Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Circadin (melatonin) – Fuljett ta’ tagħrif - N05CH01

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaCircadin
Kodiċi ATCN05CH01
Sustanzamelatonin
ManifatturRAD Neurim Pharmaceuticals EEC Limited

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Circadin 2 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod

Melatonin

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Circadin u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Circadin

3.Kif għandek tieħu Circadin

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Circadin

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Circadin u gћalxiex jintuża

Is-sustanza attiva ta’ Circadin, melatonin, jagħmel parti minn grupp naturali ta’ ormoni magħmula mill-ġisem.

Circadin jintuża waħdu għall-kura ta’ żmien qasir ta’ insomnija primarja (diffikultà persistenti biex torqod jew biex tibqa rieqed, jew irqad ta’ kwalità baxxa), f’pazjenti b’età ta’ 55 sena jew aktar. ‘Primarja’ tfisser li l-insomnija m’għandhiex kawża li tista’ tiġi identifikata, inkluż kwalunkwe kawża medika, mentali jew ambjentali.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Circadin

Tiħux Circadin

-jekk inti allerġiku għal melatonin jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Circadin.

-Jekk tbati minn problemi tal-fwied jew tal-kliewi. Ma sarux studji dwar l-użu ta’ Circadin f’nies b’mard tal-fwied jew tal-kliewi, għandek tkellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Circadin peress li l-użu tiegħu mhux rakkomandat.

-Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi żokkrijiet.

-Jekk qalulek li ssofri minn marda awtoimmuni (fejn il-ġisem jiġi ‘attakkat’ mis-sistema immuni tiegħu stess). Ma saru l-ebda studji dwar l-użu ta’ Circadin f’persuni b’mard awtoimmuni; għalhekk, għandek tkellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Circadin peress li l- użu tiegħu mhux rakkomandat.

-Circadin jista’ jikkawżalek ħedla, għandek toqgħod attent jekk taffettwak il-ħedla peress li dan jista’ jtellef il-ħila tiegħek li twettaq ċertu xogħol bħal sewqan.

-It-tipjip jista’ jnaqqas l-effikaċja ta’ Circadin, peress li l-komponenti tad-duħħan tat-tabakk jistgħu jżidu t-tifrik ta’ melatonin mill-fwied.

Tfal u adolexxenti

Tagħtix din il-mediċina lil tfal b’età mit-twelid sa 18-il sena peress li ma ġiex ittestjat u l-effetti tiegħu mhux magħrufa.

Mediċini oħra u Circadin

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Dawn il-mediċini jinkludu:

Fluvoxamine (użat għall-kura tad-depressjoni u ta’ disturb kompulsiv ossessiv), psoralens (użat fil-kura ta’ disturbi fil-ġilda eż, psorijasi), cimetidine (użat fil-kura ta’ problemi fl- istonku bħal ulċeri), quinolones u rifampicin (użat fil-kura ta’ infezzjonijiet ikkawżati minn batterja), estroġeni (użati f’kontraċettivi jew terapija ta’ sostituzzjoni tal-ormoni) u carbamazepine (użat fil-kura tal-epilessija).

Agonisti/antagonisti adrinerġiċi (bħal ċerti tipi ta’ mediċini li jintużaw biex jikkontrollaw il- pressjoni tad-demm billi jirrestrinġu l-kanali tad-demm, dekonġestjonanti tal-imnieħer, mediċini li jbaxxu l-pressjoni), agonisti/antagonisti tal-loppju (bħal prodotti mediċinali użati fil-kura tal-vizzju tad-droga), inibituri ta’ prostaglandin (bħal mediċini anti-infjammatorji mhux sterojdi), medikazzjoni kontra d-depressjoni, tryptophan u alkoħol.

Benzodiazepines u ipnotiċi mhux benzodiazepines (mediċini wżati biex jgħinu fl-irqad bħal zaleplon, zolpidem u zopiclone)

Thioridazine (għall-kura ta’ skiżofrenija) u imipramine (għall-kura ta’ depressjoni).

Circadin ma’ ikel, xorb u alkoħol

Ħu Circadin wara li tiekol. Tixrobx alkoħol qabel, waqt, jew wara li tieħu Circadin, peress li dan inaqqas l-effikaċja ta’ Circadin.

Tqala u treddigħ

Tieħux Circadin jekk inti tqila, taħseb li tista’ tkun tqila, qed tipprova toħroġ tqila jew qed tredda’. Itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Circadin jista’ jikkawża sturdament. Jekk tiġi affetwat m’għandekx issuq jew tħaddem magni. Jekk issofri minn sturdament kontinwu għandek tkellem lit-tabib tigħek.

Circadin fih lactose monohydrate.

Circadin fih lactose-monohydrate. Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi zokkrijiet, kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.

3.Kif gћandek tieћu Circadin

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rakkomandata hija ta’ pillola waħda Circadin (2 mg) meħuda kuljum mill-ħalq, wara l-ikel, siegħa sa sagħtejn qabel ħin l-irqad. Dan id-dożaġġ jista’ jitkompla sa tlettax-il ġimgħa.

Għandek tibla l-pillola sħiħa. Il-pilloli Circadin m’għandhomx jiġu mfarrka jew maqsuma fi tnejn.

Jekk tieħu Circadin aktar milli suppost

Jekk bi żball ħadt iż-żejjed mill-mediċina tiegħek, għarraf lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek malajr kemm jista’ jkun.

It-teħid ta’ aktar mid-doża rakkomandata ta’ kuljum jista’ jġiegħlek tħossok sturdut.

Jekk tinsa tieħu Circadin

Jekk tinsa tieħu l-pillola tiegħek, ħu oħra hekk kif tiftakar, qabel ma tmur torqod, jew stenna sal-ħin li fiħ għandek tieħu d-doża li jmissek, u wara kompli bħal qabel.

M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Circadin

M’hemm l-ebda effetti avversi magħrufa jekk il-kura tiġi interrotta jew imwaqqfa kmieni. L-użu ta’ Circadin m’hux magħruf li jikkawża effetti ta’ rtirar wara li tintemm l-kura.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Jekk ikollok xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji serji li ġejjin, waqqaf it-teħid tal-mediċina u ikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament:-

Mhux komuni: (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100)

Uġigħ fis-sider

Rari: (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1000)

Telf ta’ koxjenza jew ħass ħażin

Uġigħ sever fis-sider ikkawżat minn anġina

Tħoss qalbek tħabbat

Depressjoni

Indeboliment fil-vista

Vista mċajpra

Disorjentazzjoni

Vertigo (sensazzjoni ta’ sturdament jew li “kollox qed idur bik”)

Preżenza ta’ ċelluli ħomor tad-demm fl-awrina

Tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli bojod fid-demm

Tnaqqis fin-numru ta’ plejtlits fid-demm, li jżid ir-riskju ta’ fsada jew tbenġil

psorijasi

Jekk ikollok xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji mhux serji li ġejjin, ikkuntattja lit-tabib tiegħek u/jew fittex parir mediku:-

Mhux komuni: (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100)

Irritabilità, nervi, aġitazzjoni, nuqqas ta’ rqad, ħolm mhux normali, ħmar il-lejl, ansjetà, emigranja, uġigħ ta’ ras, letarġija (għeja, nuqqas ta’ enerġija), aġitazzjoni assoċjata ma’ żieda fl-attività, sturdament, għeja, pressjoni tad-demm għolja, uġigħ fil-parti ta’ fuq tal-addome, indiġestjoni, ulċeri fil-ħalq, ħalq xott, tqalligħ, bidliet fil-kompożizzjoni tad-demm tiegħek li jistgħu jikkawżaw li l-ġilda jew l-għajnejn jisfaru, infjammazzjoni fil-ġilda, tegħreq ħafna matul il-lejl, ħakk, raxx, ġilda xotta, uġigħ fl-estremitajiet, sintomi tal-menopawsa, tħossok debboli, tneħħija ta’ glucose fl-awrina, proteina eċċessiva fl-awrina, funzjoni tal-fwied mhux normali u żieda fil-piż.

Rari: (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1000)

Ħruq ta’ Sant’ Antnin, livell għoli ta’ molekuli ta’ xaħam fid-demm, livelli baxxi ta’ kalċju fis-serum fid-demm, livelli baxxi ta’ sodju fid-demm, bidla fil-burdata, aggressjoni, aġitazzjoni, biki, sintomi ta’ stress, qawmien kmieni filgħodu, żieda fl-aptit għas-sess, burdata depressa, indeboliment tal-memorja,

disturbi fl-attenzjoni, tħossok f’dinja oħra, sindrome ta’ riġlejn dejjem jiċċaqalqu, rqad ta’ kwalità ħażina, sensazzjoni ta’ tingiż u tnemnim, żieda fid-dmugħ (għajnejn idemmgħu), sturdament waqt il- waqfien jew waqt li bilqiegħda, fwawar, rifluss tal-aċidu, disturb fl-istonku, infafet fil-ħalq, ulċeri fl- ilsien, taqlib fl-istonku, rimettar, ħsejjes tal-musrana mhux nornali, gass, produzzjoni eċċessiva tal- bżieq, riħa ħażina fil-ħalq, skomdu fl-addome, disturb fl-istonku, infjammazzjoni tal-kisja tal-istonku, ekżema, raxx tal-ġilda, dermatite fl-idejn, raxx bil-ħakk, disturbi fid-dwiefer, artrite, spażmi fil- muskoli, uġigħ fl-għonq, bugħawwieġ matul il-lejl, erezzjoni fit-tul li tista’ tkun bl-uġigħ, infjammazzjoni tal-glandola tal-prostata, għeja, uġigħ, għatx, tgħaddi ħafna awrina, tgħaddi l-awrina matul il-lejl, żieda fl-enzimi tal-fwied, elettroliti fid-demm mhux normali u testijiet tal-laboratorju mhux normali.

Frekwenza mhux magħrufa: (ma tistax tittieħed stima mid-dejta disponibbli)

Reazzjoni ta’ sensittività eċċessiva, nefħa tal-ħalq jew l-ilsien, nefħa fil-ġilda u sekrezzjoni mhux normali ta’ ħalib.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Circadin

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna (JIS). Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C. Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-drenaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Circadin

-Is-sustanza attiva hi melatonin. Kull pillola li terħi l-mediċina bil-mod fiha 2 mg melatonin.

-Is-sustanzi l-oħra (eċċipjenti) huma ammonio methacrylate copolymer type B, calcium hydrogen phosphate dihydrate, lactose monohydrate, silica (colloidal anhydrous), talkum u magnesium stearate.

Kif jidher Circadin u l-kontenut tal-pakkett

Circadin 2 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod huma disponibbli bħala pilloli bojod għal offwajt, tondu u bbuzzati fuq iż-żewġ naħat. Kull kartuna ta’ pilloli fiha strixxa tal-folja waħda b’7, 20 jew 21 pillola, jew b’mod alternattiv f’kartuna li fiha żewġ strixxi tal-folja ta’ 15-il pillola kull waħda (pakkett ta’ 30 pillola). Jista jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

RAD Neurim Pharmaceuticals EEC Limited One Forbury Square

The Forbury

Reading

Berkshire RG1 3EB Ir-Renju Unit

e-mail: neurim@neurim.com

Manifattur:

Is-siti responsabbli għall-Ħruġ tal-Lott fl-EEA:-

Temmler Pharma GmbH & Co. KG

Temmlerstrasse 2

35039 Marburg

Il-Ġermanja

Qualiti (Burnley) Limited

Walshaw Mill

Talbot Street

Briercliffe

Burnley

Lancashire BB10 2HW

Ir-Renju Unit

Iberfar - Indústria Farmacêutica S.A.

Rua Consiglieri Pedroso, n.o 121-123 - Queluz de Baixo

Barcarena, 2745-557

Il-Portugall

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur talA wtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-suq

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Takeda Belgium

Takeda, UAB

Tél/Tel: +32 2 464 06 11

Tel: +370 521 09 070

Takeda-Belgium@takeda.com

lt-info@takeda.com

България

Luxembourg/Luxemburg

RAD Neurim Pharmaceuticals EEC Limited

Takeda Belgium

Teл: +44 7563543352 (UK)

Tél/Tel: +32 2 464 06 11 (BE)

e-mail: neurim@neurim.com

Takeda-Belgium@takeda.com

Česká republika

Magyarország

RAD Neurim Pharmaceuticals EEC Limited

RAD Neurim Pharmaceuticals EEC Limited

Tel: +44 7563543352 (UK)

Tel: +44 7563543352 (UK)

e-mail: neurim@neurim.com

e-mail: neurim@neurim.com

Danmark

Malta

Takeda Pharma A/S

RAD Neurim Pharmaceuticals EEC Limited

Tlf: +45 46 77 11 11

Tel: +44 7563543352 (UK)

 

e-mail: neurim@neurim.com

Deutschland

Nederland

Medice Arzneimittel Pütter GmbH & Co. KG

Takeda Nederland bv

Tel: +49 (0)2371 9370

Tel: +31 23 566 8777

info@medice.de

nl.medical.info@takeda.com

Eesti

Norge

Takeda Pharma AS

Takeda AS

Tel: +372 6177669

Tlf: +47 6676 3030

 

infonorge@takeda.com

Ελλάδα

Österreich

TAKEDA ΕΛΛΑΣ Α.Ε.

SANOVA PHARMA GesmbH

Τηλ: +30 210 6387800

gr.info@takeda.com

e-mail: sanova.pharma@sanova.at

España

Polska

EXELTIS HEALTHCARE, S.L.

MEDICE Arzneimittel Pütter GmbH & Co. KG

Tfno: +34 91 7711500

Tel.: + 48-(0)22 642 2673

 

e-mail: office@medice.pl

France

Portugal

BIOCODEX

Italfarmaco, Produtos Farmacêuticos, Lda.

Tél: +33 (0)1 41 24 30 00

Tel. +351 214 342 530

e-mail: webar@biocodex.fr

e-mail: geral@itf-farma.pt

Hrvatska

România

RAD Neurim Pharmaceuticals EEC Limited

RAD Neurim Pharmaceuticals EEC Limited

Tel: +44 7563543352 (UK)

Tel: +44 7563543352 (UK)

e-mail: neurim@neurim.com

e-mail: neurim@neurim.com

Ireland

Slovenija

Flynn Pharma Limited

RAD Neurim Pharmaceuticals EEC Limited

Tel: +44 (0) 1438 727822 (UK)

Tel: +44 7563543352 (UK)

medinfo@flynnpharma.com

e-mail: neurim@neurim.com

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.Simi: +354 535 7000

RAD Neurim Pharmaceuticals EEC Limited

 

Tel: +44 7563543352 (UK)

 

e-mail: neurim@neurim.com

Italia

Suomi/Finland

Fidia Farmaceutici S.p.A

Takeda Oy

Tel: +39 049 8232355

Puh/Tel: +358 20 746 5000

e-mail: info@fidiapharma.it

 

Κύπρος

Sverige

RAD Neurim Pharmaceuticals EEC Limited

Takeda Pharma AB

Τηλ: +44 7563543352

Tel: +46 8 731 28 00

e-mail: neurim@neurim.com

infosweden@takeda.com

Latvija

United Kingdom

Takeda Latvia SIA

Flynn Pharma Limited

Tel: +371 67840082

Tel: +44 (0) 1438 727822

lv-info@takeda.com

medinfo@flynnpharma.com

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {xahar/SSSS}.

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati