Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Clopidogrel DURA (clopidogrel hydrochloride) - B01AC04

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaClopidogrel DURA
Kodiċi ATCB01AC04
Sustanzaclopidogrel hydrochloride
ManifatturMylan dura GmbH

Clopidogrel DURA

clopidogrel

X’inhu Clopidogrel DURA?

Clopidogrel DURA huwa mediċina li fiha s-sustanza attiva clopi ogrel. H wa disponibbli bħala pilloli

Id-doża standard a’ Clopidogrel DURA hija ta’ pillola waħda ta’ 75 mg darba kuljum, mal-ikel jew fuq stonku v jt.

Kif jaħdem Clopidogrel DURA?

Is-sustanza attiva f’Clopidogrel DURA, clopidogrel, hu inibitur tal-aggregazzjoni tal-pjastrini. Dan ifisser li jgħin biex jimpedixxi d-demm milli jagħqad. Meta d-demm jagħqad, dan jiġri minħabba ċelloli speċjali fid-demm imsejħa pjastrini jaggregaw (jeħlu ma’ xulxin). Clopidogrel iwaqqaf il- pjastrini milli jaggregaw billi jimblokka sustanza msejħa ADP milli tingħaqad ma’ riċettur speċjali preżenti fuq is-superfiċje tagħhom. Dan iwaqqaf il-pjastrini milli jibdew ‘iweħħlu’, fejn b’hekk jitnaqqas ir-riskju li jiffurmaw l-għaqid tad-demm u jgħin fil-prevenzjoni ta’ attakk tal-qalb ieħor jew ta’ puplesija.

Kif ġie studjat Clopidogrel DURA?

Billi Clopidogrel DURA huwa mediċina ġenerika, l-istudji ġew limitati għal testitjiet biex jiddeterminaw il-bijoekwivalenza tiegħu mal-mediċina ta’ referenza, Plavix. Iż-żewġ mediċini huma bijoekwivalenti meta jipproduċu l-istess livelli ta’ sustanza attiva fil-ġisem.

X’inhu l-benefiċċju u r-riskju ta’ Clopidogrel DURA?

Billi Clopidogrel DURA huwa mediċina ġenerika u bijoekwivalenti għall-mediċina ta’ referenza, il- benefiċċju u r-riskju tiegħu huma meqjusa l-istess bħal dawk tal-mediċina ta’ referenza.

Għaliex ġie approvat Clopidogrel DURA?

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem (CHMP) ikkonkluda li, b’mod konformi mar-rekwiżiti tal-UE, Clopidogrel DURA wera li għandu kwalità komparabbli ma’ u huwa bijoekwivalenti għal Plavix. Għaldaqstant, il-fehma tas-CHMP kienet li, bħal fil-każ ta’ Plavix, il- benefiċċji huma akbar mir-riskji identifikati. Il-Kumitat irrakkomanda li Clopidogrel DURA jingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

Informazzjoni oħra dwar Clopidogrel DURA:

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq valida fl-Unjoni E ropea kollha għal Clopidogrel DURA lil My;an dura GmbH fil 21 ta’ Settembru 2009.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati