġigħ

Għejja, uġigħ,

 

u kondizzjonijiet

 

 

fis-sider

għatx

 

ta’ mnejn jingħata

 

 

 

 

 

Investigazzjonijiet

 

 

Test tal-funzjoni

Żieda fl-enzimi

 

 

 

 

tal-fwied mhux

tal-fwied,

 

 

 

 

normali, żieda fil-

elettroliti fid-

 

 

 

 

piż

demm mhux

 

 

 

 

 

normali, testijiet

 

 

 

 

 

tal-laboratorju

 

 

 

 

 

mhux normali

 

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott

mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V

4.9Doża eċċessiva

Wara t-tqegħid fis-suq kienu rrappurtati diversi każijiet ta’ doża eċċessiva. Ħedla ta’ ngħas kien l-aktar avveniment avvers irrappurtat. Il-biċċa l-kbira kienu ħfief sa moderati fis-severità. Circadin ingħata f’dożi ta’ 5 mg kuljum fi provi kliniċi fuq perjodu ta’ 12-il xahar mingħajr ma kien hemm tibdil sinifikanti fin-natura tar-reazzjonijiet avversi li ġew irrapurtati.

L-għotja ta’ dożi kuljum sa’ 300 mg ta’ melatonin mingħajr ma toħloq reazzjonijiet avversi ta’ sinifikanza klinika ġew irrappurtati fil-letteratura.

Jekk isseħħ doża eċċessiva, hu mistenni li l-pazjent iħossu mħeddel. It-tneħħija tas-sustanza attiva hi mistennija fi żmien 12-il siegħa wara li tittieħed. M’hix meħtieġa kura speċjali.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Psikoleptiċi, agonisti tar-riċetturi ta’ melatonin, Kodiċi ATC: N05CH01

Melatonin huwa ormon naturali li jiġi prodott mill-glandola pinejali u huwa relata strutturalment ma’ serotonin. Fiżjoloġikament, ir-reħa ta’ melatonin tiżdied hekk kif jibda’ jidlam, tilħaq il-quċċata ma’ 2-4 am u tonqos matul it-tieni nofs tal-lejl. Melatonin huwa assoċjat mal-kontroll tar-ritmi ċirkadjani u marbut maċ-ċiklu tad-dawl u tad-dlam. Huwa assoċjat wkoll ma’ effett ipnotiku u żieda fit-tendenza għall-irqad.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

L-attività ta’ melatonin fir-riċetturi MT1, MT2 U MT3 hi maħsuba li tikkontribwixxi għall-kwalitajiet tiegħu li jippromwovi l-irqad, għax dawn ir-riċetturi (l-aktar MT1 u MT2) huma nvoluti fir- regolazzjoni tar-ritmi ċirkadjani u l-irqad.

Raġuni għall-użu

Minħabba l-funzjoni ta’ melatonin fir-regolazzjoni ta’ l-irqad u tar-ritmi ċirkadjani, u t-tnaqqis fil- produzzjoni ta’ melatonin endoġenu relatat ma’ l-età, melatonin jista’ jtejjeb il-kwalità ta’ l-irqad b’mod effettiv, speċjalment f’pazjenti b’età ta’ aktar minn 55 sena li għandhom insomnja primarja.

Effikaċja klinika u sigurtà

Fi provi kliniċi fejn pazjenti li jsofru minn insomnja primarja ngħataw Circadin 2 mg kull filgħaxija għal 3 ġimgħat, kienu osservati benefiċċji f’pazjenti kkurati meta mqabbla ma’ plaċebo fit-tul ta’ l-irqad (kif imkejjel b’mezzi oġġettivi u soġġettivi) u fil-kwalità soġġettiva ta’ l-irqad u l-funżjoni tul il-ġurnata (irqad ristorattiv) bl-ebda nuqqas ta’ viġilanza tul il-ġurnata.

Fi studju polisomnografiku (PSG) b’espożizzjoni ta’ ġimagħtejn (single-blind b’kura bil-plaċebo), segwit b’perjodu ta’ kura ta’ 3 ġimgħat (disinn ta’ grupp ta’ paragun, double-blind, ikkontrollat bil-plaċebo) u perjodu ta’ rtirar ta’ 3 ġimgħat, il-ħin sa l-irqad (SL) kien imnaqqas b’9 minuti meta mqabbel mal-plaċebo. Ma kienx hemm modifikazzjoni ta’ l-istil tal-irqad u l-ebda effett fuq it-tul ta’ l-irqad REM minn Circadin. Ma kienx hemm modifikazzjonijiet fil-funzjoni tul il-ġurnata b’Circadin

2 mg.

Fi studju fuq pazjenti ta’ barra b’espożizzjoni ta’ ġimagħtejn fil-perjodu tal-linja bażi bil-plaċebo, b’perjodu ta’ kura tal-grupp ta’ paragun, randomised, double blind, u kkontrollat bil-plaċebo ta’ 3 ġimgħat u perjodu ta’ ġimagħtejn ta’ rtirar bil-plaċebo, ir-rata ta’ pazjenti li wrew titjib ta’ sinifikanza klinika kemm fil-kwalità ta’ l-irqad kif ukoll fil-viġilanza ta’ filgħodu kienet ta’ 47%

fil-grupp ta’ Circadin meta mqabbla ma’ 27% fil-grupp bil-plaċebo. Barra minn hekk, il-kwalità ta’ l-irqad u l-viġilanza ta’ filgħodu tjiebu b’mod sinifikanti b’Circadin meta mqabbel ma’ plaċebo. Il-varjabbli ta’ l-irqad reġgħu lura għal-linja bażi gradwalment mingħajr ma rritornaw lura għal ta’ qabel, u mingħajr żieda fir-reazzjonijiet avversi u fis-sintomi ta’ rtirar.

Fi studju ieħor fuq pazjenti ta’ barra b’espożizzjoni ta’ ġimagħtejn fil-perjodu tal-linja bażi bil-plaċebo u b’perjodu ta’ kura tal-grupp ta’ paragun, randomised, double blind, u kkontrollat bil-plaċebo ta’

3 ġimgħat, ir-rata ta’ pazjenti li wrew titjib ta’ sinifikanza klinika kemm fil-kwalità ta’ l-irqad kif ukoll fil-viġilanza ta’ filgħodu kienet ta’ 26% fil-grupp ta’ Circadin meta mqabbla ma’ 15% fil-grupp bil-plaċebo. Circadin qassar il-ħin irrappurtat li l-pazjenti jieħdu sakemm jorqdu b’24.3 minuti vs 12.9 minuti bil-plaċebo. Barra minn hekk, il-kwalità ta’ l-irqad, in-numru ta’ kemm il-darba qamu u l-viġilanza ta’ filgħodu, hekk kif irrappurtati mill-pazjenti nfushom, tjiebu b’mod sinifikattiv b’Circadin meta mqabbla ma’ plaċebo. Il-kwalità tal-ħajja tjiebet b’mod sinifikattiv b’Circadin 2 mg meta mqabbla ma’ plaċebo.

Prova Klinika Addizzjonali li Fiha l-Parteċipanti Ntgħażlu b’Mod Każwali (n=600) qabblet l-effetti ta’ Circadin u plaċebo għal sa sitt xhur. Il-pazjenti reġgħu ntgħażlu b’mod każwali wara 3 ġimgħat. L-istudju wera titjib fit-tul ta’ ħin kemm iddum persuna biex torqod, kwalità tal-irqad u viġilanza filgħodu, bla ebda sintomi ta’ meta persuna tieqaf tieħu mediċina u nuqqas ta’ rqad li jerġa’ jseħħ. L-istudju wera li l-benefiċċju osservat wara 3 ġimgħat jinżamm għal sa 3 xhur iżda ma rnexxiex fl-analiżi primarja li kienet issettjata wara 6 xhur.Wara 3 xhur, madwar 10% oħra ta’ dawk li rrispondew kienu osservati fil-grupp ikkurat b’Circadin.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

L-assorbiment ta’ melatonin meħud mill-ħalq huwa komplut fl-adulti u jista’ jonqos sa 50% fl-anzjani. Il-kinetika ta’ melatonin hija lineari tul il-firxa ta’ 2-8 mg.

Il-biodisponibiltà hija madwar 15%. Hemm effett ta’ l-ewwel mogħdija sinifikanti b’metaboliżmu ta’ l-ewwel mogħdija stmat għal 85%. Tmax isseħħ wara 3 sigħat wara l-ikel. Ir-rata ta’ assorbiment ta’ melatonin u Cmax wara l-għotja ta’ Circadin 2 mg mill-ħalq hija affetwata mill-ikel. Il-preżenza ta’ l-ikel ittawwal l-assorbiment ta’ melatonin u twassal għal konċentrazzjoni massima fil-plażma aktar tard (Tmax=3.0 h kontra Tmax=0.75 h) u aktar baxxa wara l-ikel (Cmax = 1020 kontra Cmax = 1176 pg/ml).

Distribuzzjoni

Ir-rabta in vitro ta’ melatonin mal-proteini fil-plażma hi madwar 60%. Circadin huwa l-aktar marbut ma’ albumina, alpha1-acid glycoprotein u lipoproteina ta’ densità għolja.

Bijotrasformazzjoni

Tagħrif sperimentali jissuġġerixxi li l-isożimi CYP1A1, CYP1A2 u possibilment CYP2C19 tas-sistema taċ-ċitokromju P450 huma nvoluti fil-metaboliżmu ta’ melatonin. Il-metabolita prinċipali huwa 6-sulphatoxy-melatonin (6-S-MT), li huwa inattiv. Il-lok ta’ biotransformazzjoni huwa l-fwied. It-tneħħija tal-metabolita hija kompluta wara 12-il siegħa wara li jittieħed mill-ħalq.

Eliminazzjoni

Il-half-life terminali (t½) hi ta’ 3.5-4 sigħat. L-eliminazzjoni isseħħ permezz ta’ tneħħija renali tal-metaboliti, 89% bħala konjugati b’sulfat jew b’glucoronide ta’ 6-hydroxymeltonin u 2% jitneħħa bħala melatonin (sustanza attiva mhux mibdula).

Sess

Żieda ta’ 3-4 darbiet f’Cmax hi evidenti fin-nisa meta’ mqabbla ma’ l-irġiel. Ġiet ukoll osservata varjazzjoni ta’ 5 darbitet f’Cmax bejn membri differenti ta’ l-istess sess.

Madankollu, ma nstabux differenzi fil-farmakodinamika bejn irġiel u nisa minkejja differenzi fil-livelli fid-demm.

Popolazzjonijiet speċjali

Persuni ta’ età akbar

Il-metaboliżmu ta’ Melatonin huwa magħruf li jonqos bl-età. Tul firxa ta’ dożi, kienu rrappurtati livelli ta’ AUC u Cmax ogħla f’pazjenti akbar fl-età meta mqabbla ma’ pazjenti iżgħar, li jirriflettu metaboliżmu ta’ melatonin fl-anzjani aktar baxx. Livelli ta’ Cmax madwar 500 pg/ml fl-adulti (18-45) kontra 1200 pg/ml fl-anzjani (55-69); livelli ta’ AUC madwar 3,000 pg*h/mL fl-adulti kontra

5,000 pg*h/mL fl-anzjani.

Indeboliment renali

Tagħrif tal-kumpanija jindika li m’hemmx akkumulazzjoni ta’ melatonin wara dożi ripetuti. Din is- sejba hi kompatibbli mal-half-life qasira ta’ melatonin fil-bniedem.

Il-livelli stmati fid-demm tal-pazjenti fil-23:00 (sagħtejn wara l-amministrazzjoni) wara ġimgħa u

3 ġimgħat ta’ amministrazzjoni kuljum kienu ta’ 411.4 ± 56.5 u 432.00 ± 83.2 pg/ml rispettivament, u huma simili għal dawk li nstabu f’voluntiera b’saħħithom wara doża waħda ta’ Circadin 2 mg.

Indeboliment epatiku

Il-fwied huwa l-post prinċipali għall-metaboliżmu ta’ melatonin u għalhekk indeboliment epatiku jirriżulta f’livelli ogħla ta’ melatonin endoġenu.

Il-livelli ta’ melatonin fil-plażma f’pazjenti b’ċirrożi kienu miżjuda b’mod sinifikattiv waqt is-sigħat ta’ bi nhar. Il-pazjenti kellhom tneħħija totali ta’ 6-sulfatoxymelatonin imnaqqsa b’mod sinifikattiv meta mqabbla mal-kontrolli.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tagħrif mhux kliniku, ibbażat fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn dożi ripetuti, effett tossiku fuq il-ġeni, riskju ta’ kanċer, effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva u l-iżvilupp, ma juri l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin.

Fi studji li mhumiex kliniċi, l-effetti dehru biss wara esponimenti meqjusa ferm aktar għolja mill- massimu ta’ esponiment fil-bniedem, li juru ftit li xejn rilevanza għall-użu kliniku.

L-istudju dwar il-karċinoġeniċità fil-far ma wera ebda effett li jista jkun relevanti għall-bniedem.

Fit-tossikoloġija ripproduttiva, l-għotja mill-ħalq ta’ melatonin lill-ġrieden, firien u fniek femminili tqal ma rriżulta fl-ebda effett avvers fuq il-frieħ tagħhom, meta mkejla f’termini ta’ vjabbiltà tal-fetu, anormalitajiet skeletrali u vixxerali, proporzjon ta’ sess, piż tat-twelid u żvilupp fiżiku, funzjonali u sesswali sussegwenti. Fil-ġrieden effett ħafif fuq it-tkabbir ta’ wara t-twelid u l-viabilità deher biss b’dożi għolja ħafna, ekwivalenti għal madwar 2000mg/kuljum fil-bnedmin.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Ammonio methacrylate copolymer type B

Calcium hydrogen phosphate dihydrate

Lactose monohydrate

Silica, colloidal anhydrous

Talkum

Magnesium stearate

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C. Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Il-pilloli huma ppakkjati ġo strixxi tal-folja opaki tal-PVC/PVDC b’rinforz ta’ fojl ta’ l-aluminju. Il-pakkett fih strixxa tal-folja waħda li fiha 7, 20 jew 21 pillola, jew żewġ strixxi tal-folja li fihom 15-il pillola f’kull waħda (30 pillola). Il-folji huma mbagħad ippakjati f’kaxxi tal-kartun.

Jista jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

L-ebda ħtiġijiet speċjali għar-rimi. Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

RAD Neurim Pharmaceuticals EEC Limited

One Forbury Square The Forbury

Reading

Berkshire RG1 3EB Ir-Renju Unit

e-mail: neurim@neurim.com

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/07/392/001

EU/1/07/392/002

EU/1/07/392/003

EU/1/07/392/004

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 29 ta’ Ġunju 2007

Data tal-aħħar tiġdid: 20 ta’ April 2012

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

{JJ xahar SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati