Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Colobreathe (colistimethate sodium) – Fuljett ta’ tagħrif - J01XB01

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaColobreathe
Kodiċi ATCJ01XB01
Sustanzacolistimethate sodium
ManifatturTeva B.V.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Colobreathe 1,662,500 IU trab li jittieħed man-nifs, kapsuli ibsin.

Colistimethate sodium

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effetti sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Colobreathe u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Colobreathe

3.Kif għandek tuża Colobreathe

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Colobreathe

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Colobreathe u għalxiex jintuża

Colobreathe fih colistimethate sodium li huwa tip t’antibijotiku msejjaħ polymyxin.

Colobreathe jintuża biex jikkontrolla infezzjonijiet persistenti tal-pulmun ikkawżati mill-batterju Pseudomonas aeruginosa f’pazjenti adulti u tfal minn 6 snin u akbar b’fibrożi ċistika. Pseudomonas aeruginosa huwa batterju komuni ħafna li jinfetta kważi l-pazjenti kollha b’fibrożi ċistika f’xi żmien matul ħajjithom. Xi persuni se jiksbu din l-infezzjoni waqt li jkunu għadhom żgħar ħafna imma għal oħrajn se tkun ħafna aktar tard. Jekk din l-infezzjoni ma tkunx ikkontrollata tajjeb ser tikkawża ħsara lill-pulmun.

Kif jaħdem

Colobreathe jaħdem billi jeqred il-membrana taċ-ċelloli batterjali, b’effett letali fuqhom.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Colobreathe

Tużax Colobreathe

jekk inti/it-tifel/it-tifla tiegħek intom allerġiċi għal colistimethate sodium, colistin sulphate jew polymyxins.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Għid lit-tabib tiegħek jekk inti/it-tifel jew it-tifla tiegħek qatt kellkom xi kundizzjonijiet minn dawn li ġejjin:

jekk irreaġixxejt ħażin għal trab xott li ttieħed man-nifs fil-passat, għajr meta dan ikun diġà ġie diskuss mat-tabib tiegħek.

jekk diġà għandkom kundizzjoni muskolari magħrufa bħala myasthenia gravis jew il- kundizzjoni li ntirtet, porfirja

demm fl-isputum tiegħek (is-sustanza li ttella’ mas-sogħla)

Wara kull darba li Colobreathe jinġibed man-nifs, il-ħalq għandu jitlaħlaħ bl-ilma. It-tlaħliħa m’għandhiex tinbela. It-tlaħliħ jista’ jnaqqas ir-riskju ta’ żvilupp ta’ super-infezzjoni fungali fil-ħalq waqt il-kura u jista’ saħansitra jnaqqas it-togħma ħażina assoċjata ma’ colistimethate sodium.

Meta inti/it-tifel/it-tifla tiegħek tibdew tużaw Colobreathe, inti/it-tifel/it-tifla tiegħek tistgħu tiżviluppaw sogħla, qtugħ ta’ nifs, tagħfis fis-sider jew tħarħir. In-numru ta’ dawn l-effetti sekondarji jistgħu jonqsu kif inti tkompli tuża l-inalatur jew inkella t-tabib tiegħek jista’ jippreskrivi bronkodilatur sabiex tużah qabel jew wara li tieħu Colobreathe. Jekk xi wieħed minn dawn l-effetti jsir problema, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek li jista’ jibdel it-trattament tiegħek.

Jekk inti/it-tifel jew it-tifla tiegħek għandkom xi problemi bil-kliewi jew bin-nervituri tagħkom, għandha tingħata attenzjoni meta jingħata Colobreathe iżda t-tabib tagħkom għandu jkun konxju ta’ dan.

Jekk inti/it-tifel jew it-tifla tiegħek teħtieġuforom oħra ta’ colistimethate jew b’injezzjoni jew b’nebulizzazzjoni għandha tintuża kawtela iżda t-tabib tagħkom għandu jkun konxju ta’ dan.

Tfal

M’għandekx tagħti Colobreathe lit-tfal li għadhom m’għalqux 6 snin peress li mhux adattat għalihom.

Mediċini oħra u Colobreathe

Għid lit-tabib tiegħek jekk inti/it-tifel/tifla tiegħek qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tuża xi mediċina oħra, u b’mod partikolari:

għandha tintuża kawtela jekk inti/it-tifel/it-tifla tiegħek qed tieħdu antibijotiċi tat-tip aminoglycoside użati għall-kura ta’ infezzjonijiet;

jekk inti/it-tifel/it-tifla tiegħek tbati minn myasthenia gravis u qed tieħu antibijotiċi tat-tip makrolidi bħal azithromycin u clarithromycin, jew fluorquinolones bħal norfloxacin u ciprofloxacin. Meta dawn jittieħedu fl-istess ħin ma’ Colobreathe jistgħu jinħolqu problemi bid- dgħufija tal-muskoli;

għandha tintuża kawtela jekk inti/it-tifel/it-tifla tiegħek qed tieħdu colistimethate b’injezzjoni jew b’nebulizzazzjoni;

għandha tintuża kawtela jekk inti/it-tifel/it-tifla tiegħek teħtieġu loppju ġenerali.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tuża din il-mediċina.

M’hemm l-ebda informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ Colobreathe f’nisa tqal. It-tabib tiegħek għandu jagħtik parir qabel tibda tuża Colobreathe dwar jekk il-benefiċċji tal-mediċini jiżbqux ir-riskji.

Colistimethate sodium jista’ jidħol fil-ħalib tas-sider. Jekk jogħġbok iddiskuti l-użu ta’ Colobreathe mat-tabib tiegħek.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Jista’ jiġri li waqt li tkun qed tuża Colobreathe jista’ jkollok sturdament, konfużjoni jew ikollok problemi bil-vista tiegħek. M’għandekx issuq jew tuża xi magni qabel ma jkunu marru s-sintomi.

3.Kif għandek tuża Colobreathe

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat- tabib tiegħek jekk inti/it-tifel/tifla tiegħek ikollkom xi dubju.

L-ewwel doża għandha tingħata taħt sorveljanza medika.

Dożaġġ

Adulti u tfal minn 6 snin u ikbar

Il-kontenut ta’ kapsula waħda ta’ Colobreathe għandu jittieħed man-nifs darbtejn kuljum bl-użu tal-inalatur Turbospin.

Għandu jkun hemm intervall ta’ 12-il siegħa bejn doża u oħra.

L-ordni li fiha kuri oħra għandhom jittieħdu jew jitwettqu għandha tkun

Jekk inti/it-tifel/it-tifla tiegħek qegħdin tieħdu kuri oħra għal fibrożi ċistika inti/it-tifel/it-tifla tiegħek għandkom teħduhom fl-ordni li ġejja:

Bronkodilaturi li jittieħdu man-nifs

Fiżjoterapija tas-sider

Mediċini oħra li jittieħdu man-nifs

Imbagħad Colobreathe

Inti/it-tifel/it-tifla tiegħek għandkom tikkonfermaw l-ordni tal-kuri tagħkom mat-tabib tiegħek.

Klipp

Għatu

Biċċa tal-ħalq

Ftuħ għall-arja

Kompartament għall- pulverizzazzjoni

Manku

Pistun

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Colobreathe jittieħed man-nifs ġol-pulmun bħala trab mill-kapsula billi jintuża l-inalatur miżmum fl- idejn imsejjaħ Turbospin. Colobreathe jista’ jingħata biss permezz ta’ dan l-apparat.

M’għandekx tibla’ l-kapsuli ta’ Colobreathe.

Biex tieħu Colobreathe man-nifs mill-kapsula permezz tal-inalatur Turbospin segwi l-proċedura deskritta hawn taħt. It-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek għandhom juru lilek/it-tifel/it-tifla tiegħek dwar kif il-mediċina għandha tittieħed man-nifs meta inti/it-tifel/it-tifla tiegħek tibdew l- ewwel kura:

Kif tieħu Colobreathe permezz tal-inalatur Turbospin

Kif tħejji Turbospin

1. Neħħi l-għatu. Dan jinqala’ b’ġibda ħafifa.

2. Ħoll

il-biċċa tal-ħalq, u b’hekk tikxef il-kompartiment tal-inalatur Turbospin.

3. Neħħi kapsula waħdanija mill-folja. Ladarba tkun neħħejt il-kapsula, din għandha tintuża minnufih.

4.

Daħħal bil-mod il-kapsula fil-kompartiment bl-usa’ tarf l-ewwel. Ma hemm għalfejn tagħmel

 

ebda forza.

5. Issa poġġi lura

l-biċċa tal-ħalq billi tinvitaha lura f’postha.

Kif ittaqqab il-kapsula u tiġbed il-mediċina man-nifs

6. Biex ittaqqab

il-kapsula:

Żomm l-inalatur mal-biċċa tal-ħalq wieqaf, bil-mod imbotta l-pistun ’il fuq sakemm tintlaħaq il-linja viżibbli – f’dan il-punt ser tħoss reżistenza u dan ser iżomm il-kapsula f’postha lesta għat-titqib. Żomm din il-pożizzjoni qabel ma tkompli bit-titqib.

Issa, bil-kapsula mwaħħla f’postha, kompli mbotta l-pistun ’il ġewwa kemm tista’ u mbagħad itilqu.

Il-kapsula issa hija mtaqqba u l-kontenut jista’ jittieħed man-nifs.

Ittaqqabx il-kapsula aktar minn darba. Taf tara ammont żgħir ta’ trab li joħroġ mit-toqba tal- kapsula wara li ttaqqab il-kapsula, dan hu normali.

7. Ħu nifs ’il barra

bil-mod. Poġġi l-biċċa tal-ħalq bejn xofftejk u snienek. Agħmel ċert/a li ma tgħaddix arja bejn xofftejk u l-biċċa tal-ħalq. Oqgħod attent/a li ma tgħattix il-partijiet ta’ fejn tgħaddi l-arja bis-swaba’ tiegħek meta tkun qed tieħu n-nifs ’il ġewwa.

8. Imbagħad, ħu nifs ’il ġewwa

bil-mod u fil-fond minn ħalqek b’rata li tkun biżżejjed biex tisma’ jew tħoss il-kapsula ddur.

9. Neħħi

l-inalatur Turbospin minn ħalqek u żomm in-nifs għal madwar 10 sekondi, jew sakemm ikun komdu għalik, imbagħad ħu nifs ’il barra bil-mod.

10. Jekk ma tismax

il-kapsula ddur, jista’ jkun li l-kapsula tkun weħlet fil-kompartiment. Jekk dan iseħħ, tista’ tħoll il-kapsula billi ttaptap bil-mod fuq il-kompartiment tal-inalatur. Tippruvax tħoll il-kapsula billi tagħfas il-pistun ripetutament. Jekk il-kapsula ma tkunx tista’ tinħall u t- trab ma jkunx jista’ jittieħed man-nifs, armi l-kapsula miksura u kwalunkwe trab li jibqa’ fiha u uża oħra.

11. Erġa’ ħu nifs ’il ġewwa

bil-mediċina billi tirrepeti l-Passi 7 u 8 sabiex tiżgura li inti tkun battalt il-kapsula.

12. Tista’ tiċċekkja jekk

il-kapsula hijiex vojta billi tħoll il-biċċa tal-ħalq u tiċċekkja l-kapsula. Jekk din ma tkunx vojta, irrepeti l-passi 7, 8 u 9 sakemm inti tkun ħadt il-kontenut kollu man- nifs.

13. Ladarba

l-kontenut kollu jkun ittieħed man-nifs, laħlaħ ħalqek sew bl-ilma u obżoq ’il barra.

Kif tneħħi l-kapsula vojta minn Turbospin

14.

Meta l-kapsula tkun vojta, ħoll il-biċċa tal-ħalq, imbagħad neħħi u armi l-kapsula l-vojta.

Tagħrif addizzjonali

Hekk kif tkun qed tieħu nifs ’il ġewwa bil-mod, inti tiġbed l-arja mill-parti ewlenija tal-inalatur Turbospin għal ġewwa l-kompartiment tal-kapsula. Il-frak żgħar ta’ medikazzjoni fil-kapsula jinqabdu mill-fluss tal-arja u jinġarru ’l isfel mill-passaġġ tal-arja tiegħek għall-pulmuni tiegħek.

Kultant, biċċiet żgħar ħafna tal-qoxra tal-kapsula jiġu f’ħalqek jew fil-passaġġi tal-arja tiegħek.

Jekk dan iseħħ, tkun tista’ tħoss dawn il-biċċiet fuq ilsienek jew fil-passaġġi tal-arja tiegħek.

Il-qoxra tal-kapsula hija magħmula mill-ġelatina, li ma tagħmilx ħsara lill-bnedmin jekk tinbela’ jew tittieħed man-nifs.

Iċ-ċansijiet li l-kapsula tinkiser f’biċċiet jiżdiedu jekk il-kapsula tittaqqab aktar minn darba matul il-Pass 6.

Kif tnaddaf it-tagħmir ta’ Turbospin

Naddaf l-inalatur Turbospin wara kull doża permezz tal-proċedura li ġejja:

1. Agħfas sew il-pistun diversi drabi waqt li żżomm il-kompartament ta’ taħt fuq.

2. Naddaf

il-kompartament billi tuża tissue jew cotton bud. Tużax ilma.

3. Invita

l-biċċa tal-ħalq lura f’postha sew, poġġi l-għatu lura fuqha u l-inalatur ikun lest biex jintuża għad-doża li jmissek tieħu.

Jekk inti/it-tifel/it-tifla tiegħek tużaw Colobreathe aktar milli suppost jew inti/it-tifel/it-tifla tiegħek, bi żball blajtu l-kapsula, ikkuntattjaw lit-tabib tagħkom immedjatament għal parir

Jekk inti/it-tifel/it-tifla tiegħek tinsew tużaw Colobreathe

Jekk inti/it-tifel/it-tifla tiegħek tinsew tieħdu xi doża ta’ Colobreathe allura inti/it-tifel/it-tifla tiegħek għandkom tieħdu d-doża maqbuża hekk kif inti/it-tifel/it-tifla tiegħek tiftakru. Inti/it-tifel/it-tifla tiegħek m’għandkomx tieħdu 2 dożi fi żmien 12-il siegħa. Imbagħad kompli minn hemm skont l-istruzzjonijiet.

Jekk inti/it-tifel/it-tifla tiegħek tieqfu tużaw Colobreathe

M’għandkomx twaqqfu l-kura tagħkom għajr meta t-tabib tagħkom jgħidilkom tagħmlu dan. It-tabib tagħkom ser jiddeċiedi għal kemm żmien il-kura tiegħek jew tat-tifel/it-tifla tiegħek għandha tibqa’ sejra.

Jekk inti/it-tifel/it-tifla għandkom aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsu lit-tabib tagħkom.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Reazzjonijiet allerġiċi

Reazzjoni allerġika b’Colobreathe hija possibbli (reazzjonijiet allerġiċi serji ġeneralment jistgħu jikkawżaw raxx, nefħa fil-wiċċ, fl-ilsien u fl-għonq, ma tkunx tista’ tieħu in-nifs sew minħabba t-tidjiq tal-passaġġi tal-arja u tista’ tintilef minn sensik). Jekk inti/it-tifel/it-tifla tiegħek ikollkom sinjali ta’ reazzjoni allerġika, għandkom tfittxu attenzjoni medika urġenti.

Effetti sekondarji oħra possibbli

Inti/it-tifel/it-tifla jistgħu jkollkom togħma ħażina f f’ħalqekwara li Colobreathe jittieħed man-nifs.

Komuni ħafna: li jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 f’10)

Diffikultà biex tieħu n-nifs

Sogħla, irritazzjoni fil-griżmejn,

Vuċi maħnuqa jew dgħajfa, jew saħansitra titlef il-vuċi

Togħma ħażina

Komuni: li jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’10:

Uġigħ ta’ ras,

Ħsejjes ta’ tisfir jew żanżin fil-widnejn, problemi fil-bilanċ

Sogħla bid-demm, tħarħir, skonfort fis-sider, ażżma, sogħla produttiva (sogħla li ttella’ l-mukus) infezzjoni fil-pulmun, ħsejjes fil-pulmun, (it-tabib tiegħek ser jisma’ dan meta jisma’ l-pulmun tiegħek permezz ta’ stetoskopju)

Rimettar, dardir

Bidliet fil-mod kif jiffunzjona l-pulmuni tiegħek (billi jsiru testijiet)

Uġigħ fil-ġogi

Nuqqas ta’ enerġija, għeja

Temperatura ogħla

Mhux komuni: li jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’100

Reazzjonijiet allerġiċi (sensittività eċċessiva) b’sinjali li jistgħu jinkludu raxx u ħakk

Bidliet fil-piż, tnaqqis fl-aptit

Ansjetà

Aċċessjonijiet

Ħedla

Il-widnejn jinstaddu

Uġigħ fis-sider

Qtugħ ta’ nifs

L-imnieħer jinfaraġ, katarru (mukus f’imnieħrek, li jista’ jġiegħlek tħossok imblukkat), tisgħol mukus aħdar u oħxon, uġigħ fil-griżmjn u s-sinuses

Ħsejjes mhux tas-soltu fis-sider (it-tabib tiegħek ser jisma’ dawn meta jisma’ l-pulmuni tiegħek bi stetoskopju)

Dijarea, gass

Produzzjoni eċċessiva ta’ rieq

Uġigħ fis-snien

Proteina fl-awrina (misjuba permezz ta’ testijiet)

Għatx

L-effetti sekondarji t’hawn fuq ġew osservati f’individwi ta’ kull età bi frekwenza simili.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Colobreathe

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna ta’ barra u l-folja wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx Colobreathe f’temperatura ’l fuq minn 25oC.

Aħżen fil-pakkett oriġinalisa eżatt qabel l-użu sabiex jiġu protetti mill-umdità.

Jekk inti /it-tifel/it-tifla tiegħek aċċidentalment tqaxxru il-fojl, u jekk xi kapsuli jiġu esposti, jekk jogħġbok armi dawn il-kapsuli.

Armi l-inalatur Turbospin wara li tlesti mill-pakkett ta’ kura.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx tuża. Dawn il-miżuri ser jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Colobreathe

Is-sustanza attiva hi colistimethate sodium. Kull kapsula fiha 1,662,500 IU (ekwivalenti għal madwar 125 mg) ta’ colistimethate sodium.

L-ingredjenti l-oħra huma: Qoxra tal-kapsula Ġelatina

polyethylene glycol sodium lauryl sulfate ilma ppurifikat

Kif jidher Colobreathe u l-kontenut tal-pakkett

Colobreathe trab li jittieħed man-nifs, kapsula iebsa (trab li jittieħed man-nifs) jiġi f’kapsuli tal-ġelatina żgħar, ibsin u trasparenti li fihom trab bajdani fin.

Turbospin huwa inalatur magħmul minn polypropylene u stainless steel li jiġbed it-trab xott ’il ġewwa man-nifs.

Il-kapsuli huma ppakkjati f’pakketti ta’ folji fornuti f’kartun li fihom:

56 kapsuli iebsin - Turbospin wieħed trab inalatur suffiċjenti għall-4 ġimgħat użu.

8 kapsuli iebsin – Turbospin wieħed trab Turbospin inalatur suffiċjenti għal 4 ijiem użu.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Teva B.V.

Swensweg 5

2031 GA Haarlem

L-Olanda

Manifattur

Penn Pharmaceutical Services Limited

Tafarnaubach Industrial Estate

Tredegar

Gwent

NP22 3AA

Ir-Renju Unit

Forest Tosara Ltd

Unit 146 Baldoyle Ind. Estate, Baldoyle,

Dublin 13,

Irlanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Teva Pharma Belgium N.V./S.A. /AG

UAB “Sicor Biotech”

Tel/Tél: +32 3 820 73 73

Tel: +370 5 266 02 03

 

България

Luxembourg/Luxemburg

Актавис ЕАД

Teva Pharma Belgium S.A. /AG

Teл: +359 2 489 95 82

Tel/Tél: +32 3 820 73 73

Česká republika

Magyarország

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o.

Teva Gyógyszergyár Zrt.

Tel: +420 251 007 111

Tel: +36 1 288 64 00

Danmark

Malta

Teva Denmark A/S

Actavis Ltd.

Tlf: +45 44 98 55 11

Tel: +35621693533

Deutschland

Nederland

TEVA GmbH

Teva Nederland B.V.

Tel: +49 731 402 08

Tel: +31 800 0228 400

Eesti

Norge

UAB "Sicor Biotech" Eesti filiaal

Teva Norway AS

Tel: +372 661 0801

Tlf: +47 66 77 55 90

Ελλάδα

Österreich

Specifar ABEE

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH

Τηλ: +30 210 5401500

Tel: +43 1 97 007

España

Polska

Teva Pharma, S.L.U.

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o.

Tél: +34 91 387 32 80

Tel: +48 22 345 93 00

France

Portugal

Teva Santé

Teva Pharma – Produtos Farmacêuticos, Lda.

Tél: +33 1 55 91 78 00

Tel:+351 214 767 550

Hrvatska

România

Pliva Hrvatska d.o.o

Teva Pharmaceuticals S.R.L.

Tel: + 385 1 37 20 000

Tel: +4021 230 65 24

Ireland

Slovenija

Teva Pharmaceuticals Ireland

Pliva Ljubljana d.o.o.

Tel: +353 51 321 740

Tel: +386 1 58 90 390

Ísland

Slovenská republika

Actavis Group PTC ehf.

TEVA Pharmaceuticals Slovakia s.r.o

Sími: +354 550 3300

Tel: +421 2 57 26 79 11

Italia

Suomi/Finland

Teva Italia S.r.l

Teva Finland

Tel:. +39 02 89 17 98 1

Puh/Tel: +358 20 180 5900

Κύπρος

Sverige

Specifar ABEE

Teva Sweden AB

Τηλ: +30 210 5401500

Tel: +46 42 12 11 00

Latvija

United Kingdom

UAB "Sicor Biotech" filiāle Latvijā

Teva UK Limited

Tel: +371 673 23 666

Tel: +44 1977 628500

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-

Mediċina: http://www.ema.europa.eu/. Hemm ukoll links għal siti elettroniċi oħra dwar mard rari u kura.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati